Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021AP0399

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ottubru 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern ta' Greenland u l-Gvern tad-Danimarka, min-naħa l-oħra u l-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (06566/2021 – C9-0154/2021 – 2021/0037(NLE))

ĠU C 132, 24.3.2022, p. 216–216 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 132/216


P9_TA(2021)0399

Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea, Greenland u d-Danimarka ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ottubru 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern ta' Greenland u l-Gvern tad-Danimarka, min-naħa l-oħra u l-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (06566/2021 – C9-0154/2021 – 2021/0037(NLE))

(Approvazzjoni)

(2022/C 132/21)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06566/2021),

—

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa waħda, u l-Gvern ta' Greenland u l-Gvern tad-Danimarka, min-naħa l-oħra, u l-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (06380/2021),

—

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0073/2020),

—

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tal-5 ta’ Ottubru 2021 (1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits,

—

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0233/2021),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim u tal-protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u ta' Greenland u d-Danimarka.

(1)  Testi adottati, P9_TA(2021)0400.


Top