EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022DC0710

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar politika msaħħa ta' interoperabbiltà tas-settur pubbliku Li torbot is-servizzi pubbliċi, l-appoġġ tal-politiki pubbliċi u t-twassil tal-benefiċċji pubbliċi Lejn "Ewropa Interoperabbli"

COM/2022/710 final

Brussell, 18.11.2022

COM(2022) 710 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

dwar politika msaħħa ta' interoperabbiltà tas-settur pubbliku



Li torbot is-servizzi pubbliċi, l-appoġġ tal-politiki pubbliċi u t-twassil tal-benefiċċji pubbliċi

Lejn "Ewropa Interoperabbli"

{SWD(2022) 710 final}


Werrej

1.    It-tħejjija tal-kuntest    

2.    L-ixprunar tad-diġitalizzazzjoni interoperabbli tas-settur pubbliku    

2.1    X’inhi l-interoperabbiltà...    

2.2    ... u għaliex it-titjib tal-interoperabbiltà huwa importanti għall-UE?    

3.    Inbiddlu l-isforzi għall-kooperazzjoni fl-interoperabbiltà tal-UE    

3.1    Il-bini ta’ governanza kondiviża tal-interoperabbiltà    

3.2    L-involviment tas-saffi kollha tal-gvern    

3.3    L-avvanz tal-innovazzjoni u l-kooperazzjoni “GovTech”    

3.4    Monitoraġġ tal-impatt    

4.    Nagħmlu l-politiki tal-UE interoperabbli mid-disinn u lesti għad-diġitalizzazzjoni    

4.1    It-tfassil tal-politiki tal-UE fl-era diġitali    

4.2    L-iffukar tal-finanzjament għall-interoperabbiltà    

4.3    L-integrazzjoni tal-interoperabbiltà fil-politiki tal-UE dwar id-data u l-innovazzjoni    

4.4    L-iżvilupp ta’ kooperazzjoni internazzjonali dwar l-interoperabbiltà tas-settur pubbliku    



1.It-tħejjija tal-kuntest

Is-servizzi pubbliċi diġitali interoperabbli huma essenzjali għad-diġitalizzazzjoni b’suċċess tas-suq uniku tal-Unjoni Ewropea. L-industrija u s-soċjetà għandhom ħafna x’jiksbu billi jiżguraw li t-trasformazzjoni diġitali tas-settur pubbliku tal-Ewropa tkun inklużiva, ġusta u miftuħa, sostenibbli, immexxija mill-valuri u interoperabbli. It-trasformazzjoni diġitali tas-settur pubbliku toħloq fatturi ta’ attrazzjoni u spinta 1 konsiderevoli għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija u tas-soċjetà Ewropea. Il-piż u l-potenzjal tas-settur pubbliku għal “mod Ewropew” ta’ trasformazzjoni diġitali xprunat mill-valur ġie rikonoxxut mill-gvernijiet tal-UE 2 , u mill-komunitajiet lokali u reġjonali 3 , u ġie kkonfermat mill-Kumpass Diġitali tal-UE, li jidentifika s-settur pubbliku bħala wieħed mill-erba’ punti kardinali li jindikaw it-trajettorja diġitali tal-UE 4 . L-amministrazzjonijiet pubbliċi diġitali tfaċċaw bħala punti fokali partikolari tal-Pjanijiet nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza wkoll, b’investiment ippjanat ikkombinat ta’ EUR 47 biljun 5 .

Enfasi aktar b’saħħitha fuq l-interoperabbiltà tas-settur pubbliku tappoġġa l-isforz ta’ rkupru, ir-reżiljenza u s-sovranità tal-Ewropa, filwaqt li tgħaqqad b’mod effettiv l-amministrazzjonijiet u l-politiki pubbliċi, in-nies u n-negozji għal offerti ta’ servizzi u flussi tad-data bla xkiel. Dan jinkludi li l-politiki tal-UE jsiru adattati għall-era diġitali, li tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-politika b’mezzi diġitali u interoperabbiltà mill-istadju tat-tfassil tal-politika, fi sħubija mill-qrib bejn dawk li jfasslu l-politika u l-esperti tal-ICT. Dan jinkludi wkoll il-bini ta’ ċirkwit virtwuż ta’ kooperazzjoni fl-innovazzjoni għat-tfassil u t-twassil ta’ servizzi pubbliċi diġitali.

Din il-komunikazzjoni takkumpanja l-proposta għal “Att dwar Ewropa Interoperabbli” 6 , li għandu l-għan li jistabbilixxi governanza komuni tal-interoperabbiltà u li jiffaċilita l-ħolqien konġunt ta’ ekosistema ta’ soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà madwar l-UE. L-iżvilupp konġunt ta’ soluzzjonijiet, kif ukoll il-kondiviżjoni u l-użu mill-ġdid ta’ għodod ippruvati huma l-approċċ rapidu u kosteffettiv għat-tfassil tas-servizzi pubbliċi diġitali. Kooperazzjoni msaħħa fl-interoperabbiltà hija essenzjali biex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal ta’ trasformazzjoni tas-settur pubbliku, tiġi evitata l-frammentazzjoni u jittejbu l-konnettività u l-kondiviżjoni tad-data. B’dan il-mod, il-qafas ta’ politika propost se jikkontribwixxi għas-salvagwardja tas-sovranità diġitali tal-Ewropa u jagħti s-setgħa lis-sussidjarjetà diġitali. It-tisħiħ tal-politika tal-UE dwar l-interoperabbiltà tal-gvernijiet iwettaq il-prijoritajiet tal-Kummissjoni u l-aġenda tal-politika diġitali, u b’hekk is-settur pubbliku tal-Ewropa jkun adattat għall-era diġitali 7 .

2.L-ixprunar tad-diġitalizzazzjoni interoperabbli tas-settur pubbliku

2.1X’inhi l-interoperabbiltà...

L-interoperabbiltà tas-settur pubbliku hija dik li tippermetti lill-amministrazzjonijiet jikkooperaw u jagħmlu s-servizzi pubbliċi jiffunzjonaw bejn il-fruntieri, bejn is-setturi u bejn il-fruntieri organizzattivi. Dan huwa ta’ benefiċċju għan-nies u n-negozji li jiddependu fuq dawn is-servizzi konnessi 8 . Huwa ta’ benefiċċju wkoll għall-komunitajiet u l-amministrazzjonijiet infushom, li jiddependu fuq data affidabbli minn sorsi pubbliċi jew privati differenti għad-deċiżjonijiet tagħhom, u li jridu jilħqu l-objettivi ta’ politika li spiss ikunu interkonnessi bejn il-fruntieri u s-setturi 9 . L-interoperabbiltà għandha rwol fi ħdan u bejn l-organizzazzjonijiet u s-setturi ta’ politika, b’mod partikolari dawk b’rabta qawwija fis-settur pubbliku, bħall-ġustizzja u l-affarijiet interni, it-tassazzjoni u d-dwana, it-trasport, l-ambjent u l-agrikoltura, jew is-saħħa, kif ukoll ir-regolamentazzjoni tan-negozju u tal-industrija. L-interoperabbiltà hija tema stabbilita fil-politiki diġitali u tad-data tal-UE.

Is-servizzi pubbliċi jingħataw u jintużaw f’livelli differenti, l-aktar lokalment, iżda wkoll fil-livelli reġjonali, nazzjonali u Ewropej. Dawn rarament jiffunzjonaw waħedhom, peress li l-aċċess għar-reġistri stabbiliti f’livelli jew setturi differenti huwa meħtieġ sabiex tiġi skambjata d-data u jitwassal is-servizz meħtieġ lill-utenti finali. Ħafna minn din id-data tinsab barra mill-kuntest ta’ qasam ta’ politika partikolari, amministrazzjoni pubblika speċifika u, dejjem aktar, lil hinn mill-fruntieri. Dan ifisser li s-servizzi pubbliċi madwar l-Ewropa jirrappreżentaw “network ta’ networks” emerġenti ta’ atturi fil-biċċa l-kbira sovrani fil-livelli kollha tal-gvern, kull wieħed bil-qafas u l-mandati legali tiegħu stess, iżda kollha interkonnessi. B’analoġija għan-Networks Trans-Ewropej tat-Trasport u l-Enerġija stabbiliti 10 , is-servizzi pubbliċi qed jiffurmaw in-network Trans-Ewropew tagħhom stess, ibbażat fuq l-interoperabbiltà.

L-interoperabbiltà xi drabi titqies bħala kwistjoni purament teknika. Madankollu, il-kunsiderazzjoni tal-aspetti tekniċi waħedhom mhijiex biżżejjed biex l-amministrazzjonijiet, il-flussi tad-data u s-servizzi jiġu konnessi b’mod effettiv. Huwa meħtieġ li jiġu żgurati l-kapaċità ta’ konnessjoni teknika u l-fehim semantiku għall-iskambju u l-ipproċessar tad-data kkonċernata, u li jiġi stabbilit il-kuntest organizzattiv u legali meħtieġ, pereżempju fir-rigward tad-drittijiet għall-aċċess, l-iskambju jew l-użu mill-ġdid tad-data. Għall-koordinazzjoni u l-koerenza, l-interoperabbiltà teħtieġ ukoll approċċ ta’ governanza integrata. Dawn il-kundizzjonijiet bażiċi - jew “saffi” - tal-interoperabbiltà huma stabbiliti fil-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà (EIF), mudell kunċettwali żviluppat minn prattikanti tas-settur pubbliku diġitali minn madwar l-Ewropa fl-2004 u aġġornat darbtejn minn dakinhar 11 . Matul dan il-perjodu, flimkien ma’ dinja dejjem aktar konnessa, l-interoperabbiltà ħarġet bħala aspett essenzjali tat-trasformazzjoni diġitali tal-amministrazzjonijiet u s-servizzi.

L-EIF issa huwa l-qafas ta’ politika komunement aċċettat għall-interoperabbiltà fl-UE, u lil hinn minnha 12 . Minħabba l-missjoni speċifika tiegħu li jaqdi l-kawża pubblika komuni, dan il-pedament għall-interoperabbiltà jeħtieġ li jkun trasparenti, inklużiv, ġust u sigur, u bbażat b’mod sod fuq il-valuri tal-UE. L-interoperabbiltà hija dik li tippermetti lill-atturi tas-settur pubbliku jikkollegaw, jikkooperaw u jiskambjaw data filwaqt li jissalvagwardjaw is-sovranità u s-sussidjarjetà 13 .

2.2... u għaliex it-titjib tal-interoperabbiltà huwa importanti għall-UE?

It-titjib fil-prestazzjoni tas-settur pubbliku bis-saħħa tal-implimentazzjoni sħiħa tal-interoperabbiltà fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni jista’ jwassal għal żieda stmata ta’ 0,4 % fil-PDG tal-UE. L-individwi jistgħu jiffrankaw sa 24 miljun siegħa fis-sena, jew EUR 543 miljun. In-negozji jistgħu jiffrankaw 30 biljun siegħa jew EUR 568 biljun fis-sena 14 . L-iffrankar annwali stmat tal-kostijiet ikkreditat għall-interoperabbiltà transfruntiera jvarja bejn EUR 5,5 u 6,3 miljun għaċ-ċittadini, u bejn EUR 5,7 u 19,2 biljun għan-negozji.

Studji ta’ każijiet juru wkoll li l-interoperabbiltà għandha effett pożittiv fuq valuri pubbliċi oħra, lil hinn mill-kisbiet fl-effiċjenza 15 . Pereżempju, is-servizzi pubbliċi proattivi jew l-appoġġ semantiku multilingwi jtejbu l-aċċess għas-servizzi pubbliċi u l-inklużività fihom, u b’hekk iżidu l-fiduċja tal-pubbliku 16 .

L-interoperabbiltà hija vitali fi żminijiet ta’ kriżi, kif uriet il-COVID-19. L-interoperabbiltà mhux biss kienet meħtieġa għall-ħolqien ta’ ċertifikati diġitali tal-COVID-19 li huma aċċessibbli fl-UE kollha, iżda wkoll għall-kondiviżjoni f’ħin reali tad-data dwar is-sodod disponibbli fil-kura intensiva fl-isptarijiet 17 . L-interoperabbiltà tgħin lill-Istat ikun aktar aġli u jiżgura aċċess għal informazzjoni f’ħin reali fis-setturi u fil-livelli amministrattivi kollha; din tgħin fil-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-politika u tagħti inċentivi għall-innovazzjoni kostanti, il-kondiviżjoni tal-isforzi u t-tnaqqis tad-distakki fl-oqsma ta’ politika kollha.

Madankollu, il-qafas ta’ politika attwali ta’ kooperazzjoni mhux vinkolanti dwar l-interoperabbiltà mhuwiex adattat biex jagħmel l-aħjar użu minn dawn il-gwadanji stmati. Filwaqt li l-gvern diġitali u l-esperti tad-data żviluppaw - b’impenn notevoli - acquis 18 ta’ interoperabbiltà komuni tal-UE b’firxa wiesgħa ta’ prattiki ta’ kooperazzjoni, kunċetti, soluzzjonijiet li jistgħu jerġgħu jintużaw, speċifikazzjonijiet miftuħa u għodod li jappoġġaw l-isforzi 19 nazzjonali ta’ riforma u politiki stabbiliti tal-UE 20 , evalwazzjonijiet reċenti esponew limitazzjonijiet kbar ta’ dan l-approċċ kompletament volontarju għall-kooperazzjoni.

L-aspetti diġitali, inklużi l-aspetti tal-aċċess u l-kondiviżjoni tad-data, spiss jiġu indirizzati tard wisq fil-proċess tat-tfassil tal-politika. Il-kunsiderazzjonijiet tal-interoperabbiltà mhumiex “konnessi” fis-servizzi pubbliċi. Dan ifisser riskji u kostijiet għolja ta’ implimentazzjoni, opportunitajiet mitlufa, u, fl-agħar każ, dgħufija ta’ politiki fuq skala kbira li jiddependu mid-diġitalizzazzjoni 21 . L-amministrazzjonijiet pubbliċi jistgħu jkunu interoperabbli biss jekk il-valutazzjonijiet u l-għażliet it-tajba jsiru kmieni fil-fażi tat-tfassil tal-politika. In-nuqqas ta’ azzjoni biex titjieb l-interoperabbiltà jista’ jwassal biex l-UE titlef l-opportunità li tnaqqas b’mod konsiderevoli l-piż amministrattiv. Dan inaqqas ir-reżiljenza tal-amministrazzjonijiet pubbliċi, jillimita l-kapaċità tagħhom li jinnovaw u, fl-agħar każ, jagħmilhom inkapaċi li jaġixxu fi żminijiet ta’ kriżi 22 . Il-kooperazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi bejn il-fruntieri għandha ssir naturali u bla xkiel daqs il-ferroviji li jaqsmu l-fruntieri, jew il-flussi tal-enerġija bejn in-networks nazzjonali. Ir-rispons għall-COVID-19 enfasizza biss l-importanza ta’ interazzjoni stabbli tas-settur pubbliku diġitali bejn il-fruntieri u bejn is-setturi.

F’dan il-kuntest, u bit-trasformazzjoni diġitali dejjem tiżdied, il-ministri tal-UE responsabbli għat-trasformazzjoni tas-settur pubbliku u l-uffiċjali ewlenin tal-informazzjoni (CIOs) tal-Istati Membri qed isemmgħu leħinhom dejjem aktar dwar il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni Ewropea dwar l-interoperabbiltà. Huma jitolbu struttura organizzattiva stabbli, għall-ġeneralizzazzjoni tal-applikazzjoni tal-EIF, għad-deżinjazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet u soluzzjonijiet aċċettati b’mod komuni u miftuħa lesti għall-użu mill-ġdid. Huma jitolbu wkoll approċċ ta’ “interoperabbiltà mid-disinn” u għal koordinazzjoni aħjar tal-esperimentazzjoni u l-innovazzjoni fis-settur pubbliku, inkluża l-kooperazzjoni mas-settur privat (“GovTech” 23 ). Il-proposta tal-Kummissjoni għal politika msaħħa tal-UE dwar l-interoperabbiltà tas-settur pubbliku twieġeb għal dawn il-ħtiġijiet.

3.Inbiddlu l-isforzi għall-kooperazzjoni fl-interoperabbiltà tal-UE

3.1Il-bini ta’ governanza kondiviża tal-interoperabbiltà

L-Att dwar Ewropa Interoperabbli propost jiffoka fuq il-bini ta’ qafas ta’ kooperazzjoni strutturat, trasparenti u inklużiv, li jipprevedi l-adattabbiltà u l-kapaċità ta’ innovazzjoni li s-settur pubbliku jeħtieġ f’kuntest tekniku, soċjetali u politiku dinamiku. L-interoperabbiltà ma tistax tinkiseb minn fuq għal isfel minn entità waħda, u lanqas ma tista’ tinkiseb minn isfel għal fuq minn atturi individwali: din tirrikjedi kooperazzjoni effettiva bejn dawk li jfasslu l-politika u l-implimentaturi tal-politika fil-livelli kollha tal-gvern u fis-setturi kollha. Teħtieġ ukoll qafas ta’ governanza miftuħ iżda stabbli u integrat. Wieħed li jiżgura s-sussidjarjetà billi jistabbilixxi sjieda konġunta effettiva. Wieħed li huwa sostenibbli għall-futur minħabba li xi ħaġa mfassla biex tkun interoperabbli ssir inqas skaduta malajr. Wieħed li jbiddel il-potenzjal ta’ trasformazzjoni tas-settur pubbliku f’realtà u jissalvagwardja l-valuri pubbliċi. L-Att dwar Ewropea Interoperabbli propost għandu l-għan li jipprovdi dan il-qafas ta’ kooperazzjoni. Dan jipprevedi l-istabbiliment ta’ Bord għal Ewropa Interoperabbli biex imexxi l-isforz komuni tal-interoperabbiltà u jlaqqa’ flimkien l-awtoritajiet ċentrali tat-trasformazzjoni diġitali tal-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet tal-UE. Huwa jipprevedi wkoll Komunità għal Ewropa Interoperabbli miftuħa ta’ esperti, prattikanti u partijiet interessati biex tiġi żgurata t-trasparenza u r-rabta mal-prattika fil-livell lokali.

L-interoperabbiltà hija mira li qed tinbidel minħabba l-pass mgħaġġel tal-iżvilupp tat-teknoloġija u l-ħtiġijiet tal-politika li dejjem qed jevolvu. Din tirrikjedi struttura legali ddedikata, favur l-innovazzjoni u miftuħa li tevita lock-ins regolatorji u teknoloġiċi. Għażliet oħra, bħall-inkorporazzjoni tat-teknoloġiji użati llum fil-liġi, jirriskjaw li jimminaw l-innovazzjoni futura u jillimitaw il-kapaċità tal-amministrazzjonijiet li jadattaw għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu u għat-teknoloġiji l-ġodda. It-tfassil tal-politika u r-regolamentazzjoni tal-interoperabbiltà fihom infushom jeħtieġ li jkunu innovattivi u lesti għas-settur diġitali 24 . L-Att dwar Ewropa Interoperabbli propost għandu l-għan li jipprovdi qafas ta’ innovazzjoni integrat bħal dan għas-settur pubbliku.

L-EIF huwa l-istrument ta’ referenza għall-implimentazzjoni tal-interoperabbiltà tas-settur pubbliku. Sabiex jiġi żgurat li jibqa’ rilevanti, jeħtieġ li jiġi rieżaminat u aġġornat regolarment. Jeħtieġ ukoll żvilupp ulterjuri tar-rakkomandazzjonijiet ta’ implimentazzjoni u appoġġ 25 , pereżempju, biex jiġu appoġġati l-ispazji tad-data settorjali tal-UE li jmiss 26 , f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Data u r-rekwiżiti tal-Att dwar id-Data li jmiss 27 . L-Att dwar Ewropa Interoperabbli propost jipprevedi aġġornament regolari bħal dan, f’konformità ma’ regolamentazzjoni favur l-innovazzjoni u lesta għad-diġitalizzazzjoni.

3.2L-involviment tas-saffi kollha tal-gvern

Governanza msaħħa tal-interoperabbiltà tal-UE koproprjetà tal-Istati Membri u tal-UE toffri qafas imtejjeb tant meħtieġ ta’ politika u appoġġ għall-objettivi ta’ riforma tas-settur pubbliku tal-UE 28 . Dan l-isforz jeħtieġ li jkun kollettiv, mifrux fuq il-livelli kollha tal-gvern, sabiex jinżamm u jiġi aġġornat l-acquis rikk tal-interoperabbiltà tal-kunċetti, il-linji gwida, l-ispeċifikazzjonijiet u l-assi li jistgħu jerġgħu jintużaw.

L-involviment u r-rappreżentanza adegwati tal-komunitajiet reġjonali u lokali huma prerekwiżit, mhux biss minħabba li jikkostitwixxu l- “ewwel u l-aħħar mil” tal-għoti tas-servizz pubbliku, iżda wkoll sabiex tkun tista’ tiġi sfruttata l-kapaċità konsiderevoli tal-innovazzjoni tal-bliet u r-reġjuni 29 . Hawnhekk, l-innovazzjoni pubblika-privata u l-kooperazzjoni fis-servizzi għandhom rwol importanti. Movimenti bħal “Living-in-EU”, kif ukoll kooperazzjoni estiża tal-proġett bħal “Bliet Intelliġenti Miftuħa u Aġli” 30 , juru li hemm domanda qawwija għal kooperazzjoni dwar l-interoperabbiltà u r-rieda li jkun hemm involviment mil-livelli reġjonali u lokali. Il-varjetà u l-għarfien espert ta’ soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà żviluppati lokalment huma assi importanti u jenħtieġ li jkunu qed jikkontribwixxu b’mod sistematiku għal katalogi ta’ riżorsi ta’ interoperabbiltà rikonoxxuti u disponibbli b’mod komuni. Huwa għalhekk li l-governanza tal-interoperabbiltà futura proposta tal-UE għandha tinkludi rappreżentanti minn awtoritajiet lokali u reġjonali rurali u urbani u gruppi tas-soċjetà fil-Bord għal Ewropa Interoperabbli futur u għaliex esperti mil-livelli kollha tal-gvern huma mħeġġa b’mod attiv biex jikkontribwixxu għall-ħidma tal-Komunità għal Ewropa Interoperabbli futura.

Sabiex tipprovdi speċifikament għall-kundizzjonijiet lokali u reġjonali, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati privati u pubbliċi, żviluppat “Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà għal Bliet u Komunitajiet Intelliġenti” (EIF4SCC) allinjat bis-sħiħ mal-EIF. Wara diskussjoni u konsultazzjoni pubblika estensiva, din l-ispeċjalizzazzjoni tal-EIF hija ppreżentata fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja din il-komunikazzjoni 31 . Il-Kummissjoni tħeġġeġ esperti u prattikanti minn oqsma oħra ta’ politika biex isegwu dan l-eżempju ta’ adattament tal-EIF għal każijiet ta’ użu speċifiku u/jew settorjali. Il-governanza futura tal-Interoperabbiltà se tingħata l-kompitu li tivvaluta l-allinjament tal-oqfsa speċjalizzati għall-interoperabbiltà mal-EIF. Pereżempju, fil-passat ġiet żviluppata speċjalizzazzjoni tal-EIF għal skopijiet ta’ saħħa diġitali 32 . Tradizzjonalment, l-interoperabbiltà għandha wkoll rwol importanti fil-politika ambjentali 33 , il-ġustizzja u l-affarijiet interni 34 jew it-trasport 35 .

3.3L-avvanz tal-innovazzjoni u l-kooperazzjoni “GovTech”

L-evitar li wieħed jaqa’ lura fl-integrazzjoni teknoloġika huwa sfida kostanti għas-settur pubbliku. Filwaqt li spiss jiġu kkritikati għall-averżjoni għar-riskju teknoloġiku, l-awtoritajiet pubbliċi, fir-rwol uniku tagħhom li jaqdu l-kawża komuni, jeħtieġ li juru dmir partikolari ta’ diliġenza fir-rigward tal-adozzjoni tat-teknoloġija u l-użu legali, ġust u affidabbli tat-teknoloġija. Madankollu, it-teknoloġiji l-ġodda għandhom il-potenzjal li jagħmlu s-servizzi pubbliċi aktar aċċessibbli, aktar inklużivi u aktar effiċjenti minn qatt qabel. L-iżgurar ta’ innovazzjoni diġitali kontinwa għas-settur pubbliku huwa ta’ sfida daqs kemm huwa importanti.

Madwar l-Ewropa diġà hemm mijiet ta’ attivitajiet li jittestjaw u jippilotaw teknoloġiji diġitali fis-settur pubbliku; it-tagħlim dwar il-benefiċċji u r-riskji ta’ dawn it-teknoloġiji huwa essenzjali. Il-Kummissjoni qed tistabbilixxi Osservatorju tas-Servizzi Pubbliċi Innovattivi 36 biex tanalizza x-xejriet u tidentifika prattiki tajbin u ħżiena, biex tinforma l-adozzjoni ta’ teknoloġiji emerġenti u biex tiżgura l-interoperabbiltà mid-disinn. L-osservatorju se jivvaluta kif teknoloġiji bħall-Intelliġenza Artifiċjali qed jittrasformaw il-proċessi tas-settur pubbliku u l-istrutturi ta’ governanza. Dan se jgħin kemm lill-UE kif ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali u lokali biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji emerġenti.

L-Ewropa hija mimlija ekosistemi reġjonali ta’ suċċess ta’ kumpaniji tat-teknoloġija żgħar innovattivi u negozji ġodda 37 , appoġġati, fost l-oħrajn, minn network ta’ Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali 38 u mill-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni 39 . Riżorsi ta’ interoperabbiltà disponibbli b’mod miftuħ, li jistgħu jerġgħu jintużaw u rikonoxxuti huma assi importanti għal kumpaniji innovattivi żgħar u inizjattivi tas-soċjetà ċivili biex jinvolvu ruħhom fis-settur pubbliku.

Il-kooperazzjoni pubblika-privata “GovTech” jew “CivicTech” 40 tistimula l-innovazzjoni fis-settur pubbliku, tappoġġa s-sovranità teknoloġika tal-Ewropa u tiftaħ perkorsi għall-akkwist pubbliku. Il-kisba tal-aċċess għall-akkwist pubbliku hija ta’ tħassib ewlieni għal kumpaniji iżgħar, biex ikunu jistgħu jespandu u jiksbu rikonoxximent u introjtu operattiv stabbli 41 . L-appoġġ għal GovTech huwa fergħa ddedikata kemm tal-Programm Ewropa Diġitali kif ukoll tal-Att dwar Ewropa Interoperabbli propost, allinjat bis-sħiħ mal-qafas ta’ appoġġ għall-innovazzjoni tal-UE. L-industrija se jkollha rabta mal-Bord għal Ewropa Interoperabbli futur permezz tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u hija mistiedna tingħaqad mal-Komunità għal Ewropa Interoperabbli futura.

3.4Monitoraġġ tal-impatt

Il-valutazzjoni tal-impatt għal politika futura dwar l-interoperabbiltà kixfet id-diffikultajiet fil-ġbir tad-data u fl-istima tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-interoperabbiltà bħala attività li fiha nnifisha mhijiex l-iskop aħħari iżda strument ta’ appoġġ importanti għad-diġitalizzazzjoni tas-settur pubbliku. Madankollu, huwa utli li titkejjel il-maturità tal-interoperabbiltà sabiex jiġu ggwidati l-investimenti u jitkejjel il-progress. Jeżistu għadd kbir ta’ għodod ta’ rapportar u monitoraġġ għall-gvern diġitali, skont l-utent, is-settur jew l-enfasi ġeografika speċifiċi 42 . Dawn l-għodod mhux dejjem ikunu allinjati jew konnessi biżżejjed, u r-riżultati rarament jiġu ppreżentati f’format li jinqara mill-magni li jkun faċli biex jintuża. Jistgħu wkoll jimponu piż konsiderevoli fuq l-amministrazzjonijiet kif irrimarka l-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar l-interoperabbiltà tas-servizzi pubbliċi 43 .

Għal dawn ir-raġunijiet huwa importanti li jiġu żviluppati għodod ta’ rapportar u monitoraġġ trasparenti u li jistgħu jerġgħu jintużaw u lesti għad-diġitali, biex jgħinu biex jintlaħqu l-miri tad-Deċennju Diġitali. Il-formati ta’ monitoraġġ eżistenti jenħtieġ li jiġu integrati f’loġika ta’ “darba biss”, bl-użu mill-ġdid tad-data u tal-istħarriġ fejn possibbli u billi r-riżultati jsiru disponibbli b’mod miftuħ f’formati li jinqraw mill-magni. Dan fih innifsu huwa aspett tat-tfassil ta’ politika b’potenzjal diġitali, b’għodod u kunċetti li jistgħu jerġgħu jintużaw, integrati u trasferibbli, għall-benefiċċju tal-prattikanti u ta’ dawk li jfasslu l-politika.

Il-proposta tal-Kummissjoni għal Att dwar Ewropa Interoperabbli:

-tistabbilixxi kooperazzjoni strutturata tal-UE dwar l-interoperabbiltà u s-sjieda konġunta mal-Istati Membri tal-acquis tal-UE dwar l-interoperabbiltà billi joħloq il-Bord għal Ewropa Interoperabbli magħmul minn prattikanti tal-gvern diġitali li jirrappreżentaw lill-Istati Membri; hija toħloq il-Komunità għal Ewropa Interoperabbli bħala forum miftuħ ta’ professjonisti u partijiet interessati li jagħtu pariri dwar l-interoperabbiltà u l-innovazzjoni fis-settur pubbliku;

-tagħti mandat lill-Bord għal Ewropa Interoperabbli biex jiżviluppa l-EIF u jiżgura l-evoluzzjoni futura tiegħu;

-tintroduċi b’mod proporzjonat valutazzjoni obbligatorja tal-interoperabbiltà għal kwalunkwe bidla f’sistema ta’ informazzjoni jew komponent tas-sistema ta’ rilevanza transfruntiera, jew l-introduzzjoni tagħha, li tippermetti li s-servizzi pubbliċi jitwasslu jew jiġu ġestiti b’mod elettroniku;

-tintroduċi katalogi ta’ assi ta’ interoperabbiltà rikonoxxuti li jistgħu jerġgħu jintużaw mill-amministrazzjonijiet u fit-tfassil tal-politika, bħal għodod, speċifikazzjonijiet jew soluzzjonijiet diġitali; kif ukoll

-issaħħaħ l-appoġġ għall-interoperabbiltà għal politiki tal-UE lesti għas-settur diġitali u għal proġetti ta’ innovazzjoni komuni GovTech.

Il-Kummissjoni se:

-tadotta EIF imġedded, abbażi ta’ proposta mill-Bord għal Ewropa Interoperabbli futur. L-EIF il-ġdid se jiffoka fuq rakkomandazzjonijiet konkreti ta’ implimentazzjoni, inkluż għall-ispazji tad-data tal-UE, f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Data;

-tappoġġa l-iżvilupp ta’ speċjalizzazzjonijiet tal-interoperabbiltà settorjali allinjati mal-EIF, bħall-EIF għal bliet u komunitajiet intelliġenti (EIF4SCC) ippubblikati flimkien ma’ din il-komunikazzjoni;

-tiżgura interazzjoni mill-qrib tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni u appoġġ GovTech tagħha ma’ strumenti ta’ innovazzjoni tal-UE bħaċ-Ċentri ta’ Innovazzjoni Diġitali (DIHs), il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u l-Ekosistemi (EIC u EIE) u l-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija (EIT); kif ukoll

-tiżgura li r-rappurtar u l-monitoraġġ dwar l-interoperabbiltà jkunu allinjati bis-sħiħ ma’ u, kif meħtieġ, integrati fil-perkorsi rilevanti ta’ monitoraġġ tal-politika tal-UE (speċjalment l-Indiċi tal-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali DESI, il-proċess tad-Deċennju Diġitali, il-monitoraġġ tad-Dikjarazzjoni ta’ Berlin u tal-Pjanijiet nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza).

4.Nagħmlu l-politiki tal-UE interoperabbli mid-disinn u lesti għad-diġitalizzazzjoni

4.1It-tfassil tal-politiki tal-UE fl-era diġitali

L-aspetti diġitali b’mod ġenerali, u l-interoperabbiltà speċifikament, tradizzjonalment ġew delegati lil esperti tekniċi u indirizzati biss downstream, tard, jew anki wara l-konklużjoni tal-proċess tat-tfassil tal-politika. Dan iġib miegħu riskji u kostijiet għoljin għall-implimentazzjoni tal-politika minn ostakli u limitazzjonijiet mhux intenzjonati. Biex dan jingħeleb, huwa meħtieġ li jiġi adottat approċċ sistemiku ta’ interoperabbiltà mid-disinn għat-tfassil tal-politika.

Iċ-ċiklu tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tal-politika qed ikun dejjem aktar immexxi mid-data u diġitali, li jvarja minn previżjoni u valutazzjoni tal-impatt 44 , għall-ġbir u l-monitoraġġ tad-data 45 , għas-servizzi u l-għodod 46 . Il-politiki tal-UE fihom dejjem aktar aspetti diġitali 47 . B’objettivi ta’ politika, settijiet ta’ data u soluzzjonijiet diġitali interkonnessi mill-qrib, it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE jistgħu jkunu effettivi u effiċjenti biss jekk ikunu appoġġati minn sħubija bejn dawk li jfasslu l-politika u l-esperti tal-ICT. Din is-sħubija jeħtieġ li tibda mill-aktar fis possibbli fil-proċess ta’ formulazzjoni u żvilupp tal-politika.

L-Istrateġija Diġitali 48 u l-aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar 49 tal-Kummissjoni stess jinkorporaw bis-sħiħ il-ħsieb diġitali fiċ-ċiklu tal-politika tal-UE, filwaqt li jippromwovu l-prinċipju “diġitali b’mod awtomatiku” fl-iżvilupp tal-politika. L-aspetti diġitali u tal-interoperabbiltà jeħtieġ li jiġu kkunsidrati fl-istadji kollha: it-tfassil tal-politika, il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati, il-valutazzjonijiet tal-impatt, l-implimentazzjoni tal-politika, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.

L-għan tal-“kontrolli diġitali” bħala komponent iddedikat, jekk jevolvi, tas-Sett ta’ Għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni 50 , huwa li jgħin lil dawk li jfasslu l-politika jidentifikaw u jindirizzaw l-aspetti diġitali rilevanti ta’ politika minn kmieni. Il-kontrolli jridu jimxu id f’id ma’ pariri esperti strutturali, eż. dwar l-arkitettura tas-sistema, it-teknoloġiji tad-data u tal-cloud u l-privatezza u ċ-ċibersigurtà. L-użu mill-ġdid tad-data minn sorsi awtorevoli, l-użu mill-ġdid ta’ soluzzjonijiet eżistenti u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi se jagħmlu l-implimentazzjoni aktar sempliċi u aktar effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, filwaqt li jwittu t-triq għall-użu tal-analitika tad-data, il-flussi tad-data siguri u sikuri u l-Intelliġenza Artifiċjali u t-teknoloġiji emerġenti. Din il-prattika wriet il-potenzjal tagħha għas-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv 51 .

Għall-proposti leġiżlattivi, se jkun hemm enfasi akbar fuq l-interoperabbiltà, il-valutazzjoni sistematika tal-konformità mal-EIF (u, jekk rilevanti kwalunkwe waħda mill-ispeċjalizzazzjonijiet tiegħu) u l-identifikazzjoni tal-ambitu għall-użu mill-ġdid ta’ sistemi, kunċetti u komponenti interoperabbli. Dan jippermetti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistrutturaw il-ġbir tad-data u l-prattiki ta’ monitoraġġ u jipprevjenu l-iżvilupp ta’ sistemi duplikati u konfliġġenti, intrappolament tal-klijentela u prattiki tal-ICT mhux sostenibbli. Il-kooperazzjoni strutturata tal-amministrazzjonijiet pubbliċi madwar il-pajjiżi tal-UE proposta skont l-Att dwar Ewropa Interoperabbli, se tagħti pariri dwar il-politiki tal-UE b’impatti kbar fuq l-infrastruttura diġitali tal-Istati Membri u se tippermetti l-implimentazzjoni f’waqtha tal-politiki tal-UE.

It-tfassil tal-politika lest għad-diġitali u interoperabbli mid-disinn se jappoġġa l-ħolqien ta’ servizzi diġitali ġenwinament trans-Ewropej għan-nies, in-negozji u l-politika pubblika, rilevanti għas-Suq Uniku Diġitali. Dan se jżid il-fiduċja transfruntiera, kif muri, pereżempju, miċ-ċertifikati COVID-19 Diġitali tal-UE, l-identità diġitali sigura 52 , is-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) 53 u għadd dejjem jikber ta’ servizzi transfruntiera li jippermettu l-Portal Uniku Diġitali 54 .

Filwaqt li l-Kummissjoni impenjat ruħha għal tfassil ta’ politika lest għad-diġitali u se tiżgura l-applikazzjoni għal inizjattivi ta’ politika u proposti leġiżlattivi, dan huwa biss il-bidu. Sabiex il-leġiżlazzjoni tal-UE tkun kompletament lesta għad-diġitali u interoperabbli mid-disinn, huwa importanti li jitfittex, u eventwalment jiġi żgurat, fehim kondiviż bejn il-koleġiżlaturi, b’rispett sħiħ għar-rwoli ta’ kull Istituzzjoni. Il-governanza komuni tal-interoperabbiltà tal-UE skont l-Att dwar Ewropa Interoperabbli propost hija strument essenzjali biex dan il-fehim kondiviż jiġi megħjun joħroġ.

4.2L-iffukar tal-finanzjament għall-interoperabbiltà

Il-programmi tal-UE jipprovdu finanzjament iddedikat għar-riċerka, l-iżvilupp u l-manutenzjoni tar-riżorsi tal-interoperabbiltà tas-settur pubbliku tal-UE, bħal għodod ta’ valutazzjoni tal-interoperabbiltà, vokabularji semantiċi, GovTech jew elementi kostitwenti li jistgħu jerġgħu jintużaw għall-iskambju tad-data u l-identità elettronika 55 . Huwa importanti li l-prattikanti tal-IT u tal-politika tal-Istati Membri - l-utenti aħħarin ta’ dawn ir-riżorsi u l-implimentaturi tal-politiki - jagħtu pariri dwar il-prijoritajiet għall-finanzjament tal-UE li jindirizzaw l-interoperabbiltà. Il-Bord għal Ewropa Interoperabbli futur se jingħata l-kompitu li jagħti pariri dwar kwalunkwe implimentazzjoni tal-politika jew miżuri ta’ appoġġ għall-innovazzjoni meqjusa meħtieġa, kif previst fl-Att dwar Ewropa Interoperabbli propost.

Il-finanzjament tal-UE għall-interoperabbiltà jappoġġa wkoll l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE rilevanti għall-gvern diġitali, bħall-Portal Diġitali Uniku, il-kartiera tal-eID tal-UE jew it-Tewmin Diġitali Lokali 56 . Bil-Fondi Strutturali 57 , il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza 58 , il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa 59 , u l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (TSI) 60 , l-UE tappoġġa l-investimenti ta’ modernizzazzjoni tas-settur pubbliku fl-Istati Membri. In-network tal-amministrazzjoni pubblika tal-UE qed jiżviluppa aġenda ambizzjuża ta’ modernizzazzjoni 61 . Il-proposta dwar id-Deċennju Diġitali u t-TSI jipprevedu proġetti multinazzjonali li jappoġġaw it-trasformazzjoni diġitali, inkluż il-Konsorzji Ewropej għall-Infrastruttura Diġitali (EDIC) 62 . Tali linji ta’ appoġġ għal modernizzazzjoni u riforma għandhom jiżguraw koordinazzjoni fi stadju bikri u jqisu l-ħtiġijiet tal-interoperabbiltà, pereżempju permezz ta’ skambju regolari ma’ u pariri mill-prattikanti dwar il-Komunità għal Ewropa Interoperabbli futura.

4.3L-integrazzjoni tal-interoperabbiltà fil-politiki tal-UE dwar id-data u l-innovazzjoni

Il-politika dwar l-interoperabbiltà hija komplement meħtieġ għax-xenarju emerġenti tal-politika tad-data u diġitali tal-UE. Hija tibni fuq u tikkompleta l-leġiżlazzjoni dwar id-disponibbiltà tad-data u l-iskambju tad-data, minn perspettiva tas-settur pubbliku 63 . Tappoġġa għodod komuni ċentrali bħal “data.europa.eu”, il-portal uffiċjali għad-data Ewropea 64 . Tista’ tipprovdi l-għarfien espert semantiku meħtieġ għall-bini ta’ spazji tad-data u l-politika tal-UE dwar il-cloud. Għaldaqstant, u biex il-politika msaħħa tal-UE dwar l-interoperabbiltà tkun effettiva bis-sħiħ, jeħtieġ li tiġi garantita interazzjoni mill-qrib mal-istrutturi ta’ politika diġitali operazzjonali u regolatorja rilevanti, b’mod partikolari mal-Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Data 65 . Il-Kumpass Diġitali tal-2030, il-qafas ta’ referenza tal-politika diġitali tal-UE, jirrikonoxxi lill-gvern diġitali bħala wieħed mill-vetturi ewlenin tiegħu u l-politika msaħħa tal-UE dwar l-interoperabbiltà hija mfassla biex tappoġġa l-proċess konkomitanti tad-Deċennju Diġitali 66 .

B’mod awtomatiku, l-assi tal-interoperabbiltà tal-UE huma disponibbli bħala speċifikazzjonijiet miftuħa jew software b’sors miftuħ 67 . Jeħtieġ li jkunu miftuħa sabiex ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw faċilment mill-amministrazzjonijiet pubbliċi fil-livelli kollha, li joħolqu sistemi u servizzi interoperabbli, u mis-sħab tas-settur privat u tal-industrija li jaħdmu ma’ dawn l-amministrazzjonijiet. Filwaqt li s-sors miftuħ mhuwiex l-uniku approċċ għall-ħolqien tal-interoperabbiltà, il-proġetti ffinanzjati mill-UE għas-servizzi pubbliċi għandhom ikunu b’sors miftuħ b’mod awtomatiku. Din hija r-raġuni għaliex l-Att dwar Ewropa Interoperabbli propost jipprevedi aċċess għal soluzzjonijiet li jistgħu jerġgħu jintużaw, inkluż kodiċi, fejn xieraq u possibbli. Il-Kummissjoni nnifisha tagħmel il-kodiċi disponibbli bħala sors miftuħ u tikkontribwixxi għal proġetti b’sors miftuħ 68 . Liċenzja Pubblika Ewropea ddedikata (EUPL) hija disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE b’assistent tal-liċenzjar li jipprovdi appoġġ legali online 69 . Bl-istabbiliment tal-Uffiċċji tal-Programm b’Sors Miftuħ (OSPOs) jew bħalhom fl-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri, il-Bord għal Ewropa Interoperabbli u l-Komunità għal Ewropa Interoperabbli se jkunu qed jappoġġaw l-iskambji tal-aħjar prattiki u jgħinu biex jiġu identifikati soluzzjonijiet li jistgħu jerġgħu jintużaw u ħtiġijiet ta’ żvilupp 70 .

Interazzjoni mill-qrib ma’ fora u attivitajiet ta’ standardizzazzjoni 71 hija partikolarment importanti għall-evoluzzjoni tal-acquis Ewropew dwar l-interoperabbiltà u biex tiġi żgurata trasformazzjoni diġitali miftuħa, inklużiva u mmexxija mill-valur. Peress li l-UE qed timplimenta l-qafas ta’ politika ta’ standardizzazzjoni mġedded tagħha 72 , il-kunsiderazzjonijiet relatati mal-interoperabbiltà tas-settur pubbliku se jiġu indirizzati sistematikament mill-Bord għal Ewropa Interoperabbli futur. Dan jinkludi l-kontribut għall-“oqsma ta’ urġenza” tal-istandardizzazzjoni fis-settur pubbliku u l-appoġġ għar-rwol tal-UE fl-iżvilupp ta’ standards għas-servizzi pubbliċi.

L-Aġenda ta’ Innovazzjoni ppubblikata reċentement mill-Kummissjoni 73 tenfasizza r-rwol ta’ benefiċċju tas-settur pubbliku, mhux biss bħala regolatur iżda wkoll bħala akkwirent u sieħeb tal-esperimentazzjoni, fit-tisħiħ tal-kapaċità tal-innovazzjoni tal-UE. L-aġenda tenfasizza l-potenzjal tal-interoperabbiltà u tħeġġeġ l-esplorazzjoni tal-esperimentazzjoni tas-settur pubbliku f’ambjenti kkontrollati (sandboxes) u l-kooperazzjoni GovTech.

4.4L-iżvilupp ta’ kooperazzjoni internazzjonali dwar l-interoperabbiltà tas-settur pubbliku

Il-politika tal-UE dwar l-interoperabbiltà hija tradizzjonalment miftuħa għall-kooperazzjoni mas-sħab internazzjonali, b’mod partikolari fil-viċinat tal-UE, u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali. L-interoperabbiltà min-natura tagħha stess hija mingħajr fruntieri u r-riżorsi tal-interoperabbiltà tal-UE huma disponibbli b’mod miftuħ għall-użu mill-ġdid madwar id-dinja. Dan huwa b’mod partikolari l-każ tal-EIF, imsemmi internazzjonalment 74 . Sabiex tiġi żviluppata aktar il-kooperazzjoni internazzjonali bbażata fuq il-valuri fil-gvern diġitali, huwa importanti li tinżamm u tiġi żviluppata l-kooperazzjoni eżistenti dwar l-interoperabbiltà ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-OECD, in-NU u l-Bank Dinji, kif ukoll ma’ sħab globali tal-istess fehma 75 .

Ta’ importanza partikolari hija l-approfondiment tal-kooperazzjoni eżistenti mal-viċinat tal-UE; Il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq u l-Ukrajna ilhom sħab fit-tul fl-iżvilupp tal-kooperazzjoni dwar l-interoperabbiltà tal-UE u pajjiżi oħra wrew interess qawwi li jissieħbu f’dan l-isforz komuni. It-trasformazzjoni diġitali tal-amministrazzjoni hija ta’ prijorità għolja għas-sħab fil-kuntest tat-tkabbir u tal-viċinat u l-Kummissjoni tħeġġeġ il-kisba ta’ gradi għoljin ta’ interoperabbiltà f’konformità mal-istandards tal-UE. L-approfondiment tal-kooperazzjoni jappoġġja l-integrazzjoni ta’ qabel l-adeżjoni u tas-sħubija ekonomika u għalhekk għandu jkun komponent strutturali fl-istrumenti tal-politika tal-viċinat tal-UE 76 . L-iżvilupp tal-kooperazzjoni internazzjonali mhuwiex triq f’direzzjoni waħda. Fl-istess ħin, dan se jippermetti lill-UE titgħallem mis-sħab tagħha u magħhom, u tibbenefika mis-soluzzjonijiet, mill-għarfien espert u mill-esperjenza tagħhom li ta’ spiss ikunu avvanzati ħafna.

Il-Kummissjoni:

-se tinkorpora l-aspetti diġitali fl-istadji differenti tad-definizzjoni, l-iżvilupp, l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika, kif stabbilit fl-Istrateġija Diġitali tagħha;

-se tiżgura li l-EIF jiġi applikat fil-prattika operattiva u tat-tfassil tal-politika tagħha u tfittex feedback f’waqtu mill-Istati Membri dwar l-isfidi potenzjali tal-implimentazzjoni tal-proposti ta’ politika b’aspetti diġitali u interoperabbli sinifikanti;

-tħeġġeġ lill-koleġiżlaturi japprovaw prinċipji ta’ tfassil ta’ politika lesti għad-diġitali u tiżguraw li tingħata biżżejjed attenzjoni lill-aspetti diġitali fl-istadji differenti taċ-ċiklu ta’ politika tal-UE;

-se tiżgura li r-riżorsi komuni tal-interoperabbiltà (għodod, speċifikazzjonijiet, soluzzjonijiet) jerġgħu jintużaw u jiġu referenzjati fi strumenti ta’ finanzjament, b’mod partikolari għat-trasformazzjoni tas-settur pubbliku (inkluż fit-TSI, il-fondi strutturali, l-appoġġ għall-viċinat u ta’ qabel l-adeżjoni, u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza);

-se tiżgura rabta mill-qrib tal-governanza tal-interoperabbiltà mal-mekkaniżmi eżistenti ta’ data, standardizzazzjoni u governanza settorjali, b’mod partikolari l-Bord għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Data u l-inizjattivi ta’ modernizzazzjoni tas-settur pubbliku;

-se tiżgura li l-Bord għal Ewropa Interoperabbli futur ikun involut fit-tfassil ta’ attivitajiet ta’ interoperabbiltà ffinanzjati taħt it-taqsima ddedikata għall-interoperabbiltà tal-Programm Ewropa Diġitali; kif ukoll

-se tapprofondixxi l-kooperazzjoni internazzjonali dwar l-interoperabbiltà, b’mod partikolari bħala parti mill-politika tal-viċinat tagħha u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali.

(1)

     Is-settur pubbliku jirrappreżenta 53,1 % tal-PDG fl-2020, https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Government_finance_statistics#Government_revenue_and_expenditure

(2)

     Bħal b’dikjarazzjonijiet ministerjali adottati f’Tallinn 2017 ( https://digital-strategy.ec.europa.eu/en/news/ministerial-declaration-egovernment-tallinn-declaration ), Berlin 2020 ( https://ec.europa.eu/isa2/sites/isa/files/cdr_20201207_eu2020_berlin_declaration_on_digital_society_and_value-based_digital_government_.pdf ), Liżbona 2021 ( https://www.lisbondeclaration.eu/ ) u Strasburgu 2022( https://www.eupan.eu/2022/04/presidence-francaise-2022-french-presidency-2022/ ).

(3)

     Eżemplifikat bil-kooperazzjoni “Living-in-EU”, https://living-in.eu/

(4)

     L-Approċċ Ewropew għad-Deċennju Diġitali, COM(2021) 118 final, https://ec.europa.eu/info/strategy/priorities-2019-2024/europe-fit-digital-age/europes-digital-decade-digital-targets-2030_mt

(5)

     From https://ec.europa.eu/info/files/recovery-and-resilience-facility-annual-report_mt , paġna 23

(6)

     Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistipula miżuri għal livell għoli ta’ interoperabbiltà tas-settur pubbliku madwar l-Unjoni (l-Att dwar Ewropa Interoperabbli), COM(2022)720 final.

(7)

      https://ec.europa.eu/info/strategy/priorities-2019-2024/europe-fit-digital-age/shaping-europe-digital-future_mt

(8)

     Pereżempju https://nordicsmartgovernment.org/ , inizjattiva ta’ ħames pajjiżi Nordiċi biex jistabbilixxu servizzi pubbliċi interoperabbli transfruntiera u transettorjali.

(9)

     Eżempju ta’ politiki multidimensjonali bħal dawn huwa l-każ ta’ bliet intelliġenti li għalihom l-enerġija, l-ambjent, it-trasport, l-iskart tal-ilma u l-kunsiderazzjonijiet diġitali għandhom jitqiesu flimkien, https://ec.europa.eu/info/eu-regional-and-urban-development/topics/cities-and-urban-development/city-initiatives/smart-cities_en

(10)

     L-Artikoli 170 sa 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistabbilixxu l-kompetenza tal-UE li tistabbilixxi u tiżviluppa networks trans-Ewropej u li tippromwovi l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-networks nazzjonali. Dan jinvolvi dejjem aktar il-kombinazzjoni ta’ “hardware” u “software” u l-konnessjoni ta’ sistemi “sovrani” f’network komuni ta’ networks tal-enerġija, tat-trasport u diġitali.

(11)

      https://joinup.ec.europa.eu/collection/nifo-national-interoperability-framework-observatory/european-interoperability-framework

(12)

      https://joinup.ec.europa.eu/collection/nifo-national-interoperability-framework-observatory/national-interoperability-initiatives .

(13)

     Kif enfasizzat fid-Dikjarazzjoni ta’ Berlin imsemmija hawn fuq.

(14)

     Studju miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni, https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC127330

(15)

     Il-proġett DIGI4FED huwa eżempju għal dan: https://www.uantwerpen.be/en/research-groups/govtrust/research/projects/digi4fed/

(16)

     Pereżempju t-Tariffa tal-Enerġija Soċjali Awtomatika fil-Portugall, li rebħet premju tan-Nazzjonijiet Uniti ( https://eportugal.gov.pt/en/noticias/tarifa-social-de-energia-automatica-premiada-pela-onu ), jew għodod tal-eTranslation użati għall-portal tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, disponibbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi ( https://ec.europa.eu/info/resources-partners/machine-translation-public-administrations-etranslation_en ).

(17)

     Ara https://www.sciencedirect.com/science/article/pii/S2468042722000033

(18)

     Inklużi l-assi żviluppati f’kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-UE u b’appoġġ finanzjarju mill-programmi ISA² u CEF-Telecom preċedenti, ara https://joinup.ec.europa.eu/

(19)

     Bħal-liġi u l-prattika nazzjonali Spanjola dwar l-interoperabbiltà, ara https://www.boe.es/buscar/act.php?id=BOE-A-2010-1331 u https://www.boe.es/biblioteca_juridica/index.php?tipo=C

(20)

     Xi politiki importanti tal-UE bdew bħala u/jew kienu appoġġati minn proġetti ta’ interoperabbiltà, eż. ir-regolament eIDAS ( https://digital-strategy.ec.europa.eu/en/policies/eidas-regulation ) jew l-Infrastruttura ta’ Servizz tal-Blockchain tal-UE ( https://ec.europa.eu/cefdigital/wiki/display/CEFDIGITAL/ebsi ).

(21)

     L-indirizzar tal-aspetti diġitali u tal-interoperabbiltà kmieni matul it-tfassil tal-politika joffri benefiċċji partikolari, kif indikat fil-linji gwida tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-ICT prodotti mill-Kummissjoni fl-2018 ( https://ec.europa.eu/isa2/sites/isa/files/ict_impact_assessment_guidelines.pdf ) u speċifikati fir-rakkomandazzjonijiet mill-membri tal-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar l-interoperabbiltà tas-servizzi pubbliċi ( https://joinup.ec.europa.eu/collection/interoperable-europe/news/official-expert-recommendations-new-interoperability-policy ).

(22)

     Pereżempju, in-nuqqas ta’ konsistenza tad-data xekkel il-kapaċità tal-UE li tirrispondi b’mod kooperattiv minn kmieni fil-kriżi tal-COVID-19, kif instab minn Renda, A., u Castro, R. (2020) f’“Lejn governanza tal-UE aktar b’saħħitha tat-theddid għas-saħħa wara l-pandemija tal-COVID-19”, Il-Ġurnal Ewropew tar-Regolament dwar ir-Riskji, 11 (2), pp 273–282.

(23)

     Ara “GovTech Practices in the EU” ( https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC128247 ) jew “Nesploraw it-Trasformazzjoni tal-Gvern Diġitali fl-UE - Nifhmu l-innovazzjoni tas-settur pubbliku f’soċjetà mmexxija mid-data” ( https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC121548 )

(24)

     Politika (jew att legali) hija lesta għas-settur diġitali jekk tippermetti implimentazzjoni ta’ politika mingħajr xkiel u diġitali b’mod awtomatiku u twassal għal trasformazzjoni diġitali permezz tal-aħjar użu ta’ teknoloġiji u data ( https://joinup.ec.europa.eu/collection/better-legislation-smoother-implementation/digital-ready-policymaking ). Ara wkoll l-Għodda għal Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni Ewropea #28 dwar tfassil ta’ politika lest għad-diġitali ( https://ec.europa.eu/info/files/chapter-3-identifying-impacts-evaluations-fitness-checks-and-impact-assessments_en ).

(25)

      https://joinup.ec.europa.eu/collection/national-interoperability-framework-observatory/eif-toolbox .

(26)

     Il-Kummissjoni diġà adottat l-ewwel proposta għal spazju tad-data settorjali, ir-Regolament propost għall-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa, https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_22_2711

(27)

      https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_22_1113

(28)

     In-Network Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika ( https://www.eupan.eu/ ), jew il-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar l-Amministrazzjoni Pubblika u l-Governanza ( https://ec.europa.eu/reform-support/public-administration-and-governance-policy-making/expert-group-public-administration-and-governance_en ).

(29)

     Suq ta’ Bliet Intelliġenti ( https://smart-cities-marketplace.ec.europa.eu/projects-and-sites ). Eżempji ta’ attivitajiet lokali jinkludu: L-IA għad-detezzjoni ta’ arresti kardijaċi ( https://cordis.europa.eu/article/id/421437-artificial-intelligence-detects-cardiac-arrest-in-emergency-calls ); il-ġestjoni tal-kapaċità fl-ispazji pubbliċi (Fuengirola https://www.themayor.eu/en/a/view/fuengirola-digitized-its-beach-control-and-got-an-award-for-it-8098 ); IA għal Tewmin Diġitali Lokali (DUET https://www.digitalurbantwins.com/ , LEAD ( https://www.leadproject.eu/ ), SHPERE ( https://sphere-project.eu/ ).

(30)

      https://oascities.org/minimal-interoperability-mechanisms/

(31)

     SWD(2022)710 final.

(32)

     Ara l-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà tal-e-Saħħa ( https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/7e8e2f60-6f87-4be8-9125-477e212e3a74 ) u ( https://eufordigital.eu/wp-content/uploads/2021/03/Common-Guidelines-for-eHealth-Harmonisation-and-Interoperability.pdf ). Minn dak iż-żmien ’l hawn, il-Kummissjoni pproponiet l-istabbiliment ta’ Spazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa ddedikat ( https://health.ec.europa.eu/ehealth-digital-health-and-care/european-health-data-space_mt ).

(33)

     Bħal https://inspire.ec.europa.eu/inspire-directive/2

(34)

     Bħal https://e-justice.europa.eu/home?plang=mt&action=home u https://ec.europa.eu/home-affairs/policies/schengen-borders-and-visa_en

(35)

     Bħal https://transport.ec.europa.eu/transport-themes/intelligent-transport-systems_en

(36)

      https://joinup.ec.europa.eu/collection/innovative-public-services

(37)

     Bħal per eżempju hawn: https://atomico.com/insights/launching-the-7th-annual-state-of-european-tech-report

(38)

      https://digital-strategy.ec.europa.eu/en/activities/edihs

(39)

      https://eic.ec.europa.eu/index_en u l-Programm Orizzont Ewropa

(40)

     Iż-żewġ termini jirreferu għall-kooperazzjoni pubblika-privata dwar it-teknoloġiji għas-settur pubbliku. Fejn GovTech normalment tinvolvi negozji ġodda tat-teknoloġija u SMEs, pereżempju l-pilotaġġ tal-użu tal-IA, CivicTech normalment tinvolvi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, pereżempju l-promozzjoni tal-involviment taċ-ċittadini bbażat fuq it-teknoloġija.

(41)

     Ara l-istrateġija tal-UE għall-SMEs, https://ec.europa.eu/growth/smes/sme-strategy_mt

(42)

     Bħal DESI ( https://digital-strategy.ec.europa.eu/en/policies/desi ), jew il-proġett LORDI (Indikaturi Diġitali Lokali u Reġjonali: https://living-in.eu/groups/commitments/monitoring-measuring ). Barra minn hekk, l-OECD (https://goingdigital.oecd.org/indicator/58 ), in-Nazzjonijiet Uniti ( https://publicadministration.un.org/egovkb/en-us/Reports/UN-E-Government-Survey-2020 ) u l-Bank Dinji ( https://www.worldbank.org/en/events/2021/09/16/govtech-maturity-index-the-state-of-digital-transformation-in-the-public-sector#:~:text=The%20World%20Bank%20has%20developed,citizen%20engagement%2C%20and%20GovTech%20enablers ) ukoll imexxu proġetti ta’ monitoraġġ rilevanti.

(43)

     Rakkomandazzjoni 16 f’ https://ec.europa.eu/transparency/expert-groups-register/core/api/front/expertGroupAddtitionalInfo/43164/download

(44)

     Pereżempju https://ec.europa.eu/info/law/law-making-process/planning-and-proposing-law/better-regulation-why-and-how/better-regulation-guidelines-and-toolbox_mt

(45)

     Pereżempju r-rapportar dwar l-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà kiseb prominenza, ara r-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji, li daħal fis-seħħ fl-2021.

(46)

     Pereżempju r-Regolament (UE) 2021/953 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID-19 Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32021R0953 . Fil-politika tas-sorveljanza marittima qed jintużaw għodod ġodda bħas-Servizzi Marittimi ta’ Copernicus jew il-Monitoraġġ Elettroniku mill-Bogħod (REM). https://www.efca.europa.eu/en/content/new-technologies-maritime-surveillance , https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX%3A32021R0953

(47)

     Mill-284 inizjattiva leġiżlattiva ppreżentati mill-Kummissjoni bejn Marzu 2020 u Ġunju 2021, 47 % irreferew għal elementi diġitali u 67 % għal data fil-pjan direzzjonali tagħhom jew fl-istadju tal-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu ( https://joinup.ec.europa.eu/collection/better-legislation-smoother-implementation ) ; Tfassil ta’ politika lest għad-diġitali msaħħaħ mill-COVID-19 ( https://joinup.ec.europa.eu/collection/better-legislation-smoother-implementation/news/digital-ready-policymaking-boosted-covid-19 ).

(48)

      https://ec.europa.eu/info/news/commission-adopts-new-digital-strategy-address-transformation-opportunities-post-pandemic-world-2022-jun-30_en

(49)

     COM(2021) 219 Regolamentazzjoni Aħjar: Ningħaqdu flimkien biex nagħmlu liġijiet aħjar ( https://ec.europa.eu/info/law/law-making-process/planning-and-proposing-law/better-regulation-why-and-how_mt ) u SWD(2021) 305 Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar ( https://ec.europa.eu/info/sites/default/files/better_regulation_joining_forces_to_make_better_laws_en_0.pdf u https://ec.europa.eu/info/sites/default/files/swd2021_305_en.pdf )

(50)

     “Ikkunsidrajt...” listi ta’ verifika fl-Għodda #28 dwar tfassil ta’ politika lest għad-diġitali tas-Sett ta’ Għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar: https://ec.europa.eu/info/law/law-making-process/planning-and-proposing-law/better-regulation-why-and-how/better-regulation-guidelines-and-toolbox/better-regulation-toolbox-0_en u https://ec.europa.eu/info/law/law-making-process/planning-and-proposing-law/better-regulation-why-and-how/better-regulation-guidelines-and-toolbox_mt

(51)

     Pereżempju fid-Danimarka ( https://en.digst.dk/digital-governance/digital-ready-legislation/guidances-and-tools/ ) jew fis-settur tal-kura tas-saħħa fejn il-kunsiderazzjonijiet tal-interoperabbiltà jappoġġaw it-tfassil tal-politika ( https://ec.europa.eu/health/blood-tissues-cells-and-organs/overview/revision-eu-legislation-blood-tissues-and-cells_en ).

(52)

      https://digital-strategy.ec.europa.eu/en/policies/eidas-regulation

(53)

     L-IMI tippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi jiskambjaw informazzjoni, jappoġġaw il-moviment liberu tas-servizzi u tal-persuni fis-Suq Uniku

(54)

     Ir-Regolament (UE) 2018/1724 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi ( https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=uriserv:OJ.L_.2018.295.01.0001.01.ENG&toc=OJ:L:2018:295:TOC )

(55)

     B’mod partikolari l-Programm Ewropa Diġitali (DEP), li jintegra riżorsi ta’ finanzjament preċedenti mill-programmi preċedenti ISA² u CEF Telecom ( https://ec.europa.eu/cefdigital/wiki/display/CEFDIGITAL/2018/11/08/Meet+the+new+CEF+Building+Blocks ), u Orizzont Ewropa.

(56)

     Appoġġat mid-DEP ( https://digital-strategy.ec.europa.eu/en/activities/work-programmes-digital ).

(57)

      https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/funding-opportunities/funding-programmes/overview-funding-programmes/european-structural-and-investment-funds_mt

(58)

      https://ec.europa.eu/info/business-economy-euro/recovery-coronavirus/recovery-and-resilience-facility_mt

(59)

      https://hadea.ec.europa.eu/programmes/connecting-europe-facility_en

(60)

      https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/find-funding/eu-funding-programmes/technical-support-instrument/technical-support-instrument-tsi_mt

(61)

     Inkluża d-Dikjarazzjoni ta’ Strasburgu adottata fl-2022 u l-istrateġija EUPAN 2022–2025, ara fuq https://www.eupan.eu/

(62)

      https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52021PC0574

(63)

     Bħad-Direttiva dwar id-Data Miftuħa ( https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32019L1024 ), l-Att dwar il-Governanza tad-Data ( https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_6428 ) u l-Att dwar id-Data, b’mod partikolari l-kapitolu VIII tagħha ( https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_22_1113 )

(64)

      https://data.europa.eu/mt

(65)

     Stabbilit bl-Att dwar il-Governanza tad-Data.

(66)

      https://digital-strategy.ec.europa.eu/en/library/proposal-decision-establishing-2030-policy-programme-path-digital-decade

(67)

     Permezz tal-portal Joinup, b’mod partikolari https://joinup.ec.europa.eu/collection/open-source-observatory-osor  

(68)

     Ara https://ec.europa.eu/info/departments/informatics/open-source-software-strategy_en

(69)

     Assistent għall-Ħruġ tal-Liċenzji Joinup fuq https://joinup.ec.europa.eu/collection/eupl

(70)

     Il-Kummissjoni stabbiliet l-OSPO tagħha stess ( https://joinup.ec.europa.eu/collection/ec-ospo ).

(71)

     Pereżempju l-pjattaforma ta’ Diversi Partijiet Interessati għall-istandardizzazzjoni tal-ICT ( https://ec.europa.eu/growth/single-market/european-standards/ict-standardisation_en ).

(72)

     Ara https://ec.europa.eu/docsroom/documents/48598

(73)

      https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52022DC0332

(74)

      https://joinup.ec.europa.eu/collection/nifo-national-interoperability-framework-observatory/eif-monitoring u https://joinup.ec.europa.eu/collection/nifo-national-interoperability-framework-observatory/digital-public-administration-factsheets-2021

(75)

     Pereżempju mal-Urugwaj ( https://ec.europa.eu/isa2/news/european-commission-reinforces-cooperation-uruguay-interoperability_en/ ) u l-Ukrajna ( https://eufordigital.eu/countries/ukraine/ ).

(76)

     Qafas ta’ valutazzjoni appoġġat mill-Kummissjoni żviluppat bil-programm ta’ Appoġġ għat-Titjib fil-Gvern u l-Ġestjoni (SIGMA) tal-OECD jintuża għall-monitoraġġ tal-progress tar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, u jirreferi għall-“interoperabbiltà” (Prinċipji tal-Amministrazzjoni Pubblika: https://sigmaweb.org/publications/Principles-of-Public-Administration-2017-edition-ENG.pdf )

Top