This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62006TA0111
Case T-111/06: Judgment of the Court of First Instance of 21 November 2007 — Wesergold Getränkeindustrie v OHIM — Lidl Stiftung (VITAL FIT) (Community trade mark — Opposition proceedings — Application for the Community figurative mark VITAL FIT — Earlier national word mark VITAFIT — Relative ground for refusal — Likelihood of confusion — Article 8(1)(b) of Regulation (EC) No 40/94 — Right to a fair hearing — Obligation to state reasons)
Kawża T-111/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 21 ta' Novembru 2007 — Wesergold Getränkeindustrie vs L-UASI — Lidl Stiftung (VITAL FIT) ( Trade mark Komunitarja — Proċedura ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva VITAL FIT — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VITAFIT — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Dritt ta' smigħ — Obbligu ta' motivazzjoni )

ĠU C 8, 12.1.2008, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 8/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-21 ta' Novembru 2007 — Wesergold Getränkeindustrie vs L-UASI — Lidl Stiftung (VITAL FIT)
(Kawża T-111/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva VITAL FIT - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VITAFIT - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Dritt ta' smigħ - Obbligu ta' motivazzjoni’)
(2008/C 8/26)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Wesergold Getränkeindustrie GmbH & Co. KG (Rinteln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Goldenbaum, T. Melchert u I. Rohr, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Schaeffer, avukat)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-16 ta' Frar 2006 (każ R3/2005-2) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Lidl Stiftung & Co. KG u Wesergold Getränkeindustrie GmbH & Co. KG.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Wesergold Getränkeindustrie GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż. |