Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TA0458

    Kawża T-458/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l- 20 ta' Novembru 2007 — Tegometall International vs L-UASI — Wuppermann (TEK) ( Trade mark komunitarja — Proċedura ta' invalidità — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TEK — Suġġett tal-kawża — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b), (c) u (g), u l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 )

    ĠU C 8, 12.1.2008, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 8/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-20 ta' Novembru 2007 — Tegometall International vs L-UASI — Wuppermann (TEK)

    (Kawża T-458/05) (1)

    (“Trade mark komunitarja - Proċedura ta' invalidità - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TEK - Suġġett tal-kawża - Rispett tad-drittijiet tad-difiża - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b), (c) u (g), u l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

    (2008/C 8/25)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Tegometall International AG (Lengwil-Oberhofen, l-Isvizzera) (rappreżentanti: H. Timmann, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Weberndorfer, aġent)

    Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Wuppermann AG (Leverkusen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment H. Huisken, wara I. Friedhoff, avukati)

    Suġġett tal-kawża

    Rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-21 ta' Ottubru 2005 (każ R 1063/2004-2), kif mibdula fis-16 ta' Novembru 2005 dwar proċedura ta' invalidità mressqa minn Wuppermann AG u Tegometall International AG.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Ir-rikorrrenti hija ordnata tbati l-ispejjeż, bl-eċċezzjoni ta' dawk magħmula mill-intervenjenti.

    3)

    L-intervenjenti tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 60, 11.3.2006.


    Top