EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018XC0326(02)

Notifika ta’ Bidu ta’ investigazzjoni ta’ salvagwardja rigward importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar

C/2018/1689

ĠU C 111, 26.3.2018, p. 29–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/29


Notifika ta’ Bidu ta’ investigazzjoni ta’ salvagwardja rigward importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar

(2018/C 111/10)

L-informazzjoni li għandha disponibbli l-Kummissjoni Ewropea (il-Kummissjoni Ewropea), inklużi l-miżuri ta’ sorveljanza fis-seħħ (1), uriet li l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar żdiedu f’daqqa dan l-aħħar, li juri li hemm biżżejjed evidenza li dawn ix-xejriet fl-importazzjonijiet jidher li qed jirrikjedu miżuri ta’ salvagwardja. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ddeċidiet ex officio li tibda investigazzjoni ta’ salvagwardja bis-saħħa tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

1.   PRODOTTI INVESTIGATI

Il-prodotti soġġetti għal din l-investigazzjoni huma ċerti prodotti tal-azzar (“il-prodotti kkonċernati”). Il-prodotti kkonċernati, flimkien mal-kodiċijiet NM li bħalissa jaqgħu taħthom huma mniżżlin fl-Anness I ta’ din in-Notifika. Dawn il-kodiċijiet NM qed jingħataw biss għall-informazzjoni.

2.   ŻIEDA FL-IMPORTAZZJONIJIET U D-DANNU

L-informazzjoni li bħalissa hija disponibbli għall-Kummissjoni tindika li l-importazzjonijiet totali tal-prodotti kkonċernati żdiedu minn 17,8 miljun tunnellata għal 29,3 miljun tunnellata fil-perjodu bejn l-2013 u l-2017. L-importazzjonijiet totali tal-prodotti kkonċernati żdiedu b’madwar 65 % bejn l-2013 u l-2016. Iż-żidiet ewlenin seħħew fl-2015 u partikolarment fl-2016, meta dawn laħqu 28,6 miljun tunnellata. L-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati baqgħu f’livell sinifikanti wara dan. Barra minn hekk, kien hemm żidiet f’daqqa, riċenti, sinifikanti u kbar fl-importazzjonijiet ta’ kull wieħed mill-prodotti kkonċernati f’termini assoluti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-importazzjonijiet totali tal-prodotti kkonċernati żdiedu f’termini relattivi wkoll, jiġifieri minn 7,3 % għal 11,6 % f’termini ta’ produzzjoni u minn 12,2 % sa 17,6 % f’termini ta’ konsum. Fiż-żewġ każijiet, iż-żidiet urew irwieħhom tul il-perjodu bejn l-2014 u l-2016, wara liema żmien l-importazzjonijiet baqgħu f’livell relattivament għoli. Iż-żieda fl-importazzjonijiet jidher li hija riżultat ta’ żviluppi li ma kinux mistennija, bħall-kapaċità żejda globali tal-manifattura tal-azzar, u miżuri kummerċjali adottati minn sensiela ta’ pajjiżi terzi tul l-aħħar snin fil-kuntest ta’ dik il-kapaċità żejda globali.

Hemm ukoll biżżejjed evidenza prima facie li turi li l-volum u l-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet ikkawżaw jew qed jheddu li jikkawżaw indeboliment ġenerali sinfikanti tal-pożizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, abbażi tal-indikaturi ekonomiċi speċifikati fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2015/478 u l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2015/755. B’mod partikolari, din l-evidenza turi li l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq is-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjoni tul dan il-perjodu kienu iktar baxxi mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Dan tefa’ pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, li rriżultat f’livell negattiv jew baxx ta’ profitt. Xi prodotti kkonċernati, minkejja li jidher li s-sitwazzjoni finanzjarja tjiebet fl-2017, għadhom f’qagħda fraġli u vulnerabbli għal żieda ulterjuri fl-importazzjonijiet, li aktarx se tkun imminenti minħabba l-kuntest ta’ kapaċità żejda ġenerali tal-azzar, l-għadd jikber ta’ miżuri ta’ difiża tal-kummerċ meħudin minn pajjiżi terzi fuq prodotti tal-azzar u l-miżuri “Section 232” tal-Istati Uniti tal-Amerka. L-investigazzjoni ser teżamina s-sitwazzjoni tal-prodotti kkonċernati, inkluż is-sitwazzjoni ta’ kull kategorija ta’ prodotti individwali, ibbażat ukoll fuq l-aktar żviluppi riċenti, bħal kwalunkwe devjazzjoni tal-kummerċ li tirriżulta mill-miżuri tal-Istati Uniti.

3.   PROĊEDURA

Ladarba ddeterminat, wara li infurmat lill-Istati Membri, li hemm biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni qiegħda b’dan tibda investigazzjoni bis-saħħa tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2015/478 u l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/755.

L-investigazzjoni se tiddetermina jekk bħala riżultat ta’ żviluppi mhux previsti, il-prodotti qegħdinx jiġu impurtati fl-Unjoni fi kwantitajiet tant ikbar u/jew fuq tali termini jew kundizzjonijiet li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, dannu serju għall-produtturi tal-Unjoni tal-prodotti simili jew direttament kompetituri.

3.1.   Is-sottomissjonijiet bil-miktub, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi magħrufa tal-prodotti simili jew direttament kompetituri u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi fl-Unjoni. Il-kwestjonarji mimlija jridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 21 jum mid-data li fiha jkunu ntbagħtu.

Il-partijiet interessati kollha, inklużi l-produtturi esportaturi, l-importaturi u l-utenti tal-prodotti kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet tagħhom huma mistiedna li jesprimu l-fehmiet tagħhom bil-miktub, jippreżentaw l-informazzjoni u li jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Ir-rappreżentazzjonijiet f’format liberu għandhom jiġu sottomessi fi żmien 21 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw lilhom infushom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, preferibbilment permezz tal-posta elettronika, sa mhux iktar tard minn 15-il jum wara l-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u jitolbu kwestjonarju. Il-kwestjonarju mimli jrid jiġi sottomess fi żmien 21 jum mid-data li fih ikun intbagħat.

Kull preżentazzjoni ta’ fehmiet jew informazzjoni wara dawn l-iskadenza jistgħu jiġu injorati.

3.2.   Struzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

L-informazzjoni li tingħata lill-Kummissjoni għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data soġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta’ terzi persuni, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-data għall-iskop ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) li tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali jkunu mmarkati bħala “Ristrett” (Limited) (1). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġuni għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.

Sabiex jiġu żgurati d-drittijiet tad-difiża adegwati għall-partijiet interessati kollha tul l-investigazzjoni, il-partijiet li jipprovdu informazzjoni “Ristretta” (Limited) huma rikjesti li jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha, li se jiġu mmarkati “Għall-ispezzjoni minn partijiet interessati” (For inspection by interested parties). Jenħtieġ li dawn is-sommarji jkunu ddettaljati tant li jippermettu li l-qofol tat-tagħrif imressaq b’mod kunfidenzjali jinftiehem raġonevolment. Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġuni ġusta għat-talba għal trattament kunfidenzjali jew ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitlubin, tali informazzjoni tista’ tiġi injorata.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi dokumenti skenjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li jiġu mressqa fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta’ ittra reġistrata.

Meta jużaw il-posta elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ:

http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf

Il-partijiet interessati jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika validu tagħhom u jridu jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali operattiv u ċċekkjat kuljum. Ladarba jingħataw id-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni se tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni permezz ta’ mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta reġistrata. Għal iktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H, Unit H5

Office: CHAR 03/66

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz tal-posta elettronika: TRADE-SAFEGUARD-STEEL@ec.europa.eu

3.3.   Seduti ta’ smigħ

Bis-saħħa tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2015/478 u l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/755, il-partijiet interessati kollha jistgħu japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fi żmien 21 jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4.   SPEZZJONI TAL-INFORMAZZJONI

Il-partijiet interssati li jkunu esprimew il-fehmiet tagħhom jew ippreżentaw informazzjoni jew talbu li jinstemgħu f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2015/478 u l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/755, u rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi jistgħu, fuq talba bil-miktub, jispezzjonaw kull informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni b’rabta mal-investigazzjoni għajr dokumenti interni mħejjija mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, dment li dik l-informazzjoni tkun rilevanti għall-preżentazzjoni tal-każ tagħhom u ma tkunx kunfidenzjali skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/478 jew l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2015/755, u li qed tintuża mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni. Il-partijiet interessati li ppreżentaw irwieħhom jistgħu jikkomunikaw fehmiethom dwar l-informazzjoni inkwistjoni lill-Kummissjoni u dawk il-fehmiet jistgħu jiġu meqjusa meta jkunu sostnuti b’biżżejjed evidenza.

5.   NUQQAS TA’ KOOPERAZZJONI

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fit-termini preskritti stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti konklużjonijiet abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2015/478 u l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/755. Meta jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

6.   UFFIĊJAL TAS-SEDUTA

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għall-aċċess tal-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-talbiet minn terzi persuni għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b’mod sħiħ.

It-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta jenħtieġ li ssir bil-miktub u jenħtieġ li jiġu speċifikati r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Uffiċjal tas-Seduta se jipprovdi wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost affarijiet oħra, iż-żieda fl-importazzjonijiet, id-dannu, ir-rabta ta’ kawżalità, u l-interess tal-Unjoni.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/

7.   SKEDA TAL-INVESTIGAZZJONI

Jekk il-Kummissjoni tiddetermina li l-miżuri huma meħtieġa, il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolamenti (UE) 2015/478 u (UE) 2015/755 rispettivament, mhux aktar tard minn disa’ xhur mid-data tal-bidu, sakemm ma jkunux jeżistu ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni, f’liema każ dak il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi mtawwal b’perjodu massimu ta’ xahrejn. Jekk il-limitu ta’ żmien jittawwal, il-Kummissjoni se tippubblika Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li fih tistipula kemm se ddum l-estensjoni u sommarju tar-raġunijiet.

8.   PROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI

Id-data personali kollha miġbura f’din l-investigazzjoni tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data  (4).


(1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/670 tat-28 ta’ April 2016 li tintroduċi s-sorveljanza minn qabel tal-Unjonigħall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 115, 29.4.2016, p. 37).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33).

(1)  Dokument “Ristrett” (Limited) huwa dokument li jitqies kunfidenzjali skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/478, l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2015/755 u l-Artikolu 3.2 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Salvagwardji. Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(4)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS

Prodotti Kkonċernati

Numru tal-prodott

Kategorija tal-prodott

Kodiċi NM

1

Strixxi u Folji Rrumblati bis-Sħana Mhux tal-Liga u Oħrajn tal-Liga

7208 10 00 , 7208 25 00 , 7208 26 00 , 7208 27 00 , 7208 36 00 , 7208 37 00 , 7208 38 00 , 7208 39 00 , 7208 40 00 , 7208 52 99 , 7208 53 90 , 7208 54 00 , 7211 14 00 , 7211 19 00 , 7212 60 00 , 7225 19 10 , 7225 30 10 , 7225 30 30 , 7225 30 90 , 7225 40 15 , 7225 40 90 , 7226 19 10 , 7226 91 20 , 7226 91 91 , 7226 91 99

2

Strixxi u Folji Rrumblati fil-Kiesaħ Mhux tal-Liga u Oħrajn tal-Liga

7209 15 00 , 7209 16 90 , 7209 17 90 , 7209 18 91 , 7209 25 00 , 7209 26 90 , 7209 27 90 , 7209 28 90 , 7209 90 20 , 7209 90 80 , 7211 23 20 , 7211 23 30 , 7211 23 80 , 7211 29 00 , 7211 90 20 , 7211 90 80 , 7225 50 20 , 7225 50 80 , 7226 20 00 , 7226 92 00

3

Folji Elettriċi (minbarra GOES)

7209 16 10 , 7209 17 10 , 7209 18 10 , 7209 26 10 , 7209 27 10 , 7209 28 10 , 7225 19 90 , 7226 19 80

4

Folji Miksija Metalliċi

7210 20 00 , 7210 30 00 , 7210 41 00 , 7210 49 00 , 7210 61 00 , 7210 69 00 , 7210 90 80 , 7212 20 00 , 7212 30 00 , 7212 50 20 , 7212 50 30 , 7212 50 40 , 7212 50 61 , 7212 50 69 , 7212 50 90 , 7225 91 00 , 7225 92 00 , 7226 99 10 , 7226 99 30 , 7226 99 70

5

Folji Miksija Organiċi

7210 70 80 , 7212 40 80

6

Prodotti Stanjati

7209 18 99 , 7210 11 00 , 7210 12 20 , 7210 12 80 , 7210 50 00 , 7210 70 10 , 7210 90 40 , 7212 10 10 , 7212 10 90 , 7212 40 20

7

Pjanċi Kwarto Mhux tal-Liga u Oħrajn tal-Liga

7208 51 20 , 7208 51 91 , 7208 51 98 , 7208 52 91 , 7208 90 20 , 7208 90 80 , 7210 90 30 , 7225 40 12 , 7225 40 40 , 7225 40 60 , 7225 99 00

8

Folji u Strixxi Rrumblati bis-Sħana tal-Azzar Inossidabbli

7219 11 00 , 7219 12 10 , 7219 12 90 , 7219 13 10 , 7219 13 90 , 7219 14 10 , 7219 14 90 , 7219 22 10 , 7219 22 90 , 7219 23 00 , 7219 24 00 , 7220 11 00 , 7220 12 00

9

Folji u Strixxi Rrumblati bis-Sħana tal-Azzar Inossidabbli

7219 31 00 , 7219 32 10 , 7219 32 90 , 7219 33 10 , 7219 33 90 , 7219 34 10 , 7219 34 90 , 7219 35 10 , 7219 35 90 , 7219 90 20 , 7219 90 80 , 7220 20 21 , 7220 20 29 , 7220 20 41 , 7220 20 49 , 7220 20 81 , 7220 20 89 , 7220 90 20 , 7220 90 80

10

Pjanċi Kwarto Rrumblati bis-Sħana tal-Azzar Inossidabbli

7219 21 10 , 7219 21 90

11

Folja Elettrika bil-Vina Orjentata

7225 11 00 , 7226 11 00

12

Sezzjonijiet tat-tip Merchant u Ħfief Mhux tal-Liga u Oħrajn tal-Liga

7214 30 00 , 7214 91 10 , 7214 91 90 , 7214 99 31 , 7214 99 39 , 7214 99 50 , 7214 99 71 , 7214 99 79 , 7214 99 95 , 7215 90 00 , 7216 10 00 , 7216 21 00 , 7216 22 00 , 7216 40 10 , 7216 40 90 , 7216 50 10 , 7216 50 91 , 7216 50 99 , 7216 99 00 , 7228 10 20 , 7228 20 10 , 7228 20 91 , 7228 30 20 , 7228 30 41 , 7228 30 49 , 7228 30 61 , 7228 30 69 , 7228 30 70 , 7228 30 89 , 7228 60 20 , 7228 60 80 , 7228 70 10 , 7228 70 90 , 7228 80 00

13

Rebars

7214 20 00 , 7214 99 10

14

Sbarri u Sezzjonijiet Ħfief tal-Azzar Inossidabbli

7222 11 11 , 7222 11 19 , 7222 11 81 , 7222 11 89 , 7222 19 10 , 7222 19 90 , 7222 20 11 , 7222 20 19 , 7222 20 21 , 7222 20 29 , 7222 20 31 , 7222 20 39 , 7222 20 81 , 7222 20 89 , 7222 30 51 , 7222 30 91 , 7222 30 97 , 7222 40 10 , 7222 40 50 , 7222 40 90

15

Virga minn Fili tal-Azzar Inossidabbli

7221 00 10 , 7221 00 90

16

Virga minn Fili Mhux tal-Liga jew Oħra tal-Liga

7213 10 00 , 7213 20 00 , 7213 91 10 , 7213 91 20 , 7213 91 41 , 7213 91 49 , 7213 91 70 , 7213 91 90 , 7213 99 10 , 7213 99 90 , 7227 10 00 , 7227 20 00 , 7227 90 10 , 7227 90 50 , 7227 90 95

17

Angoli, Forom u Sezzjonijiet tal-Ħadid jew tal-Azzar Mhux tal-Liga

7216 31 10 , 7216 31 90 , 7216 32 11 , 7216 32 19 , 7216 32 91 , 7216 32 99 , 7216 33 10 , 7216 33 90

18

Gzuz ta’ Pjanċi

7301 10 00

19

Materjal tal-ferrovija

7302 10 22 , 7302 10 28 , 7302 10 40 , 7302 10 50 , 7302 40 00

20

Pajpijiet tal-Gass

7306 30 41 , 7306 30 49 , 7306 30 72 , 7306 30 77

21

Sezzjonijiet vojta minn ġewwa

7306 61 10 , 7306 61 92 , 7306 61 99

22

Tubi u Pajpijiet mingħajr Saldatura tal-Azzar Inossidabbli

7304 11 00 , 7304 22 00 , 7304 24 00 , 7304 41 00 , 7304 49 10 , 7304 49 93 , 7304 49 95 , 7304 49 99

23

Tubi u Pajpijiet tal-Bolbering

7304 51 12 , 7304 51 18 , 7304 59 32 , 7304 59 38

24

Tubi Oħra mingħajr Saldatura

7304 19 10 , 7304 19 30 , 7304 19 90 , 7304 23 00 , 7304 29 10 , 7304 29 30 , 7304 29 90 , 7304 31 20 , 7304 31 80 , 7304 39 10 , 7304 39 52 , 7304 39 58 , 7304 39 92 , 7304 39 93 , 7304 39 98 , 7304 51 81 , 7304 51 89 , 7304 59 10 , 7304 59 92 , 7304 59 93 , 7304 59 99 , 7304 90 00

25

Tubi Kbar iwweldjati

7305 11 00 , 7305 12 00 , 7305 19 00 , 7305 20 00 , 7305 31 00 , 7305 39 00 , 7305 90 00

26

Pajpijiet Oħra Wweldjati

7306 11 10 , 7306 11 90 , 7306 19 10 , 7306 19 90 , 7306 21 00 , 7306 29 00 , 7306 30 11 , 7306 30 19 , 7306 30 80 , 7306 40 20 , 7306 40 80 , 7306 50 20 , 7306 50 80 , 7306 69 10 , 7306 69 90 , 7306 90 00


Top