Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019AP0347

P8_TA(2019)0347 Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP)***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP) (COM(2017)0343 – C8-0219/2017 – 2017/0143(COD)) P8_TC1-COD(2017)0143 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP)

ĠU C 116, 31.3.2021, pp. 146–147 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 116/146


P8_TA(2019)0347

Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP)***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP) (COM(2017)0343 – C8-0219/2017 – 2017/0143(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 116/19)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill COM(2017)0343,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0219/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2017 (1),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-13 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0278/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 81, 2.3.2018, p. 139.


P8_TC1-COD(2017)0143

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, r-Regolament (UE) 2019/1238.)


Top