Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018XC1221(03)

    Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    C/2018/8494

    ĠU C 460, 21.12.2018, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.12.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 460/29


    Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

    (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) )

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2018/C 460/14)

    Deċiżjonijiet ta’ għoti ta’ awtorizzazzjoni

    Referenza tad-Deċiżjoni (2)

    Id-data tad-Deċiżjoni

    Isem is-sustanza

    Detentur tal-awtorizzazzjoni

    Numru tal-awtorizzazzjoni

    Użu awtorizzat

    Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami

    Raġunijiet għad-Deċiżjoni

    C(2018) 8494

    L-14 ta’ Diċembru 2018

    Triossidu tal-kromu

    Nru tal-KE 215-607-8,

    Numru tal-CAS 1333-82-0

    Euro Cryospace France, 51-61 Route de Verneuil, 78133 Les Mureaux Cedex, France.

    REACH/18/18/0

    Użu tat-triossidu tal-kromu għat-tħejjija tas-superfiċe tat-tankijiet krijoġeniċi tal-liga tal-aluminju li jintużaw fil-lanċjatur Ariane 5

    fil-21 ta’ Settembru 2024.

    Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma iktar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent li jirriżulta mit-tipi differenti ta’ użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata li jista’ juża l-applikant qabel id-data tat-terminazzjoni.


    (1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1

    (2)  Id-Deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about_mt


    Top