This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62005CA0319
Case C-319/05: Judgment of the Court (First Chamber) of 15 November 2007 — Commission of the European Communities v Federal Republic of Germany (Failure of a Member State to fulfil obligations — Articles 28 and 30 EC — Directive 2001/83/EC — Garlic preparation in capsule form — Preparation legally marketed as a food supplement in a number of Member States — Preparation classified as a medicinal product in the Member State of importation — Definition of medicinal product — Obstacle — Jurisdiction — Public health — Proportionality)
Kawża C-319/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 15 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Rikors għal nuqqas ta' twettiq ta' obbligu — Artikoli 28 KE et 30 KE — Direttiva 2001/83/KE — Preparazzjoni ta' tewm fil-forma ta' kapsuli — Preparazzjoni kkummerċjalizzata legalment bħala suppliment ta' l-ikel f'ċerti Stati Membri — Preparazzjoni kklassifikata bħala prodott mediċinali fl-Istat Membru ta' importazzjoni — Kunċett ta' prodott mediċinali — Ostaklu — Ġustifikazzjoni — Saħħa pubblika — Proporzjonalità)

ĠU C 8, 12.1.2008, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 8/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-319/05) (1)
(Rikors għal nuqqas ta' twettiq ta' obbligu - Artikoli 28 KE et 30 KE - Direttiva 2001/83/KE - Preparazzjoni ta' tewm fil-forma ta' kapsuli - Preparazzjoni kkummerċjalizzata legalment bħala suppliment ta' l-ikel f'ċerti Stati Membri - Preparazzjoni kklassifikata bħala prodott mediċinali fl-Istat Membru ta' importazzjoni - Kunċett ta' “prodott mediċinali’ - Ostaklu - Ġustifikazzjoni - Saħħa pubblika - Proporzjonalità)
(2008/C 8/04)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Stromsky u B. Schima, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u C. Schulze-Bahr, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 28 u 30 KE — Prassi amministrattiva nazzjonali li tikklassifika preparazzjoni ta' tewm fil-forma ta' kapsula bħala prodott mediċinali — Kunċett ta' prodott mediċinali fil-leġiżlazzjoni Komunitarja
Dispożittiv
1) |
Billi kklassifikat bħala prodott mediċinali preparazzjoni ta' tewm fil-forma ta' kapsuli li ma tissodisfax id-definizzjoni ta' prodott mediċinali fis-sens ta' l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset li twettaq l-obbligi imposti fuqha skond l-Artikoli 28 KE u 30 KE. |
2) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż. |