EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62004TA0496

Kawża T-496/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas- 16 ta' Settembru 2008 — Nortrail Transport vs Il-Kummissjoni ( Unjoni doganali — Operazzjoni ta' tranżitu Komunitarju estern — Prodotti tas-sajd min-Norveġja — Talba għal ħlas lura u maħfra ta' dazji fuq l-importazzjoni — Klawżola ta' ekwità — Regolamenti (KEE) Nru 2913/92 u Nru 2454/93 — Ċirkustanzi speċjali — Ftuħ retroattiv ta' kwoti tat-tariffa )

ĠU C 285, 8.11.2008, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 285/33


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Settembru 2008 — Nortrail Transport vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-496/04) (1)

(“Unjoni doganali - Operazzjoni ta' tranżitu Komunitarju estern - Prodotti tas-sajd min-Norveġja - Talba għal ħlas lura u maħfra ta' dazji fuq l-importazzjoni - Klawżola ta' ekwità - Regolamenti (KEE) Nru 2913/92 u Nru 2454/93 - Ċirkustanzi speċjali - Ftuħ retroattiv ta' kwoti tat-tariffa’)

(2008/C 285/59)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nortrail Transport GmbH (Kiel, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Krause, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: l-ewwel B. Schima u J. Hottiaux, imbagħad B. Schima u M. Patakia, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (REM 15/02), tal-1 ta' Ottubru 2004, li tikkonstata li l-ħlas lura tad-dazji fuq l-importazzjoni favur ir-rikorrenti, kif mitlub mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, mhuwiex iġġustifikat.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Nortrail Transport GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 93, 16.4.2005.


Top