EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62000TB0272

Kawża T-272/00: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad- 29 ta’ Jannar 2013 — Barbini et vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet soċjali favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li timponi l-irkupru tal-għajnuna mħallsa — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt” )

ĠU C 86, 23.3.2013, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/15


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2013 — Barbini et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-272/00) (1)

(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet soċjali favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li timponi l-irkupru tal-għajnuna mħallsa - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

2013/C 86/24

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Alfredo Barbini Srl (Murano, l-Italja); Aureliano Toso Srl (Murano); AVMazzega Srl (Murano); Barovier & Toso vetrerie artistiche riunite Srl (Murano); Carlo Moretti Srl (Murano); Effetre SpA (Resana, l-Italja); Ferro & Lazzarini Srl (Murano); Formia Srl (Murano); Gino Cenedese & Figlio (Murano); La Murrina (Murano); Mazzuccato International Srl (Murano); Nason & Moretti Srl (Murano); Tfz Internazionale Srl (Murano); V. Nason & C. Srl (Murano); Venini SpA (Murano); Vetreria de Majo Srl (Murano); u Vetreria LAG Srl (Murano) (rappreżentanti: A. Vianello, M. Merola u A. Sodano, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, aġent, assistit minn A. Dal Ferro, avukat)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: inizjalment U. Leanza, sussegwentement I. Braguglia, sussegwentement R. Adam u fl-aħħar nett I. Bruni, aġenti, assistiti minn G. Aiello u P. Gentili, avvocati dello Stato)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/394/KE, tal-25 ta’ Novembru 1999, dwar il-miżuri ta’ għajnuna favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia, previsti mil-Liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995 li jistabbilixxu tnaqqis ta’ kontribuzzjonijiet soċjali (ĠU 2000, L 150, p. 50).

Dispożittiv

(1)

L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni Ewropea hija magħquda mal-mertu.

(2)

Ir-rikors huwa miċħud bħala li huwa parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt.

(3)

Alfredo Barbini Srl, Aureliano Toso Srl, AVMazzega Srl, Barovier & Toso vetrerie artistiche riunite Srl, Carlo Moretti Srl, Effetre SpA, Ferro & Lazzarini Srl, Formia Srl, Gino Cenedese & Figlio, La Murrina, Mazzuccato International Srl, Nason & Moretti Srl, Tfz Internazionale Srl, V. Nason & C. Srl, Venini SpA, Vetreria de Majo Srl u Vetreria LAG Srl għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk tal-Kummissjoni.

(4)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 355, 09.12.2000.


Top