Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52024PC0347

    Proposta għal DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) (ST 10155/21 INIT; ST 10155/21 ADD1) tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għal-Lussemburgu

    COM/2024/347 final

    Brussell, 23.7.2024

    COM(2024) 347 final

    2024/0205(NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

    li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) (ST 10155/21 INIT; ST 10155/21 ADD1) tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għal-Lussemburgu

    {SWD(2024) 197 final}


    2024/0205 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

    li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) (ST 10155/21 INIT; ST 10155/21 ADD1) tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għal-Lussemburgu

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza 1 , u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)Wara l-preżentazzjoni tal-pjan nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza (recovery and resilience plan, RRP) mil-Lussemburgu fit-30 ta’ April 2021, il-Kummissjoni pproponiet il-valutazzjoni pożittiva tiegħu lill-Kunsill. Il-Kunsill approva l-valutazzjoni pożittiva permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 2 . Dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill ġiet emendata fis-17 ta’ Jannar 2023 3 .

    (2)Fis-16 ta’ Mejju 2024, il-Lussemburgu ppreżenta RRP nazzjonali modifikat, inkluż kapitolu tar-REPowerEU f’konformità mal-Artikolu 21c tar-Regolament (UE) 2021/241, lill-Kummissjoni.

    (3)L-RRP modifikat jinkludi talba motivata lill-Kummissjoni biex tiġi emendata d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) 2021/241 u jikkunsidra li l-RRP parzjalment ma għadux jista’ jinkiseb minħabba ċirkostanzi oġġettivi. Il-modifiki tal-RRP ippreżentati mil-Lussemburgu jikkonċernaw erba’ miżuri.

    (4)Fl-14 ta’ Lulju 2023, il-Kunsill indirizza rakkomandazzjonijiet lil-Lussemburgu fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. Il-Kunsill irrakkomanda li l-Lussemburgu jtemm il-miżuri ta’ appoġġ fejn tidħol l-enerġija; jara li jsegwi politika fiskali prudenti; jippreserva l-investiment pubbliku ffinanzjat fil-livell nazzjonali u jiżgura l-assorbiment effettiv tal-għotjiet tal-RRF u fondi oħra tal-UE; ikompli jsegwi strateġija fiskali fuq terminu medju ta’ konsolidazzjoni gradwali u sostenibbli lil hinn mill-2024, flimkien ma’ investimenti u riformi li jwasslu għal tkabbir sostenibbli ogħla; inaqqas ir-riskji marbuta mas-suq tal-akkomodazzjoni; itejjeb is-sostenibbiltà għat-tul tas-sistema tal-pensjonijiet; iqawwi l-azzjoni biex jiġi indirizzat b’mod effettiv l-ippjanar aggressiv tat-taxxa; kif ukoll li jtejjeb il-prestazzjoni u l-ekwità tas-sistema edukattiva. Fir-rigward tal-enerġija, il-Kunsill irrakkomanda li l-Lussemburgu jnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili billi jaċċellera l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, itejjeb il-kapaċità tat-trażmissjoni tal-elettriku, jiffaċilita l-proċeduri għall-għoti ta’ permessi u jinvesti fl-effiċjenza enerġetika; jagħti appoġġ lill-muniċipalitajiet fl-iżvilupp ta’ pjanijiet lokali dettaljati għall-enerġija rinnovabbli u s-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali; jippromwovi l-elettrifikazzjoni tat-trasport u jinvesti fit-trasport pubbliku; kif ukoll li jżid l-isforzi ta’ politika fir-rigward tal-ħiliet meħtieġa għat-tranżizzjoni ekoloġika.

    (5)Wara li vvalutat il-progress fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż rilevanti kollha fil-mument tal-preżentazzjoni tal-RRP nazzjonali modifikat, il-Kummissjoni ssib li nkiseb progress sostanzjali fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet tal-2023 fejn jidħol it-tħaffif tal-pass fl-użu ta’ sorsi rinnovabbli għall-enerġija u fir-rigward tar-rakkomandazzjoni tal-2020 dwar it-taffija tal-impatt tal-COVID-19 fuq l-impjiegi.

    (6)Il-preżentazzjoni tal-RRP modifikat segwiet proċess ta’ konsultazzjoni, imwettaq f’konformità mal-qafas legali nazzjonali, li jinvolvi lill-awtoritajiet u lis-sħab soċjali. Is-sommarju tal-konsultazzjonijiet ġie ppreżentat flimkien mal-RRP nazzjonali modifikat. Skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2021/241, il-Kummissjoni vvalutat ir-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza u l-koerenza tal-RRP modifikat, f’konformità mal-linji gwida tal-valutazzjoni stabbiliti fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament.

    Emendi bbażati fuq l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/241

    (7)L-emendi tal-RRP ippreżentati mil-Lussemburgu minħabba ċirkostanzi oġġettivi jikkonċernaw erba’ miżuri.

    (8)Il-Lussemburgu spjega li miżura waħda, il-“Proġett “Neischmelz” f’Dudelange – enerġija rinnovabbli” ma għadux jista’ jinkiseb tul il-ħajja tal-RRF, minħabba dewmien mhux mistenni fix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni peress li nstab bijotopu rari fis-sit ta’ kostruzzjoni. Dan jikkonċerna, rispettivament, l-istadju importanti 1C-4, l-istadju importanti 1C-5, l-istadju importanti 1C-6, il-mira 1C-7 u l-istadju importanti 1C-8 taħt il-komponent “1C – Żieda fil-provvista ta’ akkomodazzjoni pubblika affordabbli u sostenibbli”. Barra minn hekk, miżura oħra, “Investiment 2: Soluzzjoni tat-telemediċina għal segwitu mediku mill-bogħod tal-pazjenti”, ma għadhiex tista’ tinkiseb bl-istess mod minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà tas-soluzzjoni proprjetarja tal-IT prevista inizjalment, u ċ-ċirkostanzi mibdula wara t-tmiem tal-kriżi tal-COVID-19. Dan jikkonċerna, rispettivament, l-istadju importanti 1B-8 taħt il-komponent 1B: It-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistema tas-saħħa”. Abbażi ta’ dan, il-Lussemburgu talab li jneħħi l-Investiment minn taħt il-komponent 1C u jemenda l-Investiment 2 taħt il-komponent 1B. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

    (9)Il-Lussemburgu talab ukoll li juża r-riżorsi lliberati bit-tneħħija tal-Investiment taħt il-komponent 1C u l-modifika tal-Investiment 2 taħt il-komponent 1B skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/241, għal ammont totali ta’ EUR 18 884 883 biex jiżdied il-livell ta’ implimentazzjoni ta’ “Investiment 2: Promozzjoni ta’ mobbiltà b’emissjonijiet żero u attiva” tal-kapitolu REPowerEU. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

    (10)Il-Lussemburgu spjega li tliet miżuri għandhom jiġu mmodifikati biex jiġu implimentati alternattivi aħjar għall-kisba tal-ambizzjoni oriġinali tagħhom. Dan jikkonċerna l-istadji importanti 3B-5 u 3B-6 tal- “Investiment 2: Żvilupp ta’ MyGuichet – Proġett 1/3 – Ħatra virtwali” u 3B-11 u 3B-12 ta’ “Investiment 3: eADEM” taħt il-komponent “3B: Modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika”. Il-modifiki jneħħu d-dettalji mhux meħtieġa tad-deskrizzjonijiet tal-miżura, li ma jikkontribwixxux biex jintlaħqu l-objettivi ta’ dawn il-miżuri, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv mhux ġustifikat.

    (11)Il-Kummissjoni tqis li r-raġunijiet imressqa mil-Lussemburgu jiġġustifikaw l-emendi skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2021/241.

    Il-Kapitolu tar-REPowerEU bbażat fuq l-Artikolu 21c tar-Regolament 2021/241

    (12)Il-kapitolu REPowerEU jinkludi riforma waħda ġdida u tliet investimenti ġodda. Ir-riforma “Strateġija nazzjonali tal-bijogass” tirrevedi l-iskema ta’ appoġġ tal-Lussemburgu għall-produzzjoni tal-elettriku u tal-bijogass u tikkontribwixxi għall-objettiv li jiżdiedu l-produzzjoni u l-użu tal-bijometan sostenibbli. L-investiment 1 huwa skema ta’ appoġġ finanzjarju għal proġetti ta’ rinnovazzjoni u kostruzzjoni tal-enerġija għall-akkomodazzjoni. Għandha l-għan li tagħti spinta lill-effiċjenza enerġetika fil-bini u żżid is-sehem u taċċellera l-użu tal-enerġija rinnovabbli. L-Investiment 2 huwa skema ta’ appoġġ finanzjarju għax-xiri ta’ vetturi u roti b’emissjonijiet żero, li tikkontribwixxi għall-objettiv li jiġi appoġġat it-trasport b’emissjonijiet żero. L-Investiment 3 huwa skema ta’ appoġġ finanzjarju għall-intrapriżi li jinstallaw impjanti tal-enerġija fotovoltajka għall-awtokonsum, li tiffaċilita l-użu tal-enerġija rinnovabbli. L-użu tal-enerġija rinnovabbli u effiċjenza enerġetika aħjar jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-vulnerabbiltajiet matul l-istaġun tax-xitwa li ġej.

    (13)Il-Kummissjoni vvalutat l-RRP modifikat inkluż il-kapitolu dwar REPowerEU skont il-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament 2021/241.

    (14)Id-distribuzzjoni tal-istadji importanti u l-miri fi ħlasijiet parzjali jenħtieġ li tiġi modifikata biex tqis l-allokazzjoni l-ġdida tar-REPowerEU, l-emendi għall-pjan u l-iskeda ta’ żmien indikattiva ppreżentata mil-Lussemburgu.

     Rispons ibbilanċjat li jikkontribwixxi għas-sitt pilastri

    (15)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (a), u mal-Anness V, il-kriterju 2.1 tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP modifikat inkluż il-kapitolu REPowerEU jirrappreżenta fil-biċċa l-kbira (Klassifikazzjoni A) rispons komprensiv u bbilanċjat b’mod adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali, u b’hekk jikkontribwixxi b’mod xieraq għas-sitt pilastri kollha msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu l-isfidi speċifiċi ffaċċjati mill-Istat Membru kkonċernat u l-allokazzjoni finanzjarja għalih.

    (16)L-RRP oriġinali kien jirrappreżenta rispons komprensiv u bbilanċjat b’mod adegwat (klassifikazzjoni A) għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali f’dak iż-żmien, li kkontribwixxa b’mod xieraq għas-sitt pilastri kollha msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/241.

    (17)L-RRP modifikat inkluż il-kapitolu REPowerEU jkompli jkopri b’mod komprensiv is-sitt pilastri, u jinkludi għadd sinifikanti ta’ komponenti li jappoġġaw aktar minn pilastru wieħed. Minkejja l-investiment meħud mill-RRP oriġinali abbażi tal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/241, il-firxa ta’ azzjonijiet tal-RRP modifikat inkluż il-kapitolu REPowerEU tikkorrispondi għall-objettivi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita b’dak ir-Regolament (il- “Faċilità”) b’bilanċ ġenerali xieraq bejn il-pilastri minħabba l-miżuri introdotti mill-ġdid fil-kapitolu REPowerEU skont l-Artikolu 21c(3) ta’ dak ir-Regolament. B’mod partikolari, il-miżuri inklużi fil-kapitolu REPowerEU jikkontribwixxu għall-pilastri tat-tranżizzjoni ekoloġika, it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, u l-koeżjoni soċjali u territorjali.

    Indirizzar tal-isfidi kollha, jew subsett sinifikanti minnhom, identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż

    (18)F’konformità mal-Artikolu 19(3)(b), u l-Anness V, il-kriterju 2.2 tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP modifikat huwa mistenni li jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b’mod effettiv l-isfidi kollha jew subsett sinifikanti tagħhom (Klassifikazzjoni A) identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż indirizzati lil-Lussemburgu, inklużi l-aspetti fiskali tagħhom, jew l-isfidi identifikati f’dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

    (19)Wara li vvalutat il-progress fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż rilevanti kollha bħala parti mis-Semestru Ewropew 2024, il-Kummissjoni ssib li nkiseb progress sostanzjali fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet tal-2023 fejn jidħol it-tħaffif tal-pass fl-użu ta’ sorsi rinnovabbli għall-enerġija u fir-rigward tar-rakkomandazzjoni tal-2020 dwar it-taffija tal-impatt tal-COVID-19 fuq l-impjiegi.

    (20)L-RRP modifikat jinkludi sett estensiv ta’ riformi u investimenti li jsaħħu lil xulxin b’mod reċiproku li jikkontribwixxu biex jindirizzaw b’mod effettiv l-isfidi ekonomiċi u soċjali kollha jew subsett sinifikanti minnhom deskritti fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż indirizzati lil-Lussemburgu mill-Kunsill fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, b’mod partikolari fejn jidħol is-suq tal-akkomodazzjoni, ir-rata tal-impjieg fost ħaddiema l-aktar imdaħħla fiż-żmien, it-trasport sostenibbli, u l-ħiliet meħtieġa għat-tranżizzjoni ekoloġika.

    (21)Il-Kapitolu REPowerEU jindirizza l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż relatati mal-politika tal-enerġija u tat-tranżizzjoni ekoloġika. B’mod partikolari, il-miżuri tal-kapitolu REPowerEU – ir-riforma tal-qafas għall-bijogass sostenibbli u l-investimenti li jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-proġetti tal-effiċjenza enerġetika u tal-enerġija rinnovabbli fl-akkomodazzjoni, il-mobbiltà b’emissjonijiet żero, u l-installazzjonijiet fotovoltajċi fuq skala żgħira – jindirizzaw direttament ir-rakkomandazzjoni 4 tal-2023 dwar il-ħtieġa li titnaqqas id-dipendenza ġenerali fuq il-fjuwils fossili, is-subpartijiet partikolari dwar l-investiment fl-effiċjenza enerġetika u l-promozzjoni tal-elettrifikazzjoni tat-trasport.

    Il-kontribut għall-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali

    (22)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (c), u mal-l-Anness V, il-kriterju 2.3 tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP modifikat inkluż il-kapitolu REPowerEU mistenni jkollu impatt għoli (Klassifikazzjoni A) fuq it-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi, u r-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali tal-Litwanja, filwaqt li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, inkluż permezz tal-promozzjoni ta’ politiki għat-tfal u ż-żgħażagħ, u fuq il-mitigazzjoni tal-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi tal-COVID-19, u b’hekk isaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u l-konverġenza fl-Unjoni.

    (23)Il-valutazzjoni tal-RRP oriġinali, f’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (c), u mal-Anness V, il-kriterju 2.3, tar-Regolament (UE) 2021/241, sabet li l-RRP oriġinali kien mistenni li jkollu impatt għoli fuq it-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi, u r-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali (Klassifikazzjoni A).

    (24)L-RRP modifikat għadu jinkludi investimenti u riformi sinifikanti biex jiġu indirizzati l-vulnerabbiltajiet tal-ekonomija u l-koeżjoni ekonomika. Dan jinkludi riforma biex tittejjeb l-aċċessibbiltà għall-akkomodazzjoni; riformi u investimenti f’sistema tal-kura tas-saħħa aktar effiċjenti; miżuri biex tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol; u investimenti fid-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika.

    (25)Il-koeżjoni soċjali tissaħħaħ permezz ta’ miżuri ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid, b’mod partikolari l-investiment immirat lejn ħaddiema akbar fl-età, u l-indirizzar tal-lakuni fl-aċċess għall-kura tas-saħħa, u b’hekk jingħata kontribut għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

    Il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”

    (26)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (d), u l-Anness V, il-kriterju 2.4, tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP modifikat li jinkludi l-kapitolu REPowerEU mistenni jiżgura li l-ebda miżura (Klassifikazzjoni A) għall-implimentazzjoni ta’ riformi u ta’ proġetti tal-investimenti inklużi f’dan l-RRP ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fit-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 (il-prinċipju ‘‘la tagħmilx ħsara sinifikanti’’).

    (27)Il-modifiki tal-miżuri inklużi fl-RRP oriġinali ma għandhomx impatt fuq il-valutazzjoni tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” li jibqa’ identiku.

    (28)L-RRP modifikat li jinkludi l-kapitolu REPowerEU huwa vvalutat bħala konformi mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” skont il-metodoloġija stabbilita fil-Gwida Teknika fl-Avviż tal-Kummissjoni (2021/C58/01). Il-valutazzjoni tikkonkludi li għal kull miżura ġdida skont il-kapitolu REPowerEU, jew ma hemm l-ebda riskju ta’ ħsara sinifikanti jew, fejn jiġi identifikat riskju, issir valutazzjoni aktar ddettaljata li turi n-nuqqas ta’ ħsara sinifikanti. Meta meħtieġ, ir-rekwiżiti tal-konformità mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” ikunu minquxa fit-tfassil tal-miżura partikolari.

    Kontribuzzjoni għall-objettivi ta’ REPowerEU

    (29)F’konformità mal-Artikolu 19(3)(da) u mal-Anness V, il-kriterju 2.12 tar-Regolament (UE) 2021/241, il-kapitolu REPowerEU huwa mistenni li jikkontribwixxi b’mod effettiv fil-biċċa l-kbira (Klassifikazzjoni A) għas-sigurtà tal-enerġija, id-diversifikazzjoni tal-provvista tal-enerġija tal-Unjoni, żieda fl-użu tal-enerġija rinnovabbli u fl-effiċjenza enerġetika, żieda fil-kapaċitajiet tal-ħżin tal-enerġija jew it-tnaqqis meħtieġ tad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili qabel l-2030.

    (30)L-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b’mod effettiv għall-effiċjenza enerġetika, l-użu tal-enerġija rinnovabbli u t-trasport b’emissjonijiet żero. Ir-riforma dwar l-istrateġija sostenibbli tal-bijogass tindirizza l-objettiv li jiżdiedu l-produzzjoni u l-użu tal-bijometan sostenibbli. L-investiment fir-rinnovazzjoni tal-enerġija fid-djar għandu l-għan li jagħti spinta lill-effiċjenza enerġetika fil-bini u li jiżdied b’pass aktar ngħaġġel l-użu tal-enerġija rinnovabbli. L-użu tal-enerġija rinnovabbli huwa wkoll l-objettiv tal-investiment f’installazzjonijiet fotovoltajċi f’intrapriżi għall-awtokonsum tagħhom stess. L-investiment li jipprovdi appoġġ finanzjarju lin-nies li jixtru vetturi b’emissjonijiet żero jikkontribwixxi għall-objettiv li jiġi appoġġat it-trasport b’emissjonijiet żero. 

    (31)Il-kapitolu REPowerEU huwa konsistenti mal-impenn tal-Lussemburgu li jnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Il-miżuri dwar l-akkomodazzjoni u t-trasport sostenibbli jsaħħu dawk inklużi fl-RRP oriġinali.

    (32)Il-kapitolu REPowerEU jindirizza wkoll il-ħtieġa li ssir diversifikazzjoni lil hinn mill-fjuwils fossili billi jaċċellera l-użu tal-enerġija rinnovabbli, u b’hekk tiżdiedi is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-Lussemburgu.

    Miżuri b’dimensjoni jew effett transfruntier jew multinazzjonali

    (33)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (db), u mal-Anness V, il-kriterju 2.13 tar-Regolament (UE) 2021/241, il-miżuri inklużi fil-kapitolu REPowerEU mistennija fil-biċċa l-kbira (Klassifikazzjoni A) ikollhom dimensjoni jew effett transfruntier jew multinazzjonali.

    (34)Il-kapitolu REPowerEU jikkontribwixxi għall-iżgurar tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni kollha kemm hi, inkluż billi jindirizza l-isfidi identifikati fl-aktar valutazzjoni tal-ħtiġijiet reċenti tal-Kummissjoni, f’konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 21c(3), filwaqt li jqis il-kontribuzzjoni finanzjarja disponibbli għal-Lussemburgu. Il-miżuri inklużi fil-kapitolu REPowerEU jikkontribwixxu għat-tnaqqis tad-dipendenza tal-Lussemburgu fuq l-enerġija u l-fjuwils fossili importati billi jiżviluppaw kapaċità addizzjonali tal-enerġija rinnovabbli. Il-kapitolu REPowerEU jikkontribwixxi wkoll għat-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili u għat-tnaqqis tad-domanda għall-enerġija billi jappoġġa r-rinnovazzjoni enerġetika ta’ bini residenzjali u jkompli jabilita t-trasport sostenibbli.

    (35)L-istima tal-kosti totali ta’ dawn il-miżuri tammonta għal total ta’ EUR 94 biljun, li jirrappreżentaw 53 % tal-istima tal-kosti tal-kapitolu REPowerEU, li huwa ogħla mill-mira indikattiva ta’ 30 %.

    Kontribuzzjoni għat-tranżizzjoni ekoloġika inkluża l-bijodiversità

    (36)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (e), u mal-Anness V, il-kriterju 2.5 tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP modifikat li jinkludi l-kapitolu REPowerEU, fih miżuri li jikkontribwixxu fil-biċċa l-kbira (Klassifikazzjoni A) għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluża l-bijodiversità, jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnha. Il-miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi jammontaw għal ammont li jirrappreżenta 80,1 % tal-allokazzjoni totali tal-RRP u 90,3 % tal-kosti stmati totali tal-miżuri fil-kapitolu REPowerEU kkalkolat f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Anness VI ta’ dak ir-Regolament. F’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP emendat, li jinkludi l-kapitolu REPowerEU huwa konsistenti mal-informazzjoni inkluża fil-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima 2021-2030 u mal-abbozz tal-verżjoni aġġornata tiegħu tal-2023.

    (37)L-impatt tal-miżuri mneħħija u modifikati fuq l-ambizzjoni ġenerali tal-RRP rigward it-tranżizzjoni ekoloġika huwa limitat, peress li l-allokazzjoni tal-miżura mneħħija tintuża għall-miżuri tal-kapitolu REPowerEU. Il-kapitolu REPowerEU jagħti kontribut sinifikanti għall-appoġġ ulterjuri tat-tranżizzjoni ekoloġika tal-Lussemburgu, peress li r-riformi u l-investimenti l-ġodda kollha jikkontribwixxu għal dan l-objettiv. Ir-riforma u l-investimenti għandhom l-għan li jnaqqsu d-dipendenza fuq il-fjuwils fossili, iżidu l-effiċjenza enerġetika, jaċċelleraw l-użu tal-enerġiji rinnovabbli, u jappoġġaw it-trasport b’emissjonijiet żero.

    (38)L-RRP modifikat inkluż il-kapitolu REPowerEU jkompli jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluża l-bijodiversità, kif ukoll għall-kisba tal-miri klimatiċi tal-Unjoni għall-2030 filwaqt li jikkonforma mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-UE sal-2050.

    Kontribuzzjoni għat-tranżizzjoni diġitali

    (39)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (f), u mal-Anness V, il-kriterju 2.6 tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP modifikat fih miżuri li jikkontribwixxu fil-biċċa l-kbira għat-tranżizzjoni diġitali jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnha. Il-miżuri li jappoġġaw l-objettivi diġitali jammontaw għal ammont li jirrappreżenta 37,5 % tal-allokazzjoni totali tal-RRP modifikat, ikkalkulat f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament.

    (40)L-RRP modifikat ikompli jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-tranżizzjoni diġitali permezz ta’ diversi investimenti li jiddiġitalizzaw l-amministrazzjoni pubblika u l-kura tas-saħħa, u permezz tal-iżvilupp ta’ infrastruttura ta’ komunikazzjoni ultrasigura bbażata fuq it-teknoloġija kwantistika.

    Impatt dejjiemi

    (41)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (g), u mal-Anness V, il-kriterju 2.7, tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP modifikat inkluż il-kapitolu REPowerEU mistenni li fil-biċċa l-kbira jkollu impatt dejjiemi fuq il-Lussemburgu (Klassifikazzjoni A).

    (42)Il-valutazzjoni inizjali tal-RRP oriġinali, f’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (g), u mal-Anness V, il-kriterju 2.7, tar-Regolament (UE) 2021/241 sabet li l-RRP oriġinali kien mistenni li fil-biċċa l-kbira jkollu impatt dejjiemi fuq il-Lussemburgu (Klassifikazzjoni A).

    (43)L-RRP modifikat ikompli jiffoka fuq attivitajiet ekonomiċi innovattivi u sostenibbli b’potenzjal sinifikanti ta’ sfruttament. Il-kapitolu REPowerEU, minbarra l-miżuri eżistenti, huwa mistenni wkoll ikollu effetti pożittivi dejjiema fuq l-ekonomija tal-Lussemburgu u jkompli jagħti spinta lit-tranżizzjoni ekoloġika tiegħu. L-investimenti fl-enerġija rinnovabbli, fl-effiċjenza enerġetika u fl-elettrifikazzjoni tat-trasport huma mistennija li jkollhom impatt dejjiemi fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u d-dipendenza fuq il-fjuwils fossili. Ir-riforma se tħalli impatt dejjiemi billi ttejjeb il-kundizzjonijiet qafas għall-produzzjoni sostenibbli tal-bijogass.

    Monitoraġġ u implimentazzjoni

    (44)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (h), u mal-Anness V, il-kriterju 2.8, tar-Regolament (UE) 2021/241, l-arranġamenti proposti fl-RRP modifikat inkluż il-kapitolu REPowerEU huma adegwati (Klassifikazzjoni A) biex jiżguraw monitoraġġ u implimentazzjoni effettivi tal-RRP, inkluż l-iskeda ta’ żmien prevista, l-istadji importanti u l-miri, u l-indikaturi relatati.

    (45)Il-valutazzjoni tal-RRP oriġinali, f’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (h), u l-Anness V, il-kriterju 2.8, tar-Regolament (UE) 2021/241, sabet li l-RRP oriġinali kien adegwat (Klassifikazzjoni A) biex jiżgura monitoraġġ u implimentazzjoni effettivi tal-RRP, inkluż l-iskeda ta’ żmien prevista, l-istadji importanti u l-miri, u l-indikaturi relatati.

    (46)In-natura u l-firxa tal-modifiki proposti għall-RRP tal-Lussemburgu ma għandhomx impatt fuq il-valutazzjoni preċedenti tal-monitoraġġ u l-implimentazzjoni effettivi tal-RRP. B’mod partikolari, l-istadji importanti u l-miri li jakkumpanjaw il-miżuri modifikati u ġodda, inklużi dawk fil-kapitolu REPowerEU, huma ċari u realistiċi u l-indikaturi proposti għal dawk l-istadji importanti u l-miri huma rilevanti, aċċettabbli u robusti. L-istadji importanti u l-miri huma rilevanti wkoll għall-miżuri li diġà tlestew u li huma eliġibbli skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) 2021/241. It-twettiq sodisfaċenti ta’ dawn l-istadji importanti u l-miri fuq perjodu ta’ żmien huwa meħtieġ sabiex tkun ġustifikata talba għal żborż.

    Kalkolu tal-kosti

    (47)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (i), u mal-Anness V, il-kriterju 2.9, tar-Regolament (UE) 2021/241, il-ġustifikazzjoni mogħtija fl-RRP modifikat inkluż il-kapitolu REPowerEU dwar l-ammont tal-istima tal-kosti totali tal-RRP hija moderatament (Klassifikazzjoni B) raġonevoli u plawżibbli, hija konformi mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza u hija proporzjonata għall-impatt ekonomiku u soċjali nazzjonali mistenni.

    (48)Għall-valutazzjoni tal-kosti tal-pjan rivedut, il-ġustifikazzjoni pprovduta mil-Lussemburgu dwar l-ammont tal-modifiki tal-kosti tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hija raġonevolment plawżibbli, f’konformità mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza u hija proporzjonata mal-impatt ekonomiku u soċjali nazzjonali mistenni.

    (49)Għall-miżuri fil-kapitolu REPowerEU, il-valutazzjoni tal-istimi tal-kosti u tad-dokumenti ġustifikattivi turi li l-biċċa l-kbira tal-kosti huma raġonevoli u plawżibbli. Dimostrazzjoni sħiħa tal-kosti ġiet ipprovduta għall-miżuri l-ġodda. Fl-aħħar nett, il-kost totali stmat tal-RRP huwa f’konformità mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza u proporzjonali mal-impatt nazzjonali, ekonomiku u soċjali mistenni.  

    Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

    (50)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (j), u l-Anness V, il-kriterju 2.10, tar-Regolament (UE) 2021/241, l-arranġamenti proposti fl-RRP modifikat li jinkludi l-kapitolu REPowerEU huma adegwati (Klassifikazzjoni A) biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-korruzzjoni, il-frodi u l-kunflitti ta’ interess meta jintużaw il-fondi previsti skont dak ir-Regolament, u l-arranġamenti mistennija jevitaw b’mod effettiv il-finanzjament doppju skont dak ir-Regolament u programmi oħra tal-UE. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ strumenti u għodod oħra biex jippromwovu u jinfurzaw il-konformità mad-dritt tal-Unjoni, fosthom għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-korruzzjoni, il-frodi u l-kunflitti ta’ interess, u għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 5 .

    (51)Il-valutazzjoni oriġinali kienet ikkonkludiet li l-arranġamenti ta’ kontroll u awditjar proposti mil-Lussemburgu kienu adegwati (klassifikazzjoni A) skont il-kriterju 2.10 tal-Anness V tar-Regolament RRF, soġġetti għall-issodisfar f’waqtu ta’ żewġ stadji importanti relatati ma’ sistema ta’ repożitorju għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-RRF u l-finalizzazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ proċeduri ulterjuri għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE, li ġew ivvalutati b’mod pożittiv soġġetti għal impenn matul l-approvazzjoni tal-ewwel talba għal pagament. Id-Direttorat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Baġitarji fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi għandu r-responsabbiltà kumplessiva għall-implimentazzjoni tal-RRP u huwa responsabbli f’isem il-korpi ta’ implimentazzjoni kollha għall-aspetti operazzjonali u amministrattivi tal-RRP. L-awtorità tal-awditjar għall-RRF, l-Ispettorat Ġenerali tal-Finanzi (IGF), hija responsabbli għat-twettiq ta’ awditi tas-sistema biex tivverifika l-operat effettiv tas-sistema ta’ kontroll, kif ukoll awditi tal-operazzjonijiet biex tipprovdi aċċertament dwar l-ilħuq tal-istadji importanti u tal-miri.

    (52)Mill-valutazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni kellha aċċess għal informazzjoni dwar l-implimentazzjoni attwali tas-sistema Lussemburgiża ta’ verifika u kontroll. Dan jinkludi s-sejbiet tal-awditu dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni mwettaq mill-Kummissjoni fil-Lussemburgu.

    (53)Fid-dawl ta’ din l-informazzjoni, il-Kummissjoni tqis li s-sistema ta’ kontroll intern tal-RRP tal-Lussemburgu hija ġeneralment adegwata. Il-Lussemburgu rreveda (a) il-proċeduri tiegħu dwar il-kunflitt ta’ interess, id-detezzjoni ta’ irregolaritajiet, il-monitoraġġ tan-nefqa, il-finanzjament doppju, l-akkwist pubbliku, u l-għotjiet; u (b) aġġorna l-proċeduri interni tal-korp ta’ koordinazzjoni, fid-dawl tal-osservazzjonijiet li saru matul l-awditi biex dawn isiru aktar xierqa u proporzjonati għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE. Barra minn hekk, il-korp tal-awditjar tal-Lussemburgu rreveda l-istrateġija tal-awditjar tiegħu.

    Koerenza tal-RRP

    (54)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (k), u mal-kriterju 2.11 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP modifikat inkluż il-kapitolu REPowerEU jinkludi fil-biċċa l-kbira (Klassifikazzjoni A) miżuri għall-implimentazzjoni ta’ riformi u proġetti ta’ investiment pubbliku li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti.

    (55)Il-valutazzjoni tal-RRP oriġinali, f’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (k), u mal-Anness V, il-kriterju 2.11, tar-Regolament (UE) 2021/241, qieset l-RRP oriġinali fil-biċċa l-kbira (Klassifikazzjoni A) miżuri għall-implimentazzjoni ta’ riformi u proġetti ta’ investiment pubbliku li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti.

    (56)Il-modifiki li saru fil-komponenti eżistenti tal-RRP ma jbiddlux il-koerenza ġenerali tal-RRP, filwaqt li jitqies il-mod kif il-miżuri jsaħħu lil xulxin u jikkumplimentaw lil xulxin. Il-kapitolu addizzjonali tar-REPowerEU huwa konsistenti mal-miżuri użati skont l-RRP inizjali biex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni ekoloġika u jkompli jsaħħaħ l-ambizzjoni tal-miżuri relatati mal-akkomodazzjoni sostenibbli u l-elettrifikazzjoni tat-trasport. Il-kapitolu REPowerEU jinkludi taħlita konsistenti ta’ riforma u tliet investimenti li jsaħħu lil xulxin u jikkomplementaw lil xulxin.

    Proċess ta’ konsultazzjoni

    (57)Il-Lussemburgu wettaq konsultazzjonijiet addizzjonali mal-partijiet ikkonċernati fil-kuntest tal-emenda tal-RRP u għat-tħejjija tal-kapitolu REPowerEU, bl-involviment tas-sħab soċjali.

    Valutazzjoni pożittiva

    (58)Wara l-valutazzjoni pożittiva mill-Kummissjoni li tikkonċerna l-RRP modifikat li jinkludi l-kapitolu REPowerEU, bis-sejba li l-pjan jikkonforma b’mod sodisfaċenti mal-kriterji għall-valutazzjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/241, f’konformità mal-Artikolu 20(2) tal-Anness V ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-riformi u l-proġetti tal-investimenti meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-RRP modifikat li jinkludi l-kapitolu REPowerEU, l-objettivi intermedji, il-miri u l-indikaturi rilevanti, u l-ammont li sar disponibbli mill-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-RRP modifikat li jinkludi l-kapitolu REPowerEU fil-forma ta’ appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli.

    Kontribuzzjoni finanzjarja

    (59)Il-kosti totali stmati tal-RRP modifikat inkluż il-kapitolu REPowerEU tal-Lussemburgu huma ta’ EUR 241 100 776. Peress li l-ammont tal-kosti totali stmati tal-RRP modifikat huwa ogħla mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima aġġornata disponibbli għal-Lussemburgu, jenħtieġ li l-kontribuzzjoni finanzjarja kkalkulata f’konformità mal-Artikolu 11 allokata għall-RRP modifikat tal-Lussemburgu inkluż il-kapitolu REPowerEU tkun ugwali għall-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja disponibbli għall-RRP modifikat tal-Lussemburgu inkluż il-kapitolu REPowerEU. Dan l-ammont huwa ta’ EUR 82 670 643.

    (60)Skont l-Artikolu 21a(5) tar-Regolament (UE) 2021/241, fis-16 ta’ Mejju 2024, il-Lussemburgu ppreżenta talba għall-allokazzjoni tad-dħul msemmi fl-Artikolu 21a (1) ta’ dak ir-Regolament, kondiviża bejn l-Istati Membri fuq il-bażi tal-indikaturi stabbiliti fil-metodoloġija fl-Anness Iva tar-Regolament (UE) 2021/241. L-ispejjeż totali stmati tal-miżuri msemmija fil-punti (b) sa (f) tal-Artikolu 21c(3) inklużi fil-kapitolu tar-REPowerEU huma ta’ EUR 176 746 699. Peress li dan l-ammont huwa ogħla mis-sehem tal-allokazzjoni disponibbli għal-Lussemburgu, l-appoġġ finanzjarju addizzjonali mhux ripagabbli disponibbli għal-Lussemburgu jenħtieġ li jkun ugwali għas-sehem tal-allokazzjoni. Dan l-ammont huwa ta’ EUR 29 955 009.

    (61)Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 4a tar-Regolament (UE) 2021/1755 6 , fit-28 ta’ Frar 2024 il-Lussemburgu ppreżenta talba motivata biex jittrasferixxi l-allokazzjoni proviżorja kollha tiegħu li jifdal mir-riżorsi tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit għall-Faċilità, li tammonta għal EUR 128 475 124. Dak l-ammont jenħtieġ li jsir disponibbli biex jappoġġa r-riformi u l-investimenti fil-kapitolu REPowerEU bħala appoġġ finanzjarju addizzjonali mhux ripagabbli.

    (62)Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali disponibbli għal-Lussemburgu jenħtieġ li tkun ta’ EUR 241 100 776.

    (63)Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-RRP għal-Lussemburgu tiġi emendata skont dan. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, l-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jenħtieġ li jiġi sostitwit kompletament,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hija emendata kif ġej:

    (1) L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 1

    Approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-RRP

    Il-valutazzjoni tal-RRP modifikat tal-Lussemburgu fuq il-bażi tal-kriterji previsti fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2021/241 hija approvata. Ir-riformi u l-proġetti ta’ investiment skont l-RRP, l-arranġamenti u l-iskeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-RRP, inkluż l-istadji importanti u l-miri rilevanti, l-indikaturi rilevanti relatati mat-twettiq tal-istadji importanti u l-miri previsti, u l-arranġamenti biex il-Kummissjoni tipprovdi aċċess sħiħ għad-data rilevanti sottostanti huma stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.”;

    (2) Fl-Artikolu 2, il-paragrafi 1 u 2 jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

    “1. L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Lussemburgu kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal EUR 241 100 776 fil-forma ta’ appoġġ mhux ripagabbli 7 . Din il-kontribuzzjoni tinkludi:

    (a)ammont ta’ EUR 76 625 886 li għandu jkun disponibbli biex jiġi impenjat legalment sal-31 ta’ Diċembru 2022;

    (b)ammont ta’ EUR 6 044 757 li għandu jkun disponibbli biex jiġi impenjat legalment mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023;

    (c)ammont ta’ EUR 29 955 009 8 , f’konformità mal-Artikolu 21a(6) tar-Regolament (UE) 2021/241, esklużivament għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 21c ta’ dak ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 21(3), il-punt (a);

    (d)ammont ta’ EUR 128 475 124, trasferit mir-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit lejn il-Faċilità.

    2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni lil-Lussemburgu fi ħlasijiet parzjali f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. Ammont ta’ EUR 12 136 030 għandu jkun disponibbli bħala prefinanzjament f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2021/241.

    Il-prefinanzjament u l-ħlasijiet parzjali jistgħu jiġu żborżati mill-Kummissjoni f’segment wieħed jew aktar. Id-daqs tas-segmenti għandu jkun soġġett għad-disponibbiltà tal-finanzjament.”;

    (3) L-Anness huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni:

    Artikolu 2
    Destinatarju

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

    Magħmul fi Brussell,

       Għall-Kunsill

       Il-President

    (1)    ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17.
    (2)    ST 10155/21; ST 10155/21 ADD 1.
    (3)    ST 16022/22.
    (4)    Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
    (5)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1).
    (6)    Ir-Regolament (UE) 2021/1755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2021 li jistabbilixxi r-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit (ĠU L 357, 8.10.2021, p. 1).
    (7)    Dan l-ammont jikkorrispondi għall-allokazzjoni finanzjarja wara t-tnaqqis tas-sehem proporzjonali tal-Lussemburgu tal-ispejjeż tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2021/241, ikkalkulat skont il-metodoloġija tal-Artikolu 11 ta’ dak ir-Regolament.
    (8)    Dan l-ammont jikkorrispondi għall-allokazzjoni finanzjarja wara li jitnaqqas is-sehem proporzjonali tal-ispejjeż tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2021/241 tal-Lussemburgu, ikkalkulat f’konformità mal-metodoloġija tal-Anness IVa ta’ dak ir-Regolament.
    Top

    Brussell, 23.7.2024

    COM(2024) 347 final

    ANNESS

    tal-

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) (ST 10155/21 INIT; ST 10155/21 ADD1) tat-13 ta' Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għal-Lussemburgu

    {SWD(2024) 197 final}


    ANNESS

    SEZZJONI 1: RIFORMI U INVESTIMENTI SKONT IL-PJAN GĦALL-IRKUPRU U R-REŻILJENZA

    1.Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investimenti

    A. IL-KOMPONENT 1A: It-taħriġ tal-ħiliet, it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid

    Il-komponent tat-Taħriġ, it-Taħriġ mill-ġdid u t-Titjib tal-Ħiliet tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Lussemburgu huwa rispons fl-istess ħin għaż-żieda kkawżata mill-kriżi fil-livell tal-qgħad, l-isfida li ilha teżisti tan-nuqqas ta’ ħiliet fis-suq tax-xogħol, u r-rikors dejjem aktar mifrux għat-telexogħol, li jinvolvi bidliet organizzattivi u domanda aktar b’saħħitha prinċipalment għall-ħiliet diġitali. Programm ta’ taħriġ, il-programm FutureSkills, jipprovdi ħiliet lil dawk li qed ifittxu impjieg, b’mira ddedikata għal dawk li qed ifittxu impjieg li għandhom 45 sena u aktar. Riforma komplementari għandha tipprovdi pjan ta’ azzjoni ta’ taħriġ li jistabbilixxi perkorsi għal taħriġ vokazzjonali (“Skillsbridges”) imfassal biex jipprovdi ħiliet identifikati bħala l-aktar meħtieġa għall-futur.

    Il-komponent jikkontribwixxi biex tiġi indirizzata r-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 1 tal-2019 biex tissaħħaħ l-impjegabbiltà tal-ħaddiema akbar fl-età, ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 3 tal-2019 biex jiġi stimulat l-iżvilupp tal-ħiliet, u r-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 2 tal-2020 biex jittaffa l-impatt tal-kriżi fuq l-impjiegi, b’kunsiderazzjoni speċjali għall-persuni f’pożizzjoni diffiċli fis-suq tax-xogħol.

    Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

    A.1.    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

    Ir-riforma: Skillsdësch

    Taħt inizjattiva usa’ mmirata lejn l-iżvilupp ta’ strateġija tal-ħiliet, u l-promozzjoni ta’ taħriġ kontinwu u vokazzjonali, twettqet proċedura kollaborattiva li tinvolvi dibattiti madwar mejda dwar il-ħiliet immexxija mill-partijiet ikkonċernati kollha (“Skillsdësch”) biex tiġi analizzata d-domanda għall-ħiliet, u biex jiġu identifikati l-profili tal-impjiegi l-aktar promettenti. Il-pjan ta’ azzjoni li jirriżulta għandu jiddefinixxi perkorsi ta’ taħriġ iddedikati msejħa “pontijiet tal-ħiliet” li jgħinu lill-ħaddiema u lil dawk li qed ifittxu impjieg itejbu l-impjegabbiltà tagħhom matul it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali. It-taħriġ vokazzjonali hekk maħsub għandu jitnieda fit-tieni kwart tal-2022.

    Investiment 1: Ħiliet fil-FutureSkills

    Fl-istess kuntest, il-programm FutureSkills jipprovdi ħiliet personali, diġitali u maniġerjali mfittxija lil persuni magħżula u motivati li qed ifittxu impjieg sabiex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fuq terminu qasir fis-suq tax-xogħol, u l-mobbiltà. Il-programm jistabbilixxi mira ddedikata għal persuni li qed ifittxu impjieg li għandhom 45 sena u aktar biex jgħinu jnaqqsu l-irtirar bikri mifrux u biex itejbu l-ħiliet. Il-kontenut iġġenerat mill-programm għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ popolazzjoni akbar ta’ persuni li qed ifittxu impjieg fuq medda itwal ta’ żmien.

    A.2.    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

    Numru sekwenzjali

    Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)

    Stadju Ewlieni/Mira

    L-isem

    Indikaturi kwalitattivi
    (għal stadji importanti)

    Indikaturi kwantitattivi
    (għal miri)

    Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija

    Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

    Unità ta’ kejl

    Linja bażi

    Għan

    Ir-raba’ trimestru

    Snin

    1A-1

    Reforma 1 - Skillsdësch

    Stadju importanti

    Tnedija ta’ “Skillsdësch”

    Tnedija uffiċjali tal-proċess “Skillsdësch” matul il-laqgħa tal-Kumitat ta’ Koordinazzjoni Tripartitiku

    Q3

    2020

    Tnedija mill-Kumitat ta’ Koordinazzjoni Tripartitiku tal-proċess kollaborattiv ta’ diskussjoni madwar mejda (“Skillsdësch”) biex tiġi analizzata d-domanda għall-ħiliet, u biex jiġu identifikati l-profili tal-impjiegi l-aktar promettenti

    1A-2

    Reforma 1 - Skillsdësch

    Stadju importanti

    Tnedija tat-taħriġ vokazzjonali (“pontijiet tal-ħiliet”)

    Tnedija uffiċjali ta’ taħriġ billi jinfetħu reġistrazzjonijiet għall-parteċipanti interessati

    Q2

    2022

    Taħriġ vokazzjonali mfassal taħt il-proċess Skillsdësch jitnieda uffiċjalment billi jinfetaħ għar-reġistrazzjoni minn parteċipanti interessati

    1A-3

    Investment 1 - FutureSkills

    Stadju importanti

    Ftehim bejn is-sħab dwar il- “fażi operazzjonali”

    L-iffirmar tal-ftehim

    Q1

    2021

    L-iffirmar mis-sħab tal-programm (il-Ministeru tax-Xogħol, l-Impjiegi, u l-Ekonomija Soċjali u Solidarja, il-Kamra tal-Kummerċ, id-Dar tat-Taħriġ, u l-Kamra tal-Impjegati) tal-ftehim dwar il- “fażi operazzjonali” tal-programm “FutureSkills”

    1A-4

    Investment 1 - FutureSkills

    Mira

    Parteċipanti ta’ FutureSkills li għandhom aktar minn 45 sena

    Għadd ta’ persuni

    0

    150

    Q4

    2021

    150 persuna li qed ifittxu impjieg li għandhom aktar minn 45 sena (30 % tat-total ta’ 500 parteċipant) ipparteċipaw fit-taħriġ “FutureSkills”

    1A-5

    Investment 1 - FutureSkills

    Mira

    Parteċipanti ta’ FutureSkills

    Għadd ta’ persuni

    150

    440

    Q4

    2021

    Total ta’ 440 persuna li qed ifittxu impjieg ipparteċipaw fit-taħriġ “FutureSkills”

    B. IL-KOMPONENT 1B: It-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistema tas-saħħa

    Dan il-komponent tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Lussemburgu jinkludi żewġ riformi u żewġ investimenti mmirati biex jindirizzaw xi wħud mill-problemi strutturali tas-settur tas-saħħa fil-Lussemburgu: in-nuqqas ta’ professjonisti tas-saħħa u l-ħtieġa li tiżdied l-effiċjenza tas-sistema tas-saħħa, b’mod partikolari permezz tad-diġitalizzazzjoni tagħha. L-ewwel riforma tindirizza l-governanza tas-sistema tas-saħħa u tiddeskrivi l-proċess ta’ konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u l-metodu tal-programm ta’ ħidma biex jiġu indirizzati għadd ta’ sfidi identifikati minn qabel. L-għan tat-tieni riforma huwa li tiddefinixxi mill-ġdid u twessa’ l-kompetenzi tal-professjonisti differenti. L-investimenti għandhom jikkontribwixxu għad-diġitalizzazzjoni fis-settur tas-saħħa (i) bl-implimentazzjoni ta’ reġistru diġitali tal-professjonisti tas-saħħa għal ġestjoni u antiċipazzjoni aħjar tal-kopertura tal-kura tas-saħħa, u tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa meħtieġa, u (ii) bl-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet għat-telemediċina.

    Dan il-komponent huwa rispons għar-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż tal-2020 biex tittejjeb ir-reżiljenza tas-sistema tas-saħħa, li tikkonsisti fl-iżgurar ta’ mobilizzazzjoni xierqa tal-ħaddiema tas-saħħa disponibbli, billi tittejjeb il-governanza tas-sistema, u s-Saħħa elettronika.

    Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

    B.1.    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

    Reforma 1: Gesondheetsdësch

    Il-Lussemburgu nieda proċess ta’ konsultazzjoni (“Gesondheetsdësch”) fost il-ministeri, il-maniġers tal-assigurazzjoni tas-saħħa, it-tobba u r-rappreżentanti tal-professjonisti tas-saħħa biex jimmodernizza l-governanza tas-settur tas-saħħa u jwieġeb għal għadd ta’ sfidi identifikati minn qabel f’sitt oqsma ta’ ħidma tematiċi. Ir-riformi u l-investimenti ppreżentati fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Lussemburgu — ir-riforma tal-kompetenzi tal-professjonisti tas-saħħa, il-ħolqien ta’ reġistru diġitali tal-professjonisti tas-saħħa u l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet tat-telemediċina, huma bbażati fuq l-eżiti ta’ din il-konsultazzjoni. Il-flussi ta’ ħidma l-oħra ta’ dan il-proċess ikopru wkoll oqsma importanti ħafna relatati mar-reżiljenza tas-sistema tas-saħħa (speċjalment it-tisħiħ tal-kura primarja, il-kura integrata, il-promozzjoni tas-saħħa, il-finanzjament sostenibbli tal-kura tas-saħħa), iżda ma jissarrfux f’impenji fil-pjan, ħlief għall-pubblikazzjoni ta’ programm ta’ ħidma għall-implimentazzjoni tar-riżultati tal-proċess ta’ Gesondheetsdësch.

    Reforma 2: Riforma tar-regolamentazzjoni tal-kompetenzi tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa

    Din ir-riforma għandha l-għan li tirriformula l-kompetenzi ta’ għadd ta’ professjonisti tas-saħħa sabiex tiżdied l-attraenza tal-professjonijiet tas-saħħa, toħloq kundizzjonijiet għat-trasferiment tal-kompiti, u twieġeb għan-nuqqas ta’ prattikanti tal-kura f’kuntest ta’ domanda dejjem akbar għall-kura. Għandhom jinħolqu wkoll kategoriji professjonali ġodda fost il-professjonisti tas-saħħa (bħal infermiera avvanzati u infermiera speċjalizzati), kif ukoll livell intermedju bejn l-infermiera u l-assistenti tal-kura.

    L-ewwel professjonijiet fil-mira ta’ din id-definizzjoni mill-ġdid tal-kompetenzi huma l-infermiera u l-assistenti tal-kura. Il-leġiżlazzjoni adottata f’dan ir-rigward għandha tidħol fis-seħħ sat-30 ta’ Settembru 2025. L-istess proċess għandu jitwettaq għall-professjonijiet tas-saħħa l-oħra (inklużi l-infermiera speċjalizzati, it-terapisti, il-qwiebel, il-ħaddiema soċjali u d-dieta), li għalihom il-ħtiġijiet għandhom ikunu ġew identifikati fil-pjan direzzjonali li għandu jiġi ppubblikat sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2024. Il-leġiżlazzjoni adottata f’dan ir-rigward għandha tidħol fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2025.

    Investiment 1: Reġistru diġitali uniku tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa

    L-għan ta’ dan l-investiment huwa li jiġi stabbilit reġistru diġitali uniku għall-professjonijiet tas-saħħa, il-ġbir ta’ data amministrattiva u professjonali, sabiex tiġi ġestita d-data dwar il-professjonisti tas-saħħa fil-Lussemburgu (l-għadd ta’ tobba, l-ispeċjalitajiet tagħhom, l-oqsma ta’ għarfien espert, id-distribuzzjoni tal-età tagħhom, id-distribuzzjoni territorjali tagħhom...), il-previżjoni tal-professjonijiet u l-ħiliet meħtieġa (projezzjonijiet demografiċi fuq terminu qasir sa medju skont l-ispeċjalità u ż-żoni ġeografiċi) u l-mobilizzazzjoni tal-persunal matul il-kriżijiet. Din l-għodda għandha tippermetti wkoll il-ġestjoni tal-liċenzji professjonali u għandha twieġeb għall-obbligu legali li d-data professjonali tinżamm aġġornata. Il-proġett għandu jitlesta sal-31 ta’ Marzu 2023.

    Investiment 2: Soluzzjoni tat-telemediċina għal segwitu mediku mill-bogħod tal-pazjenti

    Dan l-investiment huwa dirett lejn l-iżvilupp ta’ monitoraġġ mediku mill-bogħod (telemediċina) sat-tieni kwart tal-2023. Dan għandu jinkludi sistema ta’ telekonsultazzjonijiet implimentata matul il-pandemija tal-COVID-19 mill-aġenzija tas-Saħħa elettronika f’Marzu 2020 (“Maela”), li tippermetti monitoraġġ mill-bogħod bejn it-tobba, id-dentisti jew il-qwiebel u l-pazjenti) u soluzzjoni żviluppata internament. Is-soluzzjoni żviluppata internament għandha tippermetti lill-awtoritajiet tas-saħħa joħolqu u jimmaniġġjaw b’mod elettroniku l-fajls mediċi ta’ dawk li jfittxu l-ażil u tal-persuni taħt protezzjoni internazzjonali. Għandu jkollu funzjonalitajiet li jippermettu l-iskambju ta’ data u preskrizzjonijiet mediċi u jorganizza konsultazzjonijiet mediċi. Filwaqt li tintuża għall-applikanti għall-ażil u għall-persuni taħt protezzjoni internazzjonali, din is-soluzzjoni għandha tkun adattabbli biex tintuża għall-popolazzjoni ġenerali f’każ ta’ kriżijiet tas-saħħa futuri (eż. għaċ-ċentri tal-COVID-19).

    B.2.    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

    Numru sekwenzjali

    Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)

    Stadju Ewlieni/Mira

    L-isem

    Indikaturi kwalitattivi
    (għal stadji importanti)

    Indikaturi kwantitattivi
    (għal miri)

    Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija

    Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

    Unità ta’ kejl

    Linja bażi

    Għan

    Ir-raba’ trimestru

    Snin

    1B-1

    Reforma 1 –

    It-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistema tas-saħħa — Gesondheetsdësch

    Stadju importanti

    Il-fażi ta’ tnedija u tħejjija tal-proċess ta’ Gesondheetsdësch bl-għan li jiġu indirizzati s-sitt prijoritajiet tematiċi. 

    Bidu tal-proċess ta’ konsultazzjoni

    Q3    

    2020

    L-ewwel laqgħa ta’ tnedija u bidu tal-fażi ta’ tħejjija ta’ Gesondheetsdësch bl-għan li jiġu indirizzati s-sitt prijoritajiet tematiċi. (1. Komplementarjetà aħjar bejn is-setturi inpatient u outpatient; 2.It-titjib tar-relazzjonijiet bejn il-pazjenti u l-fornituri tal-kura; 3. Id-demografija tal-persunal mediku u tal-infermiera: lievi għall-prevenzjoni ta’ nuqqas; 4. Il-prevenzjoni fis-settur tas-saħħa; 5. L-użu ta’ teknoloġiji ġodda fil-kura tas-saħħa; 6. Il-finanzjament tas-sistema tas-saħħa: is-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistema.

    1B-2

    Reforma 1 –

    It-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistema tas-saħħa — Gesondheetsdësch

    Stadju importanti

    Programm ta’ ħidma

    Pubblikazzjoni tal-programm ta’ ħidma

    Q4    

    2021

    Pubblikazzjoni tal-programm ta’ ħidma biex jiggwida l-implimentazzjoni tal-programm “Gesondheetsdësch”, bl-għan li jiġi stabbilit qafas strutturali biex jakkomoda diskussjonijiet ta’ politika dwar is-sistema tas-saħħa. Dan il-programm ta’ ħidma għandu jiġi żviluppat mis-sitt gruppi ta’ ħidma Gesondheetsdësch:

    WG1: Komplementarjetà aħjar bejn is-setturi inpatient u outpatient;

    WG2: It-titjib tar-relazzjonijiet bejn il-pazjenti u l-fornituri tal-kura;

    WG3: Id-demografija tal-persunal mediku u tal-infermiera: lievi għall-prevenzjoni ta’ nuqqas;

    WG4: Il-prevenzjoni fis-settur tas-saħħa; lejn bidla fil-paradigma

    WG5: L-użu ta’ teknoloġiji ġodda fil-kura tas-saħħa;

    WG6: Il-finanzjament tas-sistema tas-saħħa: is-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistema.

    1B-3

    Reforma 2 –

    It-tisħiħ tar-Reżiljenza tas-Sistema tas-Saħħa — Riforma tal-mandati tal-professjonisti tas-saħħa

    Stadju importanti

    Pubblikazzjoni ta’ pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tar-riforma tar-responsabbiltajiet tal-professjonisti tas-saħħa

    Pubblikazzjoni ta’ pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tar-riforma 

    Q1

    2022

    Pubblikazzjoni ta’ pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tar-riforma tar-responsabbiltajiet tal-professjonisti tas-saħħa bl-għan li jiġu definiti mill-ġdid b’mod ġenerali l-kompetenzi, il-kompiti u r-responsabbiltajiet bejn it-tobba, l-infermiera, l-indokraturi u professjonijiet oħra tas-saħħa msemmija fil-lista fl-Artikolu 1 tal-Liġi tal-1992.

    1B-4

    Reforma 2 –

    It-tisħiħ tar-Reżiljenza tas-Sistema tas-Saħħa — Riforma tal-mandati tal-professjonisti tas-saħħa

    Stadju importanti

    Il-kompetenzi, il-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-infermiera u tal-assistenti tal-infermiera

    Dħul fis-seħħ tal-liġi

    Q3

    2025

    Dħul fis-seħħ tal-liġi dwar ir-riformulazzjoni tal-kompetenzi, il-missjonijiet u l-attribuzzjonijiet tal-infermiera u l-assistenti tal-infermiera

    1B-5

    Reforma 2 –

    It-tisħiħ tar-Reżiljenza tas-Sistema tas-Saħħa — Riforma tal-mandati tal-professjonisti tas-saħħa

    Stadju importanti

    Kompetenzi, kompiti u inkarigi ta’ professjonijiet oħra tas-saħħa (inklużi infermiera speċjalizzati, terapisti, qwiebel, ħaddiema soċjali u esperti fid-dieta)

    Dħul fis-seħħ tal-liġi

    Q4

    2025

    Dħul fis-seħħ tal-liġi dwar ir-riformulazzjoni tal-kompetenzi, il-missjonijiet u l-attribuzzjonijiet tal-professjonijiet l-oħra tas-saħħa (inklużi l-infermiera speċjalizzati, it-terapisti, il-qwiebel, il-ħaddiema soċjali u d-dieta)

    1B-6

    Investment 1-

    It-tisħiħ tar-Reżiljenza tas-Sistema tas-Saħħa — Reġistru Diġitali Uniku tal-professjonisti tas-saħħa

    Mira

    It-tqegħid għad-dispożizzjoni tar-reġistru diġitali l-ġdid

    Għadd ta’ persuni

    0

    5000

    Q4

    2022

    Ir-reġistru diġitali uniku tal-professjonijiet tas-saħħa, li jiġbor informazzjoni amministrattiva u professjonali rilevanti li tippermetti ġestjoni aħjar tal-professjonisti tas-saħħa, huwa operazzjonali u għandu 5 000 professjonist irreġistrat

    1B-7

    Investment 2-

    It-tisħiħ tal-reżijenza tas-sistema tas-saħħa — Soluzzjoni tat-telemediċina għal segwitu mediku mill-bogħod tal-pazjenti

    Stadju importanti

    “Maela”

    Is-soluzzjoni ta’ monitoraġġ mill-bogħod “Maela” li tippermetti l-monitoraġġ mediku mill-bogħod bejn il-professjonisti tas-saħħa (inklużi t-tobba u l-infermiera) u l-pazjenti hija operattiva

    Q1

    2021

    Is-soluzzjoni ta’ monitoraġġ mill-bogħod “Maela” li tippermetti monitoraġġ mediku mill-bogħod bejn il-professjonisti tas-saħħa (inklużi t-tobba u l-infermiera) u l-pazjenti għandha tkun operattiva b’ 3000 protokoll ta’ monitoraġġ mill-bogħod imwettqa bejn 23/03/2020 u 07/02/2021.

    1B-8

    Investment 2-

    It-tisħiħ tal-reżijenza tas-sistema tas-saħħa — Soluzzjoni tat-telemediċina għal segwitu mediku mill-bogħod tal-pazjenti

    Stadju importanti

    Soluzzjoni integrata

    Is-soluzzjoni ta’ monitoraġġ mill-bogħod “Maela” hija sostitwita b’soluzzjoni żviluppata internament.

    Q2

    2023

    Is-soluzzjoni l-ġdida ta’ monitoraġġ żviluppata internament tippermetti l-ħolqien u l-ġestjoni ta’ data dwar is-saħħa tal-pazjenti kif ukoll kollaborazzjoni mill-bogħod permezz tal-pjattaforma ta’ telekonsultazzjoni għas-segwitu mediku inizjali ta’ dawk li jfittxu l-ażil u ta’ persuni taħt protezzjoni internazzjonali minn professjonisti mediċi tad-direttorat nazzjonali tas-saħħa.

    C. KOMPONENT 1C — Żieda fil-provvista ta’ akkomodazzjoni pubblika affordabbli u sostenibbli

    L-objettiv ta’ dan il-komponent tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Lussemburgu huwa li jiżviluppa akkomodazzjoni u jżid il-provvista ta’ akkomodazzjoni affordabbli u sostenibbli fil-Lussemburgu. 

    Bħala parti minn dan il-komponent, ir-riforma tal- “Patt dwar l-Akkomodazzjoni 2.0” tistabbilixxi qafas ta’ referenza ġdid għall-appoġġ governattiv lill-muniċipalitajiet għall-ħolqien ta’ proġetti ġodda ta’ akkomodazzjoni, permezz tal-kostruzzjoni ta’ bini ġdid jew ir-rinnovazzjoni tal-istokk tal-bini eżistenti.

    Permezz tal-miżura tal-Patt ta’ Akkomodazzjoni 2.0, dan il-komponent jikkontribwixxi biex tiġi indirizzata r-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż indirizzata lil-Lussemburgu biex “titrawwem politika ekonomika relatata mal-investiment dwar (...) iż-żieda fil-provvista tad-djar, inkluż billi jiżdiedu l-inċentivi u jitneħħew l-ostakli għall-bini” (Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 3 2019).

    Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

    C.1.    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

    Ir-riforma: Il-Patt dwar l-Akkomodazzjoni 2.0

    Fil-Lussemburgu, livell għoli ta’ konċentrazzjoni ta’ proprjetà privata u ftit inċentivi biex l-art tiġi rilaxxata għall-iżvilupp jillimitaw il-kapaċità tal-awtoritajiet pubbliċi li jindirizzaw in-nuqqas kroniku ta’ provvista ta’ akkomodazzjoni, li qed ikompli jgħolli l-prezzijiet fid-dawl tat-tkabbir qawwi fil-popolazzjoni. Sadanittant, id-dejn tal-unitajiet domestiċi qed ikompli jiżdied u jammonta għal 170 % tal-ING fl-2018 (li l-biċċa l-kbira tiegħu huwa dejn ipotekarju u huwa distribwit b’mod mhux uniformi, u dan jagħmel lill-ifqar unitajiet domestiċi relattivament aktar vulnerabbli).

    F’dan l-isfond, din ir-riforma għandha tistabbilixxi “Patt dwar l-Akkomodazzjoni 2.0”, bħala qafas ta’ referenza biex il-muniċipalitajiet jiġu mħeġġa jimmobilizzaw l-art għall-kostruzzjoni, u l-abitazzjonijiet għar-rinnovazzjoni, sabiex tiżdied l-akkomodazzjoni soċjali fid-dawl tan-nuqqas ta’ akkomodazzjoni affordabbli; u biex jinkoraġġixxu l-kostruzzjoni ta’ skejjel u nurseries biex ilaħħqu mal-popolazzjoni li qed tikber. Din l-iskema tibni fuq it-tagħlimiet meħuda mill- “Patt dwar l-Akkomodazzjoni 1.0”, li ilu fis-seħħ mill-2008.

    Skont il-Patt dwar l-Akkomodazzjoni 2.0, kull muniċipalità tista’ tinvolvi ruħha billi tiffirma “konvenzjoni inizjali” mal-Istat, li tippermetti lill-muniċipalità tiġi assistita minn “konsulent tad-djar”. Jekk tagħmel dan, il-muniċipalità mbagħad għandha tistabbilixxi u tadotta l-istrateġija muniċipali tagħha stess għall-iżvilupp tad-djar (“Programme d’action local logement” jew PAL). Il-muniċipalitajiet għandhom imbagħad jiffirmaw “konvenzjoni ta’ implimentazzjoni” mal-Istat, li tinvolvi obbligu għall-muniċipalità li timplimenta l-proġetti ta’ żvilupp dettaljati fil-PAL, b’appoġġ finanzjarju mill-Istat abbażi tal-unitajiet ta’ akkomodazzjoni affordabbli mqiegħda fis-suq tal-kiri fis-sena preċedenti.

    Il-Patt dwar l-Akkomodazzjoni 2.0 għandu jqis il-prijoritajiet ta’ żvilupp stabbiliti fil-pjanijiet settorjali u fil-Programm Regolatorju nazzjonali l-ġdid għall-Ippjanar Spazjali (PDAT), u sa fejn jippermetti l-għadd ta’ muniċipalitajiet firmatarji, jikkontribwixxi għal żvilupp koerenti tal-użu tal-art fil-livell nazzjonali, bil-ħsieb li tiżdied b’mod sostenibbli l-provvista tad-djar. Ir-riforma għandha l-għan li tqiegħed fis-suq mill-inqas 1200 unità ta’ akkomodazzjoni sal-2025.

    Filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-muniċipalitajiet kienu ffirmaw ftehim skont il-Patt dwar l-Akkomodazzjoni 1.0, dan ma rriżultax f’żieda notevoli fil-provvista ta’ akkomodazzjoni soċjali. Meta mqabbel mal-predeċessur tiegħu, il-Patt dwar l-Akkomodazzjoni 2.0 għandu jipprevedi li l-pakkett finanzjarju disponibbli għat-trasferimenti mill-Istat lill-muniċipalitajiet jiġi kkalkulat abbażi tal-għadd ta’ unitajiet ta’ akkomodazzjoni affordabbli fit-territorju tagħhom imqiegħda fis-suq tal-kiri matul is-sena preċedenti (jew permezz tal-kostruzzjoni jew tal-akkwist u r-rinnovazzjoni), u mhux aktar abbażi tat-tkabbir tal-popolazzjoni. Barra minn hekk, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħtija lill-muniċipalitajiet għandhom jitħallsu abbażi tal-implimentazzjoni ta’ proġetti approvati skont il-Patt dwar l-Akkomodazzjoni 2.0 u mmirati lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu. Kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-Istat u l-muniċipalitajiet hija objettiv ewlieni tar-riforma, li għandha l-għan li ssaħħaħ il-kapaċità tas-settur pubbliku li jżid b’mod sinifikanti l-istokk residenzjali pubbliku u jżid il-prattika ta’ akkomodazzjoni għall-kiri affordabbli u sostenibbli. F’dan is-sens, l-abbozz tal-Patt għall-Akkomodazzjoni 2.0 jipprevedi li bejn 10 % u 30 % ta’ kull proġett ta’ żvilupp għandu jkun iddedikat għal akkomodazzjoni affordabbli mqiegħda fis-suq tal-kiri. Ir-riforma toffri l-opportunità li tiġi indirizzata b’mod sinifikanti x-xejra tal-inflazzjoni tal-prezzijiet tad-djar, li hija meqjusa wkoll bħala wieħed mill-ostakli ewlenin għall-investiment u t-tkabbir.

    C.2.    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

    Numru sekwenzjali

    Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)

    Stadju Ewlieni/Mira

    L-isem

    Indikaturi kwalitattivi
    (għal stadji importanti)

    Indikaturi kwantitattivi
    (għal miri)

    Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija

    Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

    Unità ta’ kejl

    Linja bażi

    Għan

    Ir-raba’ trimestru

    Snin

    1C-1

    Reforma – Il-Patt dwar id-Djar 2.0

    Stadju importanti

    Dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Patt dwar id-Djar 2.0

    Dħul fis-seħħ

    -

    -

    -

    Q3

    2021

    Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar il-Patt dwar id-Djar 2.0, bl-għan li tiżdied il-provvista ta’ akkomodazzjoni affordabbli u sostenibbli fil-livell muniċipali. L-għan tal-Patt dwar l-Akkomodazzjoni huwa li jfassal ftehimiet ta’ implimentazzjoni mal-muniċipalitajiet li jippermettu l-implimentazzjoni ta’ “Programm ta’ Azzjoni dwar l-Akkomodazzjoni Lokali”.

    1C-2

    Reforma – Il-Patt dwar id-Djar 2.0

    Mira

    Perċentwal ta’ muniċipalitajiet li jiffirmaw ftehim inizjali

    -

    Perċentwal

    0

    70

    Q4

    2023

    L-iffirmar tal-ftehim inizjali ma’ 70 % tal-muniċipalitajiet fil-Lussemburgu.

    1C-3

    Reforma – Il-Patt dwar id-Djar 2.0

    Mira

    Perċentwal ta’ muniċipalitajiet li jiffirmaw ftehim inizjali

    -

    Perċentwal

    0

    50

    Q4

    2022

    L-iffirmar tal-ftehim ta’ implimentazzjoni ma’ mill-anqas 50 % tal-muniċipalitajiet fil-Lussemburgu. Dan il-ftehim jispeċifika fost l-oħrajn il-modalitajiet għall-ħlas tal-appoġġ finanzjarju li l-muniċipalità hija intitolata għalih.

    D. IL-KOMPONENT 2A: Id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport

    Dan il-komponent tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Lussemburgu għandu l-għan li jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport bit-triq (li ammonta għal 50% tal-emissjonijiet tal-Lussemburgu fl-2018, aktar mid-doppju tal-medja tal-UE ta’ 21% 1 , parzjalment minħabba t-trasport ta’ tranżitu), b’mod partikolari billi titrawwem żieda fl-elettrifikazzjoni tal-mobbiltà.

    Dan jikkonsisti f’riforma biex jiġi promoss ix-xiri ta’ vetturi b’emissjonijiet żero jew baxxi mill-awtoritajiet u l-entitajiet tal-akkwist, u investiment biex jiġi implimentat aktar network ta’ punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi fil-pajjiż kollu.

    Dan il-komponent jikkontribwixxi biex tiġi indirizzata r-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż indirizzata lil-Lussemburgu (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 3 2019 u r-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 3 2020)) biex “l-investiment jiġi ffukat fuq it-tranżizzjoni ekoloġika (...), b’mod partikolari fuq it-trasport sostenibbli”.

    Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

    D.1.    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

    Ir-riforma: L-elettrifikazzjoni tal-flotta tal-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti, u tat-trasport pubbliku

    Id-Direttiva dwar il-Vetturi Nodfa 2 tipprevedi li l-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li l-akkwist ta’ vetturi ħfief u tqal mill-awtoritajiet kontraenti u mill-entitajiet kontraenti jikkonforma mal-miri minimi nazzjonali tal-akkwist għall-vetturi nodfa, fuq perjodi ta’ referenza ta’ ħames snin (mill-inqas 38.5 % tal-vetturi ħfief, 45 % tal-karozzi tal-linja nodfa u 10 % tal-vetturi tqal matul l-2021-2025).

    Din ir-riforma tikkonsisti f’li tmur lil hinn minn dak l-obbligu billi tirrikjedi, mhux biss li l-miri minimi jridu jintlaħqu bħala medja nazzjonali għall-vetturi kollha akkwistati, iżda jridu jintlaħqu wkoll minn kull awtorità kontraenti u entità kontraenti individwalment.

    Barra minn hekk, l-Istat tal-Lussemburgu bħala awtorità kontraenti stabbilixxa objettivi interni ogħla għalih innifsu, u qed jippjana li jelettrifika bis-sħiħ il-flotta tax-xarabanks operati mill-operatur tat-trasport pubbliku RGTR sal-2030.

    Investment: Skema ta’ appoġġ għall-punti tal-iċċarġjar

    Dan l-investiment għandu l-għan li jrawwem l-użu ta’ network dens u aċċessibbli ta’ punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi fil-Lussemburgu kollu, billi jistabbilixxi skema ġdida li tappoġġa finanzjarjament l-inizjattivi meħuda min-negozji biex jiżviluppaw punti tal-iċċarġjar ġodda. Din l-iskema hija maħsuba biex tikkomplementa s-sistema eżistenti biex tappoġġa l-punti tal-iċċarġjar, fis-seħħ minn Lulju 2020, u li timmira lejn inizjattivi minn individwi. L-iskema l-ġdida għandha tappoġġa kemm il-punti tal-iċċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku, kif ukoll il-punti li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku (l-infrastruttura għall-flotot tal-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi, u l-irriċarġjar fuq il-post tax-xogħol għall-impjegati).

    Abbażi ta’ studju preliminari, il-Lussemburgu għandu jadotta Liġi biex jistabbilixxi l-iskema sal-31 ta’ Marzu 2022. L-applikazzjonijiet għall-proġetti huma mistennija li jiġu pproċessati mill-ewwel kwart tal-2022, u l-iskema għandha tiġi implimentata sal-2025.

    D.2.    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

    Numru sekwenzjali

    Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)

    Stadju Ewlieni/Mira

    L-isem

    Indikaturi kwalitattivi
    (għal stadji importanti)

    Indikaturi kwantitattivi
    (għal miri)

    Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija

    Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

    Unità ta’ kejl

    Linja bażi

    Għan

    Ir-raba’ trimestru

    Snin

    2A-1

    Ir-riforma: L-elettrifikazzjoni tal-flotta tal-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti, u tat-trasport pubbliku

    Stadju importanti

    Regolament Gran Dukali dwar l-akkwist ta’ vetturi nodfa

    Dħul fis-seħħ

    -

    -

    -

    Q3

    2021

    Dħul fis-seħħ tar-Regolament Gran Dukali li jiddefinixxi l-perċentwali minimi ta’ vetturi nodfa (vetturi ħfief, karozzi tal-linja, vetturi tqal) fost il-vetturi akkwistati permezz ta’ kuntratti pubbliċi li għandhom jinkisbu minn kull awtorità kontraenti u entità kontraenti matul il-perjodu 2021-2025

    2A-2

    Investment: Skema ta’ appoġġ għall-punti tal-iċċarġjar

    Stadju importanti

    Il-liġi dwar l-iskema ta’ appoġġ għall-punti tal-iċċarġjar

    Dħul fis-seħħ

    -

    -

    -

    Q1

    2022

    Id-dħul fis-seħħ tal-liġi li tistabbilixxi skema ta’ appoġġ għall-infrastruttura tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi. L-iskema ta’ appoġġ għandha tkun disponibbli għall-kumpaniji, u għandha tappoġġa punti tal-iċċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku jew le.

    2A-3

    Investment: Skema ta’ appoġġ għall-punti tal-iċċarġjar

    Mira

    Għadd ta’ punti tal-iċċarġjar operazzjonali

    -

    “Metrika tal-provvista”

    0

    1300

    Q4

    2023

    L-għadd ta’ punti tal-iċċarġjar (espress f’termini ta’ metrika tal-provvista) appoġġati mill-iskema ta’ appoġġ, li jsiru operazzjonali.

    Il-“metrika tal-provvista” għandha tiġi kkalkulata skont il-metodoloġija definita fir-rapport Trasport u Ambjent (2020) “Recharge EU: kemm-il punt ta’ ċċarġjar għandhom bżonn l-Ewropa u l-Istati Membri tagħha fis-snin 2020, madankollu japplikaw ukoll l-istess piż għall-istazzjonijiet tal-iċċarġjar mhux pubbliċi bħal dawk għall-istazzjonijiet tal-iċċarġjar semipubbliċi.

    2A-4

    Investment: Skema ta’ appoġġ għall-punti tal-iċċarġjar

    Mira

    Għadd ta’ punti tal-iċċarġjar operazzjonali

    -

    “Metrika tal-provvista”

    1300

    2600

    Q2

    2025

    L-għadd ta’ punti tal-iċċarġjar (espress f’termini ta’ metrika tal-provvista) appoġġati mill-iskema ta’ appoġġ, li jsiru operazzjonali.

    Il-“metrika tal-provvista” għandha tiġi kkalkulata skont il-metodoloġija definita fir-rapport Trasport u Ambjent (2020) “Recharge EU: kemm-il punt ta’ ċċarġjar għandhom bżonn l-Ewropa u l-Istati Membri tagħha fis-snin 2020, madankollu japplikaw ukoll l-istess piż għall-istazzjonijiet tal-iċċarġjar mhux pubbliċi bħal dawk għall-istazzjonijiet tal-iċċarġjar semipubbliċi.

    E. IL-KOMPONENT 2B: Il-ħarsien tal-ambjent u tal-bijodiversità

    Dan il-komponent tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Lussemburgu għandu l-għan li jrawwem il-bijodiversità u l-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-ekosistema fil-Lussemburgu, bħala mod kif tissaħħaħ ir-reżiljenza, b’mod partikolari filwaqt li jitqiesu r-rabtiet bejn is-saħħa tal-bniedem u s-saħħa tal-ekosistemi. L-objettivi jinkludu r-restawr tal-ħabitats, iż-żieda tal-kontinwità ekoloġika, u r-reżiljenza u r-restawr tal-ekosistemi, kif ukoll is-sensibilizzazzjoni sostnuta u l-kondiviżjoni tal-għarfien.

    Il-komponent jikkonsisti f’miżura waħda, li tinkludi xi elementi ta’ riforma u xi elementi ta’ investimenti, biex jiġu appoġġati l-isforzi tal-muniċipalitajiet f’azzjonijiet ta’ konservazzjoni tal-ambjent naturali u tal-bijodiversità. Il-miżura tipproponi pjan ta’ azzjoni li jħejji lill-muniċipalitajiet biex jindirizzaw l-isfidi tat-tnaqqis tal-bijodiversità u tad-degradazzjoni tal-ekosistema.

    Filwaqt li r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi indirizzati lil-Lussemburgu ma jirreferux għall-ambjent naturali u l-bijodiversità bħala sfida speċifika għall-pajjiż, dan il-komponent ġeneralment jikkontribwixxi għar-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 3 2020 ta’ “niffukaw l-investiment fuq it-tranżizzjoni ekoloġika (...)”.

    Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

    E.1.    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

    Riforma u Investiment: “Naturpakt”

    Il-miżura proposta għandha l-għan li tistabbilixxi qafas ta’ referenza nazzjonali u skema ta’ appoġġ biex tħeġġeġ lill-muniċipalitajiet jinvolvu ruħhom dejjem aktar f’azzjonijiet ta’ protezzjoni tal-ambjent naturali u tal-bijodiversità. Għal dan l-għan, il-miżura tikkonsisti fl-istabbiliment tal-hekk imsejjaħ “Naturpakt”, li jipprovdi qafas ta’ referenza legali, finanzjarju, tekniku u konsultattiv għall-muniċipalitajiet. In-“Naturpakt” huwa ispirat ħafna mill-“Patt Klimatiku” diġà fis-seħħ fil-Lussemburgu biex jippromwovi azzjonijiet għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-muniċipalitajiet.

    In-“Naturpakt” jagħmilha possibbli għall-Istat li jappoġġja finanzjarjament l-isforzi tal-muniċipalitajiet. Il-muniċipalitajiet li jixtiequ jimpenjaw ruħhom iridu l-ewwel nett jiffirmaw “kuntratt ta’Naturpakt” mal-Istat, li permezz tiegħu jimpenjaw ruħhom li jimplimentaw azzjonijiet fit-territorju tagħhom, għall-perjodu sal-2030. Il-kategoriji possibbli ta’ azzjonijiet u azzjonijiet infushom huma elenkati f’ “katalgu” ppubblikat mill-Istat — dawn jirriżultaw mill-istrateġiji nazzjonali għall-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-ambjent naturali, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tan-natura, il-ġestjoni tad-distretti idrografiċi u l-adattament għat-tibdil fil-klima. Il-pubblikazzjoni tal-katalogu li jirrispetta l-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” għandha tkun l-ewwel stadju importanti. Il-muniċipalitajiet li jkunu iffirmaw il-“kuntratt ta’Naturpakt” jibbenefikaw mill-assistenza ta’ konsulent iffinanzjat fil-kuntest tal-iskema “Naturpakt”, u jirċievu sussidju ta’ parteċipazzjoni annwali. Barra minn hekk, l-Istat ikopri spejjeż addizzjonali fir-rigward tal-implimentazzjoni tan- “Naturpakt”, bħall-ispejjeż tal-assistenza teknika u l-awditi.

    Fl-ewwel sena wara li jkunu ffirmaw il- “kuntrattNaturpakt”, u mill-inqas kull tliet snin wara dan, il-muniċipalitajiet jgħaddu minn awditu biex jiġi ddeterminat il-livell ta’ prestazzjoni tagħhom meta mqabbla mal-azzjonijiet elenkati fil-katalgu. Il-muniċipalitajiet li jippreżentaw livell ta’ prestazzjoni ogħla minn ċertu limitu (40 % tal-azzjonijiet kollha elenkati fil-katalgu) jirċievu ċertifikazzjoni (imsejħa “NaturpaktGemeng”), flimkien ma’ sussidji finanzjarji, ikkalkulati b’kunsiderazzjoni tal-prestazzjoni (li hija meħtieġa biex tiżdied is-sahra ladarba tkun intlaħqet iċ-ċertifikazzjoni), iż-żona tal-muniċipalità, u s-sena taċ-ċertifikazzjoni.

    Il-Faċilità hija mistennija tappoġġa t-tnedija ta’ din il-miżura, billi tappoġġa l-ewwel 30 muniċipalità li jiffirmaw il- “kuntratt ta’Naturpakt”, u l-ewwel 15 muniċipalità li jirċievu ċ-ċertifikazzjoni, matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni 2021–2025.

    E.2.    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

    Numru sekwenzjali

    Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)

    Stadju Ewlieni/Mira

    L-isem

    Indikaturi kwalitattivi
    (għal stadji importanti)

    Indikaturi kwantitattivi
    (għal miri)

    Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija

    Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

    Unità ta’ kejl

    Linja bażi

    Għan

    Ir-raba’ trimestru

    Snin

    2B-1

    Riforma u Investiment: “Naturpakt”

    Stadju importanti

    Finalizzazzjoni tal-katalgu tal-miżuri

    Pubblikazzjoni

    -

    -

    -

    Q3

    2021

    Il-pubblikazzjoni tal-katalgu adottat ta’ miżuri relatati mal-ambjent naturali u l-politiki tal-bijodiversità fil-kuntest tan- “Naturpakt”, li huwa konformi mal-prinċipju DNSH.

    2B-2

    Riforma u Investiment: “Naturpakt”

    Stadju importanti

    Il-liġi “Naturpakt”

    Dħul fis-seħħ

    -

    -

    -

    Q4

    2021

    Dħul fis-seħħ tal-Liġi li tistabbilixxi “Naturpark” li tippermetti lill-muniċipalitajiet jiffirmaw kuntratt ta’ Naturpark mal-Istat, li bih jidħlu f’impenn li jimplimentaw azzjoni ta’ protezzjoni naturali u ambjentali kif ukoll fejn tidħol il-bijodiversità fuq it-territorju tagħhom għall-perjodu sal-2030, u jirċievu ċertifikazzjoni u sussidji finanzjarji assoċjati ladarba jippreżentaw livell suffiċjenti ta’ prestazzjoni fid-dawl ta’ katologu ta’ miżuri marbuta mal-ambjent naturali u politiki ta’ bijodiverżità.

    2B-3

    Riforma u Investiment: “Naturpakt”

    Stadju importanti

    Awditu inizjali tal-prestazzjoni kkompletata

    Pubblikazzjoni ta’ rapporti tal-awditjar

    -

    -

    -

    Q1

    2023

    Pubblikazzjoni tar-rapport tal-awditjar tal-ewwel fażi dwar il-prestazzjoni tal-muniċipalitajiet fir-rigward tal-miżuri implimentati kif preskritt fil-katalgu tal-miżuri “Naturpakt”, għal kull muniċipalità li ffirmat il- “kuntratt ta’ Naturpakt” qabel tmiem l-ewwel trimestru tal-1 2022.

    2B-4

    Riforma u Investiment: “Naturpakt”

    Mira

    L-iffirmar tal-“kuntratti ta’Naturpakt” minn 30 muniċipalità

    -

    Għadd

    0

    30

    Q1

    2024

    Total ta’ 30 muniċipalità ffirmaw “kuntratt ta’Naturpakt” mal-Istat.

    2B-5

    Riforma u Investiment: “Naturpakt”

    Mira

    Ċertifikazzjoni “Naturpakt” ta’ 15-il muniċipalità

    -

    Għadd

    0

    15

    Q1

    2025

    Total ta’ 15-il muniċipalità ċċertifikati taħt in-“Naturpakt”, abbażi ta’ valutazzjoni tal-awditjar pożittiva li kull muniċipalità kisbet livell ta’ prestazzjoni ta’ 40 % tal-punteġġ massimu li jista’ jinkiseb abbażi tal-katalgu tal-miżuri “Naturpakt”.

    F. IL-KOMPONENT 3A: Il-promozzjoni ta’ ekonomija bbażata fuq id-data

    Is-sigurtà tad-data personali hija sfida ewlenija għas-soċjetà peress li l-aġenti ekonomiċi u soċjali qed jiddependu dejjem aktar fuq il-komunikazzjonijiet diġitali. Dan il-komponent tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Lussemburgu, “Promozzjoni ta’ ekonomija mmexxija mid-data”, huwa maħsub biex jindirizza din l-isfida. L-objettiv tagħha huwa li tiżviluppa infrastruttura ta’ komunikazzjoni ultrasigura bbażata fuq it-teknoloġija kwantistika bl-għan li ttejjeb is-sigurtà tal-komunikazzjoni tad-data sensittiva. Dan il-komponent għandu wkoll l-għan li joħloq ekosistema teknoloġika ġdida fil-Lussemburgu, maħsuba biex toħloq l-impjiegi u tattira esperti xjentifiċi fil-qasam. 

    F’dak il-kuntest, l-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni Kwantistika (QCI) varata għandu jkollha parti terrestri, li tkun tista’ tikkonnettja żewġ punti b’distanza massima ta’ 100 km, u parti satellitari, li tkun tista’ tikkonnettja żewġ punti jekk ikunu jinsabu aktar minn 100 km bogħod minn xulxin.   

    Il-komponent huwa maħsub biex jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi li rċieva l-Lussemburgu fl-2019 u fl-2020, li jirrakkomandaw li jmexxu l-politika ekonomika relatata mal-investiment biex jinkoraġġixxu d-diġitalizzazzjoni u l-innovazzjoni. Il-komponent jikkontribwixxi wkoll għat-tranżizzjoni diġitali.

    Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

    F.1.    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

    Reforma 1: It-trawwim tal-ħolqien ta’ ekosistema teknoloġika ġdida fil-Lussemburgu

    L-iżvilupp u l-użu tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni Quantum għadhom fi stadju sperimentali. Ir-riforma proposta għandha l-għan li tistimula l-iżvilupp ta’ ekosistema ġdida fil-Lussemburgu fir-rigward ta’ din it-teknoloġija ġdida, filwaqt li tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tal-kumpaniji privati u r-riċerkaturi. Din il-miżura għandha tappoġġa l-innovazzjoni fil-komunikazzjonijiet kwantistiċi bl-għan li tirriforma t-teknoloġiji ta’ komunikazzjoni eżistenti u tintegra l-infrastruttura nazzjonali fil-proġett EuroQCI. Il-kisba ta’ esperjenza f’din it-teknoloġija għandha tgħammar lil-Lussemburgu biex iħarreġ u jattira persuni bi kwalifiki għoljin u jistimula kumpaniji innovattivi f’dan il-qasam.

    Barra minn hekk, l-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni Kwantistika (QCI) għandha tippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni b’mod sigur billi tipprevjeni lil parti terza milli tinterċetta l-messaġġ mingħajr ma tiġi nnotata. Dan għandu jippromwovi l-ogħla livell ta’ protezzjoni tad-data u privatezza.

    Investiment 1: L-iżvilupp u l-varar ta’ infrastruttura tal-ittestjar u soluzzjonijiet ta’ konnettività ultrasiguri

    Dan l-investiment jikkonsisti fl-iżvilupp u l-użu tal-infrastruttura tar-riċerka meħtieġa biex jinkisbu għarfien u esperjenza fil-qasam tal-komunikazzjoni bbażata fuq it-teknoloġija kwantistika. Biex isir dan, il-laboratorju LuxQCI għandu jinħoloq f’kollaborazzjoni mal-Istitut tar-Riċerka SnT. Il-ħolqien ta’ dan il-laboratorju għandu jipprovdi l-għarfien espert meħtieġ lill-komunità xjentifika u lis-sħab tal-konsorzju biex jiżviluppaw u joperaw infrastruttura ta’ komunikazzjoni kwantistika. Għandhom jitwettqu żewġ dimostrazzjonijiet biex tinkiseb esperjenza fir-rigward tat-teknoloġija. L-ewwel dimostrazzjoni permezz tan-network terrestri hija mistennija li ssir sal-31 ta’ Marzu 2023, filwaqt li l-ewwel dimostrazzjoni permezz tas-satellita hija mistennija li ssir sat-30 ta’ Settembru 2024. 

    F.2.    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

    Numru sekwenzjali 

    Miżura Relatata (Riforma jew Investiment) 

    Stadju Ewlieni/Mira 

    L-isem 

    Indikaturi Kwalitattivi  
    (għall-istadji importanti) 

    Indikaturi Kwalitattivi  
    (għall-miri) 

    Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija  

    Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira 

    Unità ta’ kejl 

    Linja bażi  

    Għan  

    Ir-raba’ trimestru 

    Snin 

    3A-1

    Riforma 1 — Spinta lill-ħolqien ta’ ekosistema ġdida fil-Lussemburgu 

    Stadju importanti 

    Network terrestri u komponent spazjali  

    Stabbiliment tal-konnessjoni

    Q1

    2023

    Konnessjoni b’suċċess tas-segmenti spazjali u terrestri tal-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni Kwantistika permezz tal-integrazzjoni ta’ Sistema ta’ Ġestjoni taċ-Ċwievet terrestri u spazjali (KMS) bl-użu ta’ simulazzjoni tad-Distribuzzjoni Kwantistika tal-Ispazju (QKD) irrappurtata fil-minuti tal-Kumitat ta’ Tmexxija u rapport mill-konsorzju

    3A-2

    Riforma 1 — Spinta lill-ħolqien ta’ ekosistema ġdida fil-Lussemburgu 

    Mira 

    Distribuzzjoni tal-Kjavi Kwantistiċi 

     

     

    Għadd

    0

    2

    Q2

    2022

    Konnessjoni b’suċċess ta’ 2 sit fil-qafas ta’ LuxQCI Lab permezz tal-istabbiliment ta’ network terrestri 

     

    3A-3

    Investiment 1 - L-iżvilupp u l-varar ta’ infrastruttura tal-ittestjar u soluzzjonijiet ta’ konnettività ultrasiguri 

     

    Stadju importanti 

    Laboratorju ta’ LuxQCI 

    Dħul fis-seħħ ta’ LuxQCI

    Il-laboratorju 

    Q3

    2021

    LuxQCI Lab, maħsub biex jikseb l-għarfien espert meħtieġ għall-iżvilupp u t-tħaddim ta’ infrastruttura ta’ komunikazzjoni kwantistika, għandu jkun operazzjonali. 

    3A-4

    Investiment 1 - L-iżvilupp u l-varar ta’ infrastruttura tal-ittestjar u soluzzjonijiet ta’ konnettività ultrasiguri 

    Stadju importanti 

    Konnessjoni transfruntiera

    Stabbiliment tal-konnessjoni

    Q1

    2023

    Konnessjoni transfruntiera stabbilita għad-dimostrazzjoni ta’ sistema ta’ distribuzzjoni ta’ ċwievet kwantistiċi bbażata fuq l-art formalizzata fi ftehim bejn il-pajjiż terz ikkonċernat u l-Lussemburgu.

    3A-5

    Investiment 1 - L-iżvilupp u l-varar ta’ infrastruttura tal-ittestjar u soluzzjonijiet ta’ konnettività ultrasiguri

    Stadju importanti 

    Konnessjoni transfruntiera għal dimostrazzjoni bl-użu tas-satellita 

    Stabbiliment tal-konnessjoni 

    Q3

    2024

    Dimostrazzjoni transfruntiera ta’ sistema ta’ distribuzzjoni kwantistika permezz ta’ konnessjoni satellitari formalizzata fi ftehim bejn il-pajjiż terz ikkonċernat u l-Lussemburgu.

    G. IL-KOMPONENT 3B: Il-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika

    Il-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri ta’ konteniment urew il-ħtieġa urġenti li jiġu żviluppati aktar soluzzjonijiet diġitali interoperabbli adegwati għas-servizzi u l-amministrazzjonijiet pubbliċi. Dan il-komponent għandu l-għan li jindirizza din l-isfida, billi jżid l-effettività u l-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u tas-servizzi tagħhom permezz tad-diġitalizzazzjoni tagħhom, filwaqt li jqis l-isfidi, il-ħtiġijiet u l-aspettattivi attwali taċ-ċittadini u tal-uffiċjali tal-gvern.

    Il-komponent tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Lussemburgu huwa maħsub biex iwieġeb għar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi indirizzati lil-Lussemburgu fl-2019 u fl-2020, li rrakkomandaw li jitrawmu l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni, b’mod partikolari fis-settur tan-negozju, kif ukoll li tiġi ggwidata l-politika ekonomika relatata mal-investiment biex jiġu mħeġġa d-diġitalizzazzjoni u l-innovazzjoni. Il-komponent jikkontribwixxi wkoll għat-tranżizzjoni diġitali.

    Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

    G.1.    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

    Investiment 1: Ġestjoni elettronika tad-dokumenti, Ġestjoni tal-Każijiet

    L-investiment 1 għandu l-għan li jimplimenta pjattaforma ċentrali bil-funzjonalitajiet meħtieġa biex ikopri l-ġestjoni tad-dokumenti fl-amministrazzjonijiet pubbliċi kif ukoll skambji ta’ dokumenti bejn l-amministrazzjonijiet u ċ-ċittadini u n-negozji. Għandu joffri wkoll repożitorju għall-ġestjoni elettronika tad-dokumenti u għall-ġestjoni tal-każijiet. Biex isir dan, l-ewwel pjattaforma bażika bl-isem ta’ “GED Factory” għandha tiġi implimentata miċ-Ċentru tal-IT tal-Gvern (CTIE). L-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha li jixtiequ jipparteċipaw fil-proġett għandhom jirċievu appoġġ tekniku mis-CTIE biex jidentifikaw il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom.

    Investiment 2: Żvilupp ta’ MyGuichet — Proġett 1/3 — Appuntamenti virtwali

    L-objettiv ewlieni ta’ dan l-investiment huwa li jippermetti lill-amministrazzjonijiet pubbliċi joffru appuntamenti virtwali u jistabbilixxu aċċess għal funzjonalitajiet differenti permezz ta’ appuntamenti bil-vidjokonferenzi.

    Investiment 2: L-iżvilupp ta’ MyGuichet — Proġett 2/3 — Proċeduri ta’ Ċittadin Varji għall-Gvern (C2G) u bejn in-Negozju u l-Gvern (B2G)

    L-investiment 2 għandu l-għan li jintroduċi 12 servizz online ġdid — allinjati mal-prijoritajiet tar-Regolament dwar il-Gateway Diġitali Unika — biex jespandi l-offerta diġitali għaċ-ċittadini u għan-negozji u jissimplifika l-proċessi amministrattivi differenti. Pereżempju, se jiġi introdott approċċ min-Negozju għall-Gvern fir-rigward tat-tnaqqis tat-taxxa tal-impjegati sabiex iċ-ċittadini jkun jista’ jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni permezz ta’ MyGuět. Servizz ieħor li għandu jiġi implimentat huwa l-introduzzjoni ta’ approċċ ta’ Ċittadin għall-Gvern biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-permessi tal-kaċċa permezz ta’ MyGuichet.

    Investiment 2: Żvilupp ta’ MyGuichet — Proġett 3/3 — Applikazzjoni għall-mobajl MyGuichet.lu

    L-għan ta’ dan l-investiment huwa li l-funzjonalitajiet offruti f’MyGuichet.lu jiġu ttrasferiti għal applikazzjoni mobbli. Din l-applikazzjoni mobbli se tkun disponibbli għall-pubbliku ġenerali u għandha l-għan li ttejjeb l-effettività tal-proċeduri għaċ-ċittadini u n-negozji. L-applikazzjoni għandha tipprovdi aċċess għal funzjonijiet desktop bħal proċeduri mal-amministrazzjoni pubblika, minn mowbajl personali. Funzjoni oħra li se tipprovdi din l-app hija l-possibbiltà ta’ skennjar tad-dokumenti. Għalhekk, l-ismartphone għandu jkun jista’ jissostitwixxi skener.

    Investiment 3: eADEM

    L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li l-ADEM tiġi diġitalizzata billi jiġu aġġornati r-riżorsi tal-IT tagħha. Biex jagħmel dan, għandu jiġi impjegat konsulent estern biex jidentifika l-ħtiġijiet tal-Aġenzija kif ukoll biex jiddefinixxi l-funzjonalitajiet meħtieġa, li huma meħtieġa biex tiġi żviluppata l-għodda tal-IT meħtieġa biex tinħoloq l-eADEM.

    Din l-għodda l-ġdida għandha tiġġenera eżiti differenti:

    ·Hija għandha tiffaċilita u tħaffef il-ħidma skjerata mill-persunal tal-ADEM billi żżid il-produttività tagħhom f’kuntest ta’ qgħad ogħla minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

    ·Għandu jtejjeb ukoll l-effiċjenza tal-Aġenzija fir-rigward tal-ftuħ ta’ kontijiet personalizzati, l-istruzzjoni, l-eżekuzzjoni u l-kontroll tal-assistenza finanzjarja lill-benefiċjarji permezz tad-diġitalizzazzjoni tal-proċess. Is-sistema tal-IT għandha tiddiġitalizza wkoll mekkaniżmi biex tqabbel lil dawk li qed ifittxu impjieg u lin-negozji b’pass aktar mgħaġġel.

    Investiment 4: Pjattaforma nazzjonali għall-ġestjoni tal-istħarriġ pubbliku

    L-investiment 4 għandu jappoġġa l-iżvilupp ta’ pjattaforma nazzjonali għall-ġestjoni tal-proċeduri ta’ stħarriġ pubbliku, li tikkonsisti minn portal tal-Internet, back-office u assistent ta’ MyGuichet.lu. L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jiċċentralizza l-pubblikazzjoni ta’ stħarriġiet pubbliċi, li għandhom jissimplifikaw l-aċċess u l-viżibbiltà tagħhom. Għandha tissimplifika wkoll is-sottomissjoni ta’ kontribuzzjoni li għandha żżid il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini. L-investiment għandu l-għan li jiddiġitalizza l-passi kollha ta’ dawk il-proċessi, filwaqt li għandhom jibqgħu disponibbli soluzzjonijiet fiżiċi.

    G.2.    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

    Numru sekwenzjali

    Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)

    Stadju Ewlieni/Mira

    L-isem

    Indikaturi kwalitattivi
    (għal stadji importanti)

    Indikaturi kwantitattivi
    (għal miri)

    Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija

    Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

    Unità ta’ kejl

    Linja bażi

    Għan

    Ir-raba’ trimestru

    Snin

    3B-1

    Investiment 1 — Ġestjoni Elettronika tad-Dokumenti u Ġestjoni tal-Każijiet

    Stadju importanti

    Dħul fl-operat ta’ pjattaforma ċentrali ta’ ġestjoni elettronika tad-dokumenti u għall-ġestjoni tal-każijiet.

    Bidu tat-tħaddim ta’ pjattaforma kompluta

    Q4

    2021

    Pjattaforma ċentrali li tippermetti l-ġestjoni elettronika tad-dokumenti u l-iskambji ta’ dokumenti bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi għandha tkun operattiva, li ttejjeb il-ġestjoni tad-dokumenti mill-amministrazzjonijiet pubbliċi.

    3B-2

    Investiment 1 — Ġestjoni Elettronika tad-Dokumenti u Ġestjoni tal-Każijiet

    Mira

    GED u Ġestjoni tal-Każijiet fi ħdan entitajiet governattivi

    Għadd

    0

    5

    Q4

    2024

    Soluzzjoni ġdida individwalizzata għall-ġestjoni tad-dokumenti u għall-ġestjoni tal-każijiet tibda topera fi ħdan ħames entitajiet tal-gvern biex ittejjeb il-ġestjoni tad-dokumenti tagħhom. Is-soluzzjoni għandha tkun individwalizzata biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ kull entità. L-iskjerament ta’ dawn is-soluzzjonijiet individwalizzati għandu jsir miċ-Ċentru tal-IT tal-Gvern (CTIE).

    3B-3

    Investiment 1 — Ġestjoni Elettronika tad-Dokumenti u Ġestjoni tal-Każijiet

    Mira

    Moduli speċifiċi

    Għadd

    0

    3

    Q4

    2024

    Hemm tliet moduli speċifiċi disponibbli fil-pjattaforma, li jikkorrispondu għall-awtomatizzazzjoni tal-proċeduri standard

    3B-4

    Investiment 1 — Ġestjoni Elettronika tad-Dokumenti u Ġestjoni tal-Każijiet

    Mira

    Il-bidu tat-tħaddim ta’ żewġ interkonnetturi bejn il-korpi (transkerrejja) biex jippermettu l-implimentazzjoni tal-fluss tax-xogħol u l-ġestjoni tal-każijiet bejn entitajiet statali differenti.

     

    Għadd

    0

    2

    Q2

    2024

    Il-bidu tat-tħaddim ta’ żewġ interkonnessjonijiet bejn l-istanzi (fluss tax-xogħol bejn l-inkwilini). L-objettiv għandu jkun li jiġi permess il-fluss tax-xogħol u l-ġestjoni tal-każijiet minn entitajiet governattivi differenti, anki meta kull waħda minnhom ikollha l-istanza speċifika tagħha tal-ġestjoni tad-dokumenti.

    3B-5

    Investiment 2 — Żvilupp ta’ MyGuichet- Proġett 1/3: Appuntament virtwali

    Stadju importanti

    Fażi 1 tal-

    Skambju permezz ta’ vidjokonferenza

    Implimentazzjoni tal-infrastruttura meħtieġa biex isiru disponibbli ħatriet virtwali

    Q2

    2022

    L-implimentazzjoni ta’ proġett ta’ infrastruttura li jippermetti lil żewġ persuni jiskambjaw permezz ta’ vidjokonferenza mal-brawżers tal-internet tagħhom. Dan jikkonċerna ħatriet virtwali bejn iċ-ċittadini jew in-negozji u l-amministrazzjoni pubblika.

    3B-6

    Investiment 2 — Żvilupp ta’ MyGuichet- Proġett 1/3: Appuntament virtwali

    Stadju importanti

    Fażi 2 tal-Iskambju permezz ta’ vidjokonferenza

    Introduzzjoni tal-ħatriet virtwali fi ħdan MyGuichet.lu

    Q4

    2022

    Id-disponibbiltà tal-funzjonalità tal-ħatriet tal-vidjokonferenza f’MyGuichet.lu (aġġustament tal-proċess tal-appuntamenti, adattament tal-iskrin tal-lista tal-ħatriet, żvilupp tal-kamra tal-istennija, adattament tal-ispazji personali biex tara l-ħatriet li saru).

    3B-7

    Investiment 2 — Żvilupp ta’ MyGuichet- Proġett 2/3: Diversi approċċi C2G u B2G

    Mira

    12-il servizz ġdid

    Għadd

    0

    12

    Q4

    2022

    L-implimentazzjoni u d-disponibbiltà ta’ 12-il servizz ġdid għaċ-ċittadini u n-negozji, aċċessibbli permezz ta’ MyGuichet.lu

    3B-8

    Investiment 2 — Żvilupp ta’ MyGuichet- Proġett 3/3: App Mobile MyGuichet.lu

    Stadju importanti

    Skjerament ta’ verżjoni mobbli ta’ MyGuichet (udjenza ristretta)

    Il-verżjoni mobbli ta’ MyGuichet hija disponibbli għal udjenza ristretta

    Q2

    2021

    L-użu ta’ verżjoni mobbli ta’ MyGuichet operazzjonali u disponibbli għal kamp ta’ applikazzjoni ristrett tal-utenti

    3B-9

    Investiment 2 — Żvilupp ta’ MyGuichet- Proġett 3/3: App Mobile MyGuichet.lu

    Stadju importanti

    L-użu ta’ verżjoni mobbli ta’ MyGuichet.lu għall-pubbliku ġenerali

    Il-verżjoni mobbli ta’ MyGuichet hija disponibbli għal udjenza ristretta

    Q3

    2021

    L-użu ta’ verżjoni mobbli ta’ MyGuichet.lu għall-pubbliku ġenerali

    3B-10

    Investiment 3 - ‘eADEM’

    Stadju importanti

    Ħolqien tal-Istrateġija ADEM 2025 għall-fażi analitika

    Adozzjoni tal-Istrateġija ADEM 2025

    Q4

    2021

    L-istrateġija ADEM 2025 u programm ta’ ħidma fuq perjodu medju ta’ żmien adottati. L-objettiv għandu jkun li jiġi mobilizzat il-persunal tal-ADEM (Agence pour le développement de l’emploi) biex jiġu indirizzati l-isfidi tat-trasformazzjoni operazzjonali u diġitali kkawżati mill- “eADEM”.

    3B-11

    Investiment 3 - ‘eADEM’

    Stadju importanti

    Implimentazzjoni tal-eADEM

    Dħul fl-operat ta’ sistema tal-eADEM

    Q4

    2024

    L-ewwel verżjoni tas-sistema eADEM hija operattiva.

    3B-12

    Investiment 3 - ‘eADEM’

    Stadju importanti

    Il-ħolqien u l-implimentazzjoni ta’ żewġ sistemi konnessi mal-eADEM

    Bidu tat-tħaddim tas-sistemi marbuta mal-eADEM

    Q4

    2024

    L-assistenti diġitali tal-Portal MyGuět marbuta mal-eADEM, huma disponibbli għall-pubbliku.

    3B-13

    Investiment 4 — Pjattaforma nazzjonali għall-ġestjoni tal-investigazzjonijiet pubbliċi

    Stadju importanti

    Il-ħolqien ta’ pjattaforma nazzjonali għall-ġestjoni u l-pubblikazzjoni ta’ stħarriġ pubbliku u dokumenti relatati

    Ħolqien ta’ pjattaforma nazzjonali

    Q1

    2021

    Pjattaforma nazzjonali għandha tkun disponibbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha li jorganizzaw stħarriġ pubbliku bil-funzjonalitajiet ewlenin, inklużi l-ġestjoni u l-pubblikazzjoni ta’ stħarriġiet pubbliċi u dokumenti relatati u l-possibbiltà li l-pubbliku ġenerali jissottometti kontribuzzjoni online.

    3B-14

    Investiment 4 — Pjattaforma nazzjonali għall-ġestjoni tal-istħarriġ pubbliku

    Mira

    Proċess ta’ integrazzjoni tal-pjattaforma nazzjonali

    Għadd

    0

    90

    Q4

    2023

    Total ta’ 90 muniċipalità għandhom aċċess għall-pjattaforma nazzjonali għall-ġestjoni tal-istħarriġ pubbliku u jistgħu jużawha bħala organizzaturi ta’ stħarriġiet pubbliċi

    H. IL-KOMPONENT 3C: Il-promozzjoni ta’ ekonomija trasparenti u ġusta

    Dan il-komponent tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Lussemburgu fih miżura relatata mal-modernizzazzjoni tat-tassazzjoni korporattiva, jiġifieri liġi li tipprojbixxi t-tnaqqis għall-finijiet tat-taxxa korporattiva fuq l-imgħax u r-royalties imħallsa lil impriżi relatati stabbiliti f’ġuriżdizzjonijiet inklużi fil-lista tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa.

    Bħala komplement għal dik il-miżura, il-komponent jindika li l-Lussemburgu ser iwettaq valutazzjoni tal-impatt tal-liġi msemmija hawn fuq, “bil-ħsieb li jinforma d-diskussjoni dwar l-estensjoni tal-miżura għal ġuriżdizzjonijiet terzi għajr dawk inklużi fil-lista tal-UE dwar ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa li ma jikkooperawx”.

    Il-komponent jindika wkoll li l-Lussemburgu ser ikompli jadotta attitudni kostruttiva fid-diskussjonijiet li għaddejjin u dawk li ġejjin dwar il-modernizzazzjoni tas-sistema fiskali tal-UE u internazzjonali applikabbli għall-kumpaniji, b’mod partikolari bħala parti mill-Qafas Inklużiv tal-OECD fil-kuntest tal-inizjattivi mħabbra fil-Komunikazzjoni reċenti tal-Kummissjoni “It-Tassazzjoni tal-Intrapriżi għas-Seklu21”.

    Dan il-komponent fih ukoll miżuri dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, li huma mistennija jikkontribwixxu għar-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż biex jiġu żgurati superviżjoni u infurzar effettivi tal-qafas kontra l-ħasil tal-flus fir-rigward tal-professjonisti li jipprovdu servizzi fiduċjarji u tal-kumpaniji, u servizzi ta’ investiment.

    Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

    H.1.    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

    Reforma 1: Modernizzazzjoni tat-tassazzjoni korporattiva

    Din ir-riforma tikkonsisti minn miżura leġiżlattiva li tipprojbixxi t-tnaqqis għall-finijiet tat-taxxa korporattiva fuq l-imgħax u r-royalties imħallsa lil impriżi relatati stabbiliti f’ġuriżdizzjonijiet inklużi fil-lista tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa. Din ir-riforma timplimenta ftehim milħuq fil-Kunsill tal-UE f’Diċembru 2019.

    Reforma 2: Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

    Din ir-riforma tikkonsisti f’erba’ submiżuri interkonnessi u ssegwi żewġ objettivi ewlenin. L-ewwel nett, li jissaħħaħ il-qafas għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus (ML) u l-finanzjament tat-terroriżmu (TF) li huwa applikabbli għall-professjonisti li jipprovdu servizzi fiduċjarji u tal-kumpaniji, u servizzi ta’ investiment. It-tieni objettiv jikkonsisti f’identifikazzjoni, valutazzjoni u fehim aħjar tar-riskji ta’ ML/TF.

    L-ewwel submiżura tikkonsisti f’tisħiħ tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-ġlieda kontra l-ML u t-TF li hija applikabbli għall-professjonisti li jipprovdu servizzi lil kumpaniji u trusts, u servizzi ta’ investiment. Minbarra li jittrasponi ċerti dispożizzjonijiet tal-ħames Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus 3 , l-Att tal-25 ta’ Marzu 2020 isaħħaħ u jarmonizza aktar is-setgħat ta’ superviżjoni u sanzjonar tal-awtoritajiet superviżorji, u tal-korpi awtoregolatorji inkarigati mis-superviżjoni tal-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji u tal-kumpaniji u tas-servizzi ta’ investiment fil-qasam tal-ML u tat-TF. Id-digriet Gran Dukali relatat tal-14 ta’ Awwissu 2020 jiċċara ċerti dispożizzjonijiet applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji u tal-kumpaniji.

    It-tieni submiżura tikkonsisti fl-approfondiment tal-identifikazzjoni, il-valutazzjoni, u l-fehim tar-riskji tal-ML/TF, inklużi r-riskji relatati mal-professjonisti li jipprovdu servizzi lil kumpaniji u trusts, u servizzi ta’ investiment. Għal dak l-għan, il-Valutazzjoni Nazzjonali tar-Riskju tal-ML/TF imwettqa fl-2018 ġiet aġġornata biex tkompli tikkalibra l-miżuri preventivi u ta’ mitigazzjoni, u l-allokazzjoni mill-Istat, l-awtoritajiet superviżorji, u l-korpi awtoregolatorji tar-riżorsi għall-ġlieda kontra l-ML/TF. Barra minn hekk, tnediet Valutazzjoni tar-Riskju Vertikali tal-Finanzjament tat-Terroriżmu biex tapprofondixxi l-fehim tal-ġurisdizzjonijiet li fihom iseħħ it-TF, filwaqt li tiffoka fuq is-setturi meqjusa bħala l-aktar vulnerabbli għat-TF. Fl-aħħar nett, il-Valutazzjoni tar-Riskju Settorjali tal-Persuni Ġuridiċi u l-Arranġamenti Legali, meħtieġa skont il-kriterju 24.2 tar-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja, għandha tippermetti l-iżvilupp ta’ miżuri ġodda li jtaffu r-riskji residwi possibbilment identifikati.

    Bħala t-tielet submiżura, ir-Reġistru Kummerċjali tal-Lussemburgu, bħala l-korp li jamministra r-Reġistru tas-Sidien Benefiċjarji u r-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji, għandu jgħaddi minn trasformazzjoni estensiva bil-ħsieb li jestendi s-setgħat ta’ sanzjonar, ta’ kontroll u ta’ eżekuzzjoni tiegħu, u jiffaċilita l-użu tad-data tiegħu għall-valutazzjoni tar-riskji tal-ML/TF. It-trasformazzjoni se tikkonċerna l-proċeduri, l-organizzazzjoni, u l-kapaċitajiet inklużi l-kapaċitajiet diġitali tar-Reġistru Kummerċjali tal-Lussemburgu sabiex dan tal-aħħar ikun is-sors primarju ta’ data essenzjali dwar l-entitajiet legali għall-utenti kollha kkonċernati.

    Fl-aħħar nett, ir-raba’ submiżura se tikkonsisti fi studju li jirrevedi s-sistema legali attwali applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji u tal-kumpaniji u, infurmat minn dan l-istudju, is-sottomissjoni ta’ liġi li tikkonsolida dak il-qafas li għandha tidħol fis-seħħ sa Settembru 2023. Il-liġi mistennija tirrevedi r-reġim ta’ superviżjoni attwali, ittejjeb il-ġbir ċentralizzat tad-data tal-attivitajiet imwettqa mill-fornituri tas-servizzi, u tiċċara l-mekkaniżmi ta’ sanzjoni applikabbli.

    H.2.    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

    Numru sekwenzjali

    Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)

    Stadju Ewlieni/Mira

    L-isem

    Indikaturi kwalitattivi
    (għal stadji importanti)

    Indikaturi kwantitattivi
    (għal miri)

    Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija

    Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

    Unità ta’ kejl

    Linja bażi

    Għan

    Ir-raba’ trimestru

    Snin

    3C-1

    Riforma 1- Modernizzazzjoni tat-tassazzjoni korporattiva

    Stadju importanti

    L-att tal-10 ta’ Frar 2021 li jemenda l-att emendat tal-4 ta’ Diċembru 1967 dwar it-taxxa fuq l-introjtu (preċedentement l-abbozz ta’ att Nru 7547) 

    Dħul fis-seħħ tal-liġi

    -

    -

    -

    Q1

    2021

    Dħul fis-seħħ tal-Att tal-10 ta’ Frar 2021 li jemenda l-att emendat tal-4 ta’ Diċembru 1967 dwar it-taxxa fuq l-introjtu (li qabel kien l-abbozz ta’ att Nru 7547) li jintroduċi, għall-finijiet tat-taxxa korporattiva, in-nuqqas ta’ deduċibbiltà tal-imgħaxijiet u tar-royalties imħallsa lil impriżi relatati stabbiliti f’ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa li ma jikkooperawx 

    3C-2

    Riforma 2 - Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

    Stadju importanti

    L-att tal-25 ta’ Marzu 2020 dwar il-ħlieda kontra l-ħasil tal-flus (AML)

    Dħul fis-seħħ tal-liġi

    Q1

    2020

    Dħul fis-seħħ tal-Att tal-25 ta’ Marzu 2020 li jemenda l-att emendat tat-12 ta’ Novembru 2004 dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

    3C-3

    Riforma 2 - Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

    Stadju importanti

    Id-digriet tal-Gran Dukat tal-14 ta’ Awwissu 2020 dwar l-AML

    Dħul fis-seħħ tad-digriet Gran Dukali

    Q3

    2020

    Dħul fis-seħħ tad-digriet Gran Dukali tal-14 ta’ Awwissu 2020 li jemenda d-digriet tal-Gran Dukat tal-1 ta’ Frar 2010 li jispeċifika ċerti dispożizzjonijiet tal-Att emendat tat-12 ta’ Novembru 2004 dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

    3C-4

    Riforma 2 - Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

    Stadju importanti

    Valutazzjoni tar-riskju vertikali fil-qasam tal-finanzjament tat-terroriżmu

    Pubblikazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju

    Q2

    2021

    Pubblikazzjoni, mal-adozzjoni mill-Kumitat għall-Prevenzjoni tal-ML/TF tal-Valutazzjoni tar-Riskju Vertikali tal-Finanzjament tat-Terroriżmu, valutazzjoni tar-riskju tat-theddid li l-Lussemburgu qed jiffaċċja bħala mezz għall-finanzjament tat-terroriżmu

    3C-5

    Riforma 2 - Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

    Stadju importanti

    Valutazzjoni tar-riskju settorjali ta’ persuni ġuridiċi

    Pubblikazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju

    Q4

    2021

    Pubblikazzjoni ta’ Valutazzjoni tar-Riskju Settorjali tal-Persuni Ġuridiċi

    3C-6

    Riforma 2 - Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

    Stadju importanti

    Aġġornament tal-2020 tal-Valutazzjoni tar-Riskju Nazzjonali

    Pubblikazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju

    Q4

    2020

    Pubblikazzjoni tal-aġġornament tal-2020 tal-Valutazzjoni Nazzjonali tar-Riskju tal-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu

    3C-7

    Riforma 2 - Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

    Stadju importanti

    Trasformazzjoni tar-Reġistru Kummerċjali tal-Lussemburgu

    Finalizzazzjoni tal-proġett ta’ trasformazzjoni (leġiżlazzjoni, mudell operattiv, kapaċitajiet addizzjonali)

    Q4

    2023

    Finalizzazzjoni tal-proġett biex jiġi ttrasformat ir-Reġistru Kummerċjali tal-Lussemburgu (l-elaborazzjoni tal-ewwel abbozz ta’ att, l-iskjerament ta’ mudell operattiv ibbażat fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-konsulent, u l-iskjerament ta’ kapaċitajiet addizzjonali)

    3C-8

    Riforma 2 - Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

    Stadju importanti

    Finalizzazzjoni tal-istudju dwar it-tisħiħ tar-reġim applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji u tal-kumpaniji

    Finalizzazzjoni ta’ studju

    Q4

    2021

    Finalizzazzjoni tal-istudju dwar it-tisħiħ tar-reġim applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji u tal-kumpaniji

    3C-9

    Riforma 2 - Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

    Stadju importanti

    Dħul fis-seħħ tal-att li jsaħħaħ ir-reġim applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji u tal-kumpaniji

    Dħul fis-seħħ ta’ att leġiżlattiv

    Q3

    2023

    Dħul fis-seħħ tal-att li jsaħħaħ ir-reġim applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji u tal-kumpaniji

    J. KOMPONENT 4A — il-Kapitolu REPowerEU

    Il-Kapitolu REPowerEU huwa strutturat madwar erba’ miżuri u jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-isfidi tat-tranżizzjoni ekoloġika, b’mod partikolari l-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, tittejjeb l-effiċjenza enerġetika fil-bini, jiġi aċċellerat l-iżvilupp ta’ kapaċità ta’ ġenerazzjoni addizzjonali minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, titnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili importati, u jittejbu d-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ta’ trasport b’emissjonijiet żero.

    L-objettivi ewlenin tal-kapitolu REPowerEU huma li:

    -iżidu u jaċċelleraw l-użu tal-enerġija rinnovabbli billi jippromwovu l-produzzjoni sostenibbli tal-bijogass u jżidu l-użu tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija fotovoltajka;

    -tingħata spinta lill-effiċjenza enerġetika u jiġi promoss l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fid-djar;

    -tissaħħaħ il-provvista ta’ trasport sostenibbli u mingħajr emissjonijiet billi jiġi appoġġat l-akkwist ta’ vetturi b’emissjonijiet żero.

    Il-Kapitolu REPowerEU jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż dwar it-tnaqqis tad-dipendenza ġenerali fuq il-fjuwils fossili (ir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 4.1 fl-2022 u 4.1 fl-2023) billi jaċċellera l-użu tal-enerġija rinnovabbli, b’mod partikolari l-impjanti tal-enerġija fotovoltajka u l-bijometan sostenibbli, kif ukoll jimplimenta miżuri addizzjonali li jappoġġaw l-effiċjenza enerġetika fl-akkomodazzjoni (rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 4.4 fl-2022 u 4.3 fl-2023). Barra minn hekk, permezz tal-elettrifikazzjoni tal-flotta tal-karozzi, il-kapitolu jikkontribwixxi biex tiġi indirizzata r-rakkomandazzjoni għall-promozzjoni tal-elettrifikazzjoni tat-trasport (ir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 4.6 fl-2022 u 4.5 fl-2023).

    Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-Gwida Teknika tad-DNSH (2023/C58/01).

    J.1. Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

    Ir-riforma: Il-promozzjoni tal-produzzjoni sostenibbli tal-bijogass

    L-objettiv ta’ din il-miżura huwa li tippromwovi l-iżvilupp tal-produzzjoni sostenibbli tal-bijogass permezz tar-reviżjoni tal-iskemi eżistenti ta’ appoġġ għall-bijogass sostenibbli tal-Lussemburgu.

    Ir-riforma, li tibni fuq l-Istrateġija Nazzjonali dwar il-Bijogass 4 ippubblikata f’Ġunju 2023, għandha żżid l-inċentivi għall-użu tad-demel fi proporzjon tal-massa ta’ mill-inqas 90 % u toħloq kategoriji ġodda ta’ tariffi għal installazzjonijiet żgħar, b’enfasi fuq il-promozzjoni tad-diġestjoni anaerobika bbażata fuq l-azjendi agrikoli. Ir-riforma għandha tiżgura li l-bijogass ikkonċernat minnha jikkonforma mal-kriterji ta’ sostenibbiltà, mal-kriterji tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u mar-regoli għall-għelejjel tal-ikel u tal-għalf stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli 5 . 

    L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.

    Investiment 1: Il-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u tal-enerġija rinnovabbli fid-djar

    L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li tittejjeb l-effiċjenza enerġetika fis-settur tad-djar. Il-miżura għandha tikkonsisti fl-għoti ta’ appoġġ finanzjarju għal interventi f’unitajiet ta’ akkomodazzjoni li jaqgħu f’waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin:

    • proġetti ta’ effiċjenza enerġetika;

    • installazzjonijiet fotovoltajċi;

    • installazzjonijiet termali solari;

    • bojlers li jaħdmu bl-injam;

    • pompi tas-sħana.

    L-implimentazzjoni ta’ dan l-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Awwissu 2026.

    Investiment 2: Il-promozzjoni ta’ mobbiltà b’emissjonijiet żero u attiva

    Dan l-investiment għandu l-għan li jħeġġeġ l-elettrifikazzjoni tal-flotta tal-karozzi tal-Lussemburgu u li jippromwovi l-mobbiltà attiva. Dan jikkonsisti fl-għoti ta’ appoġġ finanzjarju għall-akkwist ta’ karozzi tal-passiġġieri, vannijiet, kwadriċikli, muturi ħfief, mopeds, roti jew roti bil-pedali assistiti elettrikament (“pedelec25”) b’emissjonijiet żero permezz ta’ xiri, lokazzjoni jew kiri.

    L-implimentazzjoni ta’ dan l-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Awwissu 2026.

    Investiment 3: Kostruzzjoni ta’ unitajiet ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija fotovoltajka fil-bini tan-negozju

    Dan l-investiment għandu l-għan li jrawwem l-użu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija fotovoltajka fil-Lussemburgu. Dan jikkonsisti f’sussidji mogħtija lin-negozji sabiex jinstallaw unitajiet ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija fotovoltajka b’kapaċità ta’ aktar minn 30 kWc fil-bini tagħhom.

    Din il-miżura tippermetti l-appoġġ għal siti rreġistrati bħala installazzjonijiet tal-ETS biss meta l-interventi ma jaffettwawx l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju ta’ dik l-installazzjoni tal-ETS u għalhekk huma azzjonijiet li mhumiex fil-limiti tal-installazzjoni tal-ETS.

    L-implimentazzjoni ta’ dan l-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Awwissu 2026.

    J.2.    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

    Numru sekwenzjali

    Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)

    Stadju Ewlieni/Mira

    L-isem

    Indikaturi kwalitattivi
    (għal stadji importanti)

    Indikaturi kwantitattivi
    (għal miri)

    Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija

    Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

    Unità ta’ kejl

    Linja bażi

    Għan

    Ir-raba’ trimestru

    Snin

    4A-1

    Riforma 1 - Il-promozzjoni tal-produzzjoni sostenibbli tal-bijogass

    Stadju importanti

    Regolament Gran Dukali li jirriforma l-iskema sostenibbli ta’ appoġġ għall-bijogass

    Dħul fis-seħħ tar-Regolament Gran Dukali li jirriforma l-iskema sostenibbli ta’ appoġġ għall-bijogass

     

     

     

    Q4

    2024

    Id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Gran Dukali li jirriforma l-iskemi sostenibbli ta’ appoġġ għall-bijogass biex jiżdiedu l-inċentivi għall-użu tad-demel fi proporzjon tal-massa ta’ mill-inqas 90 % u biex jinħolqu kategoriji ġodda ta’ tariffi għal installazzjonijiet żgħar.

    4A-2

    Investiment 1 - Il-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u tal-enerġija rinnovabbli fid-djar

    Stadju importanti

    Regolament Gran Dukali li jistabbilixxi linji gwida għall-iskema ta’ għajnuna għall-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli fid-djar

    Dħul fis-seħħ tar-Regolament Gran Dukali li jirriforma l-iskema li tippromwovi l-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli fid-djar

    Q2

    2022

    Id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Gran Dukali li jistabbilixxi l-linji gwida għall-iskema ta’ għajnuna għall-promozzjoni tas-sostenibbiltà, l-użu razzjonali tal-enerġija u l-enerġija rinnovabbli fis-settur tad-djar.

    4A-3

    Investiment 1 - Il-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u tal-enerġija rinnovabbli fid-djar

    Mira

    Għadd ta’ proġetti tal-enerġija tad-djar li tlestew

    Għadd

    0

    6 290

    Q3

    2026

    6 290 proġett ikkompletati f’unitajiet ta’ akkomodazzjoni u li jaqgħu f’waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin:

    • proġetti ta’ effiċjenza enerġetika;

    • installazzjonijiet fotovoltajċi;

    • installazzjonijiet termali solari;

    • bojlers li jaħdmu bl-injam;

    • pompi tas-sħana.

    4A-4

    Investiment 2 - Il-promozzjoni ta’ mobbiltà b’emissjonijiet żero u attiva

    Stadju importanti

    Regolament Gran Dukali li jistabbilixxi linji gwida għall-iskema ta’ għajnuna li tappoġġa l-akkwakultura ta’ vetturi b’emissjonijiet żero

    Dħul fis-seħħ tar-Regolament Gran Dukali li jirriforma l-iskema li tappoġġa l-akkwakultura ta’ vetturi b’emissjonijiet żero

    Q3

    2022

    Dħul fis-seħħ tar-Regolament Gran Dukali li jistabbilixxi l-linji gwida għall-iskema ta’ għajnuna għall-promozzjoni ta’ veikoli tat-triq b’emissjonijiet żero u dawk b’emissjoni baxxa ta’ CO2.

    4A-5

    Investiment 2 - Il-promozzjoni ta’ mobbiltà b’emissjonijiet żero u attiva

    Mira

    L-għadd ta’ vetturi b’emissjonijiet żero akkwistati permezz ta’ xiri, lokazzjoni jew kiri

    Għadd

    0

    27419

    Q3

    2026

    27 419 vetturi b’emissjonijiet żero (karozzi tal-passiġġieri, vannijiet, kwadriċikli, muturi ħfief, jew mopeds, roti jew roti bil-pedali assistiti elettrikament (“pedelec25”)) akkwistati permezz ta’ xiri, lokazzjoni jew kiri.

    4A-6

    Investiment 3: Kostruzzjoni ta’ unitajiet ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija fotovoltajka fil-bini tan-negozju

    Mira

    Stallazzjoni ta’ kapaċità ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija fotovoltajka fil-bini tan-negozju

    MWc

    0

    25

    Q4

    2024

    25 MWc ta’ kapaċità fotovoltajka tal-unitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija installati u operazzjonali fil-bini tan-negozju.

    4A-7

    Investiment 3: Kostruzzjoni ta’ unitajiet ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija fotovoltajka fil-bini tan-negozju

    Mira

    Stallazzjoni ta’ kapaċità ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija fotovoltajka fil-bini tan-negozju

    MWc

    25

    78,62

    Q3

    2026

    78,62 MWc ta’ kapaċità fotovoltajka tal-unitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija installati u operazzjonali fil-bini tan-negozju.

    I. L-AWDITJAR U L-KONTROLL

    I.1.    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

    Sistema ta’ repożitorju għar-reġistrazzjoni u l-ħżin tad-data rilevanti kollha relatata mal-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza — il-kisba tal-istadji importanti u l-miri, id-data dwar ir-riċevitur finali, il-kuntratturi, is-sottokuntratturi u s-sidien benefiċjarji - għandha tkun operazzjonali qabel ma tiġi ppreżentata l-ewwel talba għall-pagament. Qabel l-ewwel talba għall-pagament, il-Lussemburgu għandu jissottometti wkoll rapport tal-awditjar iddedikat li jikkonferma l-effettività tal-funzjonalitajiet minimi tas-sistema repożitorja.

    Barra minn hekk, qabel ma tiġi ppreżentata l-ewwel talba għall-pagament, il-Lussemburgu għandu jiffinalizza l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ulterjuri għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE kif deskritt fil-Parti III, il-Kapitolu 4 dwar l-Implimentazzjoni, is-sottokapitolu x u l-Kapitolu 6 dwar is-Sottokapitolu xi tal-Awditjar u l-Kontrolli tal-Pjan. Id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni u s-sommarju tal-awditi li jakkumpanjaw it-talba għall-pagament jenħtieġ li jikkonfermaw l-istatus tagħhom ta’ implimentazzjoni u jidentifikaw kwalunkwe dgħufija relatata misjuba u azzjonijiet korrettivi meħuda jew ippjanati.

    I.2.    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

    Numru sekwenzjali

    Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)

    Stadju Ewlieni/Mira

    L-isem

    Indikaturi kwalitattivi
    (għal stadji importanti)

    Indikaturi kwantitattivi
    (għal miri)

    Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija

    Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

    Unità ta’ kejl

    Linja bażi

    Għan

    Ir-raba’ trimestru

    Snin

    AC-1

    Monitoraġġ u implimentazzjoni tal-pjan

    Stadju importanti

    Sistema ta’ repożitorju għall-Awditjar u l-Kontrolli: informazzjoni għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-RRF

    Rapport tal-awditjar li jikkonferma l-funzjonalitajiet tas-sistema ta’ repożitorju

    Qabel l-ewwel talba għall-pagament

    Qabel l-ewwel talba għall-pagament

    Għandha tkun stabbilita u operattiva sistema repożitorja għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-RRF.

    Is-sistema għandha tinkludi, bħala minimu, il-funzjonalitajiet li ġejjin:

    (a) il-ġbir tad-data u l-monitoraġġ tal-kisba tal-istadji importanti u l-miri;

    (b) tiġbor, taħżen u tiżgura l-aċċess għad-data meħtieġa mill-Artikolu 22(2), il-punti (d) (i) sa (iii) tar-Regolament RRF.

    AC-2

    Monitoraġġ u implimentazzjoni tal-pjan

    Stadju importanti

    Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE

    L-implementazzjoni ta’ proċeduri

    Qabel l-ewwel talba għall-pagament

    Qabel l-ewwel talba għall-pagament

    Il-finalizzazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ proċeduri ulterjuri għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE kif ippreżentati fil-Parti III, il-Kapitolu 4 dwar l-Implimentazzjoni, is-sottokapitolu x u l-Kapitolu 6 dwar is-Sottokapitolu xi tal-Awditjar u l-Kontrolli tal-Pjan, li għandha titlesta qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel pagament mitlub mill-awtoritajiet tal-Lussemburgu.

    2.Kost totali stmat tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza

    Il-kost totali stmat tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza inkluż il-kapitolu REPowerEU tal-Lussemburgu huwa ta’ EUR 241 100 776. Il-kost totali stmat tal-kapitolu REPowerEU huwa ta’ EUR 176 746 699. B’mod partikolari, il-kost totali stmat tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 21c(3), il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2023/435 huwa ta’ EUR 0 filwaqt li l-kost tal-miżuri l-oħra fil-kapitolu REPowerEU huwa ta’ EUR 176 746 699.

    SEZZJONI 2: APPOĠĠ GĦALL-FINANZJAMENT

    1.Kontribuzzjoni finanzjarja

    1.1.L-ewwel Pagament (appoġġ mhux ripagabbli):

    Numru sekwenzjali

    Miżura Relatata

    (Riforma u Investiment)

    Stadju Ewlieni/Mira

    L-isem

    AC-1

    AC: Monitoraġġ u implimentazzjoni tal-pjan

    Stadju importanti

    Sistema ta’ repożitorju għall-Awditjar u l-Kontrolli: informazzjoni għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-RRF

    3C-2

    3C: Riforma 2 - Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

    Stadju importanti

    L-att tal-25 ta’ Marzu 2020 dwar il-ħlieda kontra l-ħasil tal-flus (AML)

    1A-1

    1A: Reforma 1 - Skillsdësch

    Stadju importanti

    Tnedija ta’ “Skillsdësch”

    1B-1

    1B: Riforma 1 - It-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistema tas-saħħa — Gesondheetsdësch

    Stadju importanti

    Il-fażi ta’ tnedija u tħejjija tal-proċess ta’ Gesondheetsdësch bl-għan li jiġu indirizzati s-sitt prijoritajiet tematiċi. 

    3C-3

    3C: Riforma 2 - Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

    Stadju importanti

    Id-digriet tal-Gran Dukat tal-14 ta’ Awwissu 2020 dwar l-AML

    3C-6

    3C: Riforma 2 - Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

    Stadju importanti

    Aġġornament tal-2020 tal-Valutazzjoni tar-Riskju Nazzjonali

    1A-3

    1A: Investment 1 - FutureSkills

    Stadju importanti

    Ftehim bejn is-sħab dwar il- “fażi operazzjonali”

    1B-7

    1B: Investiment 2 - It-tisħiħ tal-reżijenza tas-sistema tas-saħħa — Soluzzjoni tat-telemediċina għal segwitu mediku mill-bogħod tal-pazjenti

    Stadju importanti

    “Maela”

    3B-13

    3B: Investiment 4 — Pjattaforma nazzjonali għall-ġestjoni tal-investigazzjonijiet pubbliċi

    Stadju importanti

    Il-ħolqien ta’ pjattaforma nazzjonali għall-ġestjoni u l-pubblikazzjoni ta’ stħarriġ pubbliku u dokumenti relatati

    3C-1

    3C: Riforma 1- Modernizzazzjoni tat-tassazzjoni korporattiva

    Stadju importanti

    L-att tal-10 ta’ Frar 2021 li jemenda l-att emendat tal-4 ta’ Diċembru 1967 dwar it-taxxa fuq l-introjtu (preċedentement l-abbozz ta’ att Nru 7547)

    3B-8

    3B: Investiment 2 — Żvilupp ta’ MyGuichet- Proġett 3/3: App Mobile MyGuichet.lu

    Stadju importanti

    Skjerament ta’ verżjoni mobbli ta’ MyGuět (udjenza ristretta)

    3C-4

    3C: Riforma 2 - Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

    Stadju importanti

    Valutazzjoni tar-riskju vertikali fil-qasam tal-finanzjament tat-terroriżmu

    1C-1

    1C: Reforma – Il-Patt dwar id-Djar 2.0

    Stadju importanti

    Dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Patt dwar id-Djar 2.0

    2A-1

    2A: Ir-riforma: L-elettrifikazzjoni tal-flotta tal-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti, u tat-trasport pubbliku

    Stadju importanti

    Regolament Gran Dukali dwar l-akkwist ta’ vetturi nodfa

    2B-1

    2B: Riforma u Investiment: “Naturpakt”

    Stadju importanti

    Finalizzazzjoni tal-katalgu tal-miżuri

    3A-3

    3A: Investiment 1 - L-iżvilupp u l-varar ta’ infrastruttura tal-ittestjar u soluzzjonijiet ta’ konnettività ultrasiguri 

    Stadju importanti

    Laboratorju ta’ LuxQCI 

    3B-9

    3B: Investiment 2 — Żvilupp ta’ MyGuichet- Proġett 3/3: App Mobile MyGuichet.lu

    Stadju importanti

    L-użu ta’ verżjoni mobbli ta’ MyGuichet.lu għall-pubbliku ġenerali

    1A-4

    1A: Investment 1 - FutureSkills

    Mira

    Parteċipanti ta’ FutureSkills li għandhom aktar minn 45 sena

    1A-5

    1A: Investment 1 - FutureSkills

    Mira

    Parteċipanti ta’ FutureSkills

    1B-2

    1B: Riforma 1 - It-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistema tas-saħħa — Gesondheetsdësch

    Stadju importanti

    Programm ta’ ħidma

    2B-2

    2B: Riforma u Investiment: “Naturpakt”

    Stadju importanti

    Il-liġi “Naturpakt”

    3B-1

    3B: Investiment 1 — Ġestjoni Elettronika tad-Dokumenti u Ġestjoni tal-Każijiet

    Stadju importanti

    Dħul fl-operat ta’ pjattaforma ċentrali ta’ ġestjoni elettronika tad-dokumenti u għall-ġestjoni tal-każijiet.

    3B-10

    3B: Investiment 3 - ‘eADEM’

    Stadju importanti

    Ħolqien tal-Istrateġija ADEM 2025 għall-fażi analitika

    3C-5

    3C: Riforma 2 - Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

    Stadju importanti

    Valutazzjoni tar-riskju settorjali ta’ persuni ġuridiċi

    3C-8

    3C: Riforma 2 - Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

    Stadju importanti

    Finalizzazzjoni tal-istudju dwar it-tisħiħ tar-reġim applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji u tal-kumpaniji

    AC-2

    AC: Monitoraġġ u implimentazzjoni tal-pjan

    Stadju importanti

    Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE

    Ammont ta’ pagament

    EUR 24 858 611

    1.2.It-tieni pagament (appoġġ mhux ripagabbli):

    Numru sekwenzjali

    Miżura Relatata

    (Riforma u Investiment)

    Stadju Ewlieni/Mira

    L-isem

    1B-3

    1B: Riforma 2 - It-tisħiħ tar-Reżiljenza tas-Sistema tas-Saħħa — Riforma tal-mandati tal-professjonisti tas-saħħa

    Stadju importanti

    Pubblikazzjoni ta’ pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tar-riforma tar-responsabbiltajiet tal-professjonisti tas-saħħa

    2A-2

    2A: Investment: Skema ta’ appoġġ għall-punti tal-iċċarġjar

    Stadju importanti

    Il-liġi dwar l-iskema ta’ appoġġ għall-punti tal-iċċarġjar

    1A-2

    1A: Reforma 1 - Skillsdësch

    Stadju importanti

    Tnedija tat-taħriġ vokazzjonali (“pontijiet tal-ħiliet”)

    3A-2

    3A: Riforma 1 — Spinta lill-ħolqien ta’ ekosistema ġdida fil-Lussemburgu 

    Mira 

    Distribuzzjoni tal-Kjavi Kwantistiċi

    3B-5

    3B: Investiment 2 — Żvilupp ta’ MyGuichet- Proġett 1/3: Appuntament virtwali

    Stadju importanti

    Fażi 1 tal-Iskambju permezz ta’ vidjokonferenza

    1B-6

    1B: Investiment 1 - It-tisħiħ tar-Reżiljenza tas-Sistema tas-Saħħa — Reġistru Diġitali Uniku tal-professjonisti tas-saħħa

    Mira

    It-tqegħid għad-dispożizzjoni tar-reġistru diġitali l-ġdid

    1C-3

    1C: Reforma – Il-Patt dwar id-Djar 2.0

    Mira

    Perċentwal ta’ muniċipalitajiet li jiffirmaw ftehim inizjali

    3B-6

    3B: Investiment 2 — Żvilupp ta’ MyGuichet- Proġett 1/3: Appuntament virtwali

    Stadju importanti

    Fażi 2 tal-Iskambju permezz ta’ vidjokonferenza

    3B-7

    3B: Investiment 2 — Żvilupp ta’ MyGuichet- Proġett 2/3: Diversi approċċi C2G u B2G

    Mira

    12-il servizz ġdid

    4A-2

    4A: Riforma 1- Il-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u tal-enerġija rinnovabbli fid-djar

    Stadju importanti

    Regolament Gran Dukali li jistabbilixxi linji gwida għall-iskema ta’ għajnuna għall-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli fid-djar

    4A-4

    4A: Il-promozzjoni ta’ mobbiltà b’emissjonijiet żero u attiva

    Stadju importanti

    Regolament Gran Dukali li jistabbilixxi linji gwida għall-iskema ta’ għajnuna li tappoġġa l-akkwist ta’ vetturi b’emissjonijiet żero 

    Ammont ta’ pagament

    EUR   59 891 672

    1.3.It-tielet pagament (appoġġ mhux ripagabbli):

    Numru sekwenzjali

    Miżura Relatata

    (Riforma u Investiment)

    Stadju Ewlieni/Mira

    L-isem

    1B-8

    1B: Investiment 2 - It-tisħiħ tal-reżijenza tas-sistema tas-saħħa — Soluzzjoni tat-telemediċina għal segwitu mediku mill-bogħod

    Stadju importanti

    Soluzzjoni integrata

    2B-3

    2B: Riforma u Investiment: “Naturpakt”

    Stadju importanti

    Awditu inizjali tal-prestazzjoni kkompletata

    3A-1

    3A: Riforma 1 — Spinta lill-ħolqien ta’ ekosistema ġdida fil-Lussemburgu 

    Stadju importanti 

    Network terrestri u komponent spazjali

    3A-4

    3A: Investiment 1 - L-iżvilupp u l-varar ta’ infrastruttura tal-ittestjar u soluzzjonijiet ta’ konnettività ultrasiguri 

    Stadju importanti 

    Konnessjoni transfruntiera

    3C-9

    3C: Riforma 2 - Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

    Stadju importanti

    Dħul fis-seħħ tal-att li jsaħħaħ ir-reġim applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji u tal-kumpaniji

    1C-2

    1C: Reforma – Il-Patt dwar id-Djar 2.0

    Mira

    Perċentwal ta’ muniċipalitajiet li jiffirmaw ftehim inizjali

    2A-3

    2A: Investment: Skema ta’ appoġġ għall-punti tal-iċċarġjar

    Mira

    Għadd ta’ punti tal-iċċarġjar operazzjonali

    3B-14

    3B: Investiment 4 — Pjattaforma nazzjonali għall-ġestjoni tal-istħarriġ pubbliku

    Mira

    Proċess ta’ integrazzjoni tal-pjattaforma nazzjonali

    3C-7

    3C: Riforma 2 - Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

    Stadju importanti

    Trasformazzjoni tar-Reġistru Kummerċjali tal-Lussemburgu

    Ammont ta’ pagament

    EUR   54 622 205

    1.4.Ir-raba’ pagament (appoġġ mhux ripagabbli):

    Numru sekwenzjali

    Miżura Relatata

    (Riforma u Investiment)

    Stadju Ewlieni/Mira

    L-isem

    2B-4

    2B: Riforma u Investiment: “Naturpakt”

    Mira

    L-iffirmar tal-“kuntratti ta’Naturpakt” minn 30 muniċipalità

    3B-4

    3B: Investiment 1 — Ġestjoni Elettronika tad-Dokumenti u Ġestjoni tal-Każijiet

    Mira

    Il-bidu tat-tħaddim ta’ żewġ interkonnetturi bejn il-korpi (transkerrejja) biex jippermettu l-implimentazzjoni tal-fluss tax-xogħol u l-ġestjoni tal-każijiet bejn entitajiet statali differenti.

    3A-5

    3A: Investiment 1 - L-iżvilupp u l-varar ta’ infrastruttura tal-ittestjar u soluzzjonijiet ta’ konnettività ultrasiguri

    Stadju importanti 

    Konnessjoni transfruntiera għal dimostrazzjoni bl-użu tas-satellita 

    3B-2

    3B: Investiment 1 — Ġestjoni Elettronika tad-Dokumenti u Ġestjoni tal-Każijiet

    Mira

    GED u Ġestjoni tal-Każijiet fi ħdan entitajiet governattivi

    3B-3

    3B: Investiment 1 — Ġestjoni Elettronika tad-Dokumenti u Ġestjoni tal-Każijiet

    Mira

    Moduli speċifiċi

    3B-11

    3B: Investiment 3 - ‘eADEM’

    Stadju importanti

    Implimentazzjoni tal-eADEM

    3B-12

    3B: Investiment 3 - ‘eADEM’

    Stadju importanti

    Il-ħolqien u l-implimentazzjoni ta’ żewġ sistemi konnessi mal-eADEM

    4A-1

    4A: Riforma 1 - Il-promozzjoni tal-produzzjoni sostenibbli tal-bijogass

    Stadju importanti

    Regolament Gran Dukali li jirriforma l-iskema sostenibbli ta’ appoġġ għall-bijogass

    4A-6

    4A: Investiment 3: Kostruzzjoni ta’ unitajiet ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija fotovoltajka fil-bini tan-negozju

    Mira

    Stallazzjoni ta’ kapaċità ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija fotovoltajka fil-bini tan-negozju

    Ammont ta’ pagament

    EUR   53 069 150

    1.5.Il-ħames pagament (appoġġ mhux ripagabbli):

    Numru sekwenzjali

    Miżura Relatata

    (Riforma u Investiment)

    Stadju Ewlieni/Mira

    L-isem

    2B-5

    2B: Riforma u Investiment: “Naturpakt”

    Mira

    Ċertifikazzjoni “Naturpakt” ta’ 15-il muniċipalità

    2A-4

    2A: Investment: Skema ta’ appoġġ għall-punti tal-iċċarġjar

    Mira

    Għadd ta’ punti tal-iċċarġjar operazzjonali

    1B-4

    1B: Riforma 2 - It-tisħiħ tar-Reżiljenza tas-Sistema tas-Saħħa — Riforma tal-mandati tal-professjonisti tas-saħħa

    Stadju importanti

    Il-kompetenzi, il-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-infermiera u tal-assistenti tal-infermiera

    1B-5

    1B: Riforma 2 - It-tisħiħ tar-Reżiljenza tas-Sistema tas-Saħħa — Riforma tal-mandati tal-professjonisti tas-saħħa

    Stadju importanti

    Kompetenzi, kompiti u inkarigi ta’ professjonijiet oħra tas-saħħa (inklużi infermiera speċjalizzati, terapisti, qwiebel, ħaddiema soċjali u esperti fid-dieta)

    4A-3

    4A: Investiment 1 - Il-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u tal-enerġija rinnovabbli fid-djar

    Mira

    Għadd ta’ proġetti tal-enerġija tad-djar li tlestew

    4A-5

    4A: Investiment 2 - Il-promozzjoni ta’ mobbiltà b’emissjonijiet żero u attiva

    Mira

    L-għadd ta’ vetturi b’emissjonijiet żero akkwistati permezz ta’ xiri, lokazzjoni jew kiri

    4A-7

    4A: Investiment 3: Kostruzzjoni ta’ unitajiet ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija fotovoltajka fil-bini tan-negozju

    Mira

    Stallazzjoni ta’ kapaċità ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija fotovoltajka fil-bini tan-negozju

    Ammont ta’ pagament

    EUR   48 659 138

    SEZZJONI 3: ARRANĠAMENTI ADDIZZJONALI

    1.Arranġamenti għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza

    Il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Lussemburgu għandhom isiru f’konformità mal-arranġamenti li ġejjin.

    Id-Direttorat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Baġitarji fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi għandu jkollu r-responsabbiltà ġenerali għall-implimentazzjoni tal-pjan u jaġixxi bħala dipartiment maniġerjali u punt uniku ta’ kuntatt għall-Kummissjoni. Dan is-servizz għandu jkun responsabbli wkoll għat-tfassil tat-talbiet għal pagament u d-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni u għandu jikkoordina u jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-pjan. Għandu jiġbor ukoll id-data dwar l-indikaturi kif ippreżentata mir-riċevituri finali, u jwettaq il-verifiki ta’ ġestjoni.

    Id-dipartiment ta’ ġestjoni għandu jkun responsabbli għall-aggregazzjoni tal-informazzjoni kollha relatata mal-indikaturi li għalihom għandu jwettaq ukoll kontroll tal-konsistenza u, b’mod aktar ġenerali, kontroll tal-kwalità. Id-dipartiment ta’ ġestjoni għandu jkun responsabbli wkoll għall-komunikazzjoni u l-użu ta’ din id-data ta’ monitoraġġ, kemm fil-kumitati ta’ koordinazzjoni kif ukoll fir-rapport annwali ta’ implimentazzjoni.

    Id-dipartiment maniġerjali għandu jwettaq verifiki (inkluż fuq il-post) fuq l-aspetti amministrattivi, finanzjarji, tekniċi u fiżiċi tal-operazzjonijiet, fl-istadji kollha tal-ġestjoni ta’ miżura inkluża fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. Tali verifiki għandhom jitwettqu meta jiġu eżaminati l-folji ta’ finanzjament, matul l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-miżuri, meta jiġu ppreżentati applikazzjonijiet għar-rimborż ta’ għotjiet lir-riċevituri finali u meta jsiru pagamenti lir-riċevituri finali.

    Barra minn hekk, għandhom jiġu implimentati miżuri speċifiċi biex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli relatati mal-akkwist pubbliku, biex tiġi evitata l-korruzzjoni, u biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-UE.

    L-Ispettorat Ġenerali tal-Finanzi (IGF) għandu jkun l-awtorità tal-awditjar għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.

    L-awtorità tal-awditjar għandha ssegwi approċċ tal-awditjar ibbażat fuq il-prinċipji li ġejjin: awditu annwali tas-sistema (li jkopri s-sistema fis-seħħ għar-rapportar tal-istadji importanti u l-miri u li jkopri wkoll is-sistema ta’ kontroll intern għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-frodi, il-kunflitt ta’ interess, il-korruzzjoni u l-finanzjament doppju) u l-awditi annwali tal-operazzjonijiet (abbażi ta’ kampjun adegwat).

    Id-data relatata mar-riċevituri finali għandha tinġabar malli jidħlu fl-operazzjoni, li ssir jew billi tiddaħħal data direttament mid-dipartiment ta’ ġestjoni jew billi tiġi importata data permezz ta’ fajl Excel tal-importazzjoni. Id-data miġbura b’dan il-mod għandha mbagħad tiddaħħal direttament fis-sistema ta’ informazzjoni jew tiġi importata permezz ta’ fajls.

    2.Arranġamenti għall-għoti ta’ aċċess sħiħ mill-Kummissjoni għad-data sottostanti

    Id-Direttorat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Baġitarji fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi, bħala l-korp ċentrali ta’ koordinazzjoni għall-pjan tal-Lussemburgu għall-irkupru u r-reżiljenza u l-implimentazzjoni tiegħu, huwa responsabbli għall-koordinazzjoni u l-monitoraġġ ġenerali tal-pjan. B’mod partikolari, jaġixxi bħala korp ta’ koordinazzjoni għall-monitoraġġ tal-progress fuq l-istadji importanti u l-miri, għall-monitoraġġ u, fejn xieraq, għall-implimentazzjoni ta’ attivitajiet ta’ kontroll u bħala punt uniku ta’ kuntatt għall-Kummissjoni. Dan is-servizz għandu jkun responsabbli wkoll għat-tfassil tat-talbiet għall-ħlas u d-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni. Huwa għandu jikkoordina r-rapportar tal-istadji importanti u l-miri, l-indikaturi rilevanti, iżda wkoll informazzjoni finanzjarja kwalitattiva u data oħra, bħad-data dwar l-indikaturi kif ippreżentata mir-riċevituri finali permezz ta’ sistema tal-IT iddedikata, u jwettaq il-verifiki ta’ ġestjoni. L-Ispettorat Ġenerali tal-Finanzi (IGF) għandu jkun l-awtorità tal-awditjar għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.

    F’konformità mal-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) 2021/241, mat-tlestija tal-istadji importanti u l-miri rilevanti miftiehma fit-Taqsima 2.1 ta’ dan l-Anness, il-Lussemburgu għandu jippreżenta talba debitament ġustifikata lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja. Il-Lussemburgu għandu jiżgura li, fuq talba, il-Kummissjoni jkollha aċċess sħiħ għad-data rilevanti sottostanti li tappoġġa l-ġustifikazzjoni dovuta tat-talba għall-pagament, kemm għall-valutazzjoni tat-talba għall-pagament f’konformità mal-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2021/241 kif ukoll għall-finijiet ta’ awditjar u kontroll.

    (1) Sors: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, Viżwalizzatur tad-Data dwar il-gassijiet serra
    (2)

    Id-Direttiva (UE) 2019/1161 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li temenda d-Direttiva 2009/33/KE dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija. ĠU L 188, 12.7.2019, p. 116–130

    (3) Id-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE, ĠU L 156, 19.6.2018, p. 43-74.
    (4) Stratégie nationale biogaz “Nationale Strategie für den Ausbau der Biogasproduktion in Luxembourg”, B8–06/2023, https://biogasvereenegung.lu/wp-content/uploads/2023/11/Strategie-nationale-production-de-biogaz-luxemburg de-2023.pdf
    (5) ĠU, L 328, 21.12.2018, p. 82.
    Top