Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022DP0197

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-regolament delegat tal-Kummissjoni tat-8 ta' April 2022 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2021/2306 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tranżitorji għaċ-ċertifikati ta' spezzjoni maħruġa fl-Ukrajna (C(2022)02164 – 2022/2637(DEA))

ĠU C 465, 6.12.2022, pp. 255–256 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 465, 6.12.2022, pp. 229–230 (GA)

6.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 465/255


P9_TA(2022)0197

Ebda oġġezzjoni għal att delegat: dispożizzjonijiet tranżitorji għaċ-ċertifikati ta' spezzjoni maħruġa fl-Ukrajna

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-regolament delegat tal-Kummissjoni tat-8 ta' April 2022 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2021/2306 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tranżitorji għaċ-ċertifikati ta' spezzjoni maħruġa fl-Ukrajna (C(2022)02164 – 2022/2637(DEA))

(2022/C 465/25)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2022)02164),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tal-11 ta' April 2022, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-regolament delegat,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data tal-20 ta' April 2022,

wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 38(8), il-punt (a)(ii), l-Artikolu 46(7), il-punt (b), u l-Artikolu 57(3) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

wara li kkunsidra l-fatt li ma tqajmu l-ebda oġġezzjonijiet fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 111(6), tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li skada fit-3 ta’ Mejju 2022,

A.

billi l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja fl-24 ta' Frar 2022 tikkostitwixxi sfida eċċezzjonali u bla preċedent għall-awtoritajiet ta' kontroll u għall-korpi ta' kontroll li ġew rikonoxxuti għall-fini tal-esportazzjoni ta' prodotti organiċi mill-Ukrajna lejn l-Unjoni, u billi, fl-Ukrajna, is-servizzi tal-posta huma interrotti wkoll;

B.

billi ċerti awtoritajiet ta' kontroll u korpi ta' kontroll rikonoxxuti fl-Ukrajna għall-esportazzjoni ta' prodotti organiċi lejn l-Unjoni ma jistgħux joħorġu ċertifikati ta' spezzjoni (certificates of inspection, COI) b'siġill elettroniku kwalifikat (siġill elettroniku), kif meħtieġ mill-Artikolu 5(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2306 (2), peress li tali awtoritajiet ta' kontroll u korpi ta' kontroll mhux kollha huma attrezzati b'siġill elettroniku;

C.

billi l-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll lanqas ma jistgħu jużaw il-possibbiltà li joħorġu ċ-ċertifikat ta' spezzjoni fuq karta, f'konformità mad-dispożizzjoni tranżitorja fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2306, peress li s-servizzi tal-posta fl-Ukrajna bħalissa huma interrotti;

D.

billi fid-dawl tal-importanza li jiġi żgurat li l-prodotti organiċi li jitilqu mill-Ukrajna jkunu jistgħu jkomplu jiġu esportati lejn l-Unjoni, il-Kummissjoni pproponiet fir-Regolament Delegat (UE) 2021/2306 li sat-30 ta' Ġunju 2022, l-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll fl-Ukrajna jkollhom il-permess jipproduċu u jissottomettu s-COI fi TRACES f'format elettroniku mingħajr l-applikazzjoni ta' siġill elettroniku;

E.

billi, minħabba l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja u r-reazzjoni immedjata meħtieġa, dan ir-Regolament għandu japplika retroattivament mill-24 ta' Frar 2022;

1.

Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-regolament delegat;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2306 tal-21 ta' Ottubru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'regoli dwar il-kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-konsenji ta' prodotti organiċi u prodotti fil-fażi tal-konverżjoni maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni u dwar iċ-ċertifikat ta' spezzjoni (ĠU L 461, 27.12.2021, p. 13).


Top