Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62000TB0269

    Kawża T-269/00: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad- 29 ta’ Jannar 2013 — Sagar vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Tnaqqis tal-piżijiet soċjali favur il-kumpanniji stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li teħtieġ l-irkupru tal-għajnuna mħallsa — Rikors manifestament infondat fid-dritt” )

    ĠU C 86, 23.3.2013, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 86/15


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2013 — Sagar vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-269/00) (1)

    (Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Tnaqqis tal-piżijiet soċjali favur il-kumpanniji stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li teħtieġ l-irkupru tal-għajnuna mħallsa - Rikors manifestament infondat fid-dritt)

    2013/C 86/23

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Sagar Srl (Segrate, l-Italja) (rappreżentanti: A. Vianello, M. Merola u M. Pappalardo, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: V. Di Bucci, aġent, assistit minn de A. Dal Ferro, avukat)

    Parti intervenjenti għas-sostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: inizjalment U. Leanza, sussegwentement minn I. Braguglia, sussegwentement minn R. Adam u fl-aħħar minn I. Bruni, aġenti, assistiti minn G. Aiello u P. Gentili, avvocati dello Stato)

    Suġġett

    Talba ta’ annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/394/KE tal-25 ta’ Novembru 1999, dwar il-miżuri ta’ għajnuna favur il-kumpanniji stabbiliti fit-territorju ta’ Venezja u ta’ Chioggia, previsti mil-liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995 li jistitwixxu t-tnaqqis tar-responsabbiltajiet soċjali (ĠU 2000, L 150, p. 50).

    Dispożittiv

    (1)

    L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni Ewropea hija magħquda mal-mertu.

    (2)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala li huwa manifestament infondat fid-dritt.

    (3)

    Sagar Srl għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk tal-Kummissjoni.

    (4)

    Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


    (1)  ĠU C 355, 09.12.2000.


    Top