Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019XC0620(01)

    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji gwida dwar ir-rappurtar mhux finanzjarju: Suppliment dwar ir-rappurtar ta' informazzjoni relatata mal-klima

    C/2019/4490

    ĠU C 209, 20.6.2019, p. 1–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.6.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 209/1


    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    Linji gwida dwar ir-rappurtar mhux finanzjarju: Suppliment dwar ir-rappurtar ta' informazzjoni relatata mal-klima

    (2019/C 209/01)

    Avviż importanti

    Din il-komunikazzjoni ġiet imħejjija skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) sabiex tassisti lill-kumpaniji kkonċernati biex jiddivulgaw informazzjoni mhux finanzjarja b’mod rilevanti, utli, konsistenti u aktar komparabbli. Hija suppliment għal-Linji Gwida dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju adottati mill-Kummissjoni fl-2017 (C(2017)4234 final). Din il-Komunikazzjoni tipprovdi linji gwida mhux vinkolanti u ma toħloqx obbligi legali ġodda. Sa fejn din il-Komunikazzjoni tista’ tinterpreta d-Direttiva 2014/95/UE, il-pożizzjoni tal-Kummissjoni hi mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe interpretazzjoni ta’ din id-Direttiva li tista’ tinħareġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Il-kumpaniji li jużaw dawn il-linji gwida jistgħu jiddependu wkoll fuq oqfsa internazzjonali, ibbażati fl-UE jew dawk nazzjonali. Din il-komunikazzjoni ma tikkostitwixxix standard tekniku, u la min jipprepara r-rapporti mhux finanzjarji u lanqas xi parti oħra, kemm jekk tkun qed taġixxi għan-nom ta’ xi ħadd li jipprepara r-rapporti jew ukoll ta’ xi ħadd ieħor, ma għandha tiddikjara li r-rapporti mhux finanzjarji huma f’konformità ma’ dan id-dokument.

    Kontenut

    1

    Introduzzjoni 2

    1.1

    Għaliex għandhom jiġu pprovduti linji gwida ġodda dwar divulgazzjonijiet relatati mal-klima? 2

    1.2

    Benefiċċji għall-kumpaniji ta’ rappurtar 3

    2

    Kif għandhom jintużaw dawn il-linji gwida 3

    2.1

    Konsiderazzjonijiet ġenerali 3

    2.2

    Materjalità 4

    2.3

    Riskji, dipendenzi u opportunitajiet relatati mal-klima 5

    2.4

    L-istruttura tad-divulgazzjonijiet proposti 8

    2.5

    Konsistenza mal-oqfsa u l-istandards ta’ rappurtar rikonoxxuti 8

    3

    Divulgazzjonijiet irrakkomandati u gwida ulterjuri 8

    3.1

    Mudell tan-Negozju 8

    3.2

    Politiki u Proċessi ta’ Diliġenza Dovuta 9

    3.3

    Eżiti 10

    3.4

    Riskji Prinċipali u l-Immaniġġjar tagħhom 11

    3.5

    Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni 12

    Anness I:

    Gwida ulterjuri għall-banek u għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni 21

    Anness II:

    L-immappjar tar-Rekwiżiti tad-Direttiva ta’ Rappurtar Mhux Finanzjarju u d-Divulgazzjonijiet Rakkomandati tat-TCFD 29

    1.   INTRODUZZJONI

    1.1.   Għaliex għandhom jiġu pprovduti linji gwida ġodda dwar divulgazzjonijiet relatati mal-klima?

    Il-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima tal-2015, l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u r-Rapport Speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (Ottubru 2018) kollha talbu għal azzjoni aċċellerata u deċiżiva sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra (greenhouse gas, GHG) u tinħoloq ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. L-UE qablet dwar miri ambizzjużi għall-2030 rigward it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika (2), u approvat regoli dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-użu tal-art kif ukoll miri ta’ emissjonijiet għall-karozzi u għall-vannijiet. Fl-2018, il-Kummissjoni ppubblikat il-viżjoni strateġika fit-tul tagħha għal ekonomija prosperuża, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima sal-2050. (3)

    Il-kumpaniji u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom rwol kritiku fit-tranżizzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. L-ewwel nett, diġà hemm bżonn ta’ investiment annwali addizzjonali ta’ EUR 180 biljun sabiex jintlaħqu l-miri tal-enerġija u l-klima tal-UE għall-2030, u se jkunu meħtieġa fondi ulterjuri sabiex sal-2050 tinkiseb in-newtralità klimatika. Ħafna minn dawn l-investimenti jirrappreżentaw opportunitajiet ta’ negozju sinifikanti, u l-biċċa l-kbira tal-finanzjament se jkollu jiġi minn kapital privat. It-tieni nett, il-kumpaniji u l-istituzzjonijiet finanzjarji se jkollhom jifhmu aħjar u jindirizzaw ir-riskji ta’ impatt negattiv fuq il-klima li jirriżultaw mill-attivitajiet ta’ negozju tagħhom, kif ukoll ir-riskji li t-tibdil fil-klima joħloq għan-negozju tagħhom. Id-diżastri relatati mat-temp ikkawżaw rekord ta’ EUR 283 biljun fi ħsarat ekonomiċi fl-2017 u sal-2100 jistgħu jaffettwaw sa żewġ terzi tal-popolazzjoni Ewropea meta mqabbla mal-5 % tal-lum. Id-divulgazzjoni aħjar ta’ informazzjoni relatata mal-klima mill-kumpaniji tista’ tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri 2015-2030, li jitlob lill-gvernijiet biex jevalwaw, jirrekordjaw, jaqsmu u jispjegaw pubblikament it-telf mid-diżastri.

    F’Marzu 2018, il-Kummissjoni ppubblikat il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Finanzjament ta' Tkabbir Sostenibbli, bil-għan li torjenta mill-ġdid il-kapital lejn l-investiment sostenibbli, timmaniġġja r-riskji finanzjarji li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima u problemi ambjentali u soċjali oħra, u trawwem it-trasparenza u l-perspettiva fit-tul fl-attività finanzjarja u ekonomika. (4) Il-pubblikazzjoni ta’ linji gwida ġodda dwar id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni relatata mal-klima mill-kumpanji hija parti mill-Pjan ta’ Azzjoni.

    Għadd ta’ azzjonijiet oħra fil-Pjan ta’ Azzjoni sa ċertu punt jiddependu mid-divulgazzjoni ta’ informazzjoni adegwata relatata mas-sostenibbiltà mill-kumpaniji. Dan pereżempju jinkludi, ir-regolamenti proposti dwar l-istabbiliment ta’ qafas (tassonomija) sabiex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli (5), dwar id-divulgazzjonijiet ta’ sostenibbiltà mill-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi (6), u dwar parametri referenzjarji relatati mal-karbonju. (7)

    Mingħajr informazzjoni suffiċjenti, affidabbli u komparabbli relatata mas-sostenibbiltà minn destinatarji ta’ investiment, is-settur finanzjarju ma jistax jidderieġi b'mod effiċjenti l-kapital lejn investimenti li jixprunaw soluzzjonijiet għall-kriżijiet ta’ sostenibbiltà li niffaċċjaw, u ma jistax jidentifika u jimmaniġġja b’mod effettiv ir-riskji għall-investimenti li jirriżultaw minn dawn il-kriżijiet.

    Id-divulgazzjoni korporattiva ta’ informazzjoni relatata mal-klima tjiebet f’dawn l-aħħar snin. Madanakollu, xorta għad hemm lakuni sinifikanti, u hemm bżonn ta’ titjib ulterjuri malajr fil-kwantità, fil-kwalità u fil-komparabbiltà tad-divulgazzjonijiet sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-investituri u ta’ partijiet ikkonċernati oħra.

    F’Ġunju 2017, it-Task Force dwar Divulgazzjonijiet Finanzjarji relatati mal-Klima (TCFD), stabbilita mill-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja tal-G20, ippubblikat rakkomandazzjonijiet biex tħeġġeġ lill-istituzzjonijiet finanzjarji u lill-kumpaniji mhux finanzjarji biex jiddivulgaw informazzjoni dwar riskji u opportunitajiet relatati mal-klima. (8) Ir-rakkomandazzjonijiet tat-TCFD huma rikonoxxuti b’mod wiesa’ bħala gwida awtoritattiva dwar ir-rappurtar ta’ informazzjoni finanzjarjament materjali relatata mal-klima, u l-Kummissjoni tħeġġeġ lill-kumpaniji jimplimentawhom. Għadd ta’ gvernijiet u regolaturi finanzjarji madwar id-dinja esprimew l-appoġġ tagħhom għar-rakkomandazzjonijiet u qed jintegrawhom fil-gwida u l-oqfsa ta’ politika tagħhom. Xi eżempji jinkludu l-Awstralja, il-Kanada, Hong Kong, il-Ġappun, Singapore u l-Afrika t’Isfel, kif ukoll xi Stati Membri oħra tal-UE.

    Dan is-suppliment jintegra r-rakkomandazzjonijiet tat-TCFD, u jipprovdi gwida għall-kumpaniji li hija konsistenti mad-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju u mar-rakkomandazzjonijiet tat-TCFD.

    Il-Grupp ta’ Esperti Tekniċi dwar il-Finanzjament Sostenibbli, maħtur mill-Kummissjoni f’Ġunju 2018, ipprovda rakkomandazzjonijiet dwar divulgazzjonijiet relatati mal-klima u dawn il-linji gwida huma mibnija fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet. Dawn il-linji gwida jqisu l-feedback tal-partijiet ikkonċernati dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi dwar il-Finanzjament Sostenibbli, u r-riżultati ta’ konsultazzjoni online fil-mira mwettqa mis-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea fi Frar/Marzu 2019 (9).

    1.2.   Benefiċċji għall-kumpaniji ta’ rappurtar

    Divulgazzjoni aħjar ta’ informazzjoni relatata mal-klima jista’ jkollha benefiċċji għall-kumpanija ta’ rappurtar innifisha, bħal:

    għarfien u fehim akbar ta' riskji u opportunitajiet relatati mal-klima fi ħdan il-kumpanija, immaniġġjar aħjar tar-riskji, u teħid ta’ deċiżjonijiet u ppjanar strateġiku aktar informat;

    bażi tal-investituri aktar diversa u kost tal-kapital potenzjalment aktar baxx, li jirriżultaw pereżempju mill-inklużjoni f’portafolli tal-investiment ġestiti b’mod attiv u f’indiċi ffukati fuq is-sostenibbiltà, u minn klassifikazzjonijiet tal-kreditu mtejba għall-ħruġ ta’ bonds u valutazzjonijiet tal-affidabbiltà tal-kreditu għall-krediti bankarji;

    djalogu aktar kostruttiv mal-partijiet ikkonċernati, b’mod partikolari l-investituri u l-partijiet ikkonċernati;

    reputazzjoni korporattiva aħjar u ż-żamma ta’ liċenzja soċjali biex topera.

    2.   KIF GĦANDHOM JINTUŻAW DAWN IL-LINJI GWIDA

    2.1.   Konsiderazzjonijiet ġenerali

    Il-kumpaniji għandhom jaqraw dan is-suppliment flimkien mal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti li tittrasponi d-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju (2014/95/UE) u jekk ikun meħtieġ it-test tad-Direttiva nnifisha.

    Huma għandhom iqisu wkoll il-Linji Gwida Mhux Vinkolanti dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju ppubblikati mill-Kummissjoni f’Ġunju 2017 (10), li fihom 6 prinċipji ewlenin ta’ rappurtar mhux finanzjarju tajjeb, jiġifieri li l-informazzjoni divulgata għandha tkun: (1) materjali; (2) ġusta, ibbilanċjata u komprensibbli; (3) komprensiva iżda konċiża; (4) strateġika u tħares ’il quddiem (11); (5) orjentata lejn il-partijiet ikkonċernati; u (6) konsistenti u koerenti. Dawn il-prinċipji u t-taqsimiet l-oħra tal-Linji Gwida Mhux Vinkolanti kollha japplikaw kif xieraq għal dan is-suppliment.

    Il-kumpaniji huma wkoll imħeġġa jaqraw ir-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force dwar Divulgazzjonijiet Finanzjarji relatati mal-Klima, u jekk rilevanti l-gwida supplimentari għas-settur finanzjarju u għall-kumpaniji li joperaw fis-setturi tal-enerġija, it-trasport, il-materjali u l-bini u l-prodotti tal-agrikoltura, tal-ikel u tal-foresti (12).

    Bħal-linji gwida ġenerali ppubblikati fl-2017, dan is-suppliment dwar rappurtar relatat mal-klima mhuwiex vinkolanti. Il-kumpaniji jistgħu jagħżlu approċċi alternattivi għar-rappurtar dwar informazzjoni relatata mal-klima, dejjem jekk dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti legali.

    Dawn il-linji gwida jirrikonoxxu li l-kontenut ta’ divulgazzjonijiet relatati mal-klima jista’ jvarja bejn il-kumpaniji skont numru ta’ fatturi, inkluż is-settur tal-attività, il-post ġeografiku u n-natura u d-daqs tar-riskji u l-opportunitajiet relatati mal-klima.

    Il-metodoloġiji u l-aħjar prattiki fil-qasam tar-rappurtar relatat mal-klima qed jevolvu b’rata mgħaġġla. Għalhekk, dawn il-linji gwida jirrikonoxxu li huwa meħtieġ approċċ flessibbli. Il-kumpaniji u organizzazzjonijiet oħra huma mħeġġa ħafna jkomplu jwettqu innovazzjoni u jtejbu aktar ir-rappurtar relatat mal-klima lil hinn mill-kontenut ta’ dawn il-linji gwida. Il-kumpaniji għandhom jiżguraw ukoll li l-approċċ tagħhom għal rappurtar relatat mal-klima jiġi aġġornat b’mod regolari f’konformità mal-aktar evidenza xjentifika riċenti.

    Mhix l-intenzjoni ta’ dawn il-linji gwida li jħeġġu rappurtar awtonomu dwar il-klima. Il-kumpaniji huma mħeġġa jintegraw informazzjoni relatata mal-klima ma’ informazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja oħra kif xieraq fir-rapporti tagħhom.

    Il-post prestabbilit għar-rapport mhux finanzjarju skont id-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju huwa r-rapport tal-ġestjoni tal-kumpanija, għalkemm ħafna Stati Membri għażlu l-alternattiva li jħallu lill-kumpaniji jippubblikaw ir-rapport mhux finanzjarju tagħhom f’rapport separat. It-TCFD tipproponi li d-divulgazzjonijiet rakkomandati tagħha għandhom jiġu inklużi fil-"filings finanzjarji annwali" formali tal-kumpanija (13).

    Fi kwalunkwe każ, il-kumpaniji għandhom ifittxu li jiżguraw li l-informazzjoni relatata mal-klima tkun aċċessibbli faċilment għall-utenti intiżi. Jekk il-kumpaniji jagħmlu referenzi inkroċjati għal rapporti jew dokumenti oħra, dan għandu jsir b’mod sempliċi u faċli għall-utent, pereżempju, bl-applikazzjoni ta’ regola prattika ta’ “massimu ta’ “klikk” waħda mir-rapport”.

    Dawn il-linji gwida huma intiżi għall-użu minn kumpaniji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju (14). Madanakollu, dawn jistgħu jkunu utli wkoll għal kumpaniji oħra li jixtiequ jiddivulgaw informazzjoni relatata mal-klima.

    2.2.   Materjalità

    Skont id-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju, kumpanija hija meħtieġa tiddivulga informazzjoni dwar materji ambjentali, soċjali u tal-impjegati, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, u t-tixħim u l-korruzzjoni, sa fejn tali informazzjoni tkun neċessarja għall-fehim tal-iżvilupp, tal-prestazzjoni, tal-pożizzjoni u tal-impatt tal-kumpanija u tal-impatt tal-attivitajiet tagħha (15). L-informazzjoni relatata mal-klima tista’ titqies bħala li taqa’ fil-kategorija tal-materji ambjentali.

    Kif indikat fil-Linji Gwida Mhux Vinkolanti dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju tal-Kummissjoni tal-2017, ir-referenza għall-“impatt tal-attivitajiet [tal-kumpanija]” introduċiet element ġdid li għandu jitqies meta tiġi vvalutata l-materjalità tal-informazzjoni mhux finanzjarja. Fil-verità, id-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju għandha perspettiva ta’ materjalità doppja:

    Ir-referenza għall-“iżvilupp, il-prestazzjoni [u] l-pożizzjoni” tal-kumpanija tindika materjalità finanzjarja, fis-sens usa’ li jiġi affettwat il-valur tal-kumpanija. L-informazzjoni relatata mal-klima għandha tiġi rrappurtata jekk tkun meħtieġa għall-fehim tal-iżvilupp, tal-prestazzjoni u tal-pożizzjoni tal-kumpanija. Din il-perspettiva hija normalment ta’ interess kbir għall-investituri.

    Ir-referenza għall-“impatt tal-attivitajiet tal-[kumpanija]” tindika l-materjalità ambjentali u soċjali. L-informazzjoni relatata mal-klima għandha tiġi rrappurtata jekk tkun meħtieġa għal fehim tal-impatti esterni tal-kumpanija. Din il-perspettiva normalment hija ta’ interess kbir għaċ-ċittadini, għall-konsumaturi, għall-impjegati, għas-sħab fin-negozju, għall-komunitajiet u għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Madanakollu, numru dejjem jiżdied ta’ investituri jeħtieġ li jkunu jafu wkoll dwar l-impatti tal-klima tad-destinatarji ta’ investiment sabiex jifhmu aħjar u jkejlu l-impatti tal-klima tal-portafolli tal-investiment tagħhom.

    Il-kumpaniji għandhom iqisu l-użu tad-divulgazzjonijiet proposti f’dawn il-linji gwida jekk jiddeċiedu li l-klima hija kwistjoni materjali minn waħda minn dawn iż-żewġ perspettivi.

    Dawn iż-żewġ perspettivi ta’ riskju diġà jikkoinċidu f’xi każijiet u hemm aktar ċans li jagħmlu hekk fil-futur. Hekk kif il-politiki tas-swieq u dawk pubbliċi jevolvu b’rispons għat-tibdil fil-klima, l-impatti pożittivi u/jew negattivi ta’ kumpanija dwar il-klima se jittrasformaw dejjem aktar f’opportunitajiet ta' negozju u/jew riskji li huma finanzjarjament materjali.

    Il-perspettiva tal-materjalità tad-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju tkopri kemm il-materjalità finanzjarja kif ukoll il-materjalità ambjentali u soċjali, filwaqt li t-TCFD għandha perspettiva tal-materjalità finanzjarja biss.

    Figura 1

    Il-perspettiva tal-materjalità doppja tad-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju fil-kuntest tar-rappurtar tal-informazzjoni relatata mal-klima

    Image 1

    Meta jivvalutaw il-materjalità ta’ informazzjoni relatata mal-klima, il-kumpaniji għandhom iqisu perjodu ta’ żmien itwal minn dak li normalment ikun il-każ għall-informazzjoni finanzjarja. Huwa rrakkomandat li l-kumpaniji ma jikkonkludux kmieni wisq li l-klima mhix kwistjoni materjali sempliċiment minħabba li jitqies li xi riskji relatati mal-klima fin-natura tagħhom huma għal żmien twil.

    Meta jivvalutaw il-materjalità ta’ informazzjoni relatata mal-klima, il-kumpaniji għandhom iqisu l-katina ta’ valur kollha tagħhom, kemm upstream fil-katina ta’ provvista kif ukoll downstream.

    Minħabba l-impatti sistemiċi u pervażivi tat-tibdil fil-klima, il-biċċa l-kbira tal-kumpaniji fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva aktarx jikkonkludu li l-klima hija kwistjoni materjali. Il-kumpaniji li jikkonkludu li l-klima mhix kwistjoni materjali huwa rrakkomandat li jikkunsidraw jagħmlu dikjarazzjoni għal dan il-għan, li tispjega kif ikunu waslu għal dik il-konklużjoni.

    2.3.   Riskji, dipendenzi u opportunitajiet relatati mal-klima

    Riskji relatati mal-klima

    Skont id-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju, sa fejn hu meħtieġ, l-informazzjoni relatata mal-klima għandha tinkludi kemm ir-riskji prinċipali għall-iżvilupp, għall-prestazzjoni u għall-pożizzjoni tal-kumpanija li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima, u wkoll ir-riskji prinċipali ta’ impatt negattiv fuq il-klima li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-kumpanija. Id-divulgazzjonijiet proposti f’dawn il-linji gwida jirriflettu dawn iż-żewġ perspettivi ta’ riskju.

    Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor fit-test, għandu jiġi mifhum li r-referenzi għar-riskji jirreferu kemm għar-riskji ta’ impatti negattivi fuq il-kumpanija (riskji ta’ tranżizzjoni u riskji fiżiċi – ara hawn taħt) kif ukoll għar-riskji ta’ impatti negattivi fuq il-klima.

    Dawn iż-żewġ tipi ta’ riskju – riskji ta’ impatti negattivi fuq il-kumpanija u riskji ta’ impatti negattivi fuq il-klima – jistgħu jirriżultaw mill-operazzjonijiet tal-kumpaniji stess u jistgħu jseħħu tul il-katina ta’ valur kollha, kemm upstream fil-katina ta’ provvista kif ukoll downstream.

    1)   Ir-riskji ta’ impatti negattivi fuq il-klima

    Xi eżempji ta’ riskji ta’ impatti negattivi fuq il-klima huma:

    Il-faċilità tal-produzzjoni industrijali ta’ kumpanija tista’ tarmi gassijiet serra (GHG) direttament fl-atmosfera.

    L-enerġija li kumpanija tixtri biex twettaq l-operazzjonijiet tagħha jista’ jkun li tkun ġiet prodotta mill-fjuwils fossili.

    Il-prodott li kumpanija tagħmel jista’ jkun li jkun jirrikjedi l-konsum tal-fjuwils fossili, pereżempju fil-każ ta’ karozzi li jaħdmu bil-petrol jew bid-diżil.

    Il-produzzjoni ta’ materjali użati mill-kumpanija tista’ twassal għal emissjonijiet ta’ gassijiet serra upstream fil-katina ta’ valur tagħhom. Dan jista’ jkun il-każ għall-kumpaniji li jużaw materjali bħas-siment jew l-aluminju fil-proċessi ta’ produzzjoni tagħhom. Bl-istess mod, kumpanija li tipproduċi jew tipproċessa komoditajiet forestali jew agrikoli, inkluż fis-setturi bħall-industriji tal-ikel, tal-ħwejjeġ jew tal-ipproċessar tal-injam, potenzjalment tista’ tkun qed tikkawża, direttament jew indirettament, bidla fl-użu tal-art inkluża deforestazzjoni u degradazzjoni tal-foresti u emissjonijiet ta’ gassijiet serra relatati.

    2)   Ir-riskju ta’ impatt negattiv fuq il-kumpanija

    Ir-riskji tat-tibdil fil-klima għall-prestazzjoni finanzjarja tal-kumpanija jistgħu jiġu kklassifikati bħala riskji fiżiċi jew riskji ta’ tranżizzjoni. (16)

    Riskji ta’ tranżizzjoni huma riskji għall-kumpanija li jirriżultaw mit-tranżizzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Dawn jinkludu:

    Riskji ta’ politika, pereżempju b’riżultat tar-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika, mekkaniżmi tal-ipprezzar tal-karbonju li jżidu l-prezz tal-fjuwils fossili, jew politiki li jħeġġu l-użu sostenibbli tal-art.

    Riskji legali, pereżempju r-riskju ta’ litigazzjoni talli tonqos li tevita jew timminimizza l-impatti avversi fuq il-klima, jew tonqos milli tadatta għat-tibdil fil-klima.

    Riskji teknoloġiċi, pereżempju jekk teknoloġija b’impatt anqas dannuż fuq il-klima tissostitwixxi teknoloġija li hija aktar dannuża għall-klima.

    Riskji tas-suq, pereżempju jekk l-għażliet tal-konsumaturi u l-konsumaturi tan-negozju jaqilbu lejn prodotti u servizzi li huma anqas dannużi għall-klima.

    Riskji reputazzjonali, pereżempju d-diffikultà li tattira u żżomm il-konsumaturi, l-impjegati, is-sħab fin-negozju u l-investituri jekk kumpanija jkollha reputazzjoni li tagħmel ħsara lill-klima.

    B’mod ġenerali, kumpanija b’impatt negattiv ogħla fuq il-klima se tkun aktar esposta għar-riskji ta’ tranżizzjoni.

    Riskji fiżiċi huma riskji għall-kumpanija li jirriżultaw mill-effetti fiżiċi tat-tibdil fil-klima. (17) Dawn jinkludu:

    Riskji fiżiċi akuti, li jirriżultaw minn avvenimenti partikolari, speċjalment avvenimenti relatati mat-temp bħal maltempati, għargħar, nirien jew mewġiet ta' sħana, li jistgħu jagħmlu ħsara lill-faċilitajiet tal-produzzjoni u jfixklu lill-katini ta’ valur.

    Riskji fiżiċi kroniċi, li jirriżultaw minn bidliet fil-klima aktar fit-tul, bħal bidliet fit-temperatura, żieda fil-livelli tal-baħar, tnaqqis fid-disponibbiltà tal-ilma, it-telf ta’ bijodiversità u bidliet fil-produttività tal-art u tal-ħamrija.

    L-esponiment ta’ kumpanija għal riskji fiżiċi ma jiddependix direttament fuq jekk dik il-kumpanija għandhiex impatt negattiv fuq il-klima jew le.

    Id-dipendenzi fuq il-kapitali naturali, umani u soċjali

    Ħafna kumpaniji huma dipendenti fuq il-kapital naturali(18) Jekk il-kapital naturali nnifsu huwa mhedded mit-tibdil fil-klima, f'dak il-każ il-kumpanija se tiġi esposta għal riskji relatati mal-klima, speċjalment riskji fiżiċi. Għalhekk, il-kumpaniji għandhom iqisu bir-reqqa d-dipendenzi tagħhom fuq il-kapital naturali meta jidentifikaw u jirrappurtaw dwar ir-riskji relatati mal-klima tagħhom. Pereżempju, kumpanija tal-produzzjoni agrikola tista’ tkun dipendenti fuq diversi kapitali naturali bħall-ilma, il-bijodiversità u l-produttività tal-art u tal-ħamrija, li kollha kemm huma huma vulnerabbli għat-tibdil fil-klima. Tali kumpanija tkun mistennija li tispjega dawn id-dipendenzi meta tirrapporta dwar ir-riskji relatati mal-klima tagħha.

    Ħafna kumpaniji huma wkoll dipendenti fuq il-kapital uman u soċjali, bħall-ħiliet u l-motivazzjoni tal-impjegati, u l-livell ta’ fiduċja li l-kumpanija tgawdi fost il-partijiet ikkonċernati esterni. Il-kumpaniji għandhom jintegraw l-informazzjoni dwar il-kapital uman u soċjali kif xieraq fir-rappurtar tagħhom dwar kwistjonijiet relatati mal-klima. Pereżempju, l-impjegati jistgħu jkunu kritiċi rigward l-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi innovattivi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.

    Opportunitajiet relatati mal-klima

    Ir-riskji relatati mal-klima spiss jistgħu jinbidlu f’opportunitajiet mill-kumpaniji li joffru prodotti u servizzi li jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima.

    L-adattament għat-tibdil fil-klima jfisser l-antiċipazzjoni tal-effetti avversi tat-tibdil fil-klima u t-teħid ta’ azzjoni xierqa sabiex il-ħsara li jistgħu jikkawżaw tiġi impedita jew minimizzata. Dan jinkludi opportunitajiet tan-negozju bħal teknoloġiji ġodda li jużaw riżorsi tal-ilma skarsi b’mod aktar effiċjenti, jew il-bini ta’ difiżi kontra l-għargħar ġodda.

    Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima tirreferi għall-isforzi biex jitnaqqsu jew jiġu impediti l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Eżempji ta’ opportunitajiet tan-negozju assoċċjati mal-mitigazzjoni jinkludu l-enerġija rinnovabbli jew l-iżvilupp ta’ aktar bini u sistemi tat-trasport effiċjenti fl-enerġija.

    It-tassonomija ta’ attivitajiet ekonomiċi sostenibbli, proposta mill-Kummissjoni bħala parti mill-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Finanzjament ta' Tkabbir Sostenibbli, timmira li tidentifika u tikklassifika opportunitajiet relatati mal-klima.

    Il-Figura 2 turi r-relazzjoni bejn ir-riskji u l-opportunitajiet relatati mal-klima.

    Figura 2

    Riskji u opportunitajiet relatati mal-klima

    Image 2

    Ir-riskji u l-opportunitajiet relatati mal-klima tul il-katina ta’ valur

    Meta jirrappurtaw dwar ir-riskji, id-dipendenzi u l-opportunitajiet relatati mal-klima tagħhom, il-kumpaniji għandhom, fejn rilevanti u proporzjonat, iqisu l-katina ta’ valur kollha tagħhom, kemm upstream kif ukoll downstream. Għall-kumpaniji involuti fl-attivitajiet ta’ manifattura dan ifisser li jiġi segwit approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott li jqis il-kwistjonijiet tal-klima fil-katina ta’ provvista u l-provvista ta’ materja prima, kif ukoll matul l-użu tal-prodott u meta l-prodott jasal fit-tmiem tal-ħajja tiegħu. Il-kumpaniji li jipprovdu s-servizzi, inklużi servizzi finanzjarji, ukoll se jkollhom iqisu l-impatti klimatiċi tal-attivitajiet li huma jappoġġjaw jew jiffaċilitaw.

    Meta l-SMEs ikunu parti mill-katina ta’ valur, il-kumpaniji jiġu mħeġġa jappoġġjawhom billi jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa.

    2.4.   L-istruttura tad-divulgazzjonijiet proposti

    Dawn il-linji gwida jipproponu divulgazzjonijiet relatati mal-klima għal kull wieħed mill-ħames oqsma ta’ rappurtar elenkati fid-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju: (a) mudell tan-negozju (b) politiki u diliġenza dovuta (c) eżitu tal-politiki (d) riskji prinċipali u mmaniġġjar tar-riskji u (e) indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni.

    Għal kull qasam ta’ rappurtar, il-linji gwida jidentifikaw għadd limitat ta’ divulgazzjonijiet rakkomandati. Kumpanija għandha tqis l-użu ta’ divulgazzjonijiet rakkomandati sa fejn dawn ikunu meħtieġa għal fehim tal-iżvilupp, il-prestazzjoni, il-pożizzjoni u l-impatt tal-attivitajiet tagħha.

    Gwida ulterjuri hija pprovduta wara d-divulgazzjonijiet rakkomandati għal kull qasam ta’ rappurtar. Il-gwida ulterjuri tikkonsisti minn suġġerimenti għal informazzjoni aktar dettaljata li l-kumpaniji jistgħu jqisu inkluż bħala parti mid-divulgazzjonijiet rakkomandati. Barra minn hekk, gwida ulterjuri hija pprovduta għall-banek u għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni fl-Anness I.

    Meta jiddeċiedu jekk jużawx u sa fejn jużaw id-divulgazzjonijiet rakkomandati u s-suġġerimenti aktar dettaljati inklużi fil-gwida ulterjuri, inkluża l-gwida ulterjuri għall-banek u għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni fl-Anness I, il-kumpaniji għandhom iqisu l-prinċipji ta’ rappurtar mhux finanzjarju tajjeb inkluż fil-Linji Gwida Mhux Vinkolanti tal-2017 tal-Kummissjoni dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju, inklużi l-prinċipji dwar l-informazzjoni divulgata jiġifieri: materjali; ġusta, ibbilanċjata u komprensibbli; u komprensiva iżda konċiża.

    Id-daqs tar-riskji u l-opportunitajiet relatati mal-klima li tidentifika l-kumpanija se jkunu fattur importanti biex jiġi deċiż jekk jużawx u sa fejn jużaw id-divulgazzjonijiet rakkomandati u l-gwida ulterjuri.

    2.5.   Konsistenza mal-oqfsa u l-istandards ta’ rappurtar rikonoxxuti

    Il-kumpaniji huma mħeġġa jiddivulgaw l-informazzjoni skont l-istandards u l-oqfsa ta’ rappurtar aċċettati b’mod wiesa’ sabiex jimmassimizzaw il-komparabbiltà għall-partijiet ikkonċernati tagħhom. Bħala kontribut għall-konverġenza fil-livell globali u fil-livell tal-UE, dawn il-linji gwida jirreferu għal għadd ta’ oqfsa u standards ta’ rappurtar rikonoxxuti.

    Huma jinkorporaw, b’mod partikolari, id-divulgazzjonijiet rakkomandati tat-Task-Force dwar id-Divulgazzjonijiet Finanzjarji relatati mal-Klima (TCFD), li huma allinjati ma’ oqfsa prinċipali oħra. Id-divulgazzjonijiet irrakkomandati mit-TCFD huma identifikati b’mod separat f’dawn il-linji gwida. L-Anness II juri r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju mmappjati mad-divulgazzjonijiet irrakkomandati tat-TCFD.

    Minbarra t-TCFD, dawn il-linji gwida jqisu wkoll b’mod partikolari l-istandards u l-oqfsa żviluppati mill-Inizjattiva għar-Rappurtar Globali (Global Reporting Initiative, GRI), mis-CDP, mill-Bord tal-Istandards ta’ Divulgazzjoni dwar il-Klima (Climate Disclosure Standards Board,CDSB), mill-Bord tal-Istandards ta’ Kontabbiltà tas-Sostenibbiltà (SASB) u mill-Kunsill Internazzjonali għar-Rappurtar Integrat (IIRC) u mill-Iskema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS). (19)

    3.   DIVULGAZZJONIJIET IRRAKKOMANDATI U GWIDA ULTERJURI

    3.1.   Mudell tan-Negozju

    Huwa importanti ħafna li l-partijiet ikkonċernati jifhmu l-opinjoni tal-kumpanija dwar kif it-tibdil fil-klima jaffettwa l-mudell u l-istrateġija tan-negozju tagħha, u kif l-attivitajiet tagħha jistgħu jaffettwaw il-klima, fuq perjodu qasir, medju u twil. Sabiex jirrappurtaw b’mod adegwat dwar materji relatati mal-klima, il-kumpaniji se jkollhom bżonn jadottaw perspettiva aktar fit-tul milli normalment jadottaw għar-rappurtar finanzjarju.

    Ir-riskji u l-opportunitajiet relatati mal-klima ta’ kumpanija jiddependu fuq it-tip ta’ attività tagħha, il-postijiet ġeografiċi tagħha u l-ippożizzjonar tagħha fit-tranżizzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima.

    Sabiex jinkorporaw b’mod xieraq l-effetti potenzjali tat-tibdil fil-klima fil-proċessi tal-ippjanar tagħhom, il-kumpaniji għandhom iqisu kif ir-riskji u l-opportunitajiet relatati mal-klima jistgħu jevolvu u l-implikazzjonijiet potenzjali tan-negozju tagħhom f’kundizzjonijiet differenti. Mod wieħed kif tali implikazzjonijiet jiġu vvalutati huwa permezz tal-użu ta’ analiżi tax-xenarju.

    Kumpaniji li ma jqisux b’mod xieraq il-mudell u l-istrateġija tan-negozju tagħhom fid-dawl tat-tibdil fil-klima jistgħu jikkawżaw effetti negattivi fuq il-klima u jesperjenzaw impatti negattivi fuq in-negozju tagħhom bħal fuq ir-rapport tal-introjtu, il-finanzjament, il-piż regolatorju futur u l-“liċenzja biex topera”. Min-naħa l-oħra, l-identifikazzjoni ta’ opportunitajiet ġodda relatati mal-klima tista’ ssaħħaħ il-mudell tan-negozju u l-prospettiva tal-qligħ ta’ kumpanija.

    Tabella 1

    Divulgazzjoni dwar Mudell tan-Negozju

    Iddeskrivi l-impatt tar-riskji u l-opportunitajiet relatati mal-klima fuq il-mudell, l-istrateġija u l-ippjanar finanzjarju tan-negozju tal-kumpanija. [Tkopri r-rakkomandazzjoni tat-TCFD dwar l-Istrateġija b)]

    Iddeskrivi l-modi li bihom il-mudell tan-negozju tal-kumpanija jista’ jaffettwa l-klima b’mod pożittiv u negattiv.

    Iddeskrivi r-reżiljenza tal-mudell u l-istrateġija tan-negozju tal-kumpanija, filwaqt li tqis xenarji differenti relatati mal-klima f’perjodi ta’ żmien differenti, inkluż mill-anqas xenarju ta’ 2 °C jew anqas u xenarju ta’ aktar minn 2 °C. (20) [Tkopri r-rakkomandazzjoni tat-TCFD dwar l-Istrateġija c)]

    Gwida ulterjuri:

    Iddeskrivi kwalunkwe bidla fil-mudell u fl-istrateġija tan-negozju tal-kumpanija sabiex jiġu indirizzati r-riskji ta’ tranżizzjoni u fiżiċi u sabiex jiġu sfruttati opportunitajiet tan-negozju relatati mal-klima.

    Iddeskrivi d-dipendenzi tal-kumpanija fuq il-kapitali naturali, bħall-ilma, l-art, l-ekosistemi jew il-bijodiversità li jinsabu f’riskju minħabba t-tibdil fil-klima.

    Iddeskrivi kif kwalunkwe bidla fil-mudell u fl-istrateġija tan-negozju tal-kumpanija sabiex tiġi indirizzata l-mitigazzjoni u/jew l-adattament għat-tibdil fil-klima se tibdel il-ħtiġijiet tal-kapital uman tal-kumpanija.

    Iddeskrivi l-opportunitajiet relatati mal-effiċjenza fir-riżorsi u l-iffrankar tal-kostijiet, l-adozzjoni ta’ sorsi tal-enerġija b’livell baxx ta’ emissjonijiet, l-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi ġodda, l-aċċess għal swieq ġodda, u l-bini ta’ reżiljenza tul il-katina ta’ valur.

    Iddivulga kif il-kumpanija għażlet ix-xenarji.

    Iddeskrivi kif l-attivitajiet tal-kumpanija jikkontribwixxu għat-tibdil fil-klima permezz tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, inkluż mid-deforestazzjoni, mid-degradazzjoni tal-foresti jew mill-bidla fl-użu tal-art.

    3.2.   Politiki u Proċessi ta’ Diliġenza Dovuta

    Is-sistemi ta’ governanza u kontroll huma fundamentali għall-fehim tal-partijiet ikkonċernati dwar ir-robustezza tal-approċċ ta’ kumpanija dwar kwistjonijiet relatati mal-klima. L-informazzjoni dwar l-involviment tal-bord u l-maniġment, b’mod partikolari r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom fir-rigward tat-tibdil fil-klima, tinforma lill-partijiet ikkonċernati dwar il-livell ta' għarfien tal-kumpanija dwar kwistjonijiet relatati mal-klima. Meta tiddeskrivi r-rwol tal-bord, il-kumpanija jista’ jkun li tkun tixtieq tagħmel referenza għal kwalunkwe dikjarazzjoni dwar it-tmexxija korporattiva li jkun meħtieġ li tippubblika.

    Il-partijiet ikkonċernati jistgħu jkunu interessati wkoll fil-politiki tal-kumpanija u kwalunkwe miri assoċjati li juru l-impenn tagħha lejn il-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, u fil-proċessi ta’ diliġenza dovuta tagħha. Dan se jgħin lill-partijiet ikkonċernati jifhmu l-kapaċità tal-kumpanija li timmaniġġja n-negozju tagħha biex timminimizza r-riskju relatat mal-klima, tillimita l-impatti negattivi fuq il-klima u timmassimizza l-impatti pożittivi tul il-katina ta’ valur.

    Il-politiki u l-proċessi li jindirizzaw suġġetti relatati mal-klima jistgħu jkunu separati minn politiki u proċessi operazzjonali oħra jew integrati fihom. Il-proċessi ta’ diliġenza dovuta li jqisu l-klima, pereżempju, jistgħu jiġu integrati fil-qafas tal-immaniġġjar tar-riskji tal-kumpanija. Il-kumpanija jista’ jkun li tkun tixtieq tispjega l-approċċ tagħha dwar l-immaniġġjar ta’ kwistjonijiet relatati mal-klima u r-raġunament għall-għażla ta’ dan l-approċċ.

    Tabella 2

    Divulgazzjoni dwar il-Politiki u l-Proċessi ta’ Diliġenza Dovuta

    Iddeskrivi kwalunkwe politika tal-kumpanija relatata mal-klima, inkluż kwalunkwe politika dwar il-mitigazzjoni jew l-adattament għat-tibdil fil-klima.

    Iddeskrivi kwalunkwe mira relatata mal-klima li l-kumpanija stabbiliet bħala parti mill-politiki tagħha, speċjalment kwalunkwe mira dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, u kif il-miri tal-kumpanija huma relatati mal-miri nazzjonali u internazzjonali u b’mod partikolari mal-Ftehim ta’ Pariġi.

    Iddeskrivi s-sorveljanza tal-bord ta’ riskji u opportunitajiet relatati mal-klima. [Tkopri r-rakkomandazzjoni tat-TCFD dwar il-Governanza a)]

    Iddeskrivi l-irwol tal-maniġment fil-valutazzjoni u fl-immaniġġjar ta’ riskji u opportunitajiet relatati mal-klima u spjega r-raġunament għall-approċċ. [Tkopri r-rakkomandazzjoni tat-TCFD dwar il-Governanza b)]

    Gwida ulterjuri:

    Iddeskrivi l-ingaġġ tal-kumpanija mal-katina ta’ valur tagħha dwar kwistjonijiet relatati mal-klima; waqt li tispjega kif din tinvolvi ruħha ma’ sħab upstream u downstream biex tippromwovi l-mitigazzjoni u/jew l-adattament għat-tibdil fil-klima.

    Spjega kif kwistjonijiet relatati mal-klima jiġu integrati fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali tal-kumpanija.

    Iddeskrivi kwalunkwe ingaġġ tal-politika pubblika dwar kwistjonijiet relatati mal-klima li twettaq il-kumpanija, inkluż is-sħubija ta’ kwalunkwe organizzazzjoni jew grupp ta’ interess rilevanti.

    Iddeskrivi jekk, kif u kemm (b’mod partikolari l-bord u l-maniġment) il-kumpanija għandha aċċess għall-għarfien espert dwar kwistjonijiet relatati mal-klima, mill-kapaċità interna tagħha stess u/jew minn sorsi esterni.

    Iddeskrivi kwalunkwe politika tal-impjegati li hija relatata mal-klima, pereżempju investimenti f’ħiliet meħtieġa għat-tranżizzjoni għal teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, jew miżuri biex jiġi żgurat li l-impjegati jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom b’mod sigur fi klima li qed tinbidel.

    Iddeskrivi jekk u kif il-politika ta’ remunerazzjoni tal-kumpanija tqis il-prestazzjoni relatata mal-klima, inkluż il-prestazzjoni skont il-miri stabbiliti.

    Iddivulga kwalunkwe mira relatata mal-enerġija li l-kumpanija stabbiliet bħala parti mill-politiki tagħha (ara t-Taqsima 3.5).

    Spjega r-raġunament wara l-għażla ta’ kwalunkwe mira relatata mal-klima użata mill-kumpanija.

    Fil-każ ta’ kumpaniji tas-settur tal-art, iddeskrivi kwlaunkwe mira relatata ma’ “bjar” tal-gassijiet serra (assorbiment tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra).

    3.3.   Eżiti

    Id-divulgazzjoni ta’ eżiti ta’ politika relatati mal-klima tgħin lill-partijiet ikkonċernati jimmonitorjaw u jivvalutaw l-iżvilupp, il-pożizzjoni, il-prestazzjoni u l-impatt ta’ kumpanija bħala riżultat tal-politiki tagħha. Billi tivvaluta l-prestazzjoni tagħha permezz tal-istabbiliment tal-miri u r-rappurtar dwar il-miri, il-kumpanija turi l-konsistenza tal-istrateġija, l-azzjonijiet u d-deċiżjonijiet tagħha relatati mat-tibdil fil-klima.

    Aspetti kwantitattivi, bħal indikaturi li jappoġġjaw l-analiżijiet, huma koperti fit-Taqsima 3.5 Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni ta’ dawn il-linji gwida.

    Tabella 3

    Divulgazzjoni dwar l-Eżiti

    Iddeskrivi l-eżiti tal-politika tal-kumpanija dwar it-tibdil fil-klima, inkluż il-prestazzjoni tal-kumpanija mal-indikaturi użati u l-miri stabbiliti biex jiġu mmaniġġjati r-riskji u l-opportunitajiet relatati mal-klima. [Tkopri l-Metriċi u l-miri c) tat-TCFD].

    Iddeskrivi l-iżvilupp tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mal-miri stabbiliti u r-riskji relatati maż-żmien. [Tkopri l-Metriċi u l-miri b) tat-TCFD].

    Gwida ulterjuri:

    Iddeskrivi kif il-prestazzjoni tal-kumpanija rigward il-klima tinfluwenza l-prestazzjoni finanzjarja tagħha, fejn possibbli b’referenza għall-KPI finanzjarji.

    3.4.   Riskji Prinċipali u l-Immaniġġjar tagħhom

    Huwa importanti ħafna għall-investituri u għall-partijiet interessati tagħhom li jkunu jafu kif il-kumpanija tidentifika riskji relatati mal-klima, ir-riskji prinċipali li identifikat, u kif timmaniġġja dawk ir-riskji.

    Id-divulgazzjonijiet dwar ir-riskji għandhom jinkludu riskji tal-kumpanija li għandhom impatt negattiv fuq il-klima u riskji tat-tibdil fil-klima li għandhom impatt negattiv fuq il-kumpanija (riskji ta’ tranżizzjoni u fiżiċi), u jekk u kif dawn it-tnejn huma marbutin. Huwa rrakkomandat li l-kumpaniji jqisu d-definizzjonijiet tar-riskji mogħtija fit-Taqsima 2.3 meta jiddeċiedu liema informazzjoni se jiddivulgaw rigward ir-riskji.

    Meta jiddivulgaw informazzjoni dwar riskji relatati mal-klima, il-kumpaniji għandhom iqisu perjodi ta’ żmien itwal milli normalment jużaw għar-riskji finanzjarji.

    Il-lakuni fid-data u fil-metodoloġiji f’xi każijiet jistgħu jagħmluha diffiċli li tiġi ppreżentata informazzjoni kwantitattiva dwar riskji relatati mal-klima, speċjalment fir-rigward ta’ perjodi ta’ żmien itwal. F’tali każijiet, il-kumpaniji huma mħeġġa jippreżentaw informazzjoni kwalitattiva sakemm dawn il-kwistjonijiet dwar id-data u metodoloġiċi jiġu indirizzati b’mod adegwat.

    Tabella 4

    Id-Divulgazzjoni dwar ir-Riskji Prinċipali u l-Immaniġġjar Tagħhom

    Iddeskrivi l-proċessi tal-kumpanija għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni ta’ riskji relatati mal-klima fuq perjodu qasir, medju u twil u ddivulga kif il-kumpanija tiddefinixxi perjodu qasir, medju u twil. (21) [Tkopri r-rakkomandazzjoni tat-TCFD dwar l-Immaniġġjar tar-riskji a)]

    Iddeskrivi r-riskji prinċipali relatati mal-klima li l-kumpanija identifikat fuq perjodu qasir, medju u twil tul il-katina ta’ valur, u kwalunkwe preżunzjoni li tkun saret waqt l-identifikazzjoni ta’ dawn ir-riskji. [Tkopri r-rakkomandazzjoni tat-TCFD dwar l-Istrateġija a)]. Din id-deskrizzjoni għandha tinkludi r-riskji prinċipali li jirriżultaw minn kwalunkwe dipendenza fuq il-kapitali naturali mhedda mit-tibdil fil-klima, bħall-ilma, l-art, l-ekosistemi jew il-bijodiversità.

    Iddeskrivi l-proċessi għall-immaniġġjar tar-riskji relatati mal-klima (jekk applikabbli kif jieħdu d-deċiżjonijiet biex jimmitigaw, jittrasferixxu, jaċċettaw, jew jikkontrollaw dawn ir-riskji), u kif il-kumpanija qed timmaniġġja r-riskji partikolari relatati mal-klima li identifikat. [Tkopri r-rakkomandazzjoni tat-TCFD dwar l-Immaniġġjar tar-riskju b)]

    Iddeskrivi kif il-proċessi għall-identifikazzjoni, il-valutazzjoni, u l-immaniġġjar tar-riskji relatati mal-klima huma integrati fl-immaniġġjar tar-riskji globali tal-kumpanija. [Tkopri r-rakkomandazzjoni tat-TCFD dwar l-Immaniġġjar tar-Riskju c)]. Aspett importanti ta’ din id-deskrizzjoni huwa kif il-kumpanija tiddetermina s-sinifikat relattiv tar-riskji relatati mal-klima fir-rigward ta’ riskji oħra.

    Gwida ulterjuri:

    Iddeskrivi kwlaunkwe miżuri ta’ adattament dwar il-klima li ħadet il-kumpanija bħala parti mill-proċess ta’ mmaniġġjar tar-riskju.

    Agħti deskrizzjoni dettaljata tar-riskji prinċipali relatati mal-klima skont l-attività kummerċjali.

    Agħti deskrizzjoni dettaljata tar-riskji prinċipali relatati mal-klima skont il-post ġeografiku.

    Identifka l-postijiet li huma kritiċi għall-katini ta’ valur, inklużi operazzjonijiet, fornituri u swieq.

    Iddeskrivi kif il-kumpanija tistabbilixxi u tapplika l-limiti għar-riskji relatati mal-klima, inklużi kwalunkwe passi li jittieħdu biex kwistjonijiet jittellgħu għall-attenzjoni tal-maniġment.

    Iddeskrivi l-proċessi għall-prijoritizzazzjoni ta’ riskji relatati mal-klima, inklużi kwalunkwe livell limitu applikat u indika liema riskji tul il-katina ta’ valur jitqiesu bħala l-aktar sinifikanti.

    Ikkategorizza r-riskji prinċipali tat-tibdil fil-klima dwar il-prestazzjoni finanzjarja tal-kumpanija skont jekk humiex riskji ta’ tranżizzjoni (riskji ta’ politika, legali, teknoloġiċi, tas-suq u reputazzjonali) jew riskji fiżiċi (riskji akuti u kroniċi).

    Iddivulga kwalunke mmappjar tar-riskji li jinkludi kwistjonijiet relatati mal-klima.

    Ipprovdi definizzjonijiet għat-terminoloġija tar-riskji użata jew referenzi għal oqfsa tal-klassifikazzjoni tar-riskju eżistenti użati.

    Iddeskrivi l-frekwenza ta’ reviżjonijiet u analiżijiet fir-rigward tal-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji.

    Iddeskrivi r-rabtiet bejn ir-riskji prinċipali relatati mal-klima u l-KPI finanzjarji.

    Iddivulga kif ix-xenarji u/jew l-ipprezzar intern tal-karbonju jintużaw għal azzjonijiet ta’ mmaniġġjar tar-riskji bħall-mitigazzjoni, it-trasferiment jew l-adattament.

    Iddivulga l-impatti finanzjarji ta’ avvenimenti tat-temp estremi, inklużi indikaturi possibbli dwar jiem ta’ interruzzjonijiet fin-negozju u kostijiet assoċjati, kostijiet ta’ tiswijiet, indeboliment ta’ assi fissi, tfixkil fil-katina ta’ valur u dħul mitluf.

    Iddeskrivi kif il-prestazzjoni tal-kumpanija tiġi affettwata mill-varjabbiltà tat-temp, b’mod partikolari għal kumpaniji sensittivi għall-varjabbiltà fit-temperatura u l-preċipitazzjoni.

    3.5.   Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni

    Skont id-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju, il-kumpaniji għandhom jiddivulgaw indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni rilevanti għan-negozji partikolari tagħhom. Huma għandhom iqisu l-użu ta’ indikaturi sabiex jappoġġjaw id-divulgazzjonijiet l-oħra tagħhom relatati mal-klima, bħal dawk relatati mal-eżiti jew ir-riskji prinċipali u l-immaniġġjar tagħhom, u biex jippermettu l-aggregazzjoni u l-komparabbiltà bejn il-kumpaniji u l-ġurisdizzjonijiet. L-indikaturi għandhom jiġu integrati ma’ divulgazzjonijiet oħra sabiex jappoġġjaw u jispjegaw in-narrattiva. Madanakollu, hija meqjusa wkoll prattika tajba li tiġi ppubblikata tabella addizzjonali li tippreżenta l-indikaturi kollha f’post wieħed.

    Sabiex jintlaħqu l-aspettattivi tat-TCFD, il-kumpaniji għandhom jiddivulgaw l-indikaturi u l-miri użati mill-kumpanija biex jiġu vvalutati r-riskji u l-opportunitajiet relatati mal-klima f’konformità mal-istrateġija u mal-proċessi ta' mmaniġġjar tar-riskju tagħhom [Tkopri r-rakkomandazzjoni tat-TCFD Metriċi u miri a)].

    Ir-robustezza u l-affidabbiltà tad-data huma fundamentali biex l-informazzjoni tkun tista’ tintuża fi proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Meta ma tkunx preżenti, il-kumpaniji għandhom jipprovdu deskrizzjoni ta’ u kwalunkwe bidla fil-metodoloġiji użati fil-kalkolu jew l-istima tal-indikaturi.

    Indikaturi rrakkomandati  (22)

    Skont il-valutazzjoni tal-materjalità tal-kumpanija u sabiex tiġi ffaċilitata komparabbiltà akbar tad-divulgazzjonijiet tal-informazzjoni mhux finanzjarja mill-kumpaniji, il-kumpaniji għandhom iqisu li jiddivulgaw l-indikaturi f’din it-taqsima.

    L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra

    Din it-taqsima fiha erba’ indikaturi differenti dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra: emissjonijiet diretti ta’ gassijiet serra; emissjonijiet indiretti ta’ gassijiet serra mill-ġenerazzjoni ta’ elettriku, fwar, sħana, jew tkessiħ miksuba u kkunsmati; l-emissjonijiet indiretti kollha l-oħra ta’ gassijiet serra li jokkorru fil-katina ta’ valur tal-kumpanija ta’ rappurtar; u l-mira ta’ emissjonijiet assoluti ta’ gassijiet serra. Il-kumpaniji li jiddeċiedu li jużaw kwalunkwe wieħed minn dawn l-indikaturi jew l-indikaturi kollha għandhom:

    jikkalkulaw l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom f’konformità mal-metodoloġija tal-Protokoll tal-Gassijiet Serra jew l-istandards ISO 14064-1:2018 u, fejn xieraq, mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 179/2013 għall-metodi komuni dwar il-kejl tal-prestazzjoni tal-gassijiet serra skont approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja (l-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjoni u l-Impronta Ambjentali tal-Prodott). Dan se jippermetti l-aggregazzjoni u l-komparabbiltà bejn il-kumpaniji u l-ġurisdizzjonijiet;

    indika l-istatus ta’ verifika/assigurazzjoni tal-partijiet terzi li japplika għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 1, l-Ambitu 2 u l-Ambitu 3 irrappurtati tagħhom.

    KPI

    Unità ta’ Kejl

    Eżempju

    Raġunament

    Allinjament ma’ Oqfsa ta’ Rappurtar Oħra

    Ir-Referenza għall-Politika tal-UE

    L-emissjonijiet diretti ta’ gassijiet serra minn sorsi proprjetà ta’ jew ikkontrollati mill-kumpanija (l-Ambitu 1)

    Tunnellati metriċi ta’ CO2e (23)

    270 900 tCO2e

    Dan il-KPI jiżgura li l-kumpaniji qed ikejlu l-marka tal-karbonju tagħhom minn emissjonijiet diretti b’mod preċiż.

    Il-Metriċi u l-Miri tat-TCFD, il-Kwestjonarju tas-CDP dwar it-Tibdil fil-Klima, GRI 305, il-qafas CDSB, SASB, EMAS

    L-Iskema tal-UE għan-negozjar ta’ emissjonijiet (ETS)

    Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030

    Gwida ulterjuri:

    Il-kumpaniji għandhom jiddivulgaw 100 % mill-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 1 tagħhom. Dan se jgħin biex titjieb il-kwalità tar-rappurtar dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ kumpaniji oħra. Jekk kumpanija ma tkunx tista’ tiġbor data affidabbli għal proporzjon mill-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 1, din għandha tieħu stima raġjonevoli għal dak il-proporzjon sabiex tasal għal ċifra għal 100 %. F’dak il-każ, il-kumpanija għandha tiddivulga wkoll (1) il-% tal-emissjonijiet li għalih tkun inġabret data affidabbli u l-% tal-emissjonijiet li jkunu ġew stmati, (2) ir-raġunijiet għaliex ma setgħetx tinġabar data affidabbli għal proporzjon tal-emissjonijiet u (3) il-metodoloġija użata biex jiġi stmat il-proporzjon ta’ emissjonijiet li għalih ma setgħetx tinġabar data affidabbli.

    Fejn xieraq, il-kumpaniji għandhom iqisu d-divulgazzjoni ta’ analiżi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 1 skont il-pajjiż jew ir-reġjun (inkluża l-UE), skont l-attività tan-negozju, u skont is-sussidjarja. Eż.: L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 1 fil-pajjiż/reġjun X 42 260 tCO2e, fil-pajjiż/reġjun Y 54 180 tCO2e.


    KPI

    Unità ta’ Kejl

    Eżempju

    Raġunament

    Allinjament ma’ Oqfsa ta’ Rappurtar Oħra

    Ir-Referenza għall-Politika tal-UE

    L-emissjonijiet indiretti ta’ gassijiet serra mill-ġenerazzjoni ta’ elettriku, fwar, sħana, jew tkessiħ miksuba u kkunsmati (li flimkien jissejħu “elettriku”) (l-Ambitu 2)

    Tunnellati metriċi ta’ CO2e

    632 400 tCO2e

    Dan il-KPI jiżgura li l-kumpaniji qed ikejlu l-emissjonijiet minn elettriku, fwar, sħana u tkessiħ mixtrija jew miksuba.

    Il-Metriċi u l-Miri tat-TCFD, il-Kwestjonarju tas-CDP dwar it-Tibdil fil-Klima, GRI 305, il-qafas CDSB, EMAS

    Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030

    Gwida ulterjuri:

    Jekk ikun meħtieġ, il-kumpaniji għandhom jiddikjaraw jekk hemmx xi sorsi (eż. faċilitajiet, gassijiet serra speċifiċi, attivitajiet, ġeografiji, eċċ) tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 2 fil-limiti ta’ rappurtar magħżula tagħhom li għaliha l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ma setgħux jinġabru jew jiġu stmati, u r-raġunijiet għal dan.

    Fejn xieraq, il-kumpaniji għandhom iqisu d-divulgazzjoni ta’ analiżi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 2 skont il-pajjiż jew ir-reġjun (inkluża l-UE), skont l-attività tan-negozju, u skont is-sussidjarja. Eż.: L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 2 fil-pajjiż/reġjun X 98 654 tCO2e, fil-pajjiż/reġjun Y tal-UE: 126 480 tCO2e.


    KPI

    Unità ta’ Kejl

    Eżempju

    Raġunament

    Allinjament ma’ Oqfsa ta’ Rappurtar Oħra

    Ir-Referenza għall-Politika tal-UE

    L-emissjonijiet indiretti ta’ gassijiet serra kollha (mhux inklużi fl-Ambitu 2) li jokkorru fil-katina ta’ valur tal-kumpanija ta’ rappurtar, inklużi l-emissjonijiet upstream kif ukoll dawk downstream (l-Ambitu 3)

    Tunnellati metriċi ta’ CO2e

    4 383 000 tCO2e

    Għall-biċċa l-kbira tal-kumpaniji, il-maġġoranza tal-emissjonijiet iseħħu indirettament minn attivitajiet tal-katina ta’ valur. Dan il-KPI jgħin biex titkejjel ir-reqqa tal-proċessi ta’ kontabbiltà tal-kumpaniji u biex wieħed jifhem kif il-kumpaniji qed janalizzaw il-marki tal-emissjonijiet tagħhom.

    Il-Metriċi u l-Miri tat-TCFD, il-Kwestjonarju tas-CDP dwar it-Tibdil fil-Klima, GRI 305, il-qafas CDSB, EMAS

    Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030

    Gwida ulterjuri:

    L-Ambitu 3 għandu jispjega l-emissjonijiet mill-attivitajiet li jseħħu “downstream” u “upstream” mill-operazzjonijiet proprji tal-kumpanija.

    Il-kumpaniji ma għandhom jeskludu l-ebda attività li tikkomprometti r-rilevanza tal-inventarju dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 3. L-Istandard ta’ Kontabbiltà u ta’ Rappurtar tal-Katina ta’ Valur Korporattiva tal-Protokoll tal-Gassijiet Serra (l-Ambitu 3) u l-Anness H tal-ISO 14064-1:2018 jipprovdu kriterji għad-determinazzjoni tar-rilevanza. Il-kumpaniji għandhom jispjegaw kwalunkwe kategorija eskluża fid-divulgazzjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 3. Meta l-SMEs ikunu parti mill-katina ta’ valur, il-kumpaniji jiġu mħeġġa jappoġġjawhom billi jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa.


    KPI

    Unità ta’ Kejl

    Eżempju

    Raġunament

    Allinjament ma’ Oqfsa ta’ Rappurtar Oħra

    Ir-Referenza għall-Politika tal-UE

    Il-mira tal-emissjonijiet assoluti ta’ gassijiet serra

    Tunnellati metriċi ta’ CO2e miksuba jew % ta' tnaqqis, mis-sena bażi

    Tnaqqis ta’ 20 % f’emissjonijiet assoluti, ekwivalenti għal tnaqqis ta’ 1 500 000 tCO2e sal-2025 mis-sena bażi 2018

    L-istabbiliment ta’ miri jagħti direzzjoni u struttura lill-istrateġija ambjentali. Dan il-KPI jgħin biex wieħed jifhem l-impenji tal-kumpaniji lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet u jekk il-kumpanija jkollhiex objettiv li lejh qed tarmonizza u tiffoka sforzi relatati mal-emissjonijiet.

    Il-Metriċi u l-Miri tat-TCFD, il-Kwestjonarju tas-CDP dwar it-Tibdil fil-Klima, GRI 103-2 u 305, il-qafas CDSB, SASB, EMAS

    Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030

    Gwida ulterjuri:

    Il-kumpaniji għandhom jiddeskrivu jekk il-mira/miri tagħhom hix relatata/humiex relatati mal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 1, tal-Ambitu 2 u/jew tal-Ambitu 3 tagħhom kompletament jew parzjalment.

    Il-kumpaniji għandhom jiddeskrivu l-iżvilupp tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mal-miri stabbiliti (ara t-Taqsima 3.3 Eżiti).

    Il-kumpaniji għandhom iqisu l-istabbiliment ta’ miri għall-2025 jew għall-2030 u jirrieżaminawhom kull ħames snin. Huma jistgħu jqisu wkoll l-istabbiliment ta’ mira għall-2050 sabiex jallinjaw mal-Ftehim ta’ Pariġi.

    Fejn xieraq, il-kumpaniji għandhom iqisu d-divulgazzjoni ta’ miri tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont il-pajjiż jew ir-reġjun (inkluża l-UE), skont l-attività tan-negozju, u skont is-sussidjarja.

    Il-kumpaniji jistgħu jqisu d-divulgazzjoni ta’ mira ta’ intensità addizzjonali espressa f’tunnellati metriċi ta’ CO2e għal kull metriku tan-negozju jew % ta’ tnaqqis ta’ metrika tal-intensità, mis-sena bażi (eż. it-tnaqqis ta’ 8 % f’emissjonijiet relattivi, ekwivalenti għal tnaqqis ta’ 350 tCO2e kull EUR 1 miljun ta’ dħul sal-2025 mis-sena bażi 2018).

    L-enerġija

    KPI

    Unità ta’ Kejl

    Eżempju

    Raġunament

    Allinjament ma’ Oqfsa ta’ Rappurtar Oħra

    Ir-Referenza għall-Politika tal-UE

    Il-konsum u/jew il-produzzjoni totali tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u mhux rinnovabbli

    MWh

    292 221 MWh ikkonsmati minn sorsi rinnovabbli;

    1 623 453 MWh ikkonsmati minn sorsi mhux rinnovabbli

    Il-konsum u l-produzzjoni tal-enerġija jirrappreżenta proporzjon importanti mill-emissjonijiet ta’ gassijiet serra.

    Il-Metriċi u l-Miri tat-TCFD, il-Kwestjonarju tas-CDP dwar it-Tibdil fil-Klima, GRI 302, il-qafas CDSB, SASB, EMAS

    Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030; Id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija

    Gwida ulterjuri

    Il-fjuwils ikkonsmati bħala feedstock ma jinħarqux għall-finijiet ta’ enerġija u ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkoli għal dan l-indikatur.

    Inkludi analiżi tas-sorsi differenti tal-enerġija rinnovabbli. Is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli huma dawk li jistgħu jiġu rikostitwiti b’mod naturali fuq perjodu ta’ żmien uman, bħar-riħ, ix-xemx, l-ilma, ġeotermika, bijomassa, eċċ. Din id-definizzjoni teskludi l-fjuwils fossili kollha (faħam, żejt, gass naturali) u l-fjuwils nukleari. L-enerġija mill-iskart ma għandhiex tiġi inkluża jekk tkun derivata mill-fjuwils fossili. (24)

    Meta tiddivulga sorsi tal-enerġija mhux rinnovabbli, agħmel distinzjoni bejn sorsi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u sorsi oħra tal-enerġija mhux rinnovabbli.


    KPI

    Unità ta’ Kejl

    Eżempju

    Raġunament

    Allinjament ma’ Oqfsa ta’ Rappurtar Oħra

    Ir-Referenza għall-Politika tal-UE

    Mira tal-effiċjenza fl-enerġija

    Perċentwal

    Titjib ta’ 6.5 % sal-2025 mis-sena bażi 2018 għall-prodott, l-output jew l-attività.

    Dan il-KPI jgħin lill-utenti tad-data jifhmu l-ambizzjoni tal-kumpaniji li tuża l-enerġija b’mod aktar effiċjenti, li jista’ jnaqqas il-kostijiet tal-enerġija tagħhom u jbaxxi l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Huwa jipprovdi sfond ulterjuri dwar kif il-kumpanija timmira li tikseb il-miri ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet tagħha.

    Il-Metriċi u l-Miri tat-TCFD, il-Kwestjonarju tas-CDP dwar it-Tibdil fil-Klima, GRI 103-2 u 302, SASB, EMAS

    Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030; Id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija

    Gwida ulterjuri

    Il-kumpaniji għandhom jiddeskrivu l-progress mal-miri tal-enerġija stabbiliti (ara t-Taqsima 3.3 Eżiti).


    KPI

    Unità ta’ Kejl

    Eżempju

    Raġunament

    Allinjament ma’ Oqfsa ta’ Rappurtar Oħra

    Ir-Referenza għall-Politika tal-UE

    Il-mira tal-konsum u /jew tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli

    Żieda ta' % tal-proporzjon ta’ enerġija rinnovabbli kkunsmata/prodotta mis-sena bażi

    Żieda ta’ 13 % tal-proporzjon ta’ enerġija rinnovabbli kkunsmata sal-2025 mis-sena bażi 2018

    Dan il-KPI jgħin lill-utenti tad-data jifhmu l-ambizzjoni tal-kumpaniji li jipproduċu jew jikkonsmaw l-enerġija b’emissjonijiet ta’ gassijiet serra aktar baxxi.

    Il-Metriċi u l-Miri tat-TCFD, il-Kwestjonarju tas-CDP dwar it-Tibdil fil-Klima, GRI 103-2 u 302, EMAS

    Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030; Id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli

    Gwida ulterjuri

    Il-kumpaniji għandhom jiddeskrivu l-progress mal-miri tal-enerġija stabbiliti (ara t-Taqsima 3.3 Eżiti).

    Riskji fiżiċi

    KPI

    Unità ta’ Kejl

    Eżempju

    Raġunament

    Allinjament ma’ Oqfsa ta’ Rappurtar Oħra

    Ir-Referenza għall-Politika tal-UE

    Assi impenjati f’reġjuni li aktarx se jsiru aktar esposti għal riskji tat-tibdil fil-klima fiżiċi akuti jew kroniċi

    Perċentwal

    15 % ta’ valur kontabilistiku ta’ assi reali skoperti

    Avvenimenti ta’ temp estrem jistgħu jwasslu għal interruzzjonijiet jew limitazzjonijiet fil-kapaċità ta’ produzzjoni jew tnaqqis bikri ta’ faċilitajiet operazzjonali. Il-valur tal-assi fl-oqsma esposti għal żieda fit-temp jaffettwa l-implikazzjonijiet potenzjali għall-valwazzjoni tal-assi. Huwa importanti li dan il-KPI jiġi osservat flimkien mad-divulgazzjonijiet fir-rigward tal-istrateġiji u l-politiki ta’ adattament tal-kumpanija.

    Il-Metriċi u l-Miri tat-TCFD, il-kodiċijiet 450a.1 SASB kollha fi ħdan l-industriji magħżula

    L-Istrateġija ta’ Adattament tal-UE

    Gwida ulterjuri:

    Huwa rrakkomandat li l-kumpaniji jiddivulgaw is-sorsi jew il-metodoloġija li jkunu użaw biex jidentifikaw reġjuni aktar esposti għal riskji fiżiċi relatati mal-klima.

    Prodotti u servizzi

    KPI

    Unità ta’ Kejl

    Eżempju

    Raġunament

    Ir-Referenza għall-Politika tal-UE

    Fatturat perċentwali fis-sena ta’ rappurtar minn prodotti jew servizzi assoċjati ma’ attivitajiet li jissodisfaw il-kriterji għall-kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima kif stipulat fir-Regolament dwar l-istabbiliment ta’ qafas sabiex jiġi ffaċilitat investiment sostenibbli (tassonomija tal-UE).

    U / jew

    Investiment (CapEx) u/jew nefqiet (OpEx) perċentwali fis-sena ta’ rappurtar għall-assi jew il-proċessi assoċjati mal-attivitajiet li jissodisfaw il-kriterji għall-kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima kif stipulat fir-Regolament dwar l-istabbiliment ta’ qafas sabiex jiġi ffaċilitat investiment sostenibbli (tassonomija tal-UE).

    Perċentwal

    12.5 % (dħul) minn prodotti jew servizzi assoċjati ma’ attivitajiet li jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-mitigazzjoni jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima

    8 % (CapEx) fi prodotti assoċjati ma’ attivitajiet li jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-mitigazzjoni jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima

    Dawn il-KPIs jipprovdu informazzjoni utli lill-investituri li huma interessati f’kumpaniji li l-prodotti u s-servizzi tagħhom jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-mitigazzjoni jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima filwaqt li ma jagħmlux ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra tal-UE.

    Ir-Regolament Propost dwar l-istabbiliment ta’ qafas sabiex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli

    Il-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-finanzjament ta' tkabbir sostenibbli

    Gwida ulterjuri

    Il-kumpaniji għandhom jirrappurtaw dwar dan l-indikatur jekk u meta r-Regolament propost dwar l-istabbiliment ta’ qafas sabiex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli (tassonomija tal-UE) jiġi approvat. Waqt li jivvalutaw jekk attività tikkontribwixxix b’mod sostanzjali għaż-żewġ objettivi ta’ mitigazzjoni jew adattament għat-tibdil fil-klima tal-UE filwaqt li ma tagħmilx ħsara sinifikanti lil xi objettiv ambjentali ieħor tal-UE, il-kumpaniji għandhom iqisu l-kriterji u l-kundizzjonijiet rilevanti kollha stipulati fir-Regolament.

    Finanzjament Ekoloġiku

    KPI

    Unità ta’ Kejl

    Eżempju

    Raġunament

    Allinjament ma’ Oqfsa ta’ Rappurtar Oħra

    Ir-Referenza għall-Politika tal-UE

    Il-Proporzjon ta’ Bonds Ħodor relatati mal-Klima:

    L-ammont totali ta’ bonds ħodor pendenti (fi tmiem is-sena) diviż bl-ammont totali ta’ bonds pendenti (medja mobbli ta’ 5 snin)

    u / jew,

    Il-Proporzjon ta’ Dejn Aħdar relatat mal-Klima:

    L-ammont totali ta’ strumenti tad-dejn aħdar pendenti kollha (fi tmiem is-sena) diviż bl-ammont totali tad-dejn kollu pendenti (medja mobbli ta’ 5 snin).

    Perċentwal

    20 % tal-bonds

    Dawn il-KPIs jgħinu lill-kumpaniji jikkomunikaw kif il-pjan ta’ tranżizzjoni lejn livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju huwa appoġġjat minn attivitajiet ta’ finanzjament tad-dejn u kif jinġabar kapital għal proġetti eżistenti u ġodda b’benefiċċji tal-klima.

    ISO/CD 14030-1

    Bonds ħodor -- Il-prestazzjoni ambjentali ta’ proġetti u assi nnominati (ABBOZZ)

    Il-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-finanzjament ta' tkabbir sostenibbli

    Gwida ulterjuri:

    L-ammont totali ta’ bonds ħodor jew dejn aħdar għandu jinkludi biss bonds u strumenti ta’ dejn maħruġa skont Standard ta’ Bond Aħdar potenzjali tal-UE jekk u meta tali standard jiġi approvat, jew skont kwalunkwe qafas ta’ bond aħdar rikonoxxut b’mod wiesa’, bħall-Prinċipji tal-Bonds Ħodor u l-Prinċipji tas-Self Aħdar. Il-kumpaniji għandhom jispeċifikaw il-qafas ta' bond aħdar applikat.

    Għal emittenti ta’ bonds li jkunu ħarġu bonds li mhumiex strumenti elenkati (eż. bħal pjazzamenti privati), għandha tiġi divulgata l-analiżi ta’ dawk elenkati u dawk mhux elenkati.

    Il-kumpaniji għandhom iqisu wkoll li jipprovdu l-miri futuri relatati ma’ dawn il-KPIs.

    Barra mill-indikaturi ta’ hawn fuq, il-kumpaniji għandhom iqisu wkoll dan li ġej:

    Indikaturi speċifiċi għas-settur rilevanti għall-industrija partikolari. Kumpaniji minn setturi li jinkludu iżda mhumiex limitati għal dawk tal-enerġija, tat-trasport, tal-materjali, tal-proprjetà immobbli, u tal-agrikoltura għandhom jirreferu għall-gwida supplimentari tat-TCFD għall-gruppi mhux finanzjarji u oqfsa ta’ rappurtar oħra relatati mal-klima sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà tal-KPIs irrappurtati fis-setturi u fil-kumpaniji. (25)

    Indikaturi dwar kwistjonijiet ambjentali relatati. Il-kumpaniji li l-mudelli tan-negozju tagħhom jiddependu fuq kapitali naturali mhedda mit-tibdil fil-klima jista' jkollhom bżonn jiddivulgaw indikaturi relatati ma’ dawk il-kapitali naturali (eż. l-ilma, il-produttività tal-ħamrija jew il-bijodiversità). Il-kumpaniji b’impatti avversi fuq il-klima minħabba l-bidla fl-użu tal-art inkluż deforestazzjoni u degradazzjoni ta’ foresti għandhom iqisu li jiddivulgaw indikaturi dwar dawn il-materji. (26)

    Indikaturi dwar kapital uman u kwistjonijiet soċjali relatati, bħat-taħriġ u r-reklutaġġ ta’ impjegati.

    Indikaturi relatati ma’ opportunitajiet. Kumpaniji li jinvolvu ruħhom fi tranżizzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, allinjati mal-politiki prinċipali tal-UE (27), li qed iwettqu attivitajiet ta’ mitigazzjoni/adattament għat-tibdil fil-klima li jistgħu jinbidlu f’opportunitajiet għall-kumpanija għandhom iqisu li jiddivulgaw KPIs li jirriflettu tali sforzi. Eżempji ta’ dawn jistgħu jkunu d-dħul minn prodotti b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, dħul minn prodotti jew servizzi li japplikaw għall-mudell tal-ekonomija ċirkolari, u n-nefqiet fir-riċerka u l-iżvilupp fil-produzzjoni ta’ ekonomija ċirkolari.


    (1)  ĠU L 330, 15.11.2014, p. 1.

    (2)  https://ec.europa.eu/clima/policies/strategies/2030_mt

    (3)  https://ec.europa.eu/clima/policies/strategies/2050_mt

    (4)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52018DC0097

    (5)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52018PC0353

    (6)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52018PC0354

    (7)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/FR/TXT/?uri=CELEX%3A52018PC0355

    (8)  https://www.fsb-tcfd.org/

    (9)  https://ec.europa.eu/info/consultations/finance-2019-non-financial-reporting-guidelines_en

    (10)  ĠU C 215, 5.7.2017, p. 1.

    (11)  Dan ma jipprevjenix il-kunsiderazzjoni xierqa ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva. Informazzjoni rilevanti tista’ tiġi pprovduta f’termini usa’ li xorta jwasslu informazzjoni utli lill-investituri u lil partijiet ikkonċernati oħra u tissodisfa l-objettiv tat-trasparenza kumplessiva.

    (12)  https://www.fsb-tcfd.org/wp-content/uploads/2017/12/FINAL-TCFD-Annex-Amended-121517.pdf

    (13)  Ara l-Anness II “L-Immappjar tar-Rekwiżiti tad-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju u d-Divulgazzjonijiet Rakkomandati tat-TCFD”

    (14)  Entitajiet ta’ interess pubbliku kbar skont id-Direttiva 2013/34/UE b’aktar minn 500 impjegat.

    (15)  L-Artikolu 19a(1) tad-Direttiva 2013/34/UE (introdott mid-Direttiva 2014/95/UE, id-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju).

    (16)  Din id-deskrizzjoni ta’ riskji ta’ tranżizzjoni u fiżiċi hija sa ċertu punt ibbażata fuq ir-rapport tat-Task Force dwar Divulgazzjonijiet Finanzjarji relatati mal-Klima.

    (17)  Gwida ulterjuri dwar ir-rappurtar ta’ riskji fiżiċi tista' tinstab f’Advancing TCFD Guidance on Physical Climate Risks and Opportunities, il-BERŻ u ċ-Ċentru Globali għall-Eċċellenza dwar l-Adattament għall-Klima

    https://www.physicalclimaterisk.com/media/EBRD-GCECA_draft_final_report_full.pdf

    (18)  Spjegazzjoni u gwida ulterjuri fir-rigward tal-kapital naturali hija disponibbli mill-Koalizzjoni tal-Kapital Naturali https://naturalcapitalcoalition.org/

    (19)  Id-Djalogu dwar ir-Rappurtar Korporattiv qed iwettaq ħidma sabiex id-divulgazzjonijiet relatati mal-klima tal-IIRC, tas-SASB, tal-GRI, tas-CDP u tas-CDSB jiġu allinjati aħjar. Huwa rrakkomandat li l-kumpaniji jqisu din il-ħidma meta tkun lesta.

    (20)  Il-kumpaniji huma mħeġġa jqisu xenarju ta’ 1,5 °C, fid-dawl tal-konklużjonijiet tar-Rapport Speċjali tal-2018 tal-IPCC. Għal aktar informazzjoni dwar kif titwettaq analiżi tax-xenarju biex tiġi vvalutata r-reżiljenza strateġika ta’ kumpanija, ara s-Suppliment Tekniku tat-TCFD “The Use of Scenario Analysis in Disclosure of Climate-related Risks and Opportunities” (L-Użu ta' Analiżi tax-Xenarju fid-Divulgazzjoni ta' Riskji u Opportunitajiet relatati mal-Klima)

    https://www.fsb-tcfd.org/wp-content/uploads/2017/06/FINAL-TCFD-Technical-Supplement-062917.pdf.

    (21)  Id-definizzjoni ta’ perjodu qasir, medju u twil aktarx tiddependi fuq il-mudell tan-negozju tal-kumpanija u ċ-ċiklu tal-ħajja tal-assi u tal-obbligazzjonijiet tagħha.

    (22)  Sabiex tittejjeb l-użabbiltà, f’din it-taqsima hija pprovduta gwida ulterjuri rilevanti immedjatament wara kull indikatur irrakkomandat.

    (23)  Ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju jew ekwivalenti għas-CO2 (CO2e) huwa kejl metriku użat fit-tqabbil tal-emissjonijiet minn diversi gassijiet serra abbażi tal-potenzjal tat-tisħin globali tagħhom, permezz tal-konverżjoni tal-ammonti ta’ gassijiet oħra għall-ammont ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju bl-istess potenzjal ta’ tisħin globali.

    (24)  Definizzjoni ta’ “enerġija rinnovabbli” mill-Gwida tar-Rappurtar dwar it-Tibdil fil-Klima tas-CDP għall-2018.

    (25)  TCFD (2017): L-Implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tat-Task-Force dwar Divulgazzjonijiet Finanzjarji relatati mal-Klima, https://www.fsb-tcfd.org/wp-content/uploads/2017/06/FINAL-TCFD-Annex-062817.pdf. Standards u oqfsa ta’ rappurtar oħra li jipprovdu KPI speċifiċi għall-industrija dwar kwistjonijiet relatati mal-klima jinkludu l-Kwestjonarji tas-CDP dwar it-Tibdil fil-Klima, is-Sigurtà tal-Ilma u l-Foresti, il-GRI 305: Emissjonijiet 2016 u l-GRI 302: L-Istandards tal-enerġija għall-2016 jew l-istandards tal-industrija tas-SASB.

    (26)  Gwida addizzjonali tista’ tinstab fis-Sett ta’ Għodod tal-Protokoll tal-Kapital Naturali https://naturalcapitalcoalition.org/protocol-toolkit/ u fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 179/2013 għall-metodi komuni dwar il-kejl tal-prestazzjoni tal-gassijiet serra skont approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja (Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjoni u Impronta Ambjentali tal-Prodott).

    (27)  Bħall-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari, id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija, l-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet jew il-Pakkett dwar it-Trasport Nadif. Għal aktar dettalji, ara https://ec.europa.eu/clima/policies/strategies/2050_en.


    ANNESS I

    Gwida ulterjuri għall-banek u għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni

    Ir-rekwiżiti tad-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju japplikaw għal kumpaniji, banek u kumpaniji tal-assigurazzjoni kbar elenkati. Id-Direttiva timponi l-istess rekwiżiti fuq il-kumpaniji kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, irrispettivament mis-settur li joperaw fih. Hija għalhekk ma timponix rekwiżiti addizzjonali fuq il-banek u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni meta mqabbla ma’ kumpaniji oħra.

    Id-divulgazzjonijiet proposti fit-Taqsima 3 huma għall-kumpaniji kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju, irrispettivament mis-settur ta’ attività tagħhom, inklużi banek u kumpaniji tal-assigurazzjoni. Il-banek u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni għandhom iħarsu lejn id-divulgazzjonijiet rakkomandati skont it-Taqsima 3 mill-perspettiva partikolari tal-attivitajiet tan-negozju tagħhom, inkluż is-self, l-investiment, is-sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni, u l-attivitajiet tal-immaniġġjar ta’ assi. (1) Dan l-anness jimmira li jgħin lill-banek u lill-kumpaniji tal-assigurazzjoni f’dan l-eżerċizzju, u fih gwida ulterjuri għalihom biex jikkunsidraw jużawha, fejn xieraq, meta jiddivulgaw l-informazzjoni rakkomandata fit-Taqsima 3.

    Dan l-anness ma jindirizzax kumpaniji oħra tas-settur finanzjarju, bħal kumpaniji tal-immaniġġjar ta’ assi jew fondi providenti, minħabba li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju. Tali kumpaniji jistgħu madanakollu jsibu xi wħud mid-divulgazzjonijiet proposti f’dan l-anness utli.

    Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Finanzjament ta’ Tkabbir Sostenibbli jqiegħed enfażi partikolari fuq l-importanza sistematika tas-settur finanzjarju billi jippermetti t-tranżizzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. B’kuntrast mal-biċċa l-kbira tal-kumpaniji, il-banek u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni huma kemm fornituri kif ukoll utenti ta’ informazzjoni relatata mal-klima. Il-banek u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni jistgħu jaggravaw ir-riskji relatati mal-klima jekk l-investimenti u l-politiki ta’ sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni tagħhom jappoġġjaw l-attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu għat-tibdil fil-klima permezz tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, inkluż mid-deforestazzjoni, mid-degradazzjoni tal-foresti jew mill-bidla fl-użu tal-art. Inkella, jistgħu jippromwovu t-tranżizzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u jżidu l-għarfien dwar it-tranżizzjoni billi jintegraw evalwazzjoni tal-impatt potenzjali fuq it-tibdil fil-klima tal-investimenti, self u kuntratti tal-assigurazzjoni prospettivi tagħhom fil-politiki u fil-proċeduri tagħhom.

    Fejn xieraq, il-gwida ulterjuri stabbilita hawn taħt tagħmel distinzjoni bejn id-divulgazzjonijiet li jistgħu jkunu rilevanti għall-banek u għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni kollha, u d-divulgazzjonijiet li jkunu rilevanti biss għal attività tan-negozju partikolari (self, investiment, sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni jew immaniġġjar ta’ assi).

    1.   Mudell tan-Negozju

    Il-banek u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni għandhom iqisu li jinkludu l-informazzjoni li ġejja bħala parti mid-divulgazzjonijiet rakkomandati fil-Mudell tan-Negozju fit-Taqsima 3:

    Kif ir-riskji u l-opportunitajiet relatati mal-klima tal-portafolli ta’ investiment, ta’ self u ta’ sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni jistgħu jaffettwaw il-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni finanzjarja.

    Jekk u kif l-istituzzjoni tqis li l-kontropartijiet tagħha jieħdu inkonsiderazzjoni riskji u opportunitajiet relatati mal-klima.

    Kif il-valutazzjoni tar-riskji u l-opportunitajiet relatati mal-klima tiġi inkluża fl-istrateġiji ta’ investiment, self u sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni rilevanti u kif kull strateġija tista’ tiġi affettwata mit-tranżizzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.

    Attivitajiet ta’ sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni: kif l-impatti potenzjali mit-tibdil fil-klima jistgħu jinfluwenzaw lid-detentur ta’ polza, lill-kumpanija ċedenti, lir-riassiguratur u l-għażla tagħhom mill-kumpanija tal-assigurazzjoni.

    2.   Politiki u Proċessi ta’ Diliġenza Dovuta

    Il-banek u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja bħala parti mid-divulgazzjonijiet rakkomandati dwar il-Politiki u l-proċessi ta’ diliġenza dovuta fit-Taqsima 3:

    Kif l-istituzzjoni finanzjarja tħeġġeġ divulgazzjoni u prattiki aħjar relatati ma’ riskji relatati mal-klima biex tittejjeb id-disponibbiltà tad-data u kwalunkwe sforz biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-kontropartijiet, u b’mod aktar ġenerali tal-konsumaturi, tar-rilevanza ta’ kwistjonijiet relatati mal-klima bħala parti mill-proċessi ta’ self, investiment, u sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni tagħhom, inkluż pereżempju permezz ta’ servizzi ta’ konsulenza ta’ speċjalità relatati mal-klima.

    Kwalunkwe attività ta’ dispensar relatata mal-istrateġija dwar il-klima tal-istituzzjoni finanzjarja bħal impenji ma’ kumpaniji, eżiti u votazzjoni b’delega (eż. riżoluzzjonijiet ippreżentati jew appoġġjati).

    Kwalunkwe portafoll ta’ investiment, self u sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni li jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima u kwalunkwe mira rilevanti f’dan ir-rigward, eż. f’termini ta’ dħul tal-assigurazzjoni relatat mal-effiċjenza enerġetika u t-teknoloġija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.

    Attivitajiet ta’ investiment: kif kwistjonijiet relatati mal-klima jitqiesu bħala motivaturi ta’ valur fil-proċess tad-deċiżjoni ta’ investiment ta’ istituzzjoni finanzjarja.

    Attivitajiet ta’ sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni: jekk prodotti speċifiċi relatati mal-klima humiex qed jiġu żviluppati, bħas-sottoskrizzjoni tar-riskji ta’ infrastruttura ħadra u soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura (2).

    Attivitajiet ta’ sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni: jekk kwalunkwe prodott ta' assigurazzjoni tal-ħajja tal-kumpanija jinkorporax konsiderazzjonijiet tal-klima fl-immudellar tar-riskji bijometriċi (Ħajja).

    Attivitajiet ta’ sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni: jekk il-kumpanija tal-assigurazzjoni tiffurmax parti minn sħubiji pubbliċi-privati biex tippromwovi s-sensibilizzazzjoni dwar riskji relatati mal-klima, investimenti għar-reżiljenza għar-riskju ta’ diżastri u/jew l-adattament għall-klima.

    Attivitajiet tal-immaniġġjar ta’ assi: kif konsiderazzjonijiet relatati mal-klima huma mnaqqxa fil-valutazzjonijiet ta’ idoneità sabiex wieħed jifhem il-preferenzi u l-għarfien tal-konsumaturi rigward riskji u opportunitajiet relatati mal-klima.

    Attivitajiet tal-immaniġġjar ta’ assi: kif l-istituzzjoni finanzjarja tiżgura li l-prestazzjoni relatata mal-klima tagħha hija allinjata mal-istrateġija tal-klima tal-klijenti tagħha.

    Attivitajiet tal-immaniġġjar ta’ assi: il-miri assoċjati mal-iskopertura relatata mal-klima ta’ assi mmaniġġjati bejn klassijiet ta’ assi (eż. ekwità / bonds / infrastruttura / proprjetà immobbli / prodotti strutturati / MBS / derivattivi).

    3.   Eżiti

    Il-banek u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni għandhom iqisu li jinkludu l-informazzjoni li ġejja bħala parti mid-divulgazzjonijiet rakkomandati f’Eżiti fit-Taqsima 3:

    Ix-xejra tal-iżvilupp tal-ammont ta’ assi relatati mal-karbonju fil-portafolli differenti mal-mira rilevanti stabbilita u r-riskji relatati maż-żmien.

    Ix-xejra tal-iżvilupp tal-intensità medja ponderata ta’ karbonju għall-portafolli differenti mal-mira rilevanti stabbilita u r-riskji relatati maż-żmien. L-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jiddivulgaw il-bidliet fis-settur u l-allokazzjoni ġeografika tal-investimenti tagħhom meta mqabbla mas-sena ta’ rappurtar preċedenti u jispjegaw l-impatt ta’ dawn il-bidliet fuq l-intensità medja ppeżata tal-karbonju tal-portafolli tagħhom.

    4.   Riskji u Mmaniġġjar tar-riskji

    Il-banek u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni għandhom iqisu li jinkludu l-informazzjoni li ġejja bħala parti mid-divulgazzjonijiet rakkomandati dwar ir-Riskji u l-immaniġġjar tar-riskji fit-Taqsima 3:

    Jekk il-proċessi tal-immaniġġjar tar-riskji, inkluż l-ittestjar tal-istress intern, iqisux ir-riskji relatati mal-klima.

    Kwalunkwe skopertura fl-attivitajiet ta’ self, investiment u sottoskrizzjoni differenti għas-setturi li huwa mifhum li jikkontribwixxi għat-tibdil fil-klima, li tista' toħloq riskji reputazzjonali għall-istituzzjoni finanzjarja.

    Ir-riskji relatati mal-klima identifikati fl-attivitajiet ta’ self, investiment jew sottoskrizzjoni differenti u kif l-istituzzjoni finanzjarja tivvaluta u timmaniġġja dawk ir-riskji.

    L-iskopertura ta’ assi finanzjarji, assi mhux finanzjarji u assi mmaniġġjati għal riskji prinċipali relatati mal-klima u l-provvediment ta' analiżi ta' dawk ir-riskji f’riskji fiżiċi u ta’ tranżizzjoni.

    Kif l-istituzzjoni finanzjarja vvalutat l-iskopertura tal-assi finanzjarji u l-assi mhux finanzjarji għal riskji relatati mal-klima taħt xenarji differenti relatati mal-klima.

    Il-karatterizzazzjoni tar-riskji relatati mal-klima tagħhom fil-kuntest ta’ kategoriji ta’ riskju industrijali tradizzjonali bħal riskju ta’ kreditu, riskju tas-suq u riskju operazzjonali. (3)

    Kif ir-riskji relatati mal-klima jistgħu jaffettwaw il-ħtiġijiet ta’ solvenza globali tar-rekwiżiti ta’ kapital regolatorju preżenti u futuri tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni u tal-banek. Għal dak il-għan, il-banek jistgħu jużaw l-eżiti tal-proċess ta’ valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital intern tagħhom (ara l-Artikolu 73 tad-Direttiva 2013/36/UE), u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni jistgħu jużaw ir-riżultati tal-kalkoli mwettqa fil-Valutazzjonijiet tar-Riskju Proprju u s-Solvenza tagħhom (ara l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2009/138/KE u l-Artikolu 262 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35), u l-eżitu tal-ittestjar tal-istress u l-analiżi tas-sensittività (ara l-Artikolu 295.6 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35), b’mod partikolari meta dawk it-tekniki jagħmlu użu minn data relatata mal-klima (4).

    Attivitajiet ta’ self: il-volum tal-kollateral espost ħafna għal riskji relatati mal-klima u l-impatt tax-xenarji magħżula fuq il-valur tiegħu.

    Attivitajiet ta’ self: il-volum ta’ kollateral tal-proprjetà immobbli skont il-klassifikazzjoni tal-effiċjenza enerġetika skont ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija. B’mod partikolari, il-volum ta’ kollaterali tal-proprjetà immobbli espost ħafna għar-riskju ta’ tranżizzjoni, inkluż kollateral bl-aktar klassifikazzjonijiet ta’ effiċjenza enerġetika baxxi meta mqabbel mal-kollaterali totali.

    Attivitajiet ta’ self: il-volum ta’ kollaterali tal-proprjetà immobbli esposti ħafna għal riskju fiżiku meta mqabbel mal-kollaterali totali.

    Attivitajiet ta’ sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni: proċessi għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni ta’ riskji relatati mal-klima dwar l-assigurazzjoni / ir-riassigurazzjoni skont il-ġeografija, id-diviżjoni tan-negozju, jew is-segment ta’ prodott.

    Attivitajiet ta’ sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni: azzjonijiet ta’ mitigazzjoni, bħal trattati ta’ riassigurazzjoni jew strateġiji tal-iħħeġġjar implimentati mill-istituzzjoni biex jitnaqqsu r-riskji relatati mal-klima u l-effett ta’ kwalunkwe bidla f’tali tekniki.

    Attivitajiet ta’ sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni: l-ammont ta’ skoperturi ta’ sottoskrizzjoni relatati mal-karbonju f’termini ta’ dħul tal-assigurazzjoni.

    5.   KPI

    Meta jiddivulgaw indikaturi relatati mal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, il-banek u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni għandhom jiffukaw fuq l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 3 tagħhom, minkejja l-isfidi magħrufa sew. L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 1 u tal-Ambitu 2 (emissjonijiet diretti u emissjonijiet indiretti mill-ġenerazzjoni ta’ enerġija mixtrija) aktarx ikunu żgħar meta mqabbla ma’ emissjonijiet indiretti oħra (l-Ambitu 3).

    Fejn rilevanti u xieraq, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Ambitu 3 tal-banek u tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni għandhom jinkludu mhux biss l-emissjonijiet tal-Ambitu 1 u 2 tal-kontropartijiet tagħhom, iżda wkoll l-emissjonijiet tal-Ambitu 3 tal-kontropartijiet tagħhom. Meta l-SMEs ikunu parti mill-katina ta’ valur, il-banek u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni jiġu mħeġġa jappoġġjawhom billi jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa.

    Meta jiddivulgaw indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni rilevanti għan-negozju partikolari tagħhom u b’appoġġ għad-divulgazzjonijiet kwalitattivi l-oħra relatati mal-klima tagħhom, kif irrakkomandat fit-Taqsima 3, il-banek u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni għandhom iqisu li jiddivulgaw l-indikaturi li ġejjin:

    KPI

    Unità ta’ Kejl

    Eżempju

    Raġunament

    Allinjament ma’ Oqfsa ta’ Rappurtar Oħra

    Ir-Referenza għall-Politika tal-UE

    L-ammont jew perċentwal ta’ assi relatati mal-karbonju f’kull portafoll f’EUR M jew bħala perċentwal tal-valur tal-portafoll attwali. (5)

    M f’munita / perċentwal tar-rappurtar

    EUR 20m jew 20 % ta’ assi relatati mal-karbonju tal-portafoll ta’ ekwità tal-bank

    Uri sensibilizzazzjoni tal-esponiment tal-portafoll għas-setturi affettwati fi gradi differenti għal riskji u opportunitajiet relatati mal-klima.

    L-Improntar tal-Karbonju Komuni u l-Metriċi ta’ Esponiment tat-TCFD

    Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030

    L-intensità medja ponderata ta' karbonju ta’ kull portafoll, fejn hemm data disponibbli jew tista’ tiġi stmata b’mod raġjonevoli. (6)

    Dħul tat-tCO2e/ M f’munita tar-rappurtar

    Bank jirrapporta l-intensità tal-karbonju tal-portafoll tal-ekwità tiegħu f’termini tat-tCO2e kull EUR m bl-użu ta’ data tal-karbonju ta’ parti terza.

    Uri sensibilizzazzjoni tal-esponiment tal-portafoll għas-setturi affettwati fi gradi differenti għal riskji u opportunitajiet relatati mal-klima.

    L-Improntar tal-Karbonju Komuni u l-Metriċi ta’ Esponiment tat-TCFD

    Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030

    Volum ta’ skoperturi skont is-settur tal-kontroparti.

    Munita tar-rappurtar

    % tal-iskopertura totali għar-riskju

    EUR 1 250 m fis-settur tal-enerġija li jammonta għal 17 % tal-investimenti totali

    Uri l-konċentrazzjoni ta’ skoperturi għas-setturi b’livell għoli ta’ emissjonijiet tal-karbonju u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.

     

    Il-Pjan Direzzjonali għal Ekonomija b’Livell Baxx ta’ Emissjonijiet tal-Karbonju

    Attivitajiet ta’ Self u Investiment

    KPI

    Unità ta’ Kejl

    Eżempju

    Raġunament

    Allinjament ma’ Oqfsa ta’ Rappurtar Oħra

    Ir-Referenza għall-Politika tal-UE

    L-iskoperturi tar-riskju ta’ kreditu u l-volumi ta’ kollateral skont il-ġeografija/il-pajjiż tal-post tal-attività jew kollateral, b’indikazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi/ġeografiji li huma esposti ħafna għal riskju fiżiku.

    Munita tar-rappurtar

    EUR 750m

    Uri l-konċentrazzjoni ta’ skoperturi u kollateral f’pajjiżi u ġeografiji esposti ħafna għal riskji fiżiċi.

     

    Il-Pjan Direzzjonali għal Ekonomija b’Livell Baxx ta’ Emissjonijiet tal-Karbonju

    Volum ta’ kollaterali relatati ma’ assi jew attivitajiet fis-setturi tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

    % tal-volum totali ta’ kollaterali

    12 % ta’ kollaterali

    Uri l-volum ta’ kollaterali ħodor, eż. bi skopertura baxxa għall-karbonju.

     

    Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030

    Il-volum ta’ assi finanzjarji li jiffinanzjaw l-attivitajiet ekonomiċi sostenibbli li jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-mitigazzjoni u/jew l-adattament għall-klima (ċifri assoluti u mqabbla ma’ skoperturi totali) skont it-tassonomija tal-UE.

    Munita tar-rappurtar

    % tal-iskopertura totali għar-riskju

    EUR 650m li jammonta għal 12 % tal-portafoll ta’ self

    Uri l-konċentrazzjonijiet ta’ investimenti ħodor u r-reżiljenza tagħhom għat-tibdil fil-klima.

     

    Il-Pjan Direzzjonali għal Ekonomija b’Livell Baxx ta’ Emissjonijiet tal-Karbonju

    L-ammont totali tal-portafolli ta’ introjtu fiss investit f’bonds ħodor iċċertifikati skont Standard tal-Bonds Ħodor potenzjali tal-UE jekk u meta tali standard jiġi approvat, jew skont kwalunkwe qafas ta’ bonds ħodor rikonoxxut b’mod wiesa’ (fi tmiem is-sena) diviż b’(medja mobbli ta’ 5 snin tal-) ammont totali ta’ holdings f’portafolli ta’ introjtu fiss.

    Il-perċentwal u l-ammont totali f’munita tar-rappurtar

    Bonds ħodor imqabbla ma’ bonds normali sottoskritti jew maħruġa

    Dan l-indikatur juri l-impenn għall-finanzjament ekoloġiku u l-istrateġija tal-investitur u mogħdija ta’ tranżizzjoni lejn l-allinjament b’xenarju ferm taħt 2 °C.

    Huwa jgħin biex juri li t-track-record u d-data prospettiva jistgħu jsostnu l-istrateġija ta’ tranżizzjoni tal-investitur b’indikatur ewlieni tal-prestazzjoni robust.

    L-abbozz tal-verżjoni proposta ta’ ISO 14030 (Ottubru 2018) dwar bonds ħodor diġà jirrikjedi rappurtar dwar dan l-indikatur.

    Ekotikketta tal-UE li ġejja dwar prodotti finanzjarji ħodor. (7)

    Attivitajiet ta’ sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni

    KPI

    Unità ta’ Kejl

    Eżempju

    Raġunament

    Allinjament ma’ Oqfsa ta’ Rappurtar Oħra

    Ir-Referenza għall-Politika tal-UE

    Analiżi tal-iskopertura ta’ sottoskrizzjoni skont il-linji ta’ negozju għas-setturi ekonomiċi (tal-ħajja/ mhux tal-ħajja/ tar-riassigurazzjoni).

    Munita tar-rappurtar

    L-ammont u l-% ta’ primjums netti miktuba u ta' dispożizzjonijiet tekniċi bħal fid-Direttiva 2009/138/KE li ġejjin mill-assigurazzjoni tal-infrastruttura minn detenturi tal-politika fis-settur tal-enerġija.

    Uri s-sensibilizzazzjoni tal-iskopertura u l-konċentrazzjoni ekonomika attwali (jekk hemm) f’industriji li huma milquta mit-tibdil fil-klima fi gradi varji.

    Tassonomija tal-UE

    SASB

    Id-Direttiva 2009/138/KE (Solvibbiltà II)

    Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030

    Perċentwal ta’ prodotti li jinkorporaw riskji relatati mal-klima fil-proċess ta’ sottoskrizzjoni għal kuntratti individwali (tal-ħajja / mhux tal-ħajja / tar-riassigurazzjoni).

    Bejn 0 u 100 %

    Il-prodotti jistgħu jkunu relatati ma’ tip ta’ riskju speċifiku jew ma’ segment tal-klijentela bi skopertura partikolari għar-riskji tat-tibdil fil-klima.

    Uri r-reżiljenza tal-portafoll tal-prodott għat-tibdil fil-klima.

    SASB

    Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030

    In-numru u l-valur ta’ prodotti ta’ sottoskrizzjoni relatati mal-klima offruti (Mhux tal-ħajja / tar-riassigurazzjoni).

    Il-kumpanija żviluppat offerta speċifika għal żoni ġeografiċi esposti b'mod partikolari għal avvenimenti tat-temp estremi, u tiddivulga informazzjoni kwantitattiva dwar it-teħid tal-prodott.

    Munita tar-rappurtar

    Numru

    Il-kumpanija żviluppat offerta speċifika għal żoni ġeografiċi esposti b'mod partikolari għal avvenimenti tat-temp estremi, u tiddivulga informazzjoni kwantitattiva dwar it-teħid tal-prodott.

    Uri l-kapaċità li tieħu opportunitajiet derivati mill-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima.

    Mhux applikabbli

    Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030

    L-Istrateġija ta’ Adattament tal-UE

    Telf Massimu Mistenni minn katastrofi naturali kkawżati mit-tibdil fil-klima (tal-ħajja / mhux tal-ħajja / tar-riassigurazzjoni).

    Munita tar-rappurtar

    Kumpanija tiddivulga t-Telf Mistenni Massimu Nett tagħha skont il-periklu u r-reġjun

    Abbażi tal-Probabbiltà ta’ Skorriment ta’ Okkorrenza (OEP) f’EUR biljun. Il-perikli jinkludu uragani, għargħar, nirien u nixfiet.

    Uri l-maturità tal-immaniġġjar ta’ riskju u r-reżiljenza tan-negozju għal kundizzjonijiet avversi.

    SASB FN-IN-450a.1,

    AODP

    ASTM

    Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030

    L-Istrateġija ta’ Adattament tal-UE

    It-telf totali attribwibbli għal żborżi tal-assigurazzjoni min (1) katastrofi naturali mistennija u (2) katastrofi naturali mhux mistennija, skont it-tip ta’ avveniment u segment ġeografiku (riassigurazzjoni netta u grossa).

    Munita tar-rappurtar

    Kumpanija tiddivulga r-riżultati prinċipali tal-immaniġġjar tar-riskju ta’ katastrofi naturali tagħha.

    Uri l-maturità tal-immaniġġjar ta’ riskju u r-reżiljenza tan-negozju għal kundizzjonijiet avversi.

    SASB FN-IN-450a.2,

    GRI 201-2

    Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030

    Attivitajiet tal-immaniġġjar tar-riskju

    KPI

    Unità ta’ Kejl

    Eżempju

    Raġunament

    Allinjament ma’ Oqfsa ta’ Rappurtar Oħra

    Ir-Referenza għall-Politika tal-UE

    It-tqassim tal-assi immaniġġjati skont is-settur tan-negozju fil-klassijiet tal-assi (ekwità / bonds / infrastruttura / proprjetà immobbli / prodotti strutturati / MBS / derivattivi). (8)

    Munita tar-rappurtar

    Irrapporta l-valur nett tal-assi f’ekwità mqassam skont l-industrija.

    Uri s-sensibilizzazzjoni tal-iskopertura u l-konċentrazzjoni ekonomika attwali (jekk hemm) f’industriji li huma milquta mit-tibdil fil-klima fi gradi varji.

    Tassonomija tal-UE

    EIOPA

    SASB FN-IN-410a. GRI 201 -2

    Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030


    (1)  L-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jaqraw u jużaw dawn id-divulgazzjonijiet proposti b’attenzjoni dovuta għal kwalunkwe rekwiżit legali rigward il-kunfidenzjalità.

    (2)  http://ec.europa.eu/research/environment/index.cfm?pg=nbs

    (3)  Eżempji ta’ Riskji tat-Tibdil fil-Klima fl-Operazzjonijiet u l-Attivitajiet tal-Assigurazzjoni: L-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni 2018 https://www.iaisweb.org/page/supervisory-material/issues-papers/file/76026/sif-iais-issues-paper-on-climate-changes-risk.

    (4)  Fid-dawl tal-iżviluppi regolatorji fil-qasam prudenzjali, il-banek u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni għandhom jiżguraw konsistenza bejn l-informazzjoni divulgata meħtieġa mir-regoli prudenzjali u kwalunkwe informazzjoni oħra divulgata fir-rapporti għal skop ġenerali.

    (5)  It-TCFD tirrikonoxxi li t-terminu assi relatati mal-karbonju mhux definit sew. Jeħtieġ li l-entitajiet jużaw definizzjoni konsistenti biex jappoġġjaw il-komparabbiltà. It-TCFD tissuġġerixxi li jiġu definiti assi relatati mal-karbonju bħal dawk l-assi marbuta mas-setturi tal-enerġija u l-utilitajiet taħt l-Istandard ta’ Klassifikazzjoni tal-Industrija Globali, minbarra l-industriji tal-utilitajiet tal-ilma u l-enerġija elettrika indipendenti u tal-produtturi tal-elettriku rinnovabbli.

    (6)  L-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jiddivulgaw il-bidliet fis-settur u l-allokazzjoni ġeografika tal-investimenti tagħhom meta mqabbla mas-sena ta’ rappurtar preċedenti u jispjegaw l-impatt ta’ dawn il-bidliet fuq l-intensità medja ppeżata tal-karbonju tal-portafolli tagħhom. L-istituzzjonijiet finanzjarji jingħataw il-parir li jirrieżaminaw ir-rilevanza u l-utilità ta’ dan l-indikatur fuq bażi annwali, fid-dawl ta’ avvanzi rapidi fl-iżvilupp ta’ metodoloġiji ta’ analiżi tax-xenarji u indikaturi tar-riskju marbutin mal-klima u utli għat-teħid tad-deċiżjonijiet.

    It-TCFD jirrikonoxxi l-isfidi u l-limitazzjonijiet tal-indikaturi kurrenti tal-marka tal-karbonju, inkluż li tali indikaturi ma għandhomx neċessarjament jiġu interpretati bħala indikaturi tar-riskju. It-TCFD jirrikonoxxi li xi maniġers tal-assi jistgħu jirrapportaw intensità tal-karbonju medja ponderata għal parti biss mill-assi li jimmaniġġjaw fid-dawl tad-disponibbiltà tad-data u kwistjonijiet metodoloġiċi. L-entitajiet ta’ rapportar jistgħu jipprovdu indikaturi oħrajn tal-immarkar u l- esponiment tal-karbonju inklużi fil-gwida supplimentari tat-TCFD għas-settur finanzjarju flimkien ma’ deskrizzjoni tal-metodoloġija użata (l-Anness TCFD, p. 43).

    (7)  Ekotikketta Ewropea li bħalissa qiegħda tiġi żviluppata mill-Kummissjoni Ewropea bl-appoġġ miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-KE (JRC)

    (8)  L-ammonti għal kull industrija, u/jew settur tal-kontroparti, kif definit fil-filings finanzjarji. Speċifika d-definizzjonijiet użati.

    Irrapporta skopertura tas-settur ta’ livell għoli bbażata fuq klassifikazzjoni statistika ta’ attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE) – kodiċijiet ta’ numru wieħed. B’mod partikolari, irrapporta l-iskopertura għal setturi intensivi b’livell għoli ta’ emissjonijiet tal-karbonju - - A, B, C, D, E, F, H.

    L-entità għandha tiddivulga l-iskopertura tagħha lil mill-anqas 10 mill-akbar industriji skont l-ammont monetarju ta’ skopertura, jew lil industriji li jirrappreżentaw mill-anqas 2 % tal-iskopertura monetarja kumplessiva.


    ANNESS II

    L-immappjar tar-Rekwiżiti tad-Direttiva ta’ Rappurtar Mhux Finanzjarju u d-Divulgazzjonijiet Rakkomandati tat-TCFD

    Id-divulgazzjonijiet proposti f’dan is-suppliment jikkorrispondu mar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju (NFRD) u huma mfassla wkoll biex jintegraw id-divulgazzjonijiet rakkomandati tat-TCFD.

    Il-grafika hawn taħt turi kif dan is-suppliment jalloka kull waħda mid-divulgazzjonijiet rakkomandati tat-TCFD għal rekwiżit ta’ divulgazzjoni tal-NFRD. Dan jirrappeżenta alternattiva waħda għal kontroreferenza tad-divulgazzjonijiet rakkomandati tat-TCFD mad-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-NFRD. Minħabba li l-NFRD u t-TCFD jużaw termini u kunċetti differenti, din il-kontoreferenza tista’ titwettaq b’modi oħra. Il-kumpaniji jistgħu jkunu jixtiequ li jqisu alternattivi oħra u huma mħeġġa jesperimentaw aktar f’dan ir-rigward.

    Figura 3

    L-immappjar ta’ Rekwiżiti tal-NFRD u d-Divulgazzjonijiet Rakkomandati tat-TCFD

    Image 3

    Il-kumpaniji li huma soġġetti għar-rekwiżiti tal-NFRD u li jfittxu li jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tat-TCFD jistgħu jkunu jixtiequ li jqisu dan li ġej:

    It-TCFD tipproponi li d-divulgazzjonijiet rakkomandati tagħha għandhom jiġu ppubblikati fil-“filings finanzjarji annwali” (1) tal-kumpanija. L-NFRD jippermetti lill-Istati Membri biex iħallu lill-kumpaniji jippubblikaw ir-rapport mhux finanzjarju tagħhom f’rapport separat skont ċerti kundizzjonijiet, u l-maġġoranza tal-Istati Membri għażlu din l-alternattiva. Jekk kumpanija soġġetta għall-NFRD tkun tixtieq tissodisfa r-rakkomandazzjonijiet tat-TCFD rigward il-post tad-divulgazzjonijiet relatati mal-klima tagħha, din għandha tippubblika dawn id-divulgazzjonijiet fir-rapport tal-ġestjoni tagħha.

    Il-perspettiva tal-materjalità tal-NFRD tkopri kemm il-materjalità finanzjarja u ambjentali u l-materjalità soċjali, filwaqt li t-TCFD għandha perspettiva ta’ materjalità finanzjarja biss. Għalhekk, fil-prinċipju, informazzjoni meqjusa materjali mill-perspettiva tat-TCFD għandha tkun ukoll materjali mill-perspettiva tal-NFRD.

    It-TCFD issostni li d-divulgazzjonijiet rakkomandati tagħha relatati mal-Istrateġija u mal-Metriċi u mal-Miri għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni ta’ materjalità finanzjarja. Madanakollu, it-TCFD ma ssostnix li valutazzjoni tal-materjalità għandha tapplika għad-divulgazzjonijiet irrakkomandati tagħhom dwar il-Governanza u l-Immaniġġjar tar-Riskji, filwaqt li tipproponi b’mod impliċitu li d-divulgazzjonijiet tagħha dwar il-Governanza u l-Immaniġġjar tar-Riskji għandhom isiru irrispettivament mill-materjalità. Għalhekk, kumpanija li tkun tixtieq timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tat-TCFD jista’ jkollha bżonn tiddivulga ċerta informazzjoni anke jekk dik l-informazzjoni ma tkunx meħtieġa skont l-NFRD.


    (1)  L-Implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tat-TCFD - Appendiċi 2 Glossarju: Il-Filings Finanzjarji jirreferu għall-pakketti ta’ rappurtar annwali fejn l-organizzazzjonijiet huma mitluba jipprovdu r-riżultati finanzjarji awditjati tagħhom skont il-liġijiet korporattivi, ta’ konformità, jew tat-titoli tal-ġurisdizzjonijiet li joperaw fihom. Filwaqt li r-rekwiżiti ta’ rappurtar ivarjaw fuq livell internazzjonali, il-filings finanzjarji b’mod ġenerali fihom rapporti finanzjarji u informazzjoni oħra bħal dikjarazzjonijiet dwar it-tmexxija korporattiva u kummentarju tal-maniġment.


    Top