This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62006CJ0277
Judgment of the Court (Third Chamber) of 9 October 2008.#Interboves GmbH v Hauptzollamt Hamburg-Jonas.#Reference for a preliminary ruling: Finanzgericht Hamburg - Germany.#Directive 91/628/EEC- Export refunds - Protection of animals during transport - Transport of bovine animals by sea between two geographical points of the Community - Vehicle loaded onto a vessel without unloading the animals - 12-hour rest period - Obligation.#Case C-277/06.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tad-9 ta' Ottubru 2008.
Interboves GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Finanzgericht Hamburg - il-Ġermanja.
Direttiva 91/628/KEE - Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Protezzjoni tal-annimali matul it-trasport - Trasport bil-baħar tal-annimali tal-ifrat bejn żewġ punti ġeografiċi tal-Komunità - Vettura mgħobbija fuq bastiment mingħajr ma jinħattu l-annimali - Perijodu ta’ mistrieħ ta’ 12-il siegħa - Obbligu.
Kawża C-277/06.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tad-9 ta' Ottubru 2008.
Interboves GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Finanzgericht Hamburg - il-Ġermanja.
Direttiva 91/628/KEE - Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Protezzjoni tal-annimali matul it-trasport - Trasport bil-baħar tal-annimali tal-ifrat bejn żewġ punti ġeografiċi tal-Komunità - Vettura mgħobbija fuq bastiment mingħajr ma jinħattu l-annimali - Perijodu ta’ mistrieħ ta’ 12-il siegħa - Obbligu.
Kawża C-277/06.
Ġabra tal-Ġurisprudenza 2008 I-07433
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2008:548
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla)
9 ta’ Ottubru 2008 ( *1 )
“Direttiva 91/628/KEE — Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni — Protezzjoni tal-annimali matul it-trasport — Trasport bil-baħar tal-annimali tal-ifrat bejn żewġ punti ġeografiċi tal-Komunità — Vettura mgħobbija fuq bastiment mingħajr ma jinħattu l-annimali — Perijodu ta’ mistrieħ ta’ 12-il siegħa — Obbligu”
Fil-Kawża C-277/06,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-2 ta’ Ġunju 2006, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-, fil-kawża
Interboves GmbH
vs
Hauptzollamt Hamburg-Jonas,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),
komposta minn A. Rosas, President tal-Awla, A. Ó Caoimh, J. N. Cunha Rodrigues, J. Klučka (Relatur), u P. Lindh, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,
Reġistratur: J. Swedenborg, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-23 ta’ Mejju 2007,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal Interboves GmbH, minn O. Wenzlaff, Rechtsanwalt, |
— |
għalll-Hauptzollamt Hamburg-Jonas, minn S. Plenter, bħala aġent, |
— |
għall-Gvern Belġjan, minn A. Hubert, bħala aġent, |
— |
għall-Gvern Elleniku, minn V. Kontolaimos u S. Papaioannou, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Żvediż, minn A. Kruse u S. Johannesson, bħala aġenti, |
— |
għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn F. Erlbacher u J. C. Schieferer, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-13 ta’ Marzu 2008,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-punt 48.7(a) u (b) tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE, tad-19 ta’ Novembru 1991, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u li temenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE (ĠU L 340, p. 17), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/29/KE, tad- (ĠU L 148, p. 52, iktar ’il quddiem id-Direttiva 91/628). |
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Interboves GmbH (iktar ’il quddiem “Interboves”) u l-Hauptzollamt Hamburg-Jonas (iktar ’il quddiem il-“Hauptzollamt”), dwar ir-rifjut ta’ dan tal-aħħar li jħallas xi rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni wara li l-imsemmija kumpannija ttrasportat xi annimali tal-ifrat ħajjin lejn l-ex Jugoslavja. |
Il-kuntest ġuridiku
3 |
Skont l-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 91/628, din id-Direttiva tapplika għat-trasport tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-annimali tal-ifrat. |
4 |
Skont l-Artikolu 2(2) ta’ din id-Direttiva, it-termini li ġejjin għandhom ifissru:
[…]” |
5 |
Il-punt 26 (b), (i) sa (iii) tal-Anness tal-imsemmija Direttiva jipprovdi: “[…]
|
6 |
Il-punt 48 tal-Anness tad-Direttiva 91/628, intitolat “Interval ta’ tisqija u ta’ tmigħ, il-ħinijiet tal-vjaġġ u l-perjodi ta’ mistrieħ”, jipprovdi: “[…]
[…]
[…]
|
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
7 |
Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, fit-12 ta’ Ġunju 2002, Interboves iddikjarat lill-Hauptzollamt Friedrichshafen l-esportazzjoni ta’ 33 annimal tal-ifrat ħajjin lejn l-ex-Jugoslavja u talbet, għal dan il-għan, li tingħatalha rifużjoni fuq l-esportazzjoni. |
8 |
Il-Hauptzollamt ċaħad din it-talba, permezz ta’ deċiżjoni tat-23 ta’ Lulju 2003, minħabba li din il-kumpannija ma kinitx osservat il-punt 48.7(b) tal-Anness tad-Direttiva 91/628. Fil-fatt, il-Hauptzollamt ikkonstata li, skont il-pjan ta’ trasport, l-annimali tal-ifrat ġew ittrasportati matul perijodu ta’ trasport ta’ 23 siegħa, jiġifieri 14-il siegħa u 30 minuta ta’ trasport bil-baħar fuq bastiment roll-on/roll-off bejn Bari (l-Italja) u Igoumenitsa (il-Greċja) kif ukoll 8 sigħat u 30 minuta ta’ trasport bit-triq sa Evzoni, post li jinsab mal-fruntiera bejn il-Greċja u l-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, mingħajr ma saru arranġamenti għal ebda perijodu ta’ mistrieħ. |
9 |
Interboves ippreżentat rikors amministrattiv kontra d-deċiżjoni tat-23 ta’ Lulju 2003, fejn sostniet, b’mod partikolari, li l-perijodu tat-traġitt bil-baħar ma kellux jiġi kkalkulat mal-ħin tat-trasport skont il-punt 48.7(a) tal-Anness tad-Direttiva 91/628. |
10 |
Permezz ta’ deċiżjoni tal-21 ta’ Ġunju 2005, il-Hauptzollamt ċaħad dan ir-rikors aministrattiv, u enfasizza li l-perijodu tat-traġitt bil-baħar kellu jitqies bħala estensjoni tat-trasport bit-triq. B’hekk, skont il- Hauptzollamt, sabiex jiġi vverifikat jekk iż-żmien totali tat-trasport kienx konformi mal-punt 48.7(b) tal-Anness tad-Direttiva 91/628, it-tul ta’ żmien tat-trasport bil-baħar kellu jiġi miżjud ma’ dak tat-trasport bit-triq li seħħew qabel u wara, li fil-kawża prinċipali, jammontaw għal 32 siegħa u 45 minuta. |
11 |
Fil-21 ta’ Lulju 2005, Interboves ippreżentat rikors kontra d-deċiżjoni tal-, fejn reġgħet sostniet li kienet tikkunsidra li kienet osservat id-dispożizzjonijeit tad-Direttiva 91/628. |
12 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Finanzgericht Hamburg iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Osservazzjonijiet preliminari
13 |
Fid-deċiżjoni tagħha, il-qorti tar-rinviju tirreferi għall-punt 48.4(d) tal-Anness tad-Direttiva 91/628, li jistabbilixxi r-regola magħrufa bħala tal-“14+1+14”. Skont dan il-punt, l-annimali għandhom, wara 14-il siegħa ta’ trasport, jingħataw perijodu biżżejjed ta’ mistrieħ, ta’ mill-inqas siegħa, biex jingħataw jixorbu u, jekk ikun hemm bżonn, jieklu. Wara dan il-perijodu ta’ mistrieħ, it-trasport jista’ jkompli għal perijodu ġdid ta’ 14-il siegħa oħra. |
14 |
Fid-dawl tal-kliem użat fit-tieni domanda preliminari, jidher li l-qorti tar-rinviju tinterpreta r-regola stipulata fil-punt 48.4(d) bħala li tawtorizza perijodu ta’ trasport massimu ta’ 29 siegħa. |
15 |
Hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 18 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-punt 48.4(d) tal-Anness tad-Direttiva 91/628 jistabbilixxi perijodu massimu ta’ trasport ta’ 28 siegħa, interrott minn perijodu minimu ta’ mistrieħ ta’ siegħa wara l-ewwel parti ta’ 14-il siegħa. |
16 |
Għaldaqstant, ir-regola magħrufa bħala tal-“14+1+14” stipulata fil-punt 48.4(d) għandha tinftiehem fis-sens li tawtorizza perijodu massimu ta’ trasport ta’ 28 siegħa, interrott minn perijodu minimu ta’ mistrieħ ta’ siegħa. |
Fuq id-domandi preliminari
17 |
Permezz tal-ewwel u t-tieni domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, fl-ewwel lok, jekk trasport b’bastiment roll-on/roll-off, fuq rotta regolari u diretta bejn żewġ punti ġeografiċi tal-Komunità, kif deskritt fil-punt 48.7(b) tal-Anness tad-Direttiva 91/628, jistax jiġi kkunsidrat bħala trasport bil-baħar fis-sens tal-punt 48.7(a) ta’ dan l-anness. Fil-każ ta’ risposta affermattiva, hija tistaqsi, fit-tieni lok, jekk il-perijodu ta’ trasport bit-triq li jiġu qabel u dak li jiġi wara t-trasport fuq bastiment roll-on/roll-off għandhomx ikunu konnessi bejniethom. Fit-tielet lok, hija tistaqsi jekk, wara trasport b’bastiment roll-on/roll-off li jidher li jkun dam iktar minn 14-il siegħa, jiġifieri l-perijodu massimu ta’ trasport previst fil-punt 48.4(d) tal-Anness tad-Direttiva 91/628, qabel il-perijodu minimu ta’ siegħa ta’ mistrieħ, l-annimali għandhomx jibbenefikaw minn perijodu ta’ mistrieħ ta’ 12-il siegħa skont l-imsemmi punt 48.7(b) jew jekk, it-trasport bit-triq jistax iseħħ immedjatament wara l-ħatt, għal perijodu massimu ta’ 28 siegħa, interrott minn perijodu minimu ta’ mistrieħ ta’ siegħa. |
18 |
Skont il-qorti tar-rinviju, il-punt 48.7(a) tal-Anness tad-Direttiva 91/628 jiffissa l-kundizzjonijiet bażiċi applikabbli għat-trasport bil-baħar, inkluż it-trasport permezz ta’ bastimenti roll-on/roll-off. |
19 |
Minn dan jirriżulta, fl-ewwel lok, li d-dispożizzjonijiet relattivi għall-perijodu ta’ trasport u għall perijodu ta’ mistrieħ ma japplikawx għat-trasport bil-baħar meta l-kundizzjonijiet previsti fil-punt 48.3 sa 48.4 ta’ dan l-anness huma sodisfatti. Fit-tieni lok, il-perijodu ta’ trasport bit-triq li jiġu qabel u dak li jiġi wara t-trasport bil-baħar mhumiex konnessi. Fit-tielet lok, perijodu massimu ġdid ta’ trasport ta’ 28 siegħa fis-sens tal-Artikolu 48.4(d) tal-Anness tad-Direttiva 91/628, interrot minn perijodu minimu ta’ mistrieħ ta’ siegħa, jista’ jibda immedjatament mal-wasla tal-bastiment roll-on/roll-off fil-port ta’ destinazzjoni. |
20 |
B’mod preliminari, għandu jiġi mfakkar, minn naħa, li l-punt 48 tal-Anness tad-Direttiva 91/628 jistabbilixxi r-regoli dwar l-intervalli ta’ tisqija u ta’ tmigħ, kif ukoll it-tul taż-żmien tal-vjaġġ u l-perijodi ta’ mistrieħ tal-annimali, inklużi l-annimali tal-ifrat, elenkati fl-Artikolu 1(1)(a) ta’ din id-Direttiva, matul it-trasport tagħhom, bl-eċċezzjoni tat-trasport bl-ajru. |
21 |
Min-naħa l-oħra, it-tul taż-żmien tal-vjaġġ u l-perijodi ta’ mistrieħ, fil-każ tat-trasport bil-baħar, huma rregolati mill-punt 48.7(a) u (b) tal-imsemmi anness. Il-punt 48.7(a) jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għat-trasport bil-baħar u l-punt 48.7(b) jispeċifika l-kundizzjonijiet li taħthom perijodu ta’ mistrieħ ta’ 12-il siegħa għandu jiġi osservat fil-każ ta’ trasport b’bastiment roll-on/roll-off fuq rotta regolari u diretta bejn żewġ punti ġeografiċi tal-Komunità (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-17 ta’ Lulju 2008, Schwaninger, C-207/06, Ġabra p. I-5561, punti 23, 24 u 30). |
22 |
Għal dak li jikkonċerna, fl-ewwel lok, il-kwalifika ta’ trasport b’bastiment roll-on/roll-off fuq rotta regolari u diretta bejn żewġ punti ġeografiċi tal-Komunità bħala trasport bil-baħar, għandu jiġi rrilevat, kif għamel l-Avukat Ġenerali fil-punt 28 tal-konklużjonijiet tiegħu, li jirriżulta kemm mill-kliem tal-punt 48.7(b) tal-Anness tad-Direttiva 91/628 kif ukoll mill-punt 26 ta’ dan l-anness li, minkejja l-karatteristiċi partikolari tiegħu, it-trasport b’bastiment roll-on/roll-off huwa trasport bil-baħar. |
23 |
Fil-fatt, minn naħa, il-punt 48.7(b) tal-imsemmi anness jirreferi espressament għal dan il-mezz ta’ trasport bħala li jikkostitwixxi mezz ta’ trasport bil-baħar. Min-naħa l-oħra, jirriżulta mill-punt 26 ta’ dan l-istess anness li meta l-leġiżlatur Komunitarju rregola l-miżuri partikolari li għandhom jittieħdu għall-mezzi tat-trasport tal-annimali, huwa inkluda dan it-tip ta’ bastiment fost il-mezzi ta’ trasport bil-baħar. |
24 |
Peress li t-trasport b’bastiment roll-on/roll-off huwa trasport bil-baħar, jirriżulta li l-punt 48.7(a) u (b) tal-Anness tad-Direttiva 91/628 huwa applikabbli għalih. |
25 |
Għal dak li jirrigwarda, imbagħad, il-kwistjoni jekk il-perijodu tat-trasport bit-triq li jiġi qabel u dak li jiġi wara trasport b’bastiment roll-on/roll-off għandhomx ikunu konnessi bejniethom, għandu jiġi rrilevat qabel kollox li l-punt 48 tal-Anness tad-Direttiva 91/628 ma jipprovdix espressament li dan għandu jkun il-każ. |
26 |
Madankollu, mill-kliem użat fil-punt 47.7(b) tal-Anness tad-Direttiva 91/628 u mill-għan ta’ din id-Direttiva jirriżulta li l-eżistenza ta’ konnessjoni bejn dawn il-perijodi ta’ trasport bit-triq għandha tiġi evalwata billi jittieħed inkonsiderazzjoni l-fatt jekk ikunx inqabeż jew le l-perijodu massimu ta’ 28 siegħa ta’ trasport b’bastiment roll-on/roll-off imsemmi fil-punt 48.4(d) ta’ dan l-anness. |
27 |
Għandu jiġi mfakkar, f’dan ir-rigward, li l-punt 48.7(b) tal-Anness tad-Direttiva 91/628 jiddisponi li perijodu ta’ 12-il siegħa ta’ mistrieħ għandu jiġi previst għall-annimali wara li jinħattu fil-port ta’ destinazzjoni jew fil-viċinanza immedjata tiegħu, salv jekk il-ħin tal-vjaġġ bil-baħar ikun tali li l-vjaġġ jista’ jiġi inkluż fl-iskema ġenerali kopert mill-punt 48.2 sa 48.4. |
28 |
Billi rrefera għall-iskema ġenerali, jidher li l-leġiżlatur Komunitarju xtaq li r-regola li tistabbilixxi perijodu massimu ta’ trasport ta’ 28 siegħa msemmija fil-punt 48.4(d) tal-Anness tad-Direttiva 91/628 tittieħed inkonsiderazzjoni fil-każ ta’ trasport b’bastiment roll-on/roll-off bl-eċċezzjoni, madankollu, tal-perijodu ta’ mistrieħ ta’ mill-inqas siegħa. |
29 |
Fil-fatt, hekk kif speċifika l-Avukat Ġenerali fil-punt 33 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-osservanza ta’ dan il-perijodu ta’ mistrieħ ma tistax tkun iġġustifikata fit-trasport bil-baħar. |
30 |
Minn naħa, l-osservanza ta’ perijodu ta’ mistrieħ bħal dan fil-baħar miftuħ hija kważi impossibbli fil-prattika peress li tippresupponi li l-bastiment jittrakka għall-inqas għal siegħa, wara 14-il siegħa fil-baħar, qabel ma jerġa’ jbaħħar għal perijodu ġdid ta’ 14-il siegħa. |
31 |
Min-naħa l-oħra, għandu jiġi rrilevat li, għall-kuntrarju tat-trasport bit-triq, li jeħtieġ li l-vettura tieqaf biex l-annimali jkunu jistgħu jieklu, jixorbu u jiġu kkurati, il-karatteristiċi speċifiċi tat-trasport bil-baħar jippermettu li dawn l-affarijiet isiru matul it-trasport, b’mod konformi mal-punt 26 tal-Anness tad-Direttiva 91/628. |
32 |
Għaldaqstant, jirriżulta mill-punt 48.7(b) ta’ dan l-anness li, meta l-perijodu massimu ta’ 28 siegħa ta’ trasport b’bastiment roll-on/roll-off jinqabeż, l-annimali bilfors għandhom jingħataw 12-il siegħa ta’ mistrieħ qabel ma jkunu jistgħu jerġgħu jiġu ttrasportati għal perijodu massimu ġdid ieħor ta’ 28 siegħa, interrott minn perijodu minimu ta’ mistrieħ ta’ siegħa, skont il-punt 48.4(d) tal-imsemmi anness. |
33 |
F’ċirkustanzi bħal dawn, id-diversi perijodi ta’ trasport bit-triq m’għandhomx jiżdiedu mal-kalkolu billi l-perijodu ta’ mistrieħ ta’ 12-il siegħa għandu neċessarjament bħala konsegwenza li jinnewtralizza l-perijodi ta’ trasport li jseħħu qabel dan il-mistrieħ. It-12-il siegħa previsti minn din id-dispożizzjoni għandhom l-istess funzjoni li jinnewtralizzaw il-perijodi ta’ trasport li jkunu seħħew qabel dan il-mistrieħ bħall-perijodu ta’ 24 siegħa stipulat fil-punt 48.5 tal-Anness tad-Direttiva 91/628 applikabbli għat-trasport bit-triq. |
34 |
Min-naħa l-oħra, meta l-perijodu ta’ trasport b’bastiment roll-on/roll-off jippermetti li l-vjaġġ jiġi inkluż fl-iskema ġenerali kopert mill-punti 48.2 sa 48.4 tal-Anness tad-Direttiva 91/628, b’mod partikolari jekk ma jaqbiżx il-perijodu massimu ta’ 28 siegħa ta’ trasport, u meta, konsegwentement, il-perijodu ta’ mistrieħ ta’ 12-il siegħa ma jkunx neċessarju, perijodu ta’ trasport bit-triq ikun jista’ jibda immedjatament wara l-wasla tal-bastiment fil-port ta’ destinazzjoni. |
35 |
Mandankollu, f’każ bħal dan, biex jiġi ddeterminat il-perijodu ta’ dan it-trasport il-ġdid bit-triq, għandu jittieħed inkonsiderazzjoni l-perijodu tat-trasport bit-triq li jkun ippreċeda t-trasport bil-bastiment roll-on/roll-off, sakemm l-annimali ma jkunux strieħu għal 24 siegħa qabel ma jkunu tgħabbew fuq dan il-bastiment. Fil-fatt, jekk dan ikun il-każ, ir-rabta bejn il-perijodi ta’ trapsort bit-triq ma tkunx iġġustifikata peress li l-mistrieħ ta’ 24 siegħa għandu bħala konsegwenza li jinnewtralizza l-perijodu ta’ trasport bit-triq preċedenti għal dak tat-trasport b’bastiment roll-on/roll-off. |
36 |
B’hekk, jekk il-perijodu ta’ trasport b’bastiment roll-on/roll-off ikun ta’ inqas minn 28 siegħa u l-perijodu tat-trasport bit-triq li jkun ippreċedieh ma jkunx ġie nnewtralizzat minn mistrieħ ta’ 24 siegħa skont il-punt 48.5 tal-Anness tad-Direttiva 91/628, il-perijodi ta’ trasport bit-triq li jkunu ġew qabel u dawk li jkunu ġew wara t-trasport b’bastiment roll-on/roll-off, għandhom jingħaddu miegħu. |
37 |
Min-naħa l-oħra, jekk il-perijodu tat-trasport b’bastiment roll-on/roll-off ikun ta’ inqas minn 28 siegħa u l-perijodu preċedenti tat-trasport bit-triq ikun ġie nnewtralizzat minn mistrieħ ta’ 24 siegħa, perijodu ġdid ta’ trasport bit-triq għal ħin massimu ta’ 28 siegħa, interrott minn perijodu perijodu minimu ta’ mistrieħ ta’ siegħa, jista’ jibda immedjatament wara li jinħattu l-annimali mingħajr ma jittieħed inkonsiderazzjoni l-perijodu tat-trasport bit-triq li jkun ippreċeda t-trasport b’bastiment roll-on/roll-off. |
38 |
Kwalunkwe interpretazzjoni oħra tal-punt 48.7(b) tal-Anness tad-Direttiva 91/628 tkun tfisser li jkun qed jiġi aċċettat li, wara trasport b’bastiment roll-on/roll-off ta’ inqas minn 28 siegħa, perijodu massimu ġdid ta’ 28 siegħa ta’ trasport bit-triq, interrott minn perijodu minimu ta’ mistrieħ ta’ siegħa, ikun jista’ jibda mingħajr ma jittieħed inkonsiderazzjoni l-perijodu ta’ trasport bit-triq li jkun ippreċeda t-trasport b’bastiment roll-on/roll-off. Dan irendi possibbli li jseħħu wara xulxin diversi trasporti b’mezzi ta’ trasport differenti mingħajr ma jkun għadda perijodu ta’ mistrieħ ta’ 12 jew ta’ 24 siegħa. |
39 |
Interpretazzjoni bħal din tal-imsemmi punt 48.7(b) tmur direttament kontra l-għan ewlieni tad-Direttiva 91/628, jiġifieri l-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-17 ta’ Jannar 2008, Viamex Agrar Handel u ZVK, C-37/06 u C-58/06, Ġabra p. I-69, punt 29), u l-għan ta’ din id-Direttiva kif jirriżulta b’mod partikolari mit-tmien premessa tiegħu, li tistipula li, għal raġunijiet ta’ benesseri tal-annimali, it-trasport tal-annimali tul distanzi twal, inklużi annimali għall-qatla, għandu jitnaqqas kemm jista’ jkun possibli. |
40 |
Fl-aħħar nett, għal dak li jikkonċerna l-kwistjoni jekk, wara trasport b’bastiment roll-on/roll-off li jidher li jkun dam iktar minn 14-il siegħa, l-annimali għandhomx jingħataw mistrieħ ta’ 12-il siegħa skont il-punt 48.7(b) tal-Anness tad-Direttiva 91/628 jew jekk jistax isir trasport bit-triq immedjatament wara li l-annimali jinħattu, għal perijodu massimu ta’ 28 siegħa, interrott minn perijodu minimu ta’ mistrieħ ta’ siegħa, biżżejjed jiġi rrilevat, hekk kif jirriżulta mill-punt 34 ta’ din is-sentenza, li, meta t-tul ta’ żmien tat-trasport b’bastiment roll-on/roll-off ma jaqbiżx il-perijodu massimu ta’ 28 siegħa ta’ trasport u, konsegwentement, il-perijodu ta’ mistrieħ ta’ 12-il siegħa ma jkunx neċessarju, perijodu ta’ trasport bit-triq jista’ jibda immedjatament wara l-wasla tal-bastiment fil-port ta’ destinazzjoni u għandu jiġi kkalkolat skont il-metodu indikat fil-punt 36 ta’ din is-sentenza. |
41 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata lill-ewwel u t-tieni domandi hija li:
|
Fuq l-ispejjeż
42 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qort tal-Ġustizzjai, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.