This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52023DMA100040
Summary of Commission Decision of 5 September 2023 relating to a decision pursuant to Article 3 of Regulation (EU) 2022/1925 (Case DMA.100040 – BYTEDANCE – ONLINE SOCIAL NETWORKING SERVICE) (notified under document number C(2023) 6102 final)
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Settembru 2023 dwar deċiżjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/1925 (Il-każ DMA.100040 – BYTEDANCE – ONLINE SOCIAL NETWORKING SERVICE) (notifikata permezz ta’ dokument numru C (2023) 6102 final)
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Settembru 2023 dwar deċiżjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/1925 (Il-każ DMA.100040 – BYTEDANCE – ONLINE SOCIAL NETWORKING SERVICE) (notifikata permezz ta’ dokument numru C (2023) 6102 final)
C/2023/6102
ĠU C, C/2023/552, 27.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/552/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/552 |
27.10.2023 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tal-5 ta’ Settembru 2023
dwar deċiżjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/1925
(Il-każ DMA.100040 – BYTEDANCE – ONLINE SOCIAL NETWORKING SERVICE)
(notifikata permezz ta’ dokument numru C (2023) 6102 final)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(C/2023/552)
Fil-5.9.2023, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/1925. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) 2022/1925 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut ewlieni tad-Deċiżjoni, wara li qieset l-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.
1. INTRODUZZJONI
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tad-Deżinjazzjoni (“id-Deċiżjoni”) taħtar lil ByteDance bħala gwardjan skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/1925 (“ASD”) fir-rigward ta’ servizz ewlieni ta’ pjattaforma wieħed li huwa pprovdut minn ByteDance u li, wara l-analiżi tal-Kummissjoni, huwa gateway importanti għall-utenti kummerċjali biex jilħqu lill-utenti finali kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(b) tad-DMA. |
|
(2) |
Flimkien man-notifika tagħha, ByteDance ressqet, skont l-Artikolu 3(5) tal-ASD, argumenti li għandhom l-għan li jirribattu l-preżunzjoni li jenħtieġ li tiġi maħtura bħala gwardjan minħabba li s-servizz tagħha TikTok jissodisfa l-limiti stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tal-ASD. ByteDance ressqet talbiet biex tirribatti żewġ delineazzjonijiet alternattivi tal-pjattaforma tagħha TikTok bħala (i) servizz ta’ networking soċjali online, u (ii) servizz ta’ pjattaforma ta’ video-sharing. Id-Deċiżjoni tiċħad din it-talba ta’ TikTok minħabba li l-argumenti ppreżentati ma jixħtux dubju b’mod ċar fuq il-preżunzjoni li huwa gwardjan. |
2. PROĊEDURA
|
(3) |
Fit-3 ta’ Lulju 2023, ByteDance innotifikat lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu tal-ASD, li hija tissodisfa l-limiti stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(a) u fl-Artikolu 3(2)(b) tal-ASD, iżda mhux dawk stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(c) fir-rigward tas-servizz tagħha ta’ TikTok li hija tqis li jikkwalifika bħala CPS ta’ servizz ta’ pjattaforma ta’ video-sharing għall-kuntrarju ta’ CPS ta’ servizz ta’ networking soċjali online. Man-notifika tagħha, ByteDance ippreżentat konfutazzjoni (ara l-Introduzzjoni). |
|
(4) |
Fis-26 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni bagħtet ittra rigwardanti n-notifika ta’ ByteDance fejn fissret il-fehmiet preliminari tagħha dwar in-notifika ta’ ByteDance. ByteDance wieġbet l-ittra tal-Kummissjoni fit-2 ta’ Awwissu 2023. |
|
(5) |
Fis-17 ta’ Awwissu 2023, saret laqgħa virtwali, fuq talba ta’ ByteDance, bejn ByteDance u s-servizzi tal-Kummissjoni biex ByteDance tkun tista’ tippreżenta u tispjega aktar l-argumenti u l-fehmiet ippreżentati fil-Formola GD tagħha u fit-tweġiba tagħha tat-2 ta’ Awwissu 2023. |
3. QAFAS LEGALI
|
(6) |
L-ASD jistabbilixxi sett ta’ kriterji oġġettivi definiti b’mod strett biex pjattaforma online kbira tikkwalifika bħala gwardjan. Id-deżinjazzjoni għandha ssir b’rabta ma’ CPS waħda jew aktar ipprovduti mill-impriża li jkunu gateway importanti għall-utenti kummerċjali biex jilħqu lill-utenti finali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1), il-punt (b) tal-ASD. Sabiex jiġi ddeterminat jekk servizz ipprovdut minn impriża ikunx CPS li jissodisfa r-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 3(1), il-punt (b) tal-ASD, huwa meħtieġ, bħala pass preliminari, li jiġi kkwalifikat u delineat is-servizz rispettiv. Kriterju rilevanti għall-kwalifikazzjoni u d-delineazzjoni tas-CPSs huwa l-iskop li għalih jintuża s-servizz mill-utenti finali jew mill-utenti kummerċjali jew mit-tnejn li huma. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 3(1) tal-ASD, il-Kummissjoni għandha tiddeżinja impriża bħala gwardjan jekk tissodisfa tliet rekwiżiti kumulattivi, jiġifieri: (a) ikollha impatt sinifikanti fuq is-suq intern; (b) tipprovdi CPS li jkun gateway importanti għall-utenti kummerċjali biex jilħqu lill-utenti finali; u (c) tkun tgawdi minn pożizzjoni stabbilita u dejjiema, fl-operazzjonijiet tagħha, jew ikun prevedibbli li fil-futur qrib ser tgawdi tali pożizzjoni. L-Artikolu 3(2) tal-ASD jistabbilixxi preżunzjoni li dawk ir-rekwiżiti jiġu ssodisfati meta jiġu ssodisfati ċerti limiti kwantitattivi, jiġifieri l-fatturat tal-kumpanija jew il-kapitalizzazzjoni tas-suq kif ukoll l-għadd ta’ utenti finali u utenti kummerċjali ta’ CPS partikolari f’kull waħda mill-aħħar tliet snin finanzjarji. |
|
(8) |
Skont l-Artikolu 3(5), l-ewwel subparagrafu tal-ASD, impriża li tissodisfa l-limiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tal-ASD tista’ tippreżenta, man-notifika tagħha, argumenti biex turi li, għalkemm tissodisfa dawk il-limiti kollha, b’eċċezzjoni hija ma tkunx tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tal-ASD minħabba ċ-ċirkostanzi li fihom jopera s-CPS rilevanti. L-Artikolu 3(5), it-tieni subparagrafu, tal-ASD jipprovdi li jekk l-argumenti mressqa ma jkunux sostanzjati biżżejjed minħabba li ma jikkontestawx b’mod ċar il-preżunzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tal-ASD, il-Kummissjoni tista’ tiċħad l-argumenti. Min-naħa l-oħra, f’każ li l-Kummissjoni tqis li l-evidenza ppreżentata hija biżżejjed biex turi li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tal-ASD mhumiex issodisfati, hija tista’ taċċetta l-konfutazzjoni bil-ftuħ ta’ investigazzjoni tas-suq jew mingħajrha skont l-Artikolu 17(3) tal-ASD. |
4. L-EVALWAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
|
(9) |
Id-Deċiżjoni tikkostata li TikTok jikkostitwixxi CPS ta’ networking soċjali online skont l-Artikolu 2 tal-ASD u hija individwalment gateway importanti biex l-utenti kummerċjali jilħqu lill-utenti finali kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(b) tal-ASD. |
|
(10) |
Filwaqt li d-Deċiżjoni ma tikkontestax li TikTok jissodisfa d-definizzjoni ta’ servizz ta’ pjattaforma ta’ video-sharing, il-Kummissjoni tqis li l-karatteristiċi u l-funzjonalitajiet ta’ TikTok imorru lil hinn minn dawk ta’ servizz ta’ pjattaforma ta’ video-sharing. Il-Kummissjoni tqis li TikTok mhux biss jissodisfa d-definizzjoni ta’ servizz ta’ netwerking soċjali online, iżda li dik il-klassifikazzjoni tirrifletti l-aħjar ukoll il-karatteristiċi u l-wisa’ tal-karatteristiċi u l-funzjonalitajiet ta’ TikTok. Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li TikTok jikkostitwixxi CPS ta’ netwerking soċjali online. |
|
(11) |
Id-Deċiżjoni tikkostata wkoll li l-metodoloġija ta’ ByteDance biex tgħodd l-utenti finali u tal-utenti kummerċjali ta’ TikTok għall-finijiet ta’ valutazzjoni ta’ jekk il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(b) u (c) tal-ASD humiex issodisfati hija difettuża. Għall-kuntrarju, abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn ByteDance, il-Kummissjoni tikkonkludi li ByteDance tissodisfa l-limiti kollha fl-Artikolu 3(2) fir-rigward ta’ TikTok. |
|
(12) |
Fl-aħħar nett, id-Deċiżjoni tqis li ħafna mill-argumenti kuntrarji ta’ ByteDance mhumiex kunsiderazzjonijiet li l-ASD jirrikonoxxi bħala li jiġġustifikaw konfutazzjoni b’eċċezzjoni tal-preżunzjonijiet fl-Artikolu 3(2) tal-ASD. Fi kwalunkwe każ, abbażi tal-valutazzjoni fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-argumenti konfutabbli ta’ ByteDance mhumiex sostanzjati biżżejjed biex jikkontestaw b’mod ċar il-preżunzjoni li hija gwardjan fir-rigward tas-servizz tagħha TikTok. Għalhekk, id-Deċiżjoni tiċħad il-konfutazzjoni. |
|
(13) |
Il-kostatazzjoni fid-Deċiżjoni huma bbażati fuq l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni fiż-żmien tad-Deċiżjoni. F’każ li jkun hemm xi bidla sostanzjali fi kwalunkwe wieħed mill-fatti li fuqhom hija bbażata din id-Deċiżjoni, jew jekk din id-Deċiżjoni tkun ibbażata fuq informazzjoni mhux kompluta, skorretta jew qarrieqa, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra mill-ġdid jew temenda d-Deċiżjoni skont l-Artikolu 4(1) tal-ASD. |
5. KONKLUŻJONI
|
(14) |
Għar-raġunijiet stabbiliti hawn fuq, id-Deċiżjoni tiddeżinja lil ByteDance bħala gwardjan fir-rigward tas-servizz ta’ networking soċjali online ta’ ByteDance, TikTok. Hija tiċħad ukoll l-argumenti kuntrarji mqajma minn ByteDance f’dan ir-rigward. |
(1) Ir-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali), ĠU L 265, 12.10.2022, p. 1-66.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/552/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)