This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019AP0355
P8_TA(2019)0355 Adjustment of annual pre-financing for the years 2021 to 2023 ***I European Parliament legislative resolution of 4 April 2019 on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council amending Regulation (EU) No 1303/2013 as regards the adjustment of annual pre-financing for the years 2021 to 2023 (COM(2018)0614 — C8-0396/2018 — 2018/0322(COD)) P8_TC1-COD(2018)0322 Position of the European Parliament adopted at first reading on 4 April 2019 with a view to the adoption of Regulation (EU) 2019/… of the European Parliament and of the Council amending Regulation (EU) No 1303/2013 as regards the adjustment of annual pre-financing for the years 2021 to 2023
P8_TA(2019)0355 L-aġġustament tal-prefinanzjament annwali għas-snin mill-2021 sal-2023 ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tal-aġġustament tal-prefinanzjament annwali għas-snin mill-2021 sal-2023 (COM(2018)0614 – C8-0396/2018 – 2018/0322(COD)) P8_TC1-COD(2018)0322 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tal-aġġustament tal-prefinanzjament annwali għas-snin mill-2021 sal-2023
P8_TA(2019)0355 L-aġġustament tal-prefinanzjament annwali għas-snin mill-2021 sal-2023 ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tal-aġġustament tal-prefinanzjament annwali għas-snin mill-2021 sal-2023 (COM(2018)0614 – C8-0396/2018 – 2018/0322(COD)) P8_TC1-COD(2018)0322 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tal-aġġustament tal-prefinanzjament annwali għas-snin mill-2021 sal-2023
ĠU C 116, 31.3.2021, pp. 223–225
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
31.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 116/223 |
P8_TA(2019)0355
L-aġġustament tal-prefinanzjament annwali għas-snin mill-2021 sal-2023 ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tal-aġġustament tal-prefinanzjament annwali għas-snin mill-2021 sal-2023 (COM(2018)0614 – C8-0396/2018 – 2018/0322(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2021/C 116/27)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0614), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0396/2018), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-24 ta' Jannar 2019 (1), |
|
— |
wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0181/2019), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2018)0322
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tal-aġġustament tal-prefinanzjament annwali għas-snin mill-2021 sal-2023
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 177 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet komuni u ġenerali applikabbli għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej. |
|
(2) |
L-evidenza turi li r-rata tal-prefinanzjament annwali hija ffissata f’livell partikolarment għoli meta mqabbel mar-rekwiżiti ta’ ġestjoni finanzjarja li joriġinaw mill-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali; b’mod partikolari dan kien il-każ għas-snin baġitarji mill-2021 sal-2023. |
|
(3) |
Sabiex titnaqqas il-pressjoni fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit tal-Unjoni għas-snin baġitarji mill-2021 sal-2023 u biex tissaħħaħ il-prevedibbiltà tar-rekwiżiti ta’ pagament u għaldaqstant jingħata kontribut għal ippjanar baġitarju aktar trasparenti u profil ta’ pagamenti aktar ordnat, ir-rata tal-prefinazjament annwali għal dawn is-snin jenħtieġ li titnaqqas. |
|
(4) |
Għaldaqstant ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artiklu 134(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
Il-ħames inċiż għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:
|
|
(b) |
Jiżdied l-inċiż li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u japplika direttament għall-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 159, 10.5.2019, p. 45.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ April 2019.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).