Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020M9966

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9966 — EQT/Colisée) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    PUB/2020/768

    ĠU C 322, 30.9.2020, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.9.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 322/28


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.9966 — EQT/Colisée)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (2020/C 322/07)

    1.   

    Fit-22 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    EQT Fund Management S.à r.l. (“EQT”, il-Lussemburgu), tiġġestixxi fond għal u f’isem il-fond ta’ investiment, EQT Infrastructure V,

    Financière Colisée S.A.S. (“Colisée”, Franza), ikkontrollata Indigo International S.à r.l, li hija kumpanija azzjonarja kkontrollata minn fondi ġestiti minn IK Investment Partners.

    EQT takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Colisée kollha kemm hi.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    EQT: biex isiru investimenti fl-infrastruttura u f’assi relatati mal-infrastruttura u negozji primarjament fl-Ewropa u fl-Amerika ta’ Fuq. Il-grupp ta’ fondi EQT jinvesti f’varjetà wiesgħa ta’ industriji u setturi,

    Colisée: attiva fil-kura tal-anzjani u tiġġestixxi djar tal-kura u l-flats tas-servizzi u tipprovdi servizzi fid-dar u servizzi ta’ tranżizzjoni mill-isptar għad-dar. Colisée topera fi Franza, il-Belġju, Spanja, l-Italja u ċ-Ċina.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtUlha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    Il-Każ M.9966 — EQT/Colisée

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks: +32 22964301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top