EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005CA0387

Kawża C-387/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal- 15 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana ( Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Importazzjoni b’eżenzjoni mid-dażju ta’ materjal b’użu doppju ċivili u militari )

ĠU C 51, 27.2.2010, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-387/05) (1)

(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Importazzjoni b’eżenzjoni mid-dażju ta’ materjal b’użu doppju ċivili u militari”)

2010/C 51/05

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms, L. Visaggio u C. Cattabriga, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. M. Braguglia, aġent, G. De Bellis, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 26 KE u ta’ diversi dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni doganali [(Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), l-Artikoli 2, 9, 10 u 17(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema ta’ riżorsi tal-Komunitajiet innifishom (ĠU L 155, p. 1)] u d-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 169 — 180) — Importazzjoni eżenti mit-taxxa doganali fuq materjal li għandu użu militari u ċivili — Rifjut li jiġu kkalkulati s-somom li kellhom jinġabru u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet.

Dispożittiv

(1)

Billi eżentat l-importazzjoni ta’ materjal li jista’ jintuża kemm għal użu ċivili kif ukoll għal dak militari, fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar 1999 sal-31 ta’ Diċembru 2002, mid-dazji doganali, u billi rrifjutat li tikkalkola, li tikkonstata u li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ir-riżorsi proprji tagħha li ma nġabrux minħabba din l-eżenzjoni kif ukoll l-interessi moratorji dovuti minħabba n-nuqqas tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea ta’ dawn ir-riżorsi proprji fit-termini stabbiliti, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha, minn naħa, taħt l-Artikolu 26 KE, l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità u, konsegwentement, it-tariffa doganali komuni, u min-naħa l-oħra taħt l-Artikoli 2, 9, 10 u 17(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/1989, tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema ta’ riżorsi tal-Komunitajiet innifishom, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 1355/96, tat-8 ta’ Lulju 1996, kif ukoll mill-istess artikoli tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet.

(2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Portugiża u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 22, 28.01.2006


Top