Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005CA0075

Kawżi Magħquda C-75/05 P u C-80/05 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 11 ta' Settembru 2008 — Ir-Repubblika Federali tal- Ġermanja (C-75/05 P), Glunz AG, OSB Deutschland GmbH (C-80/05 P) vs Kronofrance SA, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Partijiet interessati — Għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta' investiment — Qafas multisettorali tal-1998)

ĠU C 285, 8.11.2008, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 285/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta' Settembru 2008 — Ir-Repubblika Federali tal- Ġermanja (C-75/05 P), Glunz AG, OSB Deutschland GmbH (C-80/05 P) vs Kronofrance SA, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawżi Magħquda C-75/05 P u C-80/05 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Partijiet interessati - Għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta' investiment - Qafas multisettorali tal-1998)

(2008/C 285/02)

Lingwa tal-proċedura: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: W.-D. Plessing, C. Schulze-Bahr, aġenti, M. Núñez-Müller, avukat) (C-75/05P), Glunz AG, OSB Deutschland GmbH (rappreżentant: H.-J. Niemeyer, avukat)

Appellata: Kronofrance SA (rappreżentanti: R. Nierer u L. Gordalla, avukati), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, (rappreżentant: V. Kreuschitz, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (ir-Raba' Awla Estiza), tal-1 ta' Diċembru 2004, Kronofrance vs Il-Kummissjoni, sostnuta minn Glunz AG u OSB Deutschland (T-27/02), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni SG (2001) D, tal-25 ta' Lulju 2001, li ma tqajjimx oġġezzjonijiet kontra l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lil Glunz AG — Ksur tar-raba' paragrafu tal-Artikolu 230 KE — Ksur tal-Artikolu 87(3) KE — Ksur tal-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza

Dispożittiv

1)

L-appelli huma miċħuda.

2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż tal-kawża C-75/05 P.

3)

Glunz AG u OSB Deutschland GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż tal-kawża C-80/05 P.

4)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha


(1)  ĠU C 106, 30.4.2005.


Top