This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52021M10164
Prior notification of a concentration Case M.10164 – CVC/Stark Group Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance) 2021/C 113/07
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni Il-Każ M.10164 – CVC/Stark Group Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 113/07
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni Il-Każ M.10164 – CVC/Stark Group Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 113/07
PUB/2021/259
ĠU C 113, 31.3.2021, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/12 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
Il-Każ M.10164 – CVC/Stark Group
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 113/07)
1.
Fit-23 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”’, il-Lussemburgu) |
— |
STARK Group A/S (“Stark”, id-Danimarka) |
CVC takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Stark.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
CVC: CVC u s-sussidjarji tagħha jiġġestixxu fondi u pjattaformi ta’ investiment. B’mod partikolari, CVC hija s-sid ta’ Ahlsell AB, li hija attiva fil-bejgħ bl-imnut u d-distribuzzjoni ta’ prodotti ta’ installazzjoni għat-tisħin, il-ventilazzjoni u l-arja kundizzjonata, l-elettriku, l-għodod u l-provvisti, kif ukoll materjali tal-bini. |
— |
Stark: bejgħ bl-imnut u distribuzzjoni ta’ materjali għall-bini fid-Danimarka, il-Finlandja, il-Ġermanja, in-Norveġja u l-Isvezja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10164 – CVC/Stark Group
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles / Brussel |
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).