Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018PC0677

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, tal-Protokoll ta’ implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll tal-iskambju ta’ ittri li jakkumpanja dan il-Ftehim

COM/2018/677 final

Brussell, 8.10.2018

COM(2018) 677 final

2018/0348(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, tal-Protokoll ta’ implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll tal-iskambju ta’ ittri li jakkumpanja dan il-Ftehim

{SWD(2018) 433 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Fit-28 ta’ Frar 2007, daħal fis-seħħ Ftehim ta’ sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk 1 . L-aħħar Protokoll ta’ implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim 2 li daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Lulju 2014, skada fl-14 ta’ Lulju 2018. B’mod aktar ġenerali, dan il-Ftehim ta’ Sħubija huwa parti mir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-Marokk, kif jidher fil-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa, u r-Renju tal-Marokk min-naħa l-oħra 3 , li daħal fis-seħħ fl-2000. Il-Ftehim ifittex li jiżgura l-ġestjoni tajba u s-sostenibbiltà tar-riżorsi tas-sajd mil-lat ekoloġiku, ekonomiku u soċjali.

Abbażi tad-direttivi ta’ negozjati adottati mill-Kunsill 4 , il-Kummissjoni wettqet negozjati mal-gvern tal-Marokk bil-ħsieb li jiġi emendat il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk, u li jkun hemm qbil dwar Protokoll ta’ implimentazzjoni ġdid tiegħu.

Dawn in-negozjati u t-testi li jirriżultaw minnhom iqisu bi sħiħ is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-27 ta’ Frar 2018 dwar il-kawża C-266/16 5 li ddeċidiet li l-Ftehim dwar is-Sajd u l-Protokoll tiegħu ma kinux japplikaw għall-ilmijiet tal-madwar tat-territorju tas-Saħara tal-Punent. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet stabbiliti fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u f’konformità max-xewqa taż-żewġ Partijiet, in-negozjati setgħu għaldaqstant jinkludu dan it-territorju u l-ilmijiet tal-madwar fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, għal diversi raġunijiet. L-ewwel nett, minn perspettiva ekonomika huwa importanti li l-flotta tal-Unjoni twettaq l-attivitajiet tas-sajd tagħha, inkluż f’dawn l-ilmijiet, f’qafas ġuridiku sikur fejn l-ambitu ġeografiku jkun definit b’mod ċar. Huwa previst ukoll li dan it-territorju u l-popolazzjoni tiegħu jibbenefikaw mill-impatti soċjoekonomiċi tal-Ftehim b’mod proporzjonali għall-attivitajiet tas-sajd, partikolarment fir-rigward tal-iżbark tal-qabdiet mill-flotta tal-UE, l-impjieg tal-baħħara, l-investimenti u azzjonijiet oħra ta’ appoġġ fis-settur, li huma possibbli bis-saħħa tal-kontribuzzjoni finanzjarja prevista mill-Protokoll tal-Ftehim dwar is-Sajd. Barra minn hekk, ta’ min jinnota li l-Ftehim seta’ jiġi konkluż biss mar-Renju tal-Marokk li jamministra dan it-territorju (almenu l-iktar parti importanti), peress li l-ebda entità oħra ma setgħet tiżgura l-użu sostenibbli ta’ dawn ir-riżorsi, kif ukoll il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-fondi ta’ appoġġ settorjali għall-benefiċċju tat-territorju tas-Saħara tal-Punent u tal-popolazzjoni tiegħu.

Barra minn hekk, il-proposta rigward Ftehim ġdid u Protokoll ġdid tirrispetta bis-sħiħ id-dritt internazzjonali u d-dritt tal-Unjoni. L-Unjoni tenniet b’mod konsistenti l-impenn tagħha tas-soluzzjoni għat-tilwim dwar is-Saħara tal-Punent u tappoġġa l-isforzi tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-persunal tiegħu mibgħut biex jgħin lill-Partijiet jaslu għal soluzzjoni politika ġusta, sostenibbli u aċċettabbli b’mod reċiproku. B’rabta ma’ dan, l-iskambju ta’ ittri dwar din il-proposta jfakkar il-pożizzjoni tal-Unjoni fir-rigward tas-Saħara tal-Punent.

Wara diversi sessjonijiet tan-negozjati, it-testi li kienu s-suġġett ta’ Ftehim bejn in-negozjaturi, jinkludu l-Ftehim innifsu li jistabbilixxi Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk (“il-Ftehim dwar is-Sajd”) u li jissostitwixxi l-Ftehim tal-2007, Protokoll ta’ implimentazzjoni ġdid, Anness u Appendiċijiet, kif ukoll skambju ta’ ittri. Dawn it-testi ġew inizjalati fl-24 ta’ Lulju 2018.

Il-Protokoll ikopri perjodu ta’ erba’ snin mid-data ta’ applikazzjoni tiegħu li hija stabbilita bl-Artikolu 16 tiegħu. Il-Ftehim il-ġdid dwar is-sajd iħassar il-Ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk li daħal fis-seħħ fit-28 ta’ Frar 2007. Jipprevedi l-possibbiltà ta’ applikazzjoni proviżorja qabel il-konklużjoni tiegħu; madankollu, ma jitqiesx neċessarju li tiġi proposta applikazzjoni proviżorja. L-għan tal-Ftehim il-ġdid hu li jiġu riflessi l-prinċipji tar-riforma tal-2009: governanza tajba fir-rigward tas-sajd u sostenibbiltà, rispett għad-drittijiet tal-bniedem, trasparenza u nondiskriminazzjoni. L-emenda tal-Ftehim hija meħtieġa wkoll biex tikkonforma mas-Sentenza tal-Qorti tas-27 ta’ Frar 2018 u biex tipprovdi l-bażi ġuridika għall-applikazzjoni tal-Ftehim għall-ilmijiet tal-madwar tat-territorju tas-Saħara tal-Punent.

Skont id-direttivi ta’ negozjati, il-Ftehim dwar is-Sajd jipprovdi garanziji marbuta ma’ allokazzjoni ġeografika ġusta tal-benefiċċji soċjoekonomiċi, b’mod proporzjonali għall-attivitajiet tas-sajd, li jirriżultaw mill-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja totali tal-Ftehim (jiġifieri kemm il-kumpens finanzjarju għall-aċċess, għall-appoġġ settorjali u l-imposti mħallsa mis-sidien tal-bastimenti). Dawn il-garanziji jinkludu, b’mod speċjali, il-monitoraġġ tal-allokazzjoni ta’ dawn il-fondi u l-użu tagħhom, li l-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim huwa prinċipalment responsabbli minnhom, u li fi ħdanu jkunu rrappreżentati ż-żewġ Partijiet. Barra minn hekk, hemm dispożizzjonijiet li jipprevedu li l-Marokk jipprovdi rapporti regolari dwar l-attivitajiet imwettqa skont dan il-Ftehim.

Fl-aħħar nett, din il-proposta hija akkumpanjata minn Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni intitolat “Rapport dwar l-evalwazzjoni tal-benefiċċji għall-popolazzjoni tas-Saħara tal-Punent tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk u l-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu, u dwar il-konsultazzjoni ma’ dik il-popolazzjoni”. Dan ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni tal-implikazzjonijiet potenzjali tal-Fehim dwar is-Sajd u l-Protokoll tiegħu dwar l-iżvilupp sostenibbli, b’mod partikolari fir-rigward tal-impatt fuq il-popolazzjoni kkonċernata u l-użu tar-riżorsi naturali tat-territorji kkonċernati, kif ukoll sommarju tal-proċess ta’ konsultazzjoni ma’ dawn il-popolazzjonijiet, skont id-direttivi ta’ negozjati li għamlu l-assoċjazzjoni ta’ dawn il-popolazzjonijiet fattur deċiżiv fil-proċess tat-tiġdid tal-Ftehim dwar is-Sajd.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

L-għan prinċipali tal-Ftehim dwar is-Sajd u l-Protokoll il-ġdid tiegħu hu li permezz ta’ sħubija, jiġi stabbilit sajd sostenibbli u li jingħataw opportunitajiet ta’ sajd għall-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd definita fil-Ftehim dwar is-Sajd. L-opportunitajiet offruti huma bbażati fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli u, għas-sajd ta’ speċijiet migratorji ħafna, jissodisfaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT). Il-Protokoll il-ġdid iqis ir-riżultati ta’ evalwazzjoni tal-Protokoll preċedenti (2014-2018) u ta’ evalwazzjoni li tħares lejn il-ġejjieni dwar jekk għandux jiġi konkluż Protokoll ġdid. Dawn iż-żewġ evalwazzjonijiet twettqu minn esperti esterni. Il-Protokoll se jippermetti wkoll lill-Unjoni Ewropea u lir-Renju tal-Marokk isaħħu s-sħubija tagħhom sabiex jippromwovu l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd u biex jappoġġaw l-isforzi tar-Renju tal-Marokk li jiżviluppa l-ekonomija blu tiegħu. Dawn l-elementi huma koerenti mal-għanijiet u l-obbligi tal-politika komuni tas-sajd 6 .

Il-Protokoll jipprevedi opportunitajiet tas-sajd għal 128 bastiment fis-sitt kategoriji:

   żewġ kategoriji ta’ sajd fuq skala żgħira fit-Tramuntana: sajd pelaġiku bit-tartarun u bil-konz tal-qiegħ;

   sajd fuq skala żgħira fin-Nofsinhar bil-qasba u x-xlief;

   sajd demersali fin-Nofsinhar bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u bil-konz tal-qiegħ;

   sajd fuq skala żgħira għat-tonn bil-qasba;

   sajd pelaġiku industrijali bix-xbieki tat-tkarkir pelaġiku jew semipelaġiku u bit-tartarun tal-borża.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

In-negozjar ta’ Ftehim ta’ sħubija fis-settur tas-sajd sostenibbli mar-Renju tal-Marokk jaqa’ fil-qasam tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, u b’mod partikolari jqis l-għanijiet tal-Unjoni dwar ir-rispett tal-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem. Hija koerenti mal-pożizzjoni tal-Unjoni li tappoġġa bis-sħiħ l-isforzi tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-persunal tiegħu mibgħut biex jgħin lill-Partijiet jaslu għal soluzzjoni politika ġusta, sostenibbli u aċċettabbli b’mod reċiproku, li tkun tipprevedi l-awtodeterminazzjoni tal-poplu tas-Saħara tal-Punent fil-kuntest ta’ arranġamenti konformi mal-għanijiet u l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti kif stabbiliti fir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, b’mod partikolari r-Riżoluzzjonijiet 2152 (2014), 2218 (2015), 2385 (2016), 2351 (2017) u 2414 (2018). Il-konklużjoni tal-Ftehim dwar is-Sajd hija mingħajr preġudizzju għall-eżitu tal-proċess politiku dwar l-istatus finali tas-Saħara tal-Punent.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika magħżula hija t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li l-Artikolu 43(2) tiegħu jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd, filwaqt li l-Artikolu 218(5) tiegħu jistabbilixxi l-istadju kkonċernat tal-proċedura ta’ negozjar u l-konklużjoni tal-ftehimiet bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta taqa’ taħt il-komptenza eklużiva.

Proporzjonalità

Il-proposta hija proporzjonata mal-għan li jiġi stabbilit qafas ta’ governanza ġuridika, ambjentali, ekonomika u soċjali għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi, kif stipulat fl-Artikolu 31 tar-Regolament dwar il-politika komuni tas-sajd. Tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tiegħu, kif ukoll ma’ dawk dwar l-assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi stipulati fl-Artikolu 32 ta’ dak ir-Regolament.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Fl-2017, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ex post tal-Protokoll 2014-2018 tal-Ftehim ta’ sħubija fis-settur tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, kif ukoll evalwazzjoni ex ante tat-tiġdid potenzjali tal-Protokoll. Il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni huma ppreżentati f’dokument ta’ ħidma separat 7 .

L-evalwazzjoni kkonkludiet li s-settur tas-sajd tal-Unjoni għandu interess qawwi fil-possibbiltà li jeżerċita l-attività tiegħu fiż-żona tas-sajd tal-Protokoll, u li t-tiġdid tal-Protokoll se jgħin biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-monitoraġġ, tal-kontroll u tas-sorveljanza, u se jikkontribwixxi għat-titjib fil-governanza tas-sajd fir-reġjun.

Konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati

L-Istati Membri, ir-rappreżentanti tas-settur, l-organizzazzjonijiet internazzjonali tas-soċjetà ċivili, kif ukoll l-amministrazzjoni tas-sajd u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili tar-Renju tal-Marokk ġew ikkonsultati bħala parti mill-evalwazzjoni. Saru wkoll konsultazzjonijiet fil-qafas tal-Kunsill Konsultattiv għall-Flotta ta’ Distanzi Twal, kif ukoll konsultazzjonijiet mal-popolazzjonijiet ikkonċernati fis-Saħara tal-Punent mill-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), biex jiġi żgurat li dawn ikunu jistgħu jesprimu ruħhom dwar l-estensjoni tas-sħubija għall-ilmijiet tal-madwar tas-Saħara tal-Punent u li jibbenefikaw mill-impatti soċjoekonomiċi tal-Ftehim dwar is-Sajd b’mod proporzjonali għall-attivitajiet tas-sajd. Rapport tal-evalwazzjoni dwar il-benefiċċji għal dawn il-popolazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet imwettqa huwa mehmuż ma’ din il-proposta bħala dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni. Ir-rapport jikkonkludi li l-impatti soċjoekonomiċi tal-Ftehim dwar is-Sajd għandhom ikunu ta’ benefiċċju kbir għall-popolazzjonijiet ikkonċernati u li l-impatt tiegħu fuq l-iżvilupp sostenibbli tar-riżorsi naturali se jkun wieħed pożittiv. Bl-istess mod, il-partijiet soċjoekonomiċi u politiċi li ħadu sehem fil-konsultazzjonijiet kienu bla dubju favur il-konklużjoni tal-Ftehim dwar is-Sajd, anke jekk il-Front Polisario, kif ukoll partijiet oħra, irrifjutaw li jieħdu sehem fil-proċess ta’ konsultazzjoni minħabba raġunijiet ta’ prinċipju. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li l-Kummissjoni, flimkien mas-SEAE, ħadet il-miżuri raġonevoli u possibbli kollha fil-kuntest attwali sabiex il-popolazzjonijiet kkonċernati jkunu involuti kif xieraq.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-Kummissjoni użat konsulent indipendenti għall-evalwazzjonijiet ex post u ex ante, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31(10) tar-Regolament li jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd.

4.IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali tammonta għal EUR 37 000 000, li tiżdied kull sena biex fl-aħħar sena tilħaq EUR 42 400 000 abbażi ta’:

a) kumpens finanzjarju għall-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni ta’ EUR 19 100 000 għall-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-Protokoll, li żdied għal EUR 20 000 000 fit-tieni sena, u għal EUR 21 900 000 għat-tielet u r-raba’ sena;

b) appoġġ għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd tar-Renju tal-Marokk ta’ EUR 17 900 000 għall-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-Protokoll, li żdied għal EUR 18 800 000 fit-tieni sena, u għal EUR 20 500 000 għat-tielet u r-raba’ sena; Dan l-appoġġ huwa konformi mal-għanijiet tal-politika nazzjonali fir-rigward tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd kontinentali u marittimi tar-Renju tal-Marokk.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

L-arranġamenti ta’ monitoraġġ huma previsti fil-Protokoll inkluż fil-Ftehim ta’ sħubija ġdid.

2018/0348 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, tal-Protokoll ta’ implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll tal-iskambju ta’ ittri li jakkumpanja dan il-Ftehim

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Fit-22 ta’ Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 764/2006 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk, li ġġedded b’mod taċitu,

(2)L-aħħar Protokoll li jimplimenta dan il-Ftehim u li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti f’dan il-Ftehim, skada fl-14 ta’ Lulju 2018,

(3)Fis-Sentenza tagħha dwar il-Kawża C-266/16 8 , bħala tweġiba għal domanda preliminari dwar il-validità u l-interpretazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk, u l-Protokoll ta’ implimentazzjoni tiegħu, il-Qorti ddeċidiet li la l-Ftehim u lanqas il-Protokoll tiegħu ma japplikaw għall-ilmijiet tal-madwar tas-Saħara tal-Punent,

(4)L-Unjoni ma tippreġudikax l-eżitu tal-proċess politiku dwar l-istatus finali tas-Saħara tal-Punent li jingħata taħt il-patroċinju tan-Nazzjonijiet Uniti, u ma waqfitx itenni l-impenn tagħha fir-rigward tas-soluzzjoni għat-tilwim dwar is-Saħara tal-Punent, elenkata bħalissa min-Nazzjonijiet Uniti fil-lista ta’ territorji mhux awtonomi, u li llum parti kbira minnha hija amministrata mir-Renju tal-Marokk. Hija tappoġġa bis-sħiħ l-isforzi tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-persunal tiegħu mibgħut apposta biex jgħin lill-partijiet jaslu għal soluzzjoni politika ġusta, sostenibbli u aċċettabbli b’mod reċiproku, li tkun tipprevedi l-awtodeterminazzjoni tal-poplu tas-Saħara tal-Punent fil-kuntest ta’ arranġamenti konformi mal-għanijiet u l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti kif stabbiliti fir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, b’mod partikolari r-Riżoluzzjonijiet 2152 (2014), 2218 (2015), 2385 (2016), 2351 (2017) u 2414 (2018),

(5)Huwa importanti li l-flotot tal-Unjoni jkunu jistgħu jkomplu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom minn meta jidħol fis-seħħ il-Ftehim, u li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim jiġi ddefinit sabiex jinkludi l-ilmijiet tal-madwar tas-Saħara tal-Punent. It-tkomplija tas-sħubija dwar is-sajd hija essenzjali wkoll sabiex jiġi żgurat li dan it-territorju jista’ jkompli jgawdi mill-appoġġ settorjali pprovdut mill-Ftehim skont id-dritt Komunitarju u internazzjonali, u għall-benefiċċju tal-popolazzjonijiet lokali,

(6)Għal dan l-għan, fis-16 ta’ April 2018, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex twettaq negozjati mar-Renju tal-Marokk bil-ħsieb li jiġi emendat il-Ftehim u li jkun hemm qbil dwar Protokoll ta’ implimentazzjoni ġdid tiegħu. Wara n-negozjati, fl-24 ta’ Lulju 2018 ġie inizjalat Ftehim ġdid ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk (min hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim dwar is-Sajd”) magħmul minn Protokoll ta’ implimentazzjoni ġdid, l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu, kif ukoll skambju ta’ ittri li jakkumpanja dan il-Ftehim,

(7)L-għan tal-Ftehim dwar is-Sajd huwa li jippermetti lill-Unjoni Ewropea u lir-Renju tal-Marokk jaħdmu aktar mill-qrib fuq il-promozzjoni ta’ politika tas-sajd sostenibbli, l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd definita fil-Protokoll, u li jiġu appoġġati l-isforzi tar-Renju tal-Marokk biex jiżviluppa s-settur tas-sajd, kif ukoll l-ekonomija blu. F’dan ir-rigward, jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni skont l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

(8)Il-Kummissjoni vvalutat l-impatt potenzjali tal-Ftehim dwar is-Sajd fuq l-iżvilupp sostenibbli, b’mod partikolari fir-rigward tal-benefiċċji għall-popolazzjonijiet ikkonċernati u l-użu tar-riżorsi naturali tat-territorji kkonċernati,

(9)L-evalwazzjoni kkonkludiet li l-Ftehim dwar is-Sajd għandu jkun ta’ benefiċċju kbir għall-popolazzjonijiet tas-Saħara tal-Punent, minħabba l-impatt soċjoekonomiku pożittiv għal dawn il-popolazzjonijiet, b’mod partikolari f’termini ta’ impjiegi u investiment, u l-impatt tiegħu fuq l-iżvilupp tas-settur tas-sajd u tas-settur tal-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd,

(10)Il-Ftehim dwar is-Sajd jirrappreżenta l-aħjar garanzija għall-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali tal-ilmijiet tal-madwar tas-Saħara tal-Punent, peress li l-attività tas-sajd hija bbażata fuq l-aħjar pariri u rakkomandazzjonijiet xjentifiċi f’dan il-qasam u fil-forma ta’ miżuri ta’ monitoraġġ u kontroll xierqa,

(11)Wara li qieset il-kunsiderazzjonijiet stipulati fis-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni, flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, ħadet il-miżuri kollha raġonevoli u possibbli fil-kuntest attwali ħalli l-popolazzjonijiet kkonċernati jiġu involuti b’mod xieraq, sabiex jiġi żgurat li l-pożizzjoni tagħhom fir-rigward tal-Ftehim dwar is-Sajd tiġi espressa u kkunsidrata. Twettqu konsultazzjonijiet fis-Saħara tal-Punent u fil-Marokk, u l-partijiet soċjoekonomiċi u politiċi li ħadu sehem fil-konsultazzjonijiet kienu bla dubju favur il-konklużjoni tal-Ftehim dwar is-Sajd, anke jekk il-Front Polisario, kif ukoll partijiet oħra, irrifjutaw li jieħdu sehem fil-proċess ta’ konsultazzjoni minħabba raġunijiet ta’ prinċipju,

(12)Dawk li rrifjutaw li jieħdu sehem ċaħdu l-applikazzjoni tal-Ftehim u l-Protokoll tiegħu għall-ilmijiet ’il barra mis-Saħara tal-Punent, billi essenzjalment huma kkunsidraw li ftehim bħal dan jikkonferma l-pożizzjoni tal-Marokk fir-rigward tat-territorju tas-Saħara tal-Punent. Madankollu, fit-termini ta’ dak il-Ftehim, xejn ma jippermetti li jitqies li dan jirrikonoxxi s-sovranità jew id-drittijiet sovrani tal-Marokk fir-rigward tas-Saħara tal-Punent u l-ilmijiet tal-madwar. Permezz ta’ sforzi msaħħa, l-Unjoni se tkompli tappoġġa l-proċess ta’ riżoluzzjoni paċifika tat-tilwima mibdi u li qed jitkompla taħt il-patroċinju tan-Nazzjonijiet Uniti,

(13)Għaldaqstant jenħtieġ li tiġi awtorizzata l-firma tal-Ftehim dwar is-sajd, tal-Protokoll ta’ implimentazzjoni tiegħu u tal-iskambju ta’ ittri li jakkumpanjah.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-firma tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim dwar is-Sajd”), tal-Protokoll ta’ implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll tal-iskambju ta’ ittri li jakkumpanja dan il-Ftehim, hija approvata f’isem l-Unjoni, soġġetta għall-konklużjoni ta’ dawk l-atti.

It-test tal-Ftehim dwar is-Sajd, tal-Protokoll ta’ implimentazzjoni tiegħu u l-iskambju ta’ ittri li jakkumpjanaw dan il-Ftehim, huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jistabbilixxi l-istrument ta’ setgħat sħaħ li jawtorizza lill-persuni indikati min-negozjatur tal-Ftehim dwar is-Sajd biex jiffirmaw il-Ftehim, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Oqsma ta’ politika kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.Għanijiet

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.6.Durata u impatt finanzjarju

1.7.Modi ta’ ġestjoni ppjanati

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji tan-nefqa affettwati

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, tal-Protokoll ta’ implimentazzjoni tiegħu, u l-iskambju ta’ ittri li jakkumpanja l-Ftehim.

1.2.Oqsma ta’ politika kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB 9  

11 – Affarijiet Marittimi u Sajd

11.03 – Kontribuzzjonijiet obbligatorji għal organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd u għal organizzazzjonijiet internazzjonali oħra u ftehimiet tas-sajd sostenibbli

11.03.01 - Stabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f’ilmijiet ta’ pajjiżi terzi

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 10

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.Għanijiet

1.4.1.L-għanijiet strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva

In-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli mal-pajjiżi terzi jissodisfaw l-għan ġenerali li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jingħataw aċċess għaż-żoni tas-sajd ta’ pajjiżi terzi u li tiġi żviluppata sħubija ma’ dawn il-pajjiżi bil-ħsieb li jissaħħaħ l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd barra mill-ilmijiet tal-Unjoni.

Il-ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli jiżguraw ukoll konsistenza bejn il-prinċipji li jirregolaw il-politika komuni tas-sajd u l-impenji li jsiru f’politiki oħra Ewropej (l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-pajjiżi terzi, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU), l-integrazzjoni tal-pajjiżi sħab fl-ekonomija globali, kif ukoll governanza politika u finanzjarja aħjar tas-sajd).

1.4.2.Għanijiet speċifiċi u attivitajiet ABM/ABB ikkonċernati

Għan speċifiku Nru

Sabiex jingħata kontribut għas-sajd sostenibbli barra mill-ilmijiet tal-Unjoni, tinżamm preżenza Ewropea fis-sajd fl-ilmijiet imbiegħda u jitħarsu l-interessi tas-settur tas-sajd Ewropew u tal-konsumaturi għandu jiġi nnegozjat u konkluż Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli ma’ Stati kostali, b’mod li jkun konsistenti ma’ politiki Ewropej oħra.

Attivitajiet ABM/ABB ikkonċernati

L-affarijiet marittimi u s-sajd, sabiex jiġi stabbilit qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi (Ftehimiet tas-sajd sostenibbli) (linja baġitarja 11.03.01).

1.4.3.Riżultati u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Il-Ftehim dwar is-sajd il-ġdid u l-Protokoll ta’ implimentazzjoni tiegħu jippermettu li jiġi stabbilit qafas ta’ sħubija strateġika fil-qasam tas-sajd sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk. L-applikazzjoni tal-Protokoll se toħloq opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd definita.

Se tikkontribwixxi wkoll għall-ġestjoni u għall-konservazzjoni aħjar tar-riżorsi tas-sajd, permezz ta’ appoġġ finanzjarju (appoġġ settorjali) għall-implimentazzjoni tal-programmi adottati fil-livell nazzjonali mill-pajjiż sieħeb, b’mod partikolari fejn jidħlu l-monitoraġġ u l-ġlieda kontra s-sajd illegali u għall-appoġġ tas-settur tas-sajd fuq skala żgħira, billi tiġi żgurata allokazzjoni ġeografika ġusta tal-benefiċċji soċjali u ekonomiċi li jirriżultaw minn dan l-appoġġ.

Fl-aħħar nett, il-Protokoll se jikkontribwixxi għall-ekonomija blu tar-Renju tal-Marokk, il-promozzjoni tat-tkabbir marbut mal-attivitajiet marittimi u l-użu sostenibbli tar-riżorsi marittimi tiegħu.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.

Ir-rati tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd (l-użu annwali tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd bħala persentaġġ tad-disponibbiltà offruta bil-Protokoll);

Id-data dwar il-qabdiet (ġbir u analiżi) u l-valur kummerċjali tal-Ftehim.

Il-kontribut għall-impjiegi u għall-valur miżjud fl-Unjoni, kif ukoll għall-istabbilizzazzjoni tas-suq tal-Unjoni (flimkien ma’ Ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli oħra);

Il-kontribut għat-titjib tar-riċerka, il-monitoraġġ u l-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd tal-pajjiż sieħeb u l-iżvilupp tas-settur tas-sajd tiegħu, l-aktar dak fuq skala żgħira.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil

Il-Protokoll il-ġdid huwa meħtieġ biex jipprovdi qafas għall-attivitajiet tas-sajd tal-flotta tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd imsemmija fil-Protokoll. Ladarba jiġi applikat, is-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jitolbu l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd li permezz tagħhom ikunu jistgħu jistadu f’din iż-żona.

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u r-Renju tal-Marokk jippermetti l-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli. B’mod partikolari, dan jistipula monitoraġġ tal-bastimenti permezz tas-sistema tal-VMS u, fil-ġejjieni, it-trażmissjoni elettronika tad-data dwar il-qabdiet. L-appoġġ settorjali disponibbli skont il-Protokoll se jgħin lir-Renju tal-Marokk fil-qafas tal-istrateġija nazzjonali dwar is-sajd tiegħu, inkluż il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU).

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-firma u l-konklużjoni ta’ dan il-Ftehim il-ġdid u tal-Protokoll ta’ implimentazzjoni tiegħu huma meħtieġa sabiex il-bastimenti tal-Unjoni jkunu jistgħu jaċċessaw u jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom. Il-Ftehim preċedenti għalissa jibqa’ fis-seħħ, iżda mingħajr Protokoll ta’ implimentazzjoni wara l-iskadenza tal-Protokoll 2014-2018 fl-14 ta’ Lulju 2018. Għaldaqstant, dan iwaqqaf l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd, minħabba li skont il-Ftehim u l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd biss bi Protokoll mal-pajjiż sieħeb ta’ Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli. Il-valur miżjud huwa għalhekk espliċitu għall-flotta tal-Unjoni fuq distanzi twal. Il-Protokoll jipprovdi wkoll qafas għal kooperazzjoni msaħħa mal-Unjoni.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Permezz tal-analiżi tal-qabdiet storiċi fiż-żona tas-sajd, kif ukoll tal-evalwazzjonijiet u l-pariri xjentifiċi disponibbli, il-partijiet stabbilixxew l-opportunitajiet tas-sajd għal 128 bastiment tas-sajd tal-Unjoni u qabda totali ammissibbli għall-kategorija pelaġika industrijali ta’ 85 000 tunnellata għal sena waħda, b’żieda għal 90 000 u wara 100 000 tunnellata, li żżid ukoll id-disponibbiltà tar-riżorsa għall-flotta tal-Unjoni (80 000 tunnellata skont il-Protokoll preċedenti).    
L-appoġġ settorjali jqis il-ħtiġijiet marbuta mal-appoġġ għall-iżvilupp ekonomiku fis-settur tas-sajd u l-ħtiġijiet marbuta mas-sorveljanza u l-kontroll mill-amministrazzjoni tas-sajd.

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-fondi mħallsin skont il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-aċċess tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli jikkostitwixxu dħul funġibbli fil-baġit nazzjonali tal-Marokk. Madankollu, il-fondi allokati għall-appoġġ settorjali jiġu assenjati (ġeneralment bir-reġistrazzjoni fil-liġi annwali tal-finanzi) lill-Ministeru responsabbli għas-sajd, u din hija kundizzjoni għall-konklużjoni u l-monitoraġġ tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli. Dawn ir-riżorsi finanzjarji huma kompatibbli ma’ sorsi oħra ta’ finanzjament mingħand donaturi oħra ta’ fondi internazzjonali biex jitwettqu proġetti u/jew programmi fil-livell nazzjonali fis-settur tas-sajd. Japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-monitoraġġ tal-allokazzjoni ġusta fl-użu tal-fondi.

1.6.Durata u impatt finanzjarju

 Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

   Proposta/inizjattiva fis-seħħ mid-data tad-dħul fis-seħħ (jew jekk applikabbli, l-applikazzjoni proviżorja) u għal erba’ snin

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

 Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Modi ta’ ġestjoni ppjanati 11  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-Kummissjoni (DĠ MARE, flimkien mal-uffiċjal tas-sajd tagħha bbażat fid-Delegazzjoni tal-Unjoni f’Rabat, il-Marokk) se tiżgura l-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tal-Protokoll, fejn jidħlu l-użu tal-opportunitajiet tas-sajd mill-operaturi u d-data dwar il-qabdiet, kif ukoll ir-rispett tal-kundizzjonijiet tal-appoġġ settorjali.

Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli jipprevedi mill-inqas laqgħa annwali waħda tal-kumitat konġunt, li matulha l-Kummissjoni u r-Renju tal-Marokk jirrevedu l-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll tiegħu u, jekk ikun meħtieġ, jaġġustaw il-programmazzjoni u, jekk ikun applikabbli, il-kontribuzzjoni finanzjarja.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Riskji identifikati

Ir-riskju identifikat huwa n-nuqqas tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd mis-sidien tal-bastimenti tal-UE u n-nuqqas ta’ użu jew dewmien fl-użu tal-fondi maħsuba għall-finanzjament tal-politika settorjali tas-sajd mir-Renju tal-Marokk.

2.2.2.Tagħrif dwar is-sistema ta’ kontroll intern li ġiet stabbilita

Qed jiġi ppjanat djalogu estensiv dwar il-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali prevista fil-Ftehim u fil-Protokoll. Bħala parti minn dawn il-metodi ta’ kontroll se ssir ukoll analiżi konġunta tar-riżultati, imsemmija fl-Artikolu 7 tal-Protokoll.

Barra minn hekk, il-Ftehim u l-Protokoll fihom klawżoli speċifiċi għas-sospensjoni tagħhom, skont ċertu kundizzjonijiet u f’ċertu ċirkustanzi.

2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni ta’ riskju ta’ errur

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.

Il-Kummissjoni timpenja ruħha li tistabbilixxi djalogu politiku mar-Renju tal-Marokk u li tikkoordina b’mod regolari ma’ dan il-pajjiż bil-ħsieb li tevalwa u ttejjeb il-ġestjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll u li ssaħħaħ il-kontribut tal-Unjoni għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi. Kwalunkwe pagament li jsir mill-Kummissjoni taħt il-qafas tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli huwa soġġett għar-regoli u l-proċeduri baġitarji u finanzjarji standard tal-Kummissjoni. B’mod partikolari, il-kontijiet bankarji tal-pajjiżi terzi fejn titħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja jiġu identifikati bis-sħiħ. L-Artikolu 4(4) tal-Protokoll jistipula li l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha titħallas f’kont apposta għal dan lit-Teżor pubbliku tar-Renju tal-Marokk.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji tan-nefqa affettwati

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
Intestatura

Diff./Mhux diff.
( 12 )

mill-pajjiżi tal-EFTA 13

mill-pajjiżi kandidati 14

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

2

Numru 11.03.01

L-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd li jwettqu l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi (Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli)

DIFF.

LE

LE

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura………………………………………]

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

[Jenħtieġ li din it-taqsima timtela billi tintuża l- ispreadsheet dwar id-data baġitarja ta’ natura amministrattiva (it-tieni dokument fl-Anness ta’ din id-dikjarazzjoni finanzjarja) u tittella’ fis-CISNET għal finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.]

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali:

Numru 2

Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali

DĠ MARE

Sena
2019 15

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

TOTAL

•Approprjazzjonijiet operazzjonali

Numru tal-linja baġitarja 11.0301

Impenji

(1)

37 000

38 800

42 400

42 400

160 600

Pagamenti

(2)

37 000

38 800

42 400

42 400

160 600

Numru tal-linja baġitarja

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2a)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 16  

Numru tal-linja baġitarja

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ MARE

Impenji

=1+1a +3

37 000

38 800

42 400

42 400

160 600

Pagamenti

=2+2a

+3

37 000

38 800

42 400

42 400

160 600






TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

37 000

38 800

42 400

42 400

160 600

Pagamenti

(5)

37 000

38 800

42 400

42 400

160 600

•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 2

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

37 000

38 800

42 400

42 400

160 600

Pagamenti

=5+ 6

37 000

38 800

42 400

42 400

160 600

Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura waħda:

•TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 4

tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali:

5

“Nefqa amministrattiva”

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

TOTAL

DĠ: <…….>

•Riżorsi umani

•Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL tad-DĠ<…….>

Approprjazzjonijiet

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 5

tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2019 17

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 5

tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

37 000

38 800

42 400

42 400

160 600

Pagamenti

37 000

38 800

42 400

42 400

160 600

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-għanijiet u l-outputs

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

TOTAL

Tip 18

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1 19

- Aċċess

annwali

19 100

20 000

21 900

21 900

82 900

- Settorjali

annwali

17 900

18 800

20 500

20 500

77 700

- Output

Subtotal tal-għan speċifiku Nru 1

37 000

38 800

42 400

42 400

160 600

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2…

- Output

Subtotal tal-għan speċifiku Nru 2

KOST TOTALI

37 000

38 800

42 400

42 400

160 600

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 20

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

barra mill-INTESTATURA 5 21
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.2. Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena
N

Sena
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

•Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) 22

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy 23

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/l-inizjattiva se tkun tinvolvi riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati



3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq id-dħul mixxellanju

Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 24

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul “assenjat” mixxellanju, speċifika l-linji baġitarji tan-nefqa affettwati.

Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.

(1)    ĠU L 141, 29.05.2006, p. 1; ĠU L 78, 17.03.2007, p. 31.
(2)    ĠU L 328, 7.12.2013, p. 2; ĠU L 228, 31.7.2014, p. 1.
(3)    ĠU L 70, 18.3.2000, p. 2.
(4)    Adottat fis-16 ta’ April 2018 waqt it-3612-il sessjoni tal-Kunsill Agrikoltura u Sajd.
(5)    Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Frar 2018, Western Sahara Campaign UK, C-266/16, EU :C :2018 :118.
(6)    ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
(7)     https://ec.europa.eu/fisheries/sites/fisheries/files/docs/publications/evaluation-report-morocco_fr.pdf SWD(2018) 1 final : https://eur-lex.europa.eu/legal-content/FR/TXT/?qid=1535624240760&uri=CELEX:52018SC0001
(8)    Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Frar 2018, Western Sahara Campaign UK, C-266/16, EU :C :2018 :118.
(9)    ABM: Ġestjoni bbażata fuq l-Attività (Activity-Based Management) – ABB: Ibbaġitjar ibbażat fuq l-Attività (Activity-Based Budgeting).
(10)    Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(11)    Id-dettalji dwar il-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html
(12)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(13)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(14)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(15)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
(16)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(17)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
(18)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (pereż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(19)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Għanijiet speċifiċi…”.
(20)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
(21)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(22)    AC = Aġent Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-aġenziji; JED= Espert Żagħżugħ fid-Delegazzjonijiet.
(23)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(24)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % tal-kostijiet tal-ġbir.
Top

Brussell, 8.10.2018

COM(2018) 677 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, tal-Protokoll ta' implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll tal-iskambju ta' ittri li jakkumpanja dan il-Ftehim

{SWD(2018) 433 final}


ANNESS

Skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jakkumpanja l-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk

A. Ittra mill-Unjoni

Għażiż/a Sinjur/Sinjura,

Għandi l-unur nirreferi għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk (“il-Ftehim dwar is-Sajd”), dwar ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

Wara n-negozjati, l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk qablu li:

1.Fir-rigward tal-kwistjoni tas-Saħara tal-Punent, il-Partijiet itennu l-appoġġ tagħhom għall-proċess tan-Nazzjonijiet Uniti u l-isforzi tas-Segretarju Ġenerali biex tinkiseb soluzzjoni politika definittiva, skont il-prinċipji u l-għanijiet tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u abbażi tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà. 

2.Il-Ftehim dwar is-Sajd huwa konkluż mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet rispettivi:

għall-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-istatut tat-territorju mhux awtonomu tas-Saħara tal-Punent, fejn l-ilmijiet tal-madwar huma koperti miż-żona tas-sajd kif definita fl-Artikolu 1(h) tal-Ftehim dwar is-Sajd u d-dritt tagħha għall-awtodeterminazzjoni, kull referenza fil-Ftehim dwar is-Sajd għal-liġijiet u r-regolamenti tal-Marokk ma tippreġudikax il-pożizzjoni tagħha;

għar-Renju tal-Marokk, ir-reġjun tas-Saħara huwa parti integrali tat-territorju nazzjonali li fuqu jeżerċita sovranità sħiħa bħal fuq il-bqija tat-territorju nazzjonali. Il-Marokk iqis li kull soluzzjoni għal din it-tilwima reġjonali jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-inizjattiva tiegħu ta’ awtonomija.

Napprezza jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel ma’ dan ta’ hawn fuq.

Dejjem tiegħek,

B. Ittra mir-Renju tal-Marokk

Għażiż/a Sinjur/Sinjura,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum u li tgħid hekk:

“Għażiż/a Sinjur/Sinjura,

Għandi l-unur nirreferi għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk (“il-Ftehim dwar is-Sajd”), dwar ċerti dispożizzjonijiet ta’ dak il-Ftehim.

Wara n-negozjati, l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk qablu li:

1.Fir-rigward tal-kwistjoni tas-Saħara tal-Punent, il-Partijiet itennu l-appoġġ tagħhom għall-proċess tan-Nazzjonijiet Uniti u l-isforzi tas-Segretarju Ġenerali biex tinkiseb soluzzjoni politika definittiva, skont il-prinċipji u l-għanijiet tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u abbażi tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà.

2.Il-Ftehim dwar is-Sajd huwa konkluż mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet rispettivi:

għall-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-istatut tat-territorju mhux awtonomu tas-Saħara tal-Punent, fejn l-ilmijiet tal-madwar huma koperti miż-żona tas-sajd kif definita fl-Artikolu 1(h) tal-Ftehim dwar is-Sajd u d-dritt tagħha għall-awtodeterminazzjoni, kull referenza fil-Ftehim dwar is-Sajd għal-liġijiet u r-regolamenti tal-Marokk ma tippreġudikax il-pożizzjoni tagħha;

għar-Renju tal-Marokk, ir-reġjun tas-Saħara huwa parti integrali tat-territorju nazzjonali li fuqu jeżerċita sovranità sħiħa bħal fuq il-bqija tat-territorju nazzjonali. Il-Marokk iqis li kull soluzzjoni għal din it-tilwima reġjonali jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-inizjattiva tiegħu ta’ awtonomija.

Napprezza jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel ma’ dan ta’ hawn fuq.

Dejjem tiegħek, ”

Nista’ nikkonferma li l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra.

Dejjem tiegħek,

FTEHIM TA’ SĦUBIJA

dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Unjoni”, u

IR-RENJU TAL-MAROKK, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Marokk”,

Flimkien imsejħin “il-Partijiet”,

FILWAQT LI JQISU r-relazzjoni ta’ ħidma mill-qrib bejn l-Unjoni u l-Marokk, b’mod partikolari fil-kuntest tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk min-naħa l-oħra, u x-xewqa komuni tagħhom li jsaħħu din ir-relazzjoni;

IMPENJATI li jikkonformaw b’mod strett mal-liġi internazzjonali u mad-drittijiet fundamentali tal-bniedem filwaqt li jiżguraw il-benefiċċji reċiproċi tal-Partijiet ikkonċernati;

FILWAQT LI JQISU li dan il-Ftehim jagħmel parti mis-sħubija ġenerali tagħhom li tkopri l-kwistjonijiet ekonomiċi, politiċi u ta’ sigurtà u l-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, inkluż il-kawżi ewlenin tagħha;

FID-DAWL tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS);

KONXJI mill-importanza tal-prinċipji stabbiliti mill-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli adottat waqt il-Konferenza tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) fl-1995;

DETERMINATI li japplikaw id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd rilevanti li l-Partijiet huma membri tagħhom;

JIXTIEQU, għal dawn il-finijiet, li jitqiesu l-pariri xjentifiċi disponibbli u l-pjanijiet ta’ ġestjoni rilevanti adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd rilevanti, biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà ambjentali tal-attivitajiet tas-sajd u biex tiġi promossa l-governanza tal-oċeani fuq livell internazzjonali;

DEĊIŻI, għal dawn il-finijiet, li jistabbilixxu djalogu, b’mod partikolari fir-rigward tal-governanza tas-sajd, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat u l-kontroll, il-monitoraġġ u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd;

JIXTIEQU li l-aċċess għaż-żona tas-sajd ikun ibbażat fuq l-attività tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni u li din tikseb sehem xieraq tar-riżorsi żejda tas-sajd, filwaqt li titqies l-ispeċifiċità ta’ kull Ftehim u li tibbenefika mill-istess kundizzjonijiet tekniċi tas-sajd applikati għall-flotot kollha;

KONVINTI li s-sħubija trid tkun ibbażata fuq inizjattivi u miżuri li, sew jekk jittieħdu b’mod konġunt u sew jekk b’mod individwali mill-Partijiet, ikunu kumplementari, konformi mal-politika u jiżguraw sinerġija tal-isforzi;

DEĊIŻI, għal dawn il-finijiet, li jikkontribwixxu, fil-qafas tal-politika settorjali tas-sajd tal-Marokk, inkluż fiż-żona tas-sajd koperta b’dan il-Ftehim, biex jippromwovu l-iżvilupp ta’ sħubija b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġu identifikati l-mezzi l-aktar xierqa biex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta’ din il-politika u biex l-operaturi ekonomiċi u s-soċjetà ċivili jiġu involuti fil-proċess;

JIXTIEQU li jistabbilixxu t-termini u l-kundizzjonijiet tal-aċċess għaż-żona tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni u, f’dan ir-rigward, li jiġi żgurat li l-attivitajiet tas-sajd ikunu mmirati esklussivament għar-riżorsi disponibbli, filwaqt li titqies il-kapaċità tas-sajd tal-flotot li joperaw fiż-żona u fl-istess ħin tingħata attenzjoni partikolari għan-natura transżonali u migratorja ħafna ta’ ċerti speċijiet;

DEĊIŻI li jsegwu kooperazzjoni ekonomika u soċjali aktar mill-qrib bil-għan li tistabbilixxi u ssaħħaħ is-sajd sostenibbli u ttejjeb il-governanza tal-oċeani, inkluż bit-trawwim ta’ investimenti li jinvolvu intrapriżi tal-Partijiet, f’konformità mal-għanijiet ta’ żvilupp tal-pajjiż;

FTIEHMU DWAR DAN LI ĠEJ:

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)“Awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk” tfisser il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd Marittimu, l-Iżvilupp Rurali u tal-Ilma u l-Foresti — id-Dipartiment tas-Sajd Marittimu;

(b)“Awtoritajiet tal-Unjoni” tfisser il-Kummissjoni Ewropea;

(c)“ftehim” tfisser il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli attwali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, l-iskambju ta’ ittri li jakkumpanja dan il-Ftehim, il-protokoll għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu.

(d)“attività tas-sajd” tfisser it-tiftix għall-ħut, it-tfigħ il-baħar, il-kalar, it-tkarkir jew l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd, it-teħid tal-qabdiet abbord, it-trasbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment, it-tqegħid fil-gaġeġ, is-simna u l-ħatt l-art tal-ħut u tal-prodotti tas-sajd;

(e) “bastiment tas-sajd” tfisser kull bastiment mgħammar għall-użu kummerċjali tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

(f)“bastiment tal-Unjoni” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni u li huwa reġistrat fl-Unjoni;

(g)“sid il-bastiment” tfisser il-persuna li hija legalment responsabbli mill-bastiment tas-sajd, li tmexxih u tikkontrollah;

(h)“żona tas-sajd” tfisser l-ilmijiet tal-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant li jinsabu bejn il-paralleli 35° 47’ 18'' fit-Tramuntana u 20  46’ 13'' fit-Tramuntana, inkluż l-ilmijiet tal-madwar tas-Saħara tal-Punent 1 li jkopru ż-żoni kollha ta’ ġestjoni. Din id-definizzjoni ma għandhiex taffettwa n-negozjati possibbli dwar id-demarkazzjoni taż-żoni marittimi tal-Istati kostali li jikkonfinaw maż-żona tas-sajd u d-drittijiet tal-pajjiżi terzi inġenerali.

(i)“żona ta’ ġestjoni” tfisser iż-żona ta’ attività demarkata bil-koordinati ġeografiċi, bl-irkaptu li jista’ jintuża jew bl-ispeċijiet awtorizzati.

(j)“awtorizzazzjoni tas-sajd” tfisser liċenzja tas-sajd maħruġa mill-Awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għal bastiment tas-sajd tal-Unjoni li tagħtih id-dritt li jwettaq attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd;

(k)“awtorizzazzjoni tas-sajd dirett” tfisser liċenzja tas-sajd maħruġa mill-Awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għal bastiment tas-sajd tal-Unjoni barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim;

(l)“stokk” tfisser riżorsa bijoloġika tal-baħar li tinsab f’żona partikolari;

(m)“prodotti tas-sajd’ tfisser l-organiżmi akkwatiċi li jirriżultaw minn attività tas-sajd;

(n)“prodotti tal-akkwakultura” tfisser l-organiżmi akkwatiċi fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom li jirriżultaw minn kwalunkwe attività tal-akkwakultura jew prodott li joriġina minnhom;

(o)“settur tas-sajd” tfisser is-settur tal-ekonomija li jinkludi l-attivitajiet kollha tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;

(p)“sajjied” tfisser kull persuna involuta f’attivitajiet ta’ sajd kummerċjali, kif rikonoxxut mill-Partijiet;

(q)“opportunità ta’ sajd” tfisser dritt legali kwantifikat għas-sajd, espress f’termini ta’ qabdiet u/jew ta’ sforz tas-sajd;

(r)“sajd sostenibbli” tfisser sajd f’konformità mal-għanijiet u mal-prinċipji stabbiliti mill-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli adottat waqt il-Konferenza tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) fl-1995;

Artikolu 2

Suġġett

Dan il-Ftehim jistabbilixxi qafas għall-governanza ġuridika, ambjentali, ekonomika u soċjali għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti tal-Unjoni li jistipulaw b’mod partikolari:

(a)il-kundizzjonijiet li skonthom il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd;

(b)il-kooperazzjoni ekonomika u finanzjarja fis-settur tas-sajd bil-għan li tiġi stabbilita sħubija għas-settur tas-sajd u li tissaħħaħ il-governanza tal-oċeani;

(c)il-kooperazzjoni amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja;

(d)il-kooperazzjoni xjentifika u teknika bil-ħsieb li jiġi żgurat użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd u l-iżvilupp tas-settur ikkonċernat;

(e)il-kooperazzjoni dwar il-miżuri ta’ kontroll u ta’ sorveljanza biex jiġu kkontrollati l-attivitajiet fiż-żona tas-sajd ħalli tiġi żgurata l-konformità mar-regoli fis-seħħ u tiġi żgurata l-effettività tal-miżuri għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u għall-ġestjoni tal-attivitajiet tas-sajd, b’mod partikolari għall-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.

Artikolu 3

Prinċipji u għanijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim

1. Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jippromwovu s-sajd sostenibbli fiż-żona tas-sajd abbażi tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jinsabu fiż-żona tas-sajd.

2. L-Awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk jimpenjaw ruħhom li l-aċċess għaż-żona tas-sajd ikun ibbażat fuq l-attività tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni. L-Awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għandhom jiżguraw li l-flotta Ewropea tikseb sehem xieraq tar-riżorsi żejda tas-sajd, filwaqt li titqies l-ispeċifiċità ta’ kull ftehim. Il-flotta Ewropea għandha tgawdi mill-istess kundizzjonijiet tekniċi tas-sajd applikati għall-flotot kollha.

3. Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jinfurmaw lil xulxin dwar il-ftehimiet u l-arranġamenti tas-sajd konklużi ma’ parti terza.

4. Il-Partijiet jaqblu li l-bastimenti tal-Unjoni għandhom jaqbdu biss l-eċċessi tal-qabda permessa kif imsemmi fl-Artikolu 62(2) u (3) tal-UNCLOS, u identifikati, b’mod ċar u trasparenti abbażi tal-opinjonijiet xjentifiċi disponibbli u rilevanti u tal-informazzjoni rilevanti skambjata bejn il-Partijiet dwar l-isforz totali tas-sajd tal-flotot kollha li joperaw fiż-żona tas-sajd fir-rigward tal-istokkijiet affettwati.

5. Fir-rigward tal-istokkijiet ta’ ħut transżonali jew migratorju ħafna,għad-determinazzjoni tar-riżorsi disponibbli għall-aċċess, il-Partijiet għandhom iqisu debitament il-valutazzjonijiet xjentifiċi mwettqa fil-livell reġjonali kif ukoll il-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni adottati mill-organizzazzjonijiet ta’ ġestjoni tas-sajd reġjonali rilevanti.

6. Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim fil-qafas tal-governanza ġurdika, ambjentali, ekonomika u soċjali għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni.

7. Fl-interess reċiproku tal-Partijiet, dawn jimpenjaw ruħhom li jistabbilixxu djalogu mill-qrib, li jiffaċilitaw il-konsultazzjoni u li jinfurmaw lil xulxin b’mod partikolari dwar l-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd u tal-governanza tal-oċeani.

8. Il-Partijiet għandhom jikkooperaw ukoll fit-twettiq ta’ evalwazzjonijiet ex ante, matul u ex post tal-miżuri, tal-programmi u tal-azzjonijiet implimentati abbażi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

9. Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom biex jiżguraw li d-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq il-post tax-xogħol tapplika bis-sħiħ għall-baħħara kollha li jitilgħu abbord il-bastimenti tal-Unjoni, b’mod partikolari dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni, tan-negozjar kollettiv tal-ħaddiema u tat-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-impjiegi u tal-professjoni. 

10. Dan il-Ftehim jikkonforma mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk tas-26 ta’ Frar 1996 – minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”. Dan jgħin biex jintlaħqu l-għanijiet ġenerali tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u jimmira li jiżgura l-vijabbiltà tar-riżorsi tas-sajd mill-aspetti ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali.

11. Dan il-Ftehim huwa implimentat skont l-Artikolu 1 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni dwar l-iżvilupp ta’ djalogu u kooperazzjoni u l-Artikolu 2 tal-istess Ftehim dwar ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem.

Artikolu 4

Aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-żona tas-sajd

L-Awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk jimpenjaw ruħhom li jawtorizzaw lill-bastimenti tal-Unjoni jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd skont dan il-Ftehim.

Artikolu 5

Kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd u l-klawżola ta’ esklużjoni

1. Il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jistadu fiż-żona tas-sajd koperta b’dan il-Ftehim dment li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd li tkun inħarġet skont dan il-Ftehim. Għandha tkun ipprojbita kull attività tas-sajd li ssir barra mill-qafas ta’ dan il-Ftehim.

2. L-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk ma għandhomx joħorġu awtorizzazzjonijiet għas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni ħlief skont dan il-Ftehim. Għandu jkun ipprojbit il-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet għas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni barra mill-qafas ta’ dan il-Ftehim, b’mod partikolari fl-għamla ta’ awtorizzazzjonijiet diretti.

3. Il-proċedura biex bastiment jikseb awtorizzazzjoni tas-sajd, l-imposti applikabbli u l-metodu tal-pagament li għandhom jużaw is-sidien tal-bastimenti għandhom ikunu kif stabbilit fil-Protokoll u fl-Anness u fl-Appendiċijiet tiegħu.

4. Il-Partijiet għandhom jiżguraw l-applikazzjoni korretta ta’ dawn il-kundizzjonijiet u l-proċeduri b’kooperazzjoni amministrattiva xierqa bejn l-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 6

Liġijiet u regolamenti li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd

1. Biex jiġi żgurat qafas regolatorju għas-sajd sostenibbli, il-bastimenti tal-Unjoni li joperaw fiż-żona tas-sajd għandhom jikkonformaw mal-liġijiet u mar-regolamenti tal-Marokk li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd f’dik iż-żona, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan il-Ftehim. L-Awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet tal-Unjoni bil-liġijiet u bir-regolamenti applikabbli sa mhux aktar tard minn xahar qabel ma jibda japplika dan il-Ftehim.

2. L-Unjoni timpenja ruħha li tieħu l-miżuri xierqa kollha meħtieġa biex tiżgura li l-bastimenti tagħha jikkonformaw ma’ dan il-Ftehim u mal-liġijiet u r-regolamenti notifikati u li jiġu applikati b’mod effettiv il-miżuri ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd previsti f’dan il-Ftehim.

Il-bastimenti tal-Unjoni jridu jikkooperaw mal-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk responsabbli mill-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza.

3. Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin qabel ma jadottaw kwalunkwe deċiżjoni li tista’ taffettwa l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni skont dan il-Ftehim. Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin bi kwalunkwe emenda fil-politika jew fil-leġiżlazzjoni tas-sajd rispettiva tagħhom li tista’ tħalli impatt potenzjali fuq l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni skont dan il-Ftehim.

Kull emenda fil-leġiżlazzjoni li taffettwa l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd għandha tkun infurzabbli fir-rigward tal-bastimenti tal-Unjoni mis-60 jum wara li l-awtoritajiet tal-Unjoni jirċievu n-notifika mill-Marokk, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali fejn ma japplikax dan il-perjodu.

IMPENJI U OBBLIGI ĠENERALI

Artikolu 7

Sħubija

Il-Partijiet jaqblu li jsaħħu s-sħubija tagħhom, inklużi l-kooperazzjoni fil-qasam xjentifiku, il-kooperazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi, il-koopereazzjoni fil-qasam tal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza (MKS), il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU), kif ukoll il-kooperazzjoni amministrattiva għall-implimentazzjoni ta’ politika tas-sajd sostenibbli.

Artikolu 8

Kooperazzjoni fil-qasam xjentifiku

1. Matul il-perjodu tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex jimmonitorjaw l-istat tar-riżorsi fiż-żona tas-sajd. Għal dan il-għan, għandha tiġi stabbilita laqgħa xjentifika konġunta li trid issir darba fis-sena fl-Unjoni u fil-Marokk b’mod alternat.

2. Imsejsa fuq il-konklużjonijiet tal-laqgħa xjentifika u l-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 13 u, fejn ikun meħtieġ u bi qbil komuni, jieħdu miżuri sabiex jiżguraw il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd.

3. Il-Partijiet b’dan jimpenjaw ruħhom li jikkonsultaw lil xulxin, jew direttament jew fl-organizzazzjonijiet internazzjonali kkonċernati, sabiex jiżguraw il-ġestjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi u biex jikkooperaw fir-riċerka xjentifika rilevanti.

Artikolu 9

Kooperazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi

1. Il-Partijiet għandhom iħeġġu l-koperazzjoni ekonomika, xjentifika u teknika fis-settur tas-sajd u fis-setturi relatati. Dawn għandhom jikkonsultaw lil xulxin biex jiffaċilitaw u jippromwovu l-miżuri differenti li jistgħu jittieħdu għal dan il-għan.

2. Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jippromwovu l-iskambju tal-informazzjoni dwar it-tekniki u l-irkaptu tas-sajd, il-metodi ta’ konservazzjoni u l-proċessi industrijali tal-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd.

3. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex joħolqu l-kundizzjonijiet adattati għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-intrapriżi tagħhom fl-oqsma tekniċi, ekonomiċi u kummerċjali, billi jħeġġu l-ħolqien ta’ ambjent favorevoli għall-iżvilupp tan-negozju u tal-investiment.

4. Il-Partijiet għandhom iħeġġu l-aktar, il-promozzjoni tal-investimenti fl-interess reċiproku tagħhom, f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ tagħhom.

Artikolu 10

Kooperazzjoni fil-qasam tal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza u fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

1. Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom biex jikkooperaw fil-qasam tal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd u fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat bil-għan li jistabbilixxu sajd sostenibbli.

2. L-Awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għandhom jiżguraw li jiġu applikati b’mod effettiv id-dispożizzjonijiet dwar il-kontroll tas-sajd stabbiliti f’dan il-Ftehim u fil-Protokoll tiegħu. Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tal-Marokk responsabbli mit-twettiq ta’ dan il-kontroll.

Artikolu 11

Kooperazzjoni amministrattiva

Biex jiżguraw li l-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd huma effettivi, il-Partijiet għandhom:

jiżviluppaw kooperazzjoni amministrattiva biex jiżguraw li l-bastimenti tal-Unjoni jikkonformaw mad-dispożizzjoniji ta’ dan il-Ftehim, b’mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 6 tiegħu;

jikkooperaw biex jipprevjenu u jiġġieldu kontra s-sajd illegali, b’mod partikolari bl-iskambju ta’ informazzjoni u bil-kooperazzjoni amministrattiva mill-qrib.

Artikolu 12

Kontribuzzjoni finanzjarja

1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja hija definita fil-Protokoll, fl-Annessi u fl-Appendiċijiet tiegħu.

2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:

(a)kumpens finanzjarju mogħti mill-Unjoni għall-aċċess mill-bastimenti tal-Unjoni għaż-żona tas-sajd;

(b)l-imposti li jridu jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni;

(c)appoġġ settorjali mogħti mill-Unjoni għall-implimentazzjoni ta’ politika tas-sajd sostenibbli u governanza tal-oċeani, soġġett għall-programmazzjoni annwali u pluriennali.

3. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija mill-Unjoni għandha titħallas kull sena skont il-Protokoll.

4. Il-Partijiet għandhom jeżaminaw l-allokazzjoni ġeografika u soċjali ġusta tal-benefiċċji soċjoekonomiċi li jirriżultaw minn dan il-Ftehim, b’mod partikolari f’termini ta’ infrastruttura, servizzi soċjali bażiċi, twaqqif ta’ negozji, taħriġ vokazzjonali, proġetti ta’ żvilupp u ta’ modernizzazzjoni tas-settur tas-sajd, sabiex jiġi żgurat li din l-allokazzjoni tkun ta’ benefiċċju għall-persuni kkonċernati b’mod proporzjonali mal-attivitajiet tas-sajd.

5. L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2(a) jista’ jiġi rivedut mill-Kumitat Konġunt f’każ ta’:

(a)tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni, b’mod partikolari għall-applikazzjoni tal-miżuri ta’ ġestjoni tal-istokkijiet ikkonċernati, li jitqiesu neċessarji għall-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi abbażi tal-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli;

(b)żieda tal-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni jekk, abbażi tal-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli, l-istat tar-riżorsi jkun jippermetti dan;

(c)sospensjoni jew terminazzjoni tal-Ftehim skont l-Artikoli 20 u 21 tiegħu.

6. Il-kontibuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2(c):

(a)ma għandhiex tkun assoċjata mal-pagamenti għall-kostijiet ta’ aċċess imsemmija fil-paragrafu 2(a) u (b);

(b)għandha tkun stabbilita mill-ilħuq tal-għanijiet tal-appoġġ settorjali skont il-Protokoll u skont il-programmazzjoni annwali u pluriennali tal-implimentazzjoni tiegħu.

7. L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2(c) jista’ jiġi rivedut mill-Kumitat Konġunt jekk jiġu vvalutati mill-ġdid it-termini tal-appoġġ finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali.

DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI

Artikolu 13

Kumitat Konġunt

1. Għandu jiġi stabbilit Kumitat Konġunt magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet. Dan il-Kumitat għandu jkun responsabbli mill-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim u jista’ jemenda l-Protokoll, flimkien mal-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu.

2. Il-Kumitat Konġunt għandu:

(a)jimmonitorja t-twettiq, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, b’mod partikolari, id-definizzjoni tal-programmazzjoni annwali u pluriennali msemmija fl-Artikolu 12(6)(b) u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tagħha;

(b)jiddefinixxi u jevalwa l-programmazzjoni annwali u pluriennali tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 12(2)(c);

(c)jeżamina l-allokazzjoni ġeografika u soċjali tal-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-persuni kkonċernati msemmija fl-Artikolu 12(4);

(d)jiżgura l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni meħtieġa dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni fil-qasam tas-sajd;

(e)iservi ta’ forum biex jissolva b’mod amikevoli kull tilwim li jista’ jinqala’ dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Ftehim.

3. Il-Kumitat Konġunt jista’ japprova l-emendi fil-Protokoll, fl-Anness u fl-Appendiċijiet tiegħu dwar:

(a)ir-reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u, b’riżultat ta’ dan, tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 12(2)(a) u (b);

(b)l-arranġamenti ta’ appoġġ settorjali u, b’riżultat ta’ dan, tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 12(2)(c);

(c)il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti tekniċi li skonthom il-bastimenti tal-Unjoni jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom;

(d)kwalunkwe funzjoni oħra li l-Partijiet jiddeċiedu bi qbil komuni li jagħtuh, inkluż il-ġlieda kontra s-sajd IUU u l-governanza tal-oċeani.

5. Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena, b’mod alternat bejn il-Marokk u l-Unjoni, jew f’post ieħor li ż-żewġ Partijiet jaqblu dwaru, u għandha tippresedih il-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa. Dan għandu jiltaqa’ b’mod straordinarju fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet.

Il-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt għandhom jiddaħħlu fil-minuti ffirmati mill-Partijiet.

6. Il-Kumitat Konġunt jista’ jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess.

Artikolu 14

Żona ta’ applikazzjoni

Dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorji li, minn naħa japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea u, min-naħa l-oħra, japplikaw il-liġijiet u r-regolamenti msemmija fl-Artikolu 6(1).

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 15

Soluzzjoni tat-tilwim

Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar kull tilwim li jikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 16

Status tal-Protokoll, tal-Anness, tal-Appendiċijiet u tal-iskambju ta’ ittri

Il-Protokoll, l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu kif ukoll l-iskambju ta’ ittri li jakkumpanja dan il-Ftehim għandhom ikunu parti integrali ta’ dan il-Ftehim u jkunu rregolati wkoll b’dawn id-dispożizzjonijiet finali.

Artikolu 17

Lingwi u dħul fis-seħħ

Dan il-Ftehim huwa mfassal bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bin-Netherlandiż, bl-Għarbi, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bit-Taljan u bl-Ungeriż, b’kull test ugwalment awtentiku.

Dan jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li lestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.

Artikolu 18

Durata

Dan il-Ftehim għandu japplika għal perjodu ta’ żmien indefinit.

Artikolu 19

Applikazzjoni proviżorja

Dan il-Ftehim jista’ jiġi applikat b’mod proviżorju bi qbil komuni permezz ta’ skambju ta’ notifiki bejn il-Partijiet, mid-data tal-iffirmar awtorizzat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 20

Sospensjoni

1. L-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet fil-każ ta’ xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)f’ċirkostanzi, ħlief il-fenomeni naturali, fejn waħda mill-Partijiet ma jkollhiex kontroll raġonevoli fuqhom b’tali mod li jfixklu l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd;

(b)meta tinqala’ xi tilwima bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, b’mod partikolari rigward il-konformità tal-Artikoli 6, 10 u 12;

(c)meta waħda mill-Partijiet ma tikkonformax ma’ dan il-Ftehim;

(d)meta jkun hemm bidliet sinifikanti fil-politika settorjali li wasslet għall-konklużjoni ta’ dan il-Ftehim, li twassal lil xi waħda mill-Partijiet biex titlob li dan jiġi emendat.

2. Is-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Ftehim għandha tkun notifikata bil-miktub mill-Parti interessata lill-Parti l-oħra u għandha tidħol fis-seħħ tliet xhur wara li tasal din in-notifika. Kif tintbagħat din in-notifika jibdew konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet bil-għan li tinstab soluzzjoni amikevoli għat-tilwima tagħhom fi żmien tliet xhur.

3. F’każ li ma tinstabx soluzzjoni amikevoli għad-differenzi u tiġi implimentata s-sospensjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jsibu soluzzjoni għat-tilwima tagħhom. Meta tinstab din is-soluzzjoni, għandha tissokta l-implimentazzjoni tal-Ftehim u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmi fl-Artikolu 12(2) għandu jitnaqqas b’mod proporzjonat u pro rata temporis skont il-perjodu li matulu jkun dam sospiż il-Ftehim, sakemm ma jintlaħaqx qbil mod ieħor.

Artikolu 21

Terminazzjoni

1. Dan il-Ftehim jista’ jintemm fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet fil-każ ta’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a)f’ċirkostanzi, ħlief il-fenomeni naturali, fejn waħda mill-Partijiet ma jkollhiex kontroll raġonevoli fuqhom b’tali mod li jfixklu l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd;

(b)f’każ ta’ degradazzjoni tal-istokkijiet ikkonċernati;

(c)f’każ li jonqos il-livell tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni;

(d)f’każ ta’ ksur tal-impenji li daħlu għalihom il-Partijiet dwar il-ġlieda kontra s-sajd IUU;

(e)meta tinqala’ xi tilwima bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim;

(f)meta waħda mill-Partijiet ma tikkonformax ma’ dan il-Ftehim;

(g)meta jkun hemm bidla sinifikanti fil-politika settorjali li wasslet għall-konklużjoni ta’ dan il-Ftehim, li twassal lil xi waħda mill-Partijiet biex titlob li dan jiġi emendat.

2. It-terminazzjoni tal-Ftehim għandha tiġi notifikata bil-miktub mill-Parti interessata lill-Parti l-oħra u għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara li tasal din in-notifika sakemm il-Partijiet ma jaqblux bejniethom li jtawlu dan il-perjodu.

3. Meta tasal in-notifika ta’ terminazzjoni, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin biex isibu soluzzjoni amikevoli għat-tilwima tagħhom fi żmien dan il-perijodu ta’ sitt xhur.

4. Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 12 għas-sena meta tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni għandu jitnaqqas b’mod proporzjonat u pro rata temporis. Dan it-tnaqqis għandu japplika wkoll jekk waħda mill-Partijiet ittemm l-applikazzjoni proviżorja.

Artikolu 22

Reviżjoni

Il-Partijiet jaqblu li jirrevedu dan il-Ftehim biex jitqiesu l-emendi kollha fil-qafas tal-governanza ġuridika, ambjentali, ekonomika u soċjali li jistgħu jaffettwaw l-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni.

Artikolu 23

Tħassir

Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk, li daħal fis-seħħ fit-28 ta’ Frar 2007, huwa mħassar.

PROTOKOLL

dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Marokk

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-Ftehim, ħlief għall-emendi msemmijin hawn taħt u ssupplimentati kif ġej:

1. “ftehim dwar is-sajd” tfisser il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk u l-iskambju ta’ ittri li jakkumpanjah;

2. “Protokoll” tfisser il-Protokoll ta’ implimentazzjoni attwali tal-Ftehim dwar is-Sajd, l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu;

3. “żbark” tfisser il-ħatt għal fuq l-art ta’ kwalunkwe kwantità ta’ prodotti tas-sajd minn abbord bastiment tas-sajd;

4. “trasbord” tfisser il-ħatt minn bastiment għal fuq bastiment ieħor ta’ parti mill-prodotti tas-sajd jew tal-prodotti tas-sajd kollha;

5. “osservatur” tfisser persuna awtorizza minn awtorità nazzjonali responsabbli, skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness, li tosserva l-implimentazzjoni tar-regoli applikabbli għall-attività tas-sajd jew li tosserva din l-attività għal finijiet xjentifiċi;

6. “liċenzja tas-sajd” tfisser awtorizzazzjoni amministrattiva maħruġa mid-Dipartiment lil sid il-bastiment wara li jħallas tariffa annwali, li biha jkun jista’ jistad fiż-żona ta’ ġestjoni matul il-perjodu li tkun ingħatat;

7. “operatur” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li topera jew li tikkontrolla kwalunkwe intrapriża li twettaq xi waħda mill-attivitajiet relatati ma’ kwalunkwe stadju tal-katina ta’ produzzjoni, l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ bl-imnut tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;

8. “Delegazzjoni” tfisser id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Marokk;

9. “Dipartiment” tfisser id-Dipartiment tas-Sajd Marittimu fi ħdan il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd Marittimu, l-Iżvilupp Rurali u tal-Ilma u l-Foresti.

Artikolu 2

Għan

L-għan ta’ dan il-Protokoll huwa li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar is-Sajd, jistabbilixxi b’mod partikolari l-kundizzjonijiet tal-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-żona tas-sajd iddefinita fl-Artikolu 1(h) tiegħu u d-dispożizzjonijiet tal-implimentazzjoni tas-Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli.

Artikolu 3

Opportunitajiet ta’ sajd

1. Mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll u għall-perjodu ddefinit fl-Artikolu 16, l-opportunitajiet tas-sajd li ġejjin jingħataw skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar is-Sajd kif ġej:

(a)għall-kategorija “Sajd pelaġiku fuq skala żgħira fit-Tramuntana bit-tartarun”: 22 bastiment, minn hawn ’il quddiem imsejħa “Kategorija 1”;

(b)għall-kategorija “Sajd fuq skala żgħira fit-Tramuntana bil-konz tal-qiegħ”: 35 bastiment, minn hawn ’il quddiem imsejħa “Kategorija 2”;

(c)għall-kategorija “Sajd fuq skala żgħira fin-Nofsinhar bil-qasba u x-xlief”: 10 bastimenti, minn hawn ’il quddiem imsejħa “Kategorija 3”;

(d)għall-kategorija “Sajd tal-qiegħ fin-Nofsinhar bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u l-konz tal-qiegħ”: 16-il bastiment, minn hawn ’il quddiem imsejħa “Kategorija 4”;

(e)għall-kategorija “Sajd fuq skala żgħira għat-tonn bil-qasba”: 27 bastiment, minn hawn ’il quddiem imsejħa “Kategorija 5”;

(f)għall-kategorija “Sajd pelaġiku industrijali bix-xbieki tat-tkarkir pelaġiku jew semipelaġiku u bit-tartarun tal-borża”: kwota annwali ta’:

i) 85 000 tunnellata għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni, 18-il bastiment,

ii) 90 000 tunnellata għat-tieni sena ta’ applikazzjoni, 18-il bastiment,

iii) 100 000 tunnellata għat-tielet u għar-raba’ sena ta’ applikazzjoni, 18-il bastiment,

minn hawn ’il quddiem imsejħa “Kategorija 6”;

2. Il-paragrafu 1 għandu japplika soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5, 10 u 20 ta’ dan il-Protokoll.

3. Skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar is-Sajd, il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu biss attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd jekk ikollhom liċenzja tas-sajd maħruġa f’konformità ma’ dan il-Protokoll u l-arranġamenti stabbiliti fl-Anness u fl-Appendiċijiet tiegħu.

4. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(4) tal-Ftehim dwar is-Sajd, il-Partijiet jaqblu li fil-Kumitati Konġunti jiskambjaw informazzjoni dwar il-qabdiet jew dwar l-isforz totali tas-sajd imwettaq fuq l-istokkijiet ikkonċernati mill-flotot kollha li joperaw fiż-żona tas-sajd.

Artikolu 4

Kontribuzzjoni finanzjarja

1. Il-valur totali annwali stmat tal-Protokoll huwa ta’:

1.1. EUR 48 100 000 għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni. Dan l-ammont jitqassam kif ġej:

(a)    EUR 37 000 000 bħala l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 12 tal-Ftehim dwar is-Sajd, allokata kif ġej:

i)EUR 19 100 000 bħala kumpens finanzjarju għall-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-żona tas-sajd, kif imsemmi fl-Artikolu 12(2)(a) tal-Ftehim dwar is-Sajd;

ii)EUR 17 900 000 bħala appoġġ settorjali kif imsemmi fl-Artikolu 12(2)(c) tal-Ftehim dwar is-Sajd;

b)EUR 11 100 000 li jikkorrispondu għall-ammont stmat tal-imposti li jridu jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti, kif imsemmi fl-Artikolu 12(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sajd.

1.2. EUR 50 400 000 għat-tieni sena ta’ applikazzjoni. Dan l-ammont jitqassam kif ġej:

(a)EUR 38 800 000 bħala l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 12 tal-Ftehim dwar is-Sajd, allokata kif ġej:

i)EUR 20 000 000 bħala kumpens finanzjarju għall-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-żona tas-sajd, kif imsemmi fl-Artikolu 12(2)(a) tal-Ftehim dwar is-Sajd;

ii)EUR 18 800 000 bħala appoġġ settorjali kif imsemmi fl-Artikolu 12(2)(c) tal-Ftehim dwar is-Sajd;

(b)EUR 11 600 000 li jikkorrispondu għall-ammont stmat tal-imposti li jridu jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti, kif imsemmi fl-Artikolu 12(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sajd.

1.3. EUR 55 100 000 għat-tielet u għar-raba’ sena ta’ applikazzjoni. Dan l-ammont jitqassam kif ġej:

(a)EUR 42 400 000 bħala l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 12 tal-Ftehim dwar is-Sajd, allokata kif ġej:

i)EUR 21 900 000 bħala kumpens finanzjarju għall-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-żona tas-sajd, kif imsemmi fl-Artikolu 12(2)(a) tal-Ftehim dwar is-Sajd;

ii)EUR 20 500 000 bħala appoġġ settorjali kif imsemmi fl-Artikolu 12(2)(c) tal-Ftehim dwar is-Sajd;

(b)    EUR 12 700 000 li jikkorrispondu għall-ammont stmat tal-imposti li jridu jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti, kif imsemmi fl-Artikolu 12(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sajd.

2. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 tal-Ftehim dwar is-Sajd u b’mod partikolari l-paragrafu 4 tiegħu u soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5, l-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għandhom jallokaw il-kontribuzzjoni finanzjarja skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6 u 7 ta’ dan il-Protokoll.

3. Il-paragrafu 1 għandu japplika soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5, 10, 18, 19 u 20 ta’ dan il-Protokoll.

4. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 12(2)(a) u (c) tal-Ftehim dwar is-Sajd għandha titħallas lit-Teżorier Ġenerali tar-Renju tal-Marokk f’kont apposta għal dan il-għan, miftuħ mat-Teżor Ġenerali tar-Renju tal-Marokk, li d-dettalji tiegħu għandhom jiġu kkomunikati mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk.

Artikolu 5

Reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd

1. L-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan il-Protokoll jistgħu jiġu riveduti mill-Kumitat Konġunt skont l-Artikolu 13(3)(a) tal-Ftehim dwar is-Sajd, bi qbil komuni u sakemm ir-reviżjoni ma tippreġudikax is-sostenibbiltà tar-riżorsi fiż-żona tas-sajd. Din ir-reviżjoni tista’ tikkonċerna l-għadd ta’ bastimenti, l-ispeċijiet fil-mira jew il-kwoti allokati skont l-Artikolu 3 għal kull kategorija.

2. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12(5) tal-Ftehim dwar is-Sajd, jekk jiżdiedu jew jitnaqqsu l-opportunitajiet tas-sajd, il-kumpens finanzjarju previst fl-Artikolu 12(2)(a) tal-Ftehim għandu jiġi rrivedut b’mod proporzjonat għall-opportunitajiet tas-sajd, pro rata temporis u abbażi tal-valur stmat tal-qabdiet għall-kategoriji kkonċernati. Din ir-reviżjoni għandha tiġi approvata mill-Kumitat Konġunt.

Madankollu, ma jistax ikun hemm żieda fl-opportunitajiet tas-sajd li ssarraf fl-irduppjar tal-kumpens finanzjarju mħallas mill-Unjoni msemmi fl-Artikolu 12(2)(a) tal-Ftehim dwar is-Sajd.

Artikolu 6

Kumpens finanzjarju li jingħata għall-aċċess għaż-żona tas-sajd u imposti li jridu jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti

1. Il-kumpens finanzjarju msemmi fl-Artikolu 12(2)(a) u t-tariffi msemmija fl-Artikolu 12(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sajd għandhom ikunu soġġetti għal allokazzjoni ġeografika u soċjali ġusta tal-benefiċċji soċjoekonomiċi sabiex jiġi żgurat li l-kumpens ikun ta’ benefiċċju għall-komunitajiet lokali kkonċernati, skont l-Artikolu 12(4) tal-Ftehim dwar is-Sajd.

2. Sa mhux aktar tard minn 3 xhur wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, l-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għandhom jippreżentaw metodu li jwassal għall-allokazzjoni ġeografika u soċjali msemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll kriterju tal-allokazzjoni tal-ammonti li jridu jiġu allokati, li għandhom jiġu eżaminati mill-Kumitat Konġunt.

3. Kull emenda sinifikanti fl-allokazzjoni ġeografika u soċjali għandha tiġi eżaminata mill-Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

4. Kull sena u fi żmien 3 xhur, l-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għandhom jippreżentaw rapport annwali dwar l-allokazzjoni ġeografika u soċjali fis-sena finanzjarja preċedenti.

5. Qabel ma jiskadi dan il-Protokoll, l-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għandhom jippreżentaw rapport finali dwar l-allokazzjoni ġeografika u soċjali tal-ammonti msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 7

Allokazzjoni tal-appoġġ settorjali

1. L-appoġġ settorjali msemmi fl-Artikolu 12(2)(c) tal-Ftehim dwar is-Sajd se jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali fil-qafas tal-istrateġija nazzjonali għall-iżvilupp tas-settur tas-sajd.

2. Sa mhux aktar tard minn 3 xhur wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-Kumitat Konġunt għandu jaqbel fuq programm settorjali pluriennali u fuq arranġamenti ta’ implimentazzjoni dettaljati li jkopru, b’mod partikolari:

(a)linji gwida annwali u pluriennali għall-użu tal-ammont speċifiku mogħti bħala appoġġ settorjali skont l-Artikolu 12(4) tal-Ftehim dwar is-Sajd;

(b)l-għanijiet annwali u pluriennali li jridu jinkisbu sabiex jiġu żviluppati attivitajiet tas-sajd sostenibbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet tal-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk stabbiliti fil-politika settorjali nazzjonali tiegħu;

(c)il-kriterji, ir-rapporti u l-proċeduri, inklużi l-indikaturi baġitarji u finanzjarji, u l-metodi ta’ kontroll u ta’ awditu li jridu jintużaw biex jiġu vvalutati r-riżultati miksuba fuq bażi annwali.

3. Kull emenda f’dawn il-linji gwida, l-għanijiet, il-kriterji u l-indikaturi għandha tiġi approvata mill-Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

4. L-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għandhom jippreżentaw rapport annwali dwar il-progress tal-proġetti implimentati fil-qafas tal-appoġġ settorjali, li għandu jiġi eżaminat mill-Kumitat Konġunt. L-istruttura tar-rapport għandha tkun stabbilita mill-Kumitat Konġunt sa mhux aktar tard minn 3 xhur wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll.

5. Skont in-natura tal-proġetti u t-tul ta’ żmien tagħhom, ladarba dawn jitlestew, l-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għandhom jippreżentaw rapport ta’ implimentazzjoni li jrid jiġi eżaminat mill-Kumitat Konġunt. Il-kontenut ta’ dan ir-rapport għandu jiġi ddefinit mill-Kumitat Konġunt.

6. Qabel ma jiskadi l-Protokoll, l-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għandhom jippreżentaw ukoll rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali previst skont dan il-Protokoll, inklużi l-elementi msemmija fil-paragrafi preċedenti.

7. Jekk ikun meħtieġ, il-Partijiet għandhom ikomplu jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali sa mhux aktar minn sitt xhur wara l-iskadenza, is-sospensjoni jew it-terminazzjoni ta’ dan il-Protokoll kif previst fih stess. Madankollu, għandhom jitqiesu kull azzjoni jew proġett approvati minn qabel mill-Kumitat Konġunt biex il-monitoraġġ tal-appoġġ settorjali għal din l-azzjoni jew dan il-proġett ikun jista’ jiġi estiż għal perjodu addizzjonali ta’ mhux aktar minn sitt xhur.

8. Il-Partijiet għandhom ifasslu pjan ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà relatat mal-Ftehim dwar is-Sajd. Dan il-pjan għandu jiġi approvat mill-ewwel laqgħa tal-Kumitat Konġunt.

Artikolu 8

Pagamenti

1. Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 12(2)(a) tal-Ftehim dwar is-Sajd irid jitħallas:

(a)għall-ewwel sena, sa mhux aktar tard minn xahrejn wara l-laqgħa tal-Kumitat Konġunt li tapprova l-metodu ta’ allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 6(2);

(b)għas-snin ta’ wara, fid-data tal-anniversarju tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, soġġetta għall-analiżi mill-Kumitat Konġunt skont il-paragrafi 4 u 5.

2. Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 12(2)(c) tal-Ftehim dwar is-Sajd irid jitħallas:

(a)għall-ewwel sena, sa mhux aktar tard minn xahrejn wara li l-Kumitat Konġunt ikun approva l-programmazzjoni annwali u pluriennali prevista fl-Artikolu 7(2) ta’ dan il-Protokoll;

(b)għas-snin ta’ wara, xahrejn wara l-approvazzjoni mill-Kumitat Konġunt tal-kisbiet tas-sena preċedenti u tal-programmazzjoni annwali prevista għas-sena finanzjarja li jmiss.

3. Il-pagament tal-imposti dovut mis-sidien tal-bastimenti għandu jitħallas kif previst fit-Taqsima E tal-Kapitolu I tal-Anness ta’ dan il-Protokoll.

4. Kull sena l-Kumitat Konġunt għandu jikkonferma li r-riżultati miksuba jikkonformaw mal-programmazzjoni u li l-pagamenti li jkunu saru jikkonformaw mal-kriterju tal-allokazzjoni ġeografika u soċjali.

5. Jekk ir-riżultati miksuba ma jikkonformawx mal-programmazzjoni jew mal-metodu msemmi fl-Artikolu 6(2) u (3), inkluż fir-rigward tal-allokazzjoni ġeografika u soċjali, il-pagamenti u l-attivitajiet tas-sajd relatati jistgħu jiġu riveduti, jew skont il-każ, parzjalment jew totalment sospiżi. F’dawn il-każijiet il-Partijiet għandhom ikomplu jikkonsultaw lil xulxin u l-pagamenti u l-attivitajiet tas-sajd rilevanti għandhom jitkomplew ladarba l-Kumitat Konġunt jikkonferma li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4.

Artikolu 9

Koordinazzjoni fil-qasam xjentifiku

1. Skont l-Artikoli 3 u 8 tal-Ftehim dwar is-Sajd, il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jorganizzaw laqgħat xjentifiċi fuq bażi regolari jew meta jkun hemm bżonn, sabiex jiġu eżaminati kwistjonijiet ta’ natura xjentifika u, jekk meħtieġ u fuq talba tal-Kumitat Konġunt, il-valur stmat tal-ewwel bejgħ tal-qabdiet fil-post tal-iżbark jew fis-swieq aħħarin.

2. Il-mandat, il-kompożizzjoni u t-tmexxija ta’ dawn il-laqgħat xjentifiċi għandhom jiġu stabbiliti mill-Kumitat Konġunt.

Artikolu 10

Kampanji ta’ sajd xjentifiku

Għall-finijiet tar-riċerka u biex jissaħħaħ l-għarfien xjentifiku u tekniku, u fuq talba tal-Kumitat Konġunt, tista’ ssir kampanja ta’ sajd xjentifiku fiż-żona tas-sajd. L-arranġamenti ta’ kif għandha tiġi implimentata l-kampanja ta’ sajd xjentifiku għandhom jiġu stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet previsti fil-Kapitolu III tal-Anness ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 11

Kooperazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi

Skont il-leġiżlazzjoni u r-regolamenti fis-seħħ, il-Partijiet għandhom jippromwovu l-kuntatti u jikkontribwixxu għall-kooperazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi fl-oqsma li ġejjin:

(a)l-iżvilupp ta’ industriji marbuta mas-sajd, b’mod partikolari l-kostruzzjoni u t-tiswija navali u l-manifattura ta’ rkaptu u materjali tas-sajd;

(b)l-iżvilupp tal-iskambju ta’ għarfien espert professjonali u t-taħriġ ta’ maniġers għas-settur tas-sajd marittimu;

(c)it-tqegħid fis-suq tal-prodotti tas-sajd;

(d)il-kummerċjalizzazzjoni;

(e)l-akkwakultura u l-ekonomija blu.

Artikolu 12

In-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet u l-obbligi stabbiliti bil-Protokoll

F’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll u l-leġiżlazzjoni fis-seħħ fiż-żona tas-sajd, l-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk jirriżervaw id-dritt li japplikaw is-sanzjonijiet kif previsti fl-Anness f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet u l-obbligi stabbiliti bl-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 13

Skambju elettroniku ta’ data

Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jistabbilixxu mill-aktar fis is-sistemi, bħall-ERS, meħtieġa biex ikun żgurat l-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u tad-dokumenti kollha marbuta mal-ġestjoni teknika ta’ dan il-Protokoll, bħad-data dwar il-qabdiet, il-pożizzjonijiet VMS u n-notifiki tad-dħul fiż-żona u tal-ħruġ minnha mill-bastimenti tal-Unjoni li joperaw skont dan il-Ftehim dwar is-Sajd.

Artikolu 14

Kunfidenzjalità

1. Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom sabiex id-data personali kollha dwar il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u l-attivitajiet tas-sajd tagħhom miksuba fil-qafas ta’ dan il-Ftehim, inkluża d-data miġbura mill-osservaturi, jiġu proċessati skont il-prinċipji tal-kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-data.

2. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li jippubblikaw biss id-data aggregata marbuta mal-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd.

3. Id-data li tista’ titqies bħala kunfidenzjali għandha tintuża mill-awtoritajiet kompetenti esklussivament għall-implimentazzjoni tal-Ftehim u għall-ġestjoni, il-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd.

4. Fir-rigward tad-data personali mibgħuta lill-Unjoni, il-Kumitat Konġunt jista’ jistabbilixxi salvagwardji adegwati u rimedji legali skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Dan il-Protokoll u l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

Artikolu 16

Durata

Minkejja l-Artikolu 18 tal-Ftehim dwar is-Sajd, dan il-Protokoll għandu japplika għal perjodu ta’ erba’ snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu jew, skont il-każ, l-applikazzjoni proviżorja tiegħu.

Artikolu 17

Applikazzjoni proviżorja

Dan il-Protokoll jista’ jiġi applikat b’mod proviżorju bi qbil komuni permezz ta’ skambju ta’ notifiki bejn iż-żewġ Partijiet, mid-data tal-iffirmar awtorizzat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 18

Sospensjoni

L-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20 tal-Ftehim dwar is-Sajd.

Artikolu 19

Terminazzjoni

Dan il-Protokoll jista’ jintemm fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 21 tal-Ftehim dwar is-Sajd.

Artikolu 20

Reviżjoni

Dan il-Protokoll jista’ jiġi rivedut fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22 tal-Ftehim dwar is-Sajd.

ANNESS

KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD TAL-BASTIMENTI TAL-UNJONI FIŻ-ŻONA TAS-SAJD

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET U L-ĦRUĠ TAL-LIĊENZJI

A. Applikazzjonijiet għal-liċenzji

1. Il-bastimenti eliġibbli biss jistgħu jingħataw liċenzja biex jistadu fiż-żona tas-sajd.

2. Sabiex bastiment ikun eliġibbli, la sid il-bastiment, la l-kaptan u lanqas il-bastiment innifsu ma jridu jkunu pprojbiti milli jistadu fiż-żona tas-sajd u l-bastiment ma jridx ikun legalment elenkat bħala bastiment IUU.

3. Dawn iridu jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ u jkunu ssodisfaw l-obbligi kollha preċedenti li jiġu mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom fiż-żona tas-sajd.

4. L-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom jippreżentaw lid-Dipartiment tas-Sajd Marittimu tal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd Marittimu, l-Iżvilupp Rurali u tal-Ilma u l-Foresti (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “id-Dipartiment”), il-listi tal-bastimenti li japplikaw biex iwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom fil-limiti stabbiliti fid-dokumenti tekniċi annessi mal-Protokoll, mill-inqas 20 jum qabel id-data tal-bidu tal-validità tal-liċenzji mitluba.

Dawn il-listi għandhom:

(a)jintbagħtu lid-Dipartiment bil-posta elettronika billi jintużaw l-indirizzi li jingħataw bl-iskambju ta’ ittri qabel id-data ta’ applikazzjoni tal-Protokoll;

(b)jiddikjaraw l-għadd ta’ bastimenti għal kull kategorija tas-sajd u għal kull żona ta’ ġestjoni, u għal kull bastiment, il-karatteristiċi prinċipali tiegħu, l-ammonti li jridu jitħallsu maqsuma skont l-intestatura u l-irkaptu li se jintuża matul il-perjodu inkwistjoni, u għall-kategorija 6 jiddikjaraw il-kwota mitluba f’tunnellati ta’ qabdiet fl-għamla ta’ tbassir ta’ kull xahar.

5. Fir-rigward tal-kategorija 6, jekk f’xahar partikolari l-qabdiet

(a)jilħqu l-kwota proviżorja ta’ kull xahar tal-bastiment qabel tmiem ix-xahar inkwistjoni, sid il-bastiment jista’ jibgħat lid-Dipartiment, permezz tal-awtoritajiet tal-Unjoni, ammont proviżorju aġġustat tat-tbassir tal-qabdiet għal kull xahar u talba għal estensjoni tal-kwota proviżorja tiegħu ta’ kull xahar;

(b)jibqgħu taħt il-kwota proviżorja ta’ kull xahar tal-bastiment, l-ammont korrispondenti tal-kwota jew tat-tariffa għandu jiġi riportat għall-perjodu ta’ attività li jmiss fis-sena kalendarja attwali.

6. L-applikazzjonijiet individwali għal-liċenzja, miġbura skont il-kategorija tas-sajd, għandhom jintbagħtu lid-Dipartiment fl-istess ħin li jintbagħtu l-listi msemmija hawn fuq, f’konformità mal-mudell tal-formola mogħti fl-Appendiċi 1.

7. Kull applikazzjoni għal liċenzja għandha tkun akkumpanjata bid-dokumenti li ġejjin:

(a)kopja taċ-ċertifikat tat-tunnellaġġ iċċertifikat kif xieraq mill-Istat tal-bandiera;

(b)ritratt diġitali bil-kulur riċenti, b’riżoluzzjoni grafika minima ta’ 1400 x 1050 pixels u awtentikat skont il-proċeduri fis-seħħ fl-Istat tal-bandiera, li juri l-ġenb tal-bastiment fl-istat attwali tiegħu bl-ittri u bin-numri ta’ reġistrazzjoni li jidhru b’mod ċar. Dan ir-ritratt ma għandux ikun izgħar minn 15 cm x 10 cm;

(c)prova tal-pagament tat-tariffi annwali għal-liċenzja tas-sajd kif iddefinit mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ u tal-imposti u tal-ispejjeż tal-osservaturi stabbiliti fit-Taqsima E ta’ hawn taħt;

(d)kull dokument jew ċertifikat ieħor meħtieġ skont id-dispożizzjonijiet partikolari li huma applikabbli għat-tip ta’ bastiment ikkonċernat skont dan il-Protokoll.

8. Jekk liċenzja tiġġedded sena wara sena skont dan il-Protokoll fir-rigward ta’ bastiment li l-karatteristiċi tekniċi tiegħu ma nbidlux, l-applikazzjoni ta’ tiġdid għandha tkun akkumpanjata biss bil-prova tal-pagament tat-tariffi tal-liċenzja tas-sajd, ta’ imposti oħra u tal-ispejjeż tal-osservaturi.

9. Il-formoli tal-applikazzjoni għal-liċenzja u d-dokumenti kollha msemmija fil-paragrafu 6 ta’ hawn fuq li fihom l-informazzjoni meħtieġa għall-istabbiliment tal-liċenzji tas-sajd jistgħu jintbagħtu mill-awtoritajiet tal-Unjoni lid-Dipartiment bil-posta elettronika.

B. Ħruġ tal-liċenzji

1. Id-Dipartiment għandu joħroġ il-liċenzji tas-sajd għall-awtoritajiet tal-Unjoni, permezz tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Marokk (minn hawn ’il quddiem imsejħa d-“Delegazzjoni”) għall-bastimenti kollha fi żmien 15-il jum wara li d-Dipartiment jirċievi d-dokumentazzjoni kollha msemmija fil-punt 6 ta’ hawn fuq.

2. Jekk ikun il-każ, id-Dipartiment għandu jinnotifika lill-awtoritajiet tal-Unjoni r-raġunijiet għaliex il-liċenzja ġiet irrifjutata.

3. Il-liċenzji tas-sajd għandhom ikunu stabbiliti skont id-data li tinsab fid-dokumenti tekniċi tal-Appendiċi 2, u għandhom isemmu b’mod partikolari ż-żona ta’ ġestjoni, id-distanza mill-kosta, id-data li għandha x’taqsam mal-apparat ta’ pożizzjonament u lokalizzazzjoni kontinwi bis-satellita (numru tas-serje tat-transponder VMS), l-irkaptu awtorizzat, l-ispeċijiet prinċipali, id-daqsijiet tax-xbieki awtorizzati, il-qabdiet inċidentali permissibbli u għall-kategorija 6, il-kwoti proviżorji ta’ kull xahar tal-qabdiet awtorizzati tal-bastiment.

4. Il-kwota proviżorja ta’ kull xahar tal-bastiment tista’ tiġi estiża skont il-limiti tal-qabdiet previsti fid-dokument tekniku korrispondenti.

5. Il-liċenzji tas-sajd jistgħu jinħarġu biss għall-bastimenti li jkunu kkonformaw mal-formalitajiet amministrattivi kollha meħtieġa f’dan ir-rigward.

6. Il-Partijiet għandhom jaqblu li jippromwovu l-ħolqien ta’ sistema ta’ liċenzji elettroniċi.

C. Validità u użu tal-liċenzji

1. Bl-eċċezzjoni tal-ewwel sena, li tibda fid-data tal-applikazzjoni u tispiċċa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru, il-liċenzji tas-sajd għandhom ikunu validi għal:

(a)sena kalendarja waħda (kategorija 5) li tikkorrispondi għall-perjodu minn meta tibda l-validità tal-liċenzja sal-31 ta’ Diċembru;

(b)tliet xhur (kategoriji 1, 2, 3 u 4) li jikkorrispondu għal wieħed mill-perjodi ta’ tliet xhur li jibda fl-1 ta’ Jannar, fl-1 ta’ April, fl-1 ta’ Lulju jew fl-1 ta’ Ottubru;

(c)xahar (kategorija 6) li jikkorrispondi għall-perjodu minn meta tibda l-validità tal-liċenzja sa tmiem ix-xahar.

Għall-aħħar sena ta’ applikazzjoni, li tibda mill-1 ta’ Jannar u tispiċċa fid-data tal-iskadenza tal-Protokoll, il-perjodu msemmija hawn fuq għandhom jitqassru de facto, skont il-każ, minħabba l-iskadenza tal-Protokoll.

2. Il-liċenzja tas-sajd għandha tkun valida biss għall-perjodu kopert mill-pagament tal-imposti, kif ukoll għaż-żona ta’ ġestjoni, it-tipi ta’ rkaptu u l-kategorija tas-sajd indikati fl-istess liċenzja.

3. Kull liċenzja tas-sajd għandha tinħareġ f’isem bastiment speċifiku u mhijiex trasferibbli. Madankollu, f’każ ippruvat ta’ forza maġġuri, bħat-telf jew l-immobilizzazzjoni fit-tul ta’ bastiment minħabba ħsara teknika serja kkonfermat kif xieraq mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera, il-liċenzja ta’ bastiment tista’ titħassar fuq talba mill-awtoritajiet tal-Unjoni. Għandha tinħareġ liċenzja ġdida mill-aktar fis possibbli skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-applikazzjonijiet u l-ħruġ ta’ liċenzji ta’ bastiment ieħor li jappartjeni għall-istess kategorija tas-sajd u b’tunnellaġġ li ma jaqbiżx dak tal-bastiment li tkun tħassritlu l-liċenzja.

4. F’każ li titħassar il-liċenzja, sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu, għandhom jirritornaw il-liċenzja tas-sajd imħassra lid-Dipartiment.

5. Il-liċenzja tas-sajd għandha tinżamm il-ħin kollu abbord il-bastiment u tintwera lill-awtoritajiet ta’ kontroll kull darba li ssir spezzjoni.

D. Pagamenti tal-liċenzji tas-sajd u imposti

1. Il-pagamenti annwali tal-liċenzji tas-sajd huma stabbiliti fil-liġijiet u fir-regolamenti Marokkini li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd.

2. Il-pagamenti tal-liċenzji għandhom ikopru s-sena kalendarja li fiha tinħareġ il-liċenzja u għandhom jitħallsu mal-ewwel applikazzjoni għal liċenzja għal dik is-sena. Il-pagamenti tal-liċenzji jinkludu kull pagament jew taxxa oħra relatati, ħlief għat-taxxi tal-port jew il-pagamenti għall-għoti ta’ servizzi.

3. Minbarra l-pagamenti tal-liċenzji tas-sajd, l-imposti għandhom jiġu kkalkulati għal kull bastiment skont ir-rati stabbiliti fid-dokumenti tekniċi tal-Appendiċi 2.

4. Il-kalkolu tat-tariffi għandu jsir pro rata mal-perjodu ta’ validità effettiva tal-liċenzja tas-sajd, filwaqt li jitqies kull perjodu ta’ waqfien mis-sajd.

E. Termini tal-pagament

1. Il-pagament tal-liċenzji tas-sajd, tal-imposti u tal-ispejjeż tal-osservaturi għandu jsir f’isem it-Teżorier Ministerjali tal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd Marittimu, l-Iżvilupp Rurali u tal-Ilma u l-Foresti fil-kont tal-bank Nru 0018100078000 20110750201 miftuħ fil-Bank Al Maghrib, il-Marokk, qabel ma jinħarġu l-liċenzji tas-sajd.

2. Il-pagament tal-imposti għall-qabdiet mill-bastimenti tal-kategorija 5 għandu jitħallas kif ġej:

(a)L-ammont b’rata fissa mħallas minn qabel (EUR 7 000 għal kull bastiment) imsemmi fid-dokument tekniku għandu jitħallas qabel ma tibda l-attività tas-sajd;

(b)L-ammont imħallas minn qabel għandu jiġi kkalkulat pro rata skont it-tul tal-validità tal-liċenzja;

(c)Sat-30 ta’ Ġunju, l-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom jippreżentaw lid-Dipartiment dikjarazzjoni tal-imposti dovuti għas-sena tas-sajd preċedenti, ibbażata fuq ir-rappurtar tal-qabdiet ta’ kull sid tal-bastiment, ivverifikata u vvalidata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera u mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk;

(d)Għall-aħħar sena tal-applikazzjoni, id-dikjarazzjoni tal-imposti dovuti għas-sena tas-sajd preċedenti għandha tiġi nnotifikata fi żmien erba’ xhur wara li jiskadi l-Protokoll;

(e)e) Id-dikjarazzjoni finali għandha tintbagħat lis-sidien tal-bastimenti kkonċernati li għandu jkollhom 30 jum mid-data li fiha d-Dipartiment jinnotifika l-approvazzjoni taċ-ċifri, sabiex jissodisfaw l-obbligi finanzjarji tagħhom. Il-prova tal-pagament minn sid il-bastiment, li għandha ssir f’euro f’isem it-Teżorier Ġenerali tal-Marokk fil-kont tal-bank imsemmi fil-paragrafu 1, għandha tintbagħat lid-Dipartiment mill-awtoritajiet tal-Unjoni sa mhux aktar tard minn xahar u nofs wara dik in-notifika;

(f)f) Madankollu, jekk l-ammont tad-dikjarazzjoni jkun inqas mit-total tal-pagament bil-quddiem imsemmi hawn fuq, id-differenza korrispondenti ma tistax tiġi rkuprata;

(g)g) Is-sidien tal-bastimenti għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe pagament supplimentari jitħallas fiż-żmien stabbilit fil-punt (e).

(h)h) In-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi stabbiliti fil-punt (e) għandu jwassal għas-sospensjoni awtomatika tal-liċenzja tas-sajd sakemm sid il-bastiment jikkonforma ma’ dawk l-obbligi.

3. Il-pagament tal-imposti fuq il-kwoti allokati għall-bastimenti tat-tkarkir tal-kategorija 6 għandu jitħallas kif ġej:

(a)l-imposta korrispondenti għall-kwota proviżorja ta’ kull xahar tal-bastiment mitluba minn sid il-bastiment għandha titħallas qabel ma tibda l-attività tas-sajd;

(b)f’każ li tiġi estiża l-kwota proviżorja ta’ kull xahar kif imsemmi fil-paragrafu 5 tat-Taqsima A, l-imposta korrispondenti għal din l-estensjoni trid tasal għand l-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk qabel ma jitkomplew l-attivitajiet tas-sajd;

(c)f’każ ta’ skorriment tal-kwota proviżorja ta’ kull xahar u ta’ kwalunkwe estensjoni tagħha, l-ammont tal-imposta korrispondenti għal dan l-iskorriment għandu jiżdied b’fattur ta’ 3. Il-bilanċ ta’ kull xahar, ikkalkulat abbażi tal-qabdiet reali, għandu jitħallas fi żmien xahrejn mix-xahar li fih saru dawn il-qabdiet.

KAPITOLU II

ŻONI TA’ ĠESTJONI

1. Iż-żoni ta’ ġestjoni għal kull kategorija tas-sajd huma stabbiliti fid-dokumenti tekniċi tal-Appendiċi 2.

2. Qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, l-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet tal-Unjoni l-koordinati ġeografiċi taż-żoni ta’ ġestjoni kif ukoll kull żona fit-territorju tagħhom fejn is-sajd huwa projbit.

3. Din l-informazzjoni għandha tintbagħat b’mod elettroniku, f’forma deċimali T/N DD. ddd (WGS84).

4. Kull emenda fil-koordinati għandha tiġi kkomunikata mingħajr dewmien.

5. Jekk ikun meħtieġ, l-Unjoni tista’ titlob aktar informazzjoni dwar dawk il-koordinati.

KAPITOLU III

ARRANĠAMENTI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-KAMPANJA TAS-SAJD XJENTIFIKU

1. Il-Partijiet għandhom jiddeċiedu b’mod konġunt dwar

(a)l-operaturi Ewropej li se jwettqu l-kampanja tas-sajd xjentifiku;

(b)il-perjodu l-aktar adattat għal dan il-għan; u

(c)il-kundizzjonijiet applikabbli.

2. Sabiex ikun iffaċilitat ix-xogħol esploratorju tal-bastimenti, id-Dipartiment għandu jgħaddi kull informazzjoni xjentifika u data oħra fundamentali disponibbli.

3. Il-Partijiet għandhom jaqblu dwar Protokoll xjentifiku li għandu jintuża bħala l-bażi għall-kampanja tas-sajd xjentifiku, u li għandu jintbagħat lill-operaturi kkonċernati.

4. Il-kampanji ma għandhomx idumu aktar minn sitt xhur u inqas minn tliet xhur, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor mill-Partijiet.

5. L-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom jibagħtu lill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk, applikazzjoni għal-liċenzja tas-sajd għall-kampanja tas-sajd xjentifiku, akkumpanjata b’dossier tekniku li jispeċifika:

(a)il-karatteristiċi tekniċi tal-bastiment;

(b)il-livell ta’ għarfien espert tal-uffiċjali tal-bastiment b’rabta mas-sajd;

(c)il-proposta għall-parametri tekniċi tal-kampanja (kemm se ddum għaddejja, l-irkaptu li se jintuża, ir-reġjuni li se jiġu esplorati, eċċ.);

(d)il-mezz ta’ finanzjament.

6. Jekk ikun meħtieġ, id-Dipartiment għandu jorganizza djalogu dwar l-aspetti tekniċi u finanzjarji mal-awtoritajiet tal-Unjoni u, possibilment mas-sidien tal-bastimenti kkonċernati.

7. Qabel ma tibda l-kampanja tas-sajd xjentifiku, il-bastiment tal-Unjoni għandu jidħol f’port magħżul mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk biex isirulu spezzjonijiet, inklużi dawk previsti fil-punt 1 tal-Kapitolu VIII ta’ dan l-Anness.

8. Qabel ma tibda l-kampanja, is-sidien tal-bastimenti għandhom jipprovdu lid-Dipartiment u lill-awtoritajiet tal-Unjoni:

(a)dikjarazzjoni tal-qabdiet li jkunu diġà abbord;

(b)il-karatteristiċi tekniċi tal-irkaptu tas-sajd li jkun se jintuża matul il-kampanja;

(c)garanzija li dawn se jikkonformaw mar-rekwiżiti regolatorji fis-seħħ.

9. Matul il-kampanja fuq il-baħar, is-sidien ikkonċernati għandhom:

(a)jibagħtu lid-Dipartiment u lill-awtoritajiet tal-Unjoni rapport fil-ġimgħa dwar il-qabdiet ta’ kuljum u ta’ kull sajda, inkluża deskrizzjoni tal-parametri tekniċi tal-kampanja (il-pożizzjoni, il-fond, id-data u l-ħin, il-qabdiet u osservazzjonijiet jew kummenti oħra);

(b)jindikaw il-pożizzjoni, il-veloċità u r-rotta tal-bastiment permezz tal-VMS;

(c)jiżguraw abbord il-bastiment ikun hemm osservatur xjentifiku ta’ nazzjonalità Marokkina jew magħżul mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk, skont id-dispożizzjonijiet dwar l-osservaturi stabbiliti fil-Kapitolu VII. Sakemm il-Partijiet ma jiddeċidux mod ieħor, il-bastiment qatt ma għandu jkun obbligat jidħol f’port aktar minn darba kull xahrejn;

(d)jissottomettu l-bastiment tagħhom għal spezzjoni qabel ma jħalli ż-żona tas-sajd Marokkina, jekk l-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk jitolbu dan;

(e)jikkonformaw mal-liġijiet u mar-regolamenti tas-sajd Marokkini. Il-qabdiet li jsiru matul il-kampanja tas-sajd xjentifiku, inklużi l-qabdiet inċidentali, għandhom jibqgħu l-proprjetà ta’ sid il-bastiment, dejjem jekk jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-rigward mill-Kumitat Konġunt u d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll xjentifiku.

10. Id-Dipartiment għandu jinnomina persuna ta’ kuntatt li tkun inkarigata li tittratta l-problemi mhux previsti li jistgħu jfixklu l-iżvilupp tal-kampanja dwar is-sajd xjentifiku.

KAPITOLU IV

MONITORAĠĠ BIS-SATELLITA (SISTEMA TA’ MONITORAĠĠ TAL-BASTIMENTI - VMS)

A. Dispożizzjonijiet ġenerali

1. Ir-regolamenti Marokkini li jirregolaw il-funzjonament tal-apparat ta’ pożizzjonament u lokalizzazzjoni bis-satellita għandhom japplikaw għall-bastimenti tal-Unjoni li qed joperaw jew li beħsiebhom joperaw fiż-żona tas-sajd skont dan il-Protokoll. L-Istat tal-bandiera għandu jiżgura li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dawk ir-regolamenti.

2. L-attività ta’ kull bastiment tal-Unjoni awtorizzat skont dan il-Protokoll trid tiġi kontinwament monitorjata, b’mod partikolari permezz ta’ sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti abbażi ta’ satellita, minn hawn ’il quddiem imsejħa VMS (Vessel Monitoring System - VMS). L-arranġamenti dettaljati ta’ dan il-monitoraġġ għandhom jiġu stabbiliti mill-Kumitat Konġunt.

3. Is-sistema VMS tal-bastimenti soġġetti għall-monitoraġġ bis-satellita skont dan il-Protokoll għandha tibgħat b’mod awtomatiku l-pożizzjonijiet tal-bastimenti liċ-ċentru ta’ kontroll tas-sajd (Ċentru ta’ Sorveljanza u ta’ Kontroll tas-Sajd - CSCP), tal-Istat tal-bandiera tagħhom, li għandhom jibagħtuhom liċ-CSCP tal-Marokk.

4. L-Istat tal-bandiera u l-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għandhom jinnominaw korrispondent VMS kull wieħed li għandu jaġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt.

(a)Qabel id-data ta’ applikazzjoni tal-Protokoll, iċ-CSCP tal-Istat tal-bandiera u tal-Marokk għandhom jikkomunikaw id-dettalji ta’ kuntatt (l-isem, l-indirizz, it-telefown, it-telex, il-posta elettronika) tal-korrispondent VMS rispettiv tagħhom.

(b)Kull emenda fid-dettalji ta’ kuntatt tal-korrispondent VMS trid tiġi nnotifikata minnufih.

Il-punti ta’ kuntatt, li d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom għandhom jiġu kkomunikati qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, għandhom jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar it-tagħmir tal-bastimenti, il-protokolli tat-trażmissjoni jew kwalunkwe funzjoni oħra meħtieġa għall-monitoraġġ bis-satellita.

B. Data VMS

1. Meta bastiment li jkun qed jistad skont il-Ftehim dwar is-Sajd u huwa soġġett għall-monitoraġġ bis-satellita skont dan il-Protokoll jidħol fiż-żona tas-sajd, ir-rapporti susseggwenti tal-pożizzjoni għandhom jiġu kkomunikati immedjatament miċ-CSCP tal-Istat tal-bandiera liċ-CSCP tal-Marokk. Dawn il-messaġġi għandhom jintbagħtu kif ġej:

(a)b’mod elettroniku bl-użu ta’ protokoll sigur;

(b)bi frekwenza ta’ sagħtejn jew inqas;

(c)fil-format indikat fl-Appendiċi 3.

2. Il-format NAF għandu jintuża sakemm issir il-bidla għall-format il-ġdid UN-CEFACT. L-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għandhom jistabbilixxu l-perjodu meħtieġ għall-bidla lejn il-format UN-CEFACT fil-protokoll FLUX, filwaqt li jitqiesu r-restrizzjonijiet tekniċi dwar l-integrazzjoni ta’ dan il-format il-ġdid u l-protokoll FLUX. Dawn għandhom jiddefinixxu l-perjodu ta’ prova meħtieġ qabel ma ssir it-tranżizzjoni għall-użu effettiv tal-format il-ġdid u tal-protokoll FLUX. Ladarba dawn il-provi jitlestew b’suċċess, il-Partijiet għandhom jistabbilixxu mill-aktar fis possibbli, id-data effettiva tal-applikazzjoni konġunta fil-Kumitat Konġunt jew bi skambju ta’ ittri.

3. Kull messaġġ ta’ pożizzjoni għandu jinkludi:

(a)l-identifikazzjoni tal-bastiment;

(b)il-pożizzjoni ġeografika l-aktar riċenti tal-bastiment (il-lonġitudni, il-latitudni), b’marġni ta’ żball tal-pożizzjoni ta’ inqas minn 100 metru, u b’intervall ta’ fiduċja ta’ 99 %;

(c)id-data u l-ħin li fihom tkun ġiet irreġistrata l-pożizzjoni;

(d)il-veloċità u r-rotta tal-bastiment.

4. Il-pożizzjonijiet VMS għandhom jiġu identifikati kif ġej:

(a)l-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fiż-żona tas-sajd għandha tkun identifikata bil-kodiċi “ENT”;

(b)il-pożizzjonijiet kollha segwenti huma identifikati bil-kodiċi “POS”;

(c)l-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara t-tluq miż-żona tas-sajd għandha tkun identifikata bil-kodiċi “EXI”;

(d)il-pożizzjonijiet trażmessi manwalment, f’konformità mal-paragrafu 3 tat-Taqsima C, huma identifikati bil-kodiċi “MAN”.

5. Iċ-CSCP tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u t-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi ta’ pożizzjoni. Il-messaġġi ta’ pożizzjoni għandhom jiġu rreġistrati b’mod sigur u salvagwardjati f’bażi tad-data għal tliet snin. Madankollu, f’każ ta’ restrizzjonijiet tekniċi, dan il-perjodu jista’ jitqassar bi ftehim reċiproku.

6. Il-komponenti tas-softwer u tal-ħardwer tal-apparat tas-sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita għandhom ikunu:

(a)affidabbli, li ma jippermettu l-ebda falsifikazzjoni tal-pożizzjonijiet u ma jistgħux jiġu mmanipolati manwalment;

(b)kompletament awtomatiċi u operattivi f’kull ħin indipendentement mill-kundizzjonijiet ambjentali u klimatiċi.

7. Huwa pprojbit li wieħed iċaqlaq, jiskonnetta, jeqred, jagħmel ħsara jew ma jħallix operattiva s-sistema ta’ lokalizzazzjoni kontinwa bl-użu tal-komunikazzjonijiet bis-satellita mqiegħda abbord il-bastiment għal finijiet ta’ trażmissjoni tad-data jew li jbiddel intenzjonalment, jiddevja jew jiffalsifika d-data li toħroġ minn din is-sistema jew li tiġi rreġistrata minnha.

8. Il-kaptani tal-bastimenti għandhom jiżguraw f’kull ħin li:

(a)id-data ma tiġix mibdula;

(b)l-antenna jew l-antenni konnessi mat-tagħmir ta’ monitoraġġ bis-satellita ma jkunux ostakolati bl-ebda mod;

(c)il-provvista tal-elettriku għat-tagħmir tal-monitoraġġ bis-satellita ma tinqatax;

(d)it-tagħmir tal-monitoraġġ bis-satellita ma jitneħħix minn fuq il-bastiment.

9. Għall-finijiet ta’ monitoraġġ u kontroll, fejn meħtieġ u meta jkun mitlub, il-Partijiet jaqblu li jiskambjaw informazzjoni dwar it-tagħmir użat.

C. Nuqqas tekniku jew ħsara li jaffettwaw l-apparat ta’ monitoraġġ abbord il-bastiment

1. Fil-każ ta’ nuqqas tekniku jew ħsara li taffettwa l-apparat użat għall-monitoraġġ kontinwu bis-satellita installat abbord il-bastiment tas-sajd, id-Dipartiment u l-awtoritajiet tal-Unjoni jridu jkunu infurmati minnufih mill-Istat tal-bandiera.

2. L-apparat difettuż irid jiġi sostitwit fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol wara li l-Istat tal-bandiera jinnotifika l-ħsara liċ-CSCP tal-Marokk. Wara dan il-perjodu, il-bastiment inkwistjoni jrid jidħol f’port innomimat mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għal segwitu regolatorju u tiswija, jew jitlaq miż-żona sakemm l-Istat tal-bandiera ma jkunx bagħat ir-rapport ta’ spezzjoni dwar l-apparat difettuż liċ-CSCP tal-Marokk u infurmah bir-raġunijiet li wasslu għall-ħsara.

3. Sakemm l-apparat ma jiġix sostitwit, il-kaptan tal-bastiment għandu jibgħat manwalment, bil-posta elettronika, bir-radju jew bil-faks, liċ-CSCP tal-Istat tal-bandiera, rapport tal-pożizzjoni globali kull erba’ sigħat, inkluż ir-rapporti dwar il-pożizzjoni hekk kif irreġistrata mill-kaptan tal-bastiment skont il-kundizzjonijiet imsemmija fit-Taqsima B.

4. Dawn il-messaġġi manwali għandhom jiġu rreġistrati immedjatament miċ-CSCP tal-Istat tal-bandiera fil-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 5 tat-Taqsima B u trażmessi minnufih miċ-CSCP tal-Istat tal-bandiera lis-CSCP tal-Marokk, bl-użu tal-istess format tal-protokoll kif deskritt fl-Appendiċi 3.

D. Meta d-data VMS ma tasalx għand iċ-CSCP tal-Marokk

1. Jekk iċ-CSCP tal-Marokk jistabbilixxi li l-Istat tal-bandiera mhux qed jibgħat l-informazzjoni prevista fit-Taqsima B, l-awtoritajiet tal-Unjoni u l-Istat tal-bandiera kkonċernat għandhom jiġu infurmati b’dan minnufih.

2. Iċ-CSCP tal-Istat tal-bandiera u/jew iċ-CSCP tal-Marokk għandhom jinnotifikaw minnufih lil xulxin dwar kwalunkwe anomalija operazzjonali li għandha x’taqsam mal-komunikazzjoni u l-wasla tal-messaġġi tal-pożizzjoni sabiex tinstab soluzzjoni teknika malajr kemm jista’ jkun. L-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom ikunu infurmati bis-soluzzjoni li tkun instabet miż-żewġ CSCPs.

3. Il-messaġġi kollha mhux trażmessi matul dan il-waqfien għandhom jiġu trażmessi mill-ġdid malli l-komunikazzjoni bejn iċ-CSCP tal-Istat tal-bandiera kkonċernat u ċ-CSCP tal-Marokk tiġi stabbilita mill-ġdid.

4. Iċ-CSCP tal-Istat tal-bandiera u ċ-CSCP tal-Marokk għandhom jaqblu, qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, dwar il-mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi alternattivi li għandhom jintużaw għat-trażmissjoni tad-data VMS f’każ ta’ nuqqas ta’ komunikazzjoni bejn iċ-CSCPs, u għandhom jinfurmaw lil xulxin minnufih b’kull emenda.

5. In-nuqqasijiet ta’ komunikazzjoni bejn iċ-CSCP tal-Marokk u tal-Istati tal-bandiera tal-Unjoni ma għandhomx jaffettwaw il-ħidma normali tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti. Madankollu, it-tip ta’ trażmissjoni deċiża skont il-paragrafu 4 għandha tintuża immedjatament.

6. L-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għandhom jinformaw lis-servizzi ta’ kontroll kompetenti tagħhom sabiex il-bastimenti tal-Unjoni ma jitqisux li qed iwettqu ksur minħabba n-nuqqas ta’ trażmissjoni tad-data VMS ikkawżat minn problemi operattivi ta’ CSCP u tal-mezzi tat-trażmissjoni deċiżi skont il-paragrafu 4.

E. Protezzjoni tad-data VMS

1. Id-data kollha ta’ sorveljanza kkomunikata minn Parti waħda lill-Parti l-oħra f’konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet għandha tintuża esklussivament mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għall-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni skont dan il-Ftehim dwar is-Sajd, jew għal studji ta’ riċerka mwettqa mill-Marokk fir-rigward tal-ġestjoni u l-organizzazzjoni tas-sajd.

2. Tkun xi tkun ir-raġuni, din id-data ma għandha tiġi kkomunikata taħt l-ebda ċirkostanza lil terzi persuni.

3. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 13 tal-Ftehim, li għandu jieħu deċiżjoni dwar il-kwistjoni.

4. Jekk ikun meħtieġ, il-Partijiet jaqblu li jemendaw dawn id-dispożizzjonijiet fil-Kumitat Konġunt.

KAPITOLU V

DIKJARAZZJONI TAL-QBID

A. Ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd

1. Il-kaptan tal-bastiment għandu juża l-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd skont il-mudelli previsti fl-Appendiċijiet 4 u 5, u li jżommu aġġornat skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fin-nota ta’ spjegazzjoni ta’ dak il-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd.

2. Sid il-bastiment għandu jibgħat kopja tal-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu sa mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-iżbark tal-qabdiet. Dawk l-awtoritajiet għandhom jibagħtu kopji lill-awtoritajiet tal-Unjoni u lid-Dipartiment. Il-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd irid jimtela u jintbagħat anke jekk ma jinqabad xejn.

3. In-nuqqas ta’ konformità ta’ sid il-bastiment mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ hawn fuq għandu jwassal għas-sospensjoni awtomatika tal-liċenzja tas-sajd sakemm sid il-bastiment jonora l-obbligi tiegħu. L-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom jiġu infurmati minnufih bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din.

B. Rappurtar tal-qabdiet ta’ kull tliet xhur

1. Qabel it-tmiem tat-tielet xahar ta’ kull perjodu ta’ tliet xhur, l-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom jinformaw lid-Dipartiment bid-data tagħhom dwar il-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-Unjoni matul it-tliet xhur preċedenti, b’konformità mal-mudelli previsti fl-Appendiċijiet 6 u 7.

2. Id-data għandha tkun maqsuma fuq kull xahar u skont il-kategorija għal kull bastiment u kull speċi speċifikata fil-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd.

3. Din id-data għandha tintbagħat ukoll lid-Dipartiment permezz ta’ fajl elettroniku f’format kompatibbli mas-softwer użat mid-Dipartiment.

C. Affidabbiltà tad-data

L-informazzjoni li tinsab fid-dokumenti msemmija fit-Taqsimiet A u B ta’ hawn fuq, trid tirrifletti r-realtà tas-sajd biex tkun tista’ tintuża bħala waħda mill-bażijiet għall-monitoraġġ tal-evoluzzjoni tal-istokkijiet.

D. Tranżizzjoni għal sistema elettronika

1. Sakemm issir il-bidla għall-format il-ġdid UN-CEFACT li juża n-netwerk FLUX tal-Kummissjoni, id-data kollha dwar il-qabdiet u r-rappurtar għandha tintbagħat bi skambju elettroniku (Electronic Reporting System (Sistemi ta’ Reġistrazzjoni Elettronika) - ERS) permezz tad-DEH (Data Exchange Highway) tal-Kummissjoni fil-format XML EU-ERS 3.1.0.

2. Matul l-ewwel sitt xhur tal-Protokoll, il-Partijiet għandhom iwettqu t-testijiet meħtieġa biex is-sistema ERS tkun operattiva.

3. Il-Partijiet beħsiebhom jimplimentaw din is-sistema u jissostitwixxu l-verżjonijiet stampati tal-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd u tar-rappurtar tal-qabdiet bid-data ERS sa tmiem il-perjodu ta’ prova, li jekk ikun meħtieġ, jistgħu jaqblu li jestenduh.

4. Bi qbil komuni, il-Partijiet għandhom jużaw il-mod u l-format ta’ trażmissjoni tas-sistema ERS konformi mad-dispożizzjonijiet tekniċi li d-definizzjonijiet u l-arranġamenti ta’ applikazzjoni tagħhom se jiġu stabbiliti mill-iskambju ta’ ittri qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll.

E. Żbarki barra mill-Marokk

Sid il-bastiment għandu jibgħat lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu r-rapport dwar l-iżbark tal-qabdiet imwettqa skont dan il-Protokoll, sa mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-iżbark. Fl-istess żmien, dan għandu jibgħat kopja lid-Delegazzjoni u lill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk fl-indirizz mogħti bl-iskambju ta’ ittri qabel id-data ta’ applikazzjoni tal-Protokoll.

In-nuqqas ta’ konformità ta’ sid il-bastiment ma’ dawn l-obbligi għandu jwassal għas-sospensjoni awtomatika tal-liċenzja tas-sajd sakemm dan jonora l-obbligi tiegħu. L-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom jiġu infurmati minnufih bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din.

KAPITOLU VI

TLUGĦ ABBORD TAL-BAĦĦARA MAROKKINI

1. Kif previst fid-dokumenti tekniċi tal-Appendiċi 2, sid il-bastiment li jingħata liċenzja tas-sajd skont dan il-Ftehim, għandu jtella’ abbord baħħara Marokkini għal matul il-perjodu kollu tal-attività tiegħu fiż-żona tas-sajd.

2. Sid il-bastiment jista’ jagħżel il-baħħara li jtella’ abbord il-bastimenti tiegħu:

(a)jew mil-lista uffiċjali ta’ kandidati magħżula tal-iskejjel ta’ taħriġ marittimu trażmessa mid-Dipartiment lill-awtoritajiet tal-Unjoni u kkomunikata minn din tal-aħħar lill-Istati tal-bandiera kkonċernati. Il-lista tiġi aġġornata kull sena fl-1 ta’ Frar. Is-sidien tal-bastimenti jistgħu jagħżlu l-kandidati bl-aħjar għarfien u bl-esperjenza l-aktar adegwata mil-lista ta’ kandidati;

(b)jew baħħara li ttellgħu abbord bastimenti tal-Unjoni skont protokolli preċedenti.

3. Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħħara Marokkini, li kopja tagħhom għandha tingħata lill-firmatarji, għandhom isiru bejn ir-rappreżentanti tas-sidien tal-bastimenti u l-baħħara u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom b’konsultazzjoni mal-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk. Dawn il-kuntratti għandhom jiżguraw lill-baħħara l-benefiċċji tas-sistema tas-sigurtà soċjali li huma eliġibbli għalihom, inkluża l-assigurazzjoni f’każ ta’ mewt, mard jew inċident.

4. Sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu jridu jibagħtu kopja tal-kuntratt lid-Dipartiment permezz tad-Delegazzjoni.

5. Sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom jibagħtu lid-Dipartiment, permezz tad-Delegazzjoni, l-ismijiet tal-baħħara Marokkini li jittellgħu abbord kull bastiment u għandhom isemmu wkoll ir-rwol tagħhom fl-ekwipaġġ.

6. Fl-1 ta’ Frar u fl-1 ta’ Awwissu, id-Delegazzjoni għandha tibgħat lid-Dipartiment sommarju ta’ sitt xhur għal kull bastiment, tal-baħħara Marokkini li ttellgħu abbord tal-bastimenti tal-Unjoni bid-dettalji tar-reġistrazzjoni tagħhom.

7. Il-paga tal-baħħara Marokkini għandha titħallas mis-sidien tal-bastimenti. Din għandha tiġi stabbilita qabel il-ħruġ tal-liċenzji, bi qbil komuni bejn is-sidien tal-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-baħħara Marokkini kkonċernati jew ir-rappreżentanti tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet tar-remunerazzjoni tal-baħħara Marokkini ma jistgħux ikunu inqas minn dawk tal-ekwipaġġ Marokkin, u għandhom jikkonformaw mal-istandards tal-ILO u fl-ebda każ ma jkunu inferjuri għalihom.

8. Jekk baħħar wieħed jew diversi baħħara impjegati abbord ma jkunux preżenti fil-ħin stabbilit għat-tluq tal-bastiment, il-kaptan għandu jkun awtorizzat li jibda l-vjaġġ ippjanat wara li jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-port tat-tlugħ abbord dwar in-nuqqas fl-għadd ta’ baħħara meħtieġa u wara li jkun aġġorna r-rwoli tal-ekwipaġġ. Dawn l-awtoritajiet għandhom jinfurmaw lid-Dipartiment.

9. Sa mhux aktar tard mill-vjaġġ li jmiss, sid il-bastiment għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li fil-bastiment tiegħu jtella’ l-għadd ta’ baħħara meħtieġa.

10. F’każ li ma jittellgħux baħħara Marokkini abbord għal raġunijiet differenti minn dawk imsemmija fil-punt preċedenti, sid il-bastiment ikkonċernat għandu jħallas ammont fiss ta’ EUR 20 għal kull baħħar Marokkin li ma jittellax abbord u għal kull jum ta’ sajd fiż-żona tas-sajd, fi żmien massimu ta’ tliet xhur.

11. Dan l-ammont għandu jintuża għat-taħriġ tas-sajjieda Marokkini u għandu jitħallas fil-kont tal-bank Nru 0018100078000 20110750201 miftuħ fil-Bank Al Maghrib, il-Marokk.

12. Ħlief fil-każ previst fil-punt 8, in-nuqqas persistenti min-naħa ta’ sid il-bastiment li jtella’ abbord l-għadd stipulat ta’ baħħara Marokkini għandu jwassal għas-sospensjoni awtomatika tal-liċenzja tas-sajd tal-bastiment sakemm dan l-obbligu jiġi sodisfat. Id-Delegazzjoni għandha tiġi infurmata minnufih bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din.

KAPITOLU VII

OSSERVAZZJONI TAS-SAJD

1. Il-bastimenti awtorizzati biex jistadu fiż-żona tas-sajd skont dan il-Protokoll għandhom itellgħu abbord lill-osservaturi nnominati bħala “osservaturi xjentifiċi” mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk. Ir-riżultat tax-xogħol ta’ dawn l-osservaturi jista’ jintuża għal finijiet xjentifiċi u/jew ta’ kontroll.

2. Ir-rata ta’ kopertura u d-dewmien ta’ din l-osservazzjoni huma speċifikati skont kull kategorija fid-dokumenti tekniċi tal-Appendiċi 2.

3. Il-kundizzjonijiet tat-tlugħ abbord tal-osservaturi nnominati huma stabbiliti kif ġej:

(a)Id-Dipartiment għandu jistabbilixxi l-lista tal-bastimenti magħżula sabiex itellgħu osservatur abbord u l-lista tal-osservaturi nnominati biex jittellgħu abbord. Dawn il-listi għandhom jintbagħtu lid-Delegazzjoni hekk kif ikunu lesti.

(b)Id-Dipartiment għandu jikkomunika lis-sidien tal-bastimenti kkonċernati, permezz tad-Delegazzjoni, l-isem tal-osservatur innominat sabiex jittella’ abbord il-bastiment mal-ħruġ tal-liċenzja jew sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel id-data prevista għat-tlugħ abbord tal-osservatur.

4. It-termini tat-tlugħ abbord tal-osservatur għandhom jiġu stabbiliti bi qbil komuni bejn sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu u l-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk.

5. Sa mhux aktar tard minn ġimagħtejn qabel it-tlugħ abbord, sid il-bastiment ikkonċernat għandu jikkomunika d-data u l-port magħżula mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk fejn se jsir it-tlugħ abbord tal-osservatur.

6. It-tlugħ abbord tal-osservatur għandu jsir fil-port magħżul minn sid il-bastiment u fil-bidu tal-ewwel vjaġġ fiż-żona tas-sajd wara n-notifika tal-lista tal-bastimenti magħżula.

7. F’każ li l-osservatur jittella’ abbord f’pajjiż barrani, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-osservatur għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment. Jekk bastiment li jkollu osservatur abbord joħroġ miż-żona tas-sajd, iridu jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżġuraw li l-osservatur jittieħed lura f’pajjiżu malajr kemm jista’ jkun, bl-ispejjeż imħallsa minn sid il-bastiment.

8. F’każ li l-osservatur jivvjaġġa għalxejn għax sid il-bastiment ma jonorax l-impenji li jkun ħa, l-ispejjeż tal-vjaġġ kif ukoll l-indenniz ta’ kuljum, ekwivalenti għal dawk imħallsa lill-uffiċjali nazzjonali tal-Marokk ta’ grad ekwivalenti, għall-ġranet meta l-osservatur ikun inattiv, għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment. Bl-istess mod, f’każ ta’ dewmien fit-tlugħ abbord li jkun tort ta’ sid il-bastiment, dan għandu jħallas lill-osservatur l-indennizz ta’ kuljum imsemmi hawn fuq.

9. Kull emenda fir-regolamenti dwar l-indennizz ta’ kuljum għandha tiġi kkomunikata lid-Delegazzjoni sa mhux aktar tard minn xahrejn qabel ma tidħol fis-seħħ.

10. Jekk l-osservatur ma jkunx preżenti fil-post u fil-ħin miftiehem u fit-tnax-il siegħa sussegwenti tal-ħin miftiehem, sid il-bastiment jiġi eżentat awtomatikament mill-obbligu li jtellgħu abbord.

11. Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Dan għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti;

(b)jivverifika l-pożizzjoni tal-bastimenti involuti fl-operazzjonijiet tas-sajd;

(c)jieħu kampjuni bijoloġiċi skont il-programmi xjentifiċi;

(d)jieħu nota tal-irkaptu tas-sajd użat;

(e)jivverifika d-data dwar il-qabdiet fiż-żona tas-sajd li tkun ġiet irreġistrata fil-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd;

(f)jivverifika l-perċentwali tal-qabdiet inċidentali u jagħmel stima tal-volum tal-ispeċijiet ta’ ħut, krustaċji u ċefalopodi mormija li jistgħu jiġu kkummerċjalizzati;

(g)jikkomunika, permezz tal-faks jew b’mod elettroniku, id-data dwar is-sajd inkluż il-volum tal-qabdiet prinċipali u inċidentali abbord.

12. Il-kaptan għandu jagħmel dak kollu li jista’ biex jiżgura s-sikurezza fiżika u morali tal-osservatur waqt li jkun qed jaqdi dmirijietu.

13. L-osservatur għandu jingħata aċċess għal kull faċilità meħtieġa sabiex iwettaq dmirijietu. Il-kaptan għandu jiffaċilita l-aċċess tal-osservatur għall-mezzi ta’ komunikazzjoni meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijietu, għad-dokumenti konnessi direttament mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment inklużi, b’mod partikolari, il-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd u l-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment meħtieġa sabiex ikun iffaċilitat il-qadi ta’ dmirijietu.

14. Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu:

(a)jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex il-kundizzjonijiet tat-tlugħ abbord tiegħu, kif ukoll il-preżenza tiegħu fuq il-bastiment la jinterrompu u lanqas ifixklu l-operazzjonijiet tas-sajd,

(b)jieħu ħsieb il-beni u l-apparat li jkun hemm abbord u jirrispetta l-kunfidenzjalità ta’ kull dokument li jappartjeni għall-bastiment.

15. Fit-tmiem tal-perjodu ta’ osservazzjoni u qabel ma jħalli l-bastiment, l-osservatur għandu jħejji rapport tal-attivitajiet li jintbagħat lill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk b’kopja lid-Delegazzjoni. Għandu jiffirmah fil-preżenza tal-kaptan li jista’ jżid jew jara li jiżdiedu l-osservazzjonijiet kollha li jidhirlu li jkunu utli u jiffirmahom. Għandha tingħata kopja tar-rapport lill-kaptan tal-bastiment qabel ma jsir l-iżbark tal-osservatur.

16. Sid il-bastiment għandu jħallas għall-akkomodazzjoni u l-ikel tal-osservatur bl-istess kundizzjonijiet li jingħataw lill-uffiċjali, filwaqt li jitqiesu l-possibiltajiet tal-bastiment.

17. Il-paga u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-osservatur għandhom jitħallsu mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk.

18. Sabiex jiġu koperti l-ispejjeż li jirriżultaw mill-preżenza tal-osservaturi abbord il-bastimenti, flimkien mat-tariffi li jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti huwa previst ukoll il-pagament tal-hekk imsejħa “spejjeż tal-osservaturi” ikkalkulati abbażi ta’ EUR 5,5 kull TG għal kull tliet xhur u għal kull bastiment li jistad fiż-żona tas-sajd. Dawn l-ispejjeż għandhom jitħallsu skont it-termini tal-pagament previsiti fit-Taqsima E, tal-Kapitolu I ta’ dan l-Anness.

19. In-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi preċedenti għandu jwassal għas-sospensjoni tal-liċenzja tas-sajd sakemm sid il-bastiment jikkonforma ma’ dawk l-obbligi. Id-Delegazzjoni għandha tiġi infurmata minnufih bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din.

KAPITOLU VIII

MONITORAĠĠ U KONTROLL

A. Spezzjonijiet tekniċi

1. Darba fis-sena kalendarja u wara kwalunkwe emenda fil-karatteristiċi tekniċi tagħhom jew wara talba għal bidla tal-kategorija tas-sajd li teħtieġ l-użu ta’ rkaptu tas-sajd differenti, il-bastimenti tal-Unjoni li għandhom liċenzja skont dan il-Protokoll għandhom jippreżentaw ruħhom f’port magħżul mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk biex isirulhom l-ispezzjonijiet tekniċi previsti mir-regolamenti fis-seħħ. Dawn l-ispezzjonijiet tekniċi jridu jsiru fi żmien 48 siegħa mill-wasla tal-bastiment fil-port.

2. Wara li titlesta l-ispezzjoni teknika, il-kaptan tal-bastiment għandu jingħata ċertifikat ta’ konformità li jkollu l-istess perjodu ta’ validità tal-liċenzja u li għandu jiġġedded awtomatikament għall-bastimenti li jġeddu l-liċenzja tagħhom matul is-sena kalendarja. Madankollu, il-perjodu ta’ validità ma jistax ikun itwal minn sena. Dan iċ-ċertifikat għandu jinżamm dejjem abbord.

3. L-ispezzjoni teknika ssir biex tiġi kkontrollata l-konformità tal-karatteristiċi tekniċi u tal-irkaptu abbord il-bastiment, biex jiġi vverifikat il-funzjonament tal-apparat ta’ pożizzjonament u lokalizzazzjoni bis-satellita installat abbord u biex jiġi vverifikat li qed jiġu ssodisfati d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-ekwipaġġ Marokkin.

4. L-ispejjeż relatati mal-ispezzjonijiet tekniċi għandhom jitħallsu minn sidien il-bastimenti u li jiġu stabbiliti skont ir-rati ffissati mir-regolamenti Marokkini. Dawn ma jistgħux ikunu ogħla mill-ammonti li jitħallsu s-soltu mill-bastimenti l-oħrajn għall-istess servizz.

5. In-nuqqas ta’ konformità ta’ sid il-bastimenti mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ hawn fuq għandu jwassal għas-sospensjoni awtomatika tal-liċenzja tas-sajd sakemm dan jonora l-obbligi tiegħu. Id-Delegazzjoni għandha tiġi infurmata minnufih bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din.

B. Dħul fiż-żona u l-ħruġ minnha

1. Il-bastimenti tal-Unjoni li għandhom liċenzja li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll għandhom jinnotifikaw, mill-anqas sitt sigħat qabel, lid-Dipartiment permezz tal-posta elettronika, bl-intenzjoni tagħhom li jidħlu jew joħorġu miż-żona tas-sajd, u għandhom jagħtu wkoll l-informazzjoni li ġejja:

(a)id-data u l-ħin tat-trażmissjoni tal-messaġġ;

(b)il-pożizzjoni tal-bastiment skont it-Taqsima B tal-Kapitolu IV;

(c)il-piż f’kilogrammi u l-qabdiet għal kull speċi miżmuma abbord, identifikati bil-kodiċi alfa-3;

(d)il-messaġġi tat-tip “qabdiet mad-dħul” (COE) u “qabdiet mal-ħruġ” (COX).

2. Għall-bastimenti tal-kategoriji 1 u 2, il-perjodu ta’ notifika msemmi fil-paragrafu 1 għandu jitnaqqas għal siegħa.

3. Din l-informazzjoni għandha tintbagħat preferibbilment bil-posta elettronika jew bil-faks, u li d-dettalji tagħhom għandhom jingħataw bl-iskambju ta’ ittri qabel id-data ta’ applikazzjoni tal-Protokoll.

4. Fil-każ tal-bastimenti tal-kategorija 6, il-ħruġ definittiv miż-żona tas-sajd huwa soġġett għall-awtorizzazzjoni minn qabel tad-Dipartiment. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinħareġ fi żmien 24 siegħa minn meta tkun saret it-talba mill-kaptan jew mill-aġent tal-bastiment, bl-eċċezzjoni ta’ talba li tasal lejliet tmiem il-ġimgħa, fejn l-awtorizzazzjoni tinħareġ it-Tnejn ta’ wara. F’każ li tinċaħad l-awtorizzazzjoni, id-Dipartiment għandu jinnotifika minnufih lil sid il-bastiment u lill-awtoritajiet tal-Unjoni dwar ir-raġunijiet ta’ din iċ-ċaħda.

5. Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma jkun avża lid-Dipartiment għandu jitqies bħala bastiment mingħajr liċenzja.

6. Sid il-bastiment għandu jindika n-numri tal-faks u tat-telefown tal-bastiment kif ukoll l-indirizz elettroniku tal-kaptan fuq il-formola tal-applikazzjoni għal-liċenzja tas-sajd.

C. Proċeduri ta’ kontroll

1. Il-kaptan ta’ bastiment tal-Unjoni li għandu liċenzja skont dan il-Protokoll għandu jippermetti u jiffaċilita t-tlugħ abbord u t-twettiq tad-dmirijiet ta’ kull uffiċjal Marokkin responsabbli mill-ispezzjoni u mill-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd.

2. Dawn l-uffiċjali ma għandhomx jibqgħu abbord għal aktar mill-ħin meħtieġ biex iwettqu dmirijiethom.

3. Wara kull spezzjoni u kontroll, l-ispettur għandu jħejji rapport li għandu jiġi ffirmat ukoll mill-kaptan tal-bastiment u li huwa intitolat li jżid il-kummenti. Għandha tintbagħat kopja lill-kaptan.

D. Tlugħ abbord

1. Id-Dipartiment għandu jinforma lid-Delegazzjoni mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard minn 48 siegħa, bit-tlugħ abbord ta’ bastiment tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd.

2. Fl-istess waqt, l-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom jirċievu rapport fil-qosor dwar iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet li wasslu għal dan it-tlugħ abbord.

3. Il-kaptan għandu jidderieġi l-bastiment tiegħu lejn il-port indikat mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk responsabbli mill-kontroll. Il-bastiment li jkun kiser ir-regolamenti Marokkini fis-seħħ dwar is-sajd marittimu għandu jinżamm fil-port sakemm jitlestew il-formalitajiet kollha amministrattivi.

E. Dikjarazzjoni ta’ ksur

1. Wara li jiġi rreġistrat ksur fid-dikjarazzjoni mħejjija mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk responsabbli mill-kontroll, il-kaptan tal-bastiment għandu jiffirma dak id-dokument. Jekk il-kaptan jirrifjuta jew ma jkunx jista’ jiffirma, dan għandu jinkiteb fid-dikjarazzjoni.

2. Il-firma jew in-nuqqas tagħha, ma għandhomx jippreġudikaw id-drittijiet tal-kaptan u l-mezzi li jista’ juża biex jiddefendi ruħu kontra l-ksur tar-regoli li bih ikun qed jiġi akkużat.

F. Soluzzjoni tal-ksur

1. Qabel ma jinbeda xi proċediment ġudizzjarju, għandu jsir sforz biex jissolva l-ksur irreġistrat permezz ta’ proċedura ta’ kompromess, skont ir-regolamenti Marokkini dwar is-sajd.

Wara li tiġi riċevuta t-talba sottomessa minn sid il-bastiment wieħed għandu sa mhux aktar minn tliet ijiem ta’ xogħol biex jaċċetta l-proċedura ta’ kompromess. Din l-aċċettazzjoni għandha tiġi evidenzjata billi jitħejja dokument tal-ġbir maħruġ minn sid il-bastiment għall-pagament tal-ammont dovut qabel l-iskadenza speċifikata fuq l-istess dokument. Jekk il-pagament isir fiż-żmien speċifikat, il-proċedura ta’ kompromess għandha titqies bħala definittiva, iżda jekk dak iż-żmien jiskadi d-Dipartiment għandu jieħu azzjoni legali.

2. Fil-każ ta’ proċedura ta’ kompromess, l-ammont tal-multa imposta għandu jiġi ffissat skont ir-regolamenti Marokkini dwar is-sajd.

3. Jekk ma tkunx tista’ tinstab proċedura ta’ kompromess għall-każ u jitressaq quddiem korp ġudizzjarju kompetenti, sid il-bastiment għandu jiddepożita garanzija bankarja, li tkun biżżejjed biex tiżgura l-infurzar tal-penali finanzjarji, fil-kont tal-bank miftuħ fil-Bank Al Maghrib il-Marokk li jingħata bl-iskambju ta’ ittri qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll.

4. Il-garanzija bankarja għandha tkun irrevokabbli sakemm jintemmu l-proċedimenti ġudizzjarji. Din għandha tiġi rilaxxata jekk il-proċedura tintemm mingħajr kundanna. Bl-istess mod, f’każ ta’ kundanna li twassal għal multa inqas mill-garanzija depożitata, id-differenza għandha tiġi rilaxxata mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk.

5. Il-bastiment huwa awtorizzat li jitlaq mill-port:

(a)meta jitwettqu l-obbligi miftiehma fil-proċedura ta’ kompromess;

(b)meta l-garanzija bankarja msemmija fil-paragrafu 3 ta’ hawn fuq tkun ġiet depożitata u aċċettata mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk, sakemm jitlestew il-proċedimenti ġudizzjarji.

G. Trasbord

1. Fiż-żona tas-sajd għandu jiġi pprojbit kull trasbord tal-qabdiet fuq il-baħar. Madankollu, il-bastimenti tal-kategorija 6 li jixtiequ jittrasbordaw qabdiet fiż-żona tas-sajd għandhom jagħmlu dan f’port magħżul mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk jew fiż-żona tiegħu, wara li d-Dipartiment jagħti l-awtorizzazzjoni tiegħu. Dan it-trasbord għandu jsir taħt is-superviżjoni tal-osservatur jew ta’ rappreżentant tad-Delegazzjoni tas-sajd marittimu u tal-awtoritajiet ta’ kontroll. Kull ksur ta’ din id-dispożizzjoni għandu jwassal għas-sanzjonijiet previsti fir-regolamenti Marokkini fis-seħħ.

2. Qabel kull operazzjoni ta’ trasbord, sid dan il-bastiment għandu jibgħat l-informazzjoni li ġejja lid-Dipartiment, mill-inqas 72 siegħa minn qabel:

(a)l-isem tal-bastimenti tas-sajd li se jwettqu t-trasbord;

(b)l-isem tal-bastiment tal-ġarr tal-qabda, il-bandiera, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-kodiċi tar-radju tiegħu;

(c)it-tunnellaġġ, għal kull speċi li tkun se tiġi trasbordata;

(d)id-destinazzjoni tal-qabdiet;

(e)id-data u l-ġurnata tat-trasbord.

3. Il-Parti Marokkina tirriżerva d-dritt li tirrifjuta t-trasbord jekk il-bastiment li jkun qiegħed iġorr il-ħut wettaq sajd IUU kemm fiż-żona tas-sajd kif ukoll barra minnha.

4. It-trasbord għandu jitqies bħala ħruġ miż-żona tas-sajd. Għalhekk, il-bastimenti għandhom jibagħtu lid-Dipartiment ir-rapport dwar il-qabdiet u javżawh bl-intenzjoni tagħhom li jkomplu jistadu jew li jħallu ż-żona tas-sajd.

5. Il-kaptan ta’ bastiment tal-kategorija 6 tal-Unjoni li għandu liċenzja skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll u li huwa impenjat f’operazzjonijiet ta’ żbark jew ta’ trasbord f’xi port magħżul mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk, għandu jippermetti u jiffaċilita l-kontrolli ta’ dawn l-operazzjonijiet mill-ispetturi Marokkini. Wara kull spezzjoni u kontroll fil-port, il-kaptan tal-bastiment għandu jingħata ċertifikat.

H. Monitoraġġ konġunt tas-sajd

1. Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu sistema ta’ monitoraġġ u osservazzjoni tal-kontrolli tal-iżbark fuq l-art, bil-għan li titjieb l-effettività ta’ dawn il-kontrolli sabiex tkun żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll.

2. L-arranġamenti prattiċi ta’ dan il-monitoraġġ konġunt għandhom jiġu definiti bi qbil komuni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet. Sussegwentement, il-Partijiet għandhom iħejju pjan annwali ta’ monitoraġġ konġunt.

3. Il-Partijiet għandhom jinnominaw lir-rappreżentanti tagħhom għall-monitoraġġ konġunt u l-ippjanar tal-awditu skedat billi jinnotifikaw lill-Parti l-oħra bl-isimijiet tagħhom. Id-Dipartiment għandu jibgħat din l-informazzjoni xahar bil-quddiem.

4. Ir-rappreżentant tal-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għandu jattendi bħala osservatur l-ispezzjonijiet ta’ żbark tal-bastimenti li jkunu operaw fiż-żona tas-sajd, li jitwettqu mis-servizzi nazzjonali ta’ kontroll tal-Istati Membri.

5. Dan għandu jakkumpanja lill-uffiċjali nazzjonali tal-kontroll fl-ispezzjonijiet li jagħmlu fil-portijiet, abbord il-bastimenti, fuq il-mollijiet, fis-swieq fejn isir l-ewwel bejgħ, fil-ħwienet tal-bejjiegħa bl-ingrossa tal-ħut, fl-imħażen tal-friża u f’postijiet oħrajn konnessi mal-iżbark u l-ħażna tal-ħut qabel l-ewwel bejgħ u għandu jkollu aċċess għad-dokumenti soġġetti għal dawn l-ispezzjonijiet.

6. Ir-rappreżentant tal-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għandu jħejji u jissottometti rapport dwar l-ispezzjonijiet li attenda. Kopja ta’ dan ir-rapport għandha tinbgħat lid-Delegazzjoni. L-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk jirriżervaw id-dritt li jużaw l-informazzjoni miġbura matul dawn l-ispezzjonijiet għal finijiet ta’ kontroll regolatorju.

7. Fuq talba tal-awtoritajiet tal-Unjoni, l-ispetturi tas-sajd tal-Unjoni jistgħu jattendu bħala osservaturi fl-ispezzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ żbark tal-bastimenti tal-Unjoni fil-portijiet magħżula mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk.

KAPITOLU IX

ŻBARK TAL-QABDIET

A. Prinċipju

Il-Partijiet, konxji mill-interess ta’ integrazzjoni aħjar biex ikun żgurat l-iżvilupp konġunt tas-setturi tas-sajd rispettivi tagħhom, jaqblu li jadottaw il-miżuri li ġejjin dwar l-iżbark fil-portijiet magħżula mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk ta’ proporzjon tal-qabdiet magħmula fiż-żona tas-sajd minn bastimenti tal-Unjoni li ngħataw liċenzja skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll.

B. Definizzjoni

L-operazzjonijiet li ġejjin għandhom jitqiesu bħala żbark obbligatorju:

1. L-iżbark ta’ prodotti friski għal tranżitu bl-art li jiġġenera t-taxxi marbuta mal-attività mwettqa fil-port iżda l-ebda taxxa ad valorem;

2. It-trasbord fil-port jew fiż-żona tal-port ta’ prodotti friżati jew l-iżbark fil-port fil-kontejners;

3. L-iżbark ta’ prodotti friski jew friżati fil-qafas ta’ kuntratt bejn sid il-bastiment tal-Unjoni u operatur (“kuntratt bejn sid il-bastiment u manifattur”);

4. L-iżbark ta’ prodotti friski jew friżati li se jinbiegħu fis-swali tal-irkant jew mill-“Comptoir d'agréage du poisson industriel” (CAPI).

C. Regoli ta’ implimentazzjoni

L-iżbark obbligatorju għandu jsir skont id-dispożizzjonijiet stipulati fid-dokumenti tekniċi annessi ma’ dan il-Protokoll.

D. Inċentivi finanzjarji

Il-bastimenti tal-Unjoni tal-kategorija 5, il-bastimenti RSW u l-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-kategorija 6, li għandhom liċenzja tas-sajd skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll u li f’port Marokkin jiżbarkaw aktar mill-perċentwali ta’ żbarki obbligatorji previsti fid-dokumenti tekniċi, jistgħu jibbenefikaw minn tnaqqis ta’ 5 % fuq it-tariffa għal kull tunnellata żbarkata li tkun aktar mil-limitu obbligatorju, sakemm il-prodotti li jiġu żbarkati jgħaddu mis-swali tal-irkant u ma jiġux trasbordati u/jew tranżitati.

Is-sidien tal-bastimenti li jiżbarkaw f’portijiet barra mill-Marokk mitluba jissottomettu n-noti tal-bejgħ lid-Dipartimenti għall-kontroll tal-kwantitajiet mhux żbarkati fil-Marokk.

L-impatt soċjali u ekonomiku kwantifikabbli ta’ dawn l-iżbarki, kif ukoll kull sħubija privata bejn il-Marokkini u l-Ewropej fis-setturi relatati mas-sajd, se jiġu vvalutati fil-Kumitat Konġunt.

E. Penali f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi ta’ żbark

Il-bastimenti fil-kategoriji soġġetti għall-iżbark obbligatorju li ma jikkonformawx ma’ dan l-obbligu stabbilit skont id-dokumenti tekniċi rilevanti, jistgħu jkunu soġġetti għal żieda ta’ 15 % fuq il-pagament tal-imposta sussegwenti. Il-Kumitat Konġunt għandu jistabbilixxi penali aktar ħarxa f’każ ta’ reċevidità.

Il-penali għall-iżbark obbligatorju huma kkalkulati abbażi tal-perjodu ta’ validità tal-liċenzja tas-sajd għal kull kategorija tas-sajd (kull xahar għall-kategorija 6, kull tliet xhur għall-kategoriji 1 u 4 u kull sena għall-kategorija 5).

Il-penali aktar ħarxa għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

Għall-kategoriji 1 u 4: iż-żieda tiġi applikata fuq l-ammont tal-imposta mħallsa kull tliet xhur (skont il-TG);

Għall-kategorija 5: iż-żieda tiġi applikata fuq l-ammont tal-imposta annwali;

Għall-kategorija 6, fejn l-imposti jitħallsu u l-liċenzji jinħarġu kull xahar: iż-żieda tiġi applikata fuq l-ammont li jrid jitħallas bħala “kwota applikata f’tunnellati ta’ qabdiet abbażi ta’ previżjonijiet kull xahar”.

Appendiċi 1

FTEHIM DWAR IS-SAJD BEJN IL-MAROKK U L-UNJONI EWROPEA

APPLIKAZZJONI GĦAL LIĊENZJA TAS-SAJD

NUMRU TAL-KATEGORIJA TAS-SAJD: ...

I - L-APPLIKANT

1.    Isem sid il-bastiment:    ......................................................................................................................

2.    Isem l-assoċjazzjoni jew ir-rappreżentant ta’ sid il-bastiment:...............................................................................

3.    Indirizz tal-assoċjazzjoni jew tar-rappreżentant ta’ sid il-bastiment:...........................................................................

.....................................................................................................................................................................................

4.    Telefown:...........................................    Faks:...................................
Posta elettronika: ……………………………………………..

5.    Isem il-kaptan: .............................. Nazzjonalità: ............................. Posta elettronika: ……………………..…

II - IL-BASTIMENT U L-IDENTIFIKAZZJONI TIEGĦU

1.    Isem il-bastiment:............................................................................................................................................

2.    Pajjiż tal-bandiera:...............................................................................................................................

3.    Numru tar-reġistrazzjoni esterna:..............................................................................................................

4.    Port tar-reġistrazzjoni: ……………………. MMSI: ……………. Numru IMO:………………………

5.    Data li fiha nkisbet il-bandiera attwali:..................Bandiera ta’ qabel (jekk kien hemm): …………………………

6.    Sena u post tal-kostruzzjoni: ...................................Sinjal tas-sejħa bir-radju: ................................................

7.    Frekwenza tas-sejħa bir-radju: …………………............ Numru tat-telefown bis-satellita: ……….……………………

8.    Materjal tal-buq:    Azzar    Injam    Poliester    Materjal ieħor

III - KARATTERISTIĊI TEKNIĊI TAL-BASTIMENT U T-TAGĦMIR

1.    Tul totali : ..................................................    Wisa’: ...............................................................................

2.    Tunnellaġġ gross (espress f’TG): ...............    Tunnellaġġ nett:……………………………

3.    Qawwa tal-magna prinċipali f’KW: ................ Ditta: .............................. Tip: ................................

4.    Tip ta’ bastiment: .................................................. Kategorija tas-sajd: …..........................................................

5.    Irkaptu tas-sajd: ................................................................................................................................................

6.    Żoni tas-sajd: ……………………………………..    Speċijiet fil-mira: ………………………………………..

7.    Għadd totali ta’ membri tal-ekwipaġġ abbord: ......................................................................................................................

8.    Metodu ta’ konservazzjoni abbord:    Frisk    Tkessiħ    Imħallat    Iffriżar

9.    Kapaċità tal-friża kull 24 siegħa (f’tunnellati): .............................................................................................

10.    Kapaċità tal-istivi: ....................................................................    Għadd: ..........................................................

11.    Transponder VMS:

   Manifattur: …………………………………Mudell: ……………………. Numru tas-serje: ………………………

   Verżjoni tas-softwer: ..................................................... Operatur tas-satellita: ………………………..…………..…

   Magħmul fi .............................................................., il- .............................

   Firma tal-applikant ...................................................................

Appendiċi 2

Dokument tekniku dwar is-sajd Nru°1

Sajd fuq skala żgħira fit-Tramuntana bit-tartarun

Għadd ta’ bastimenti awtorizzati

22

Irkaptu awtorizzat

Tartarun

Daqsijiet massimi awtorizzati: 500 m x 90 m.

Sajd bil-lampara mhux permess

Tip ta’ bastiment 

Bastimenti ta’ inqas minn 150 TG

Imposta

EUR 75 kull TG għal kull tliet xhur

Żona ta’ ġestjoni

Limitu fit-Tramuntana: Parallel 35°47'18''N

Limitu fin-Nofsinhar: Parallel 34°18'00''N

Estensjoni sal-latitudni 33°25'00"N hija permessa għal ħames bastimenti kull darba, li joperaw b’sistema ta’ rotazzjoni, soġġetti għal osservazzjoni xjentifika

u

lil hinn minn żewġ mili nawtiċi

Speċijiet fil-mira

Sardin, inċova u speċijiet oħra pelaġiċi żgħar

Żbark f’port magħżul mill-Marokk

30 % tal-qabdiet iddikjarati għal kull bastiment u għal kull tliet xhur

Limiti fuq il-qabdiet inċidentali

mhux aktar minn 3 %

Perjodu ta’ waqfien mis-sajd

Frar u Marzu

Osservaturi

Bastimenti ta’ inqas minn 100 TG: osservatur wieħed imtella’ abbord għal mhux aktar minn 10 vjaġġi fis-sena

Bastimenti ta’ 100 TG jew aktar iżda inqas minn 150 TG: osservatur wieħed imtella’ abbord għal mhux aktar minn vjaġġ wieħed minn kull erbgħa

Meta jkun hemm osservatur abbord, l-għadd ta’ baħħara Marokkini li jitilgħu abbord, jitnaqqas kif xieraq.

Tlugħ abbord tal-baħħara

Tliet baħħara Marokkini għal kull bastiment

Kummenti

L-estensjoni lejn in-Nofsinhar fuq latitudni 33°25'00''N tal-attività ta’ ħames bastimenti se tkun riveduta sena wara l-applikazzjoni sabiex jitkejjel ir-riżultat ta’ kwalunkwe interazzjoni mal-flotta nazzjonali u l-impatt fuq ir-riżorsi.



Dokument tekniku dwar is-sajd Nru°2

Sajd fuq skala żgħira fit-Tramuntana bil-konz tal-qiegħ

Għadd ta’ bastimenti awtorizzati

35 bastiment, li minnhom:

§32 bastiment ta’ inqas minn 40 TG

§tliet bastimenti ta’ 40 TG jew aktar iżda inqas minn 150 TG

Irkaptu awtorizzat

Konz tal-qiegħ għall-bastimenti ta’ inqas minn 40 TG: 10 000 sunnara, ħames konzijiet tal-qiegħ

Konz tal-qiegħ għall-bastimenti ta’ 40 TG jew aktar iżda inqas minn 150 TG: 15 000 sunnara, tmien konzijiet tal-qiegħ

Tip ta’ bastiment 

Bastiment tas-sajd bil-konz ta’ inqas minn 40 TG

Bastiment tas-sajd bil-konz ta’ 40 TG jew aktar iżda inqas minn 150 TG:

Imposta

EUR 67 kull TG għal kull tliet xhur

Żona ta’ ġestjoni

Limitu fit-Tramuntana: Parallel 35°47'18''N

Limitu fin-Nofsinhar: Parallel 34°18'00''N

Estensjoni sal-latitudni 33°25'00"N hija permessa għal erba’ bastimenti kull darba, li joperaw b’sistema ta’ rotazzjoni, soġġetti għal osservazzjoni xjentifika

u

lil hinn minn sitt mili nawtiċi

Speċijiet fil-mira

Ħut tal-qiegħ

Żbark f’port magħżul mill-Marokk

Fuq bażi volontarja

Limiti fuq il-qabdiet inċidentali

0 % ta’ pixxispad u klieb il-baħar tal-wiċċ

Perjodu ta’ waqfien mis-sajd

Mill-15 ta’ Marzu sal-15 ta’ Mejju

Osservaturi

Bastimenti ta’ inqas minn 100 TG: osservatur wieħed imtella’ abbord għal mhux aktar minn 10 vjaġġi fis-sena

Bastimenti ta’ 100 TG jew aktar iżda inqas minn 150 TG: osservatur wieħed imtella’ abbord għal mhux aktar minn 25 % tal-bastimenti awtorizzati kull tliet xhur, jew għal vjaġġ wieħed minn kull erbgħa għal kull bastiment

Meta jkun hemm osservatur abbord, l-għadd ta’ baħħara Marokkini li jitilgħu abbord, jitnaqqas kif xieraq.

Tlugħ abbord tal-baħħara

Bastimenti ta’ inqas minn 100 TG: Fuq bażi volontarja

Bastimenti ta’ 100 TG jew aktar iżda inqas minn 150 TG: baħħar Marokkin wieħed għal kull bastiment

Kummenti

L-estensjoni lejn in-Nofsinhar fuq latitudni 33°25'00''N tal-attività ta’ erba’ bastimenti se tkun riveduta sena wara l-applikazzjoni sabiex jitkejjel ir-riżultat ta’ kwalunkwe interazzjoni mal-flotta nazzjonali u l-impatt fuq ir-riżorsi.



Dokument tekniku dwar is-sajd Nru°3

Sajd fuq skala żgħira fin-Nofsinhar bil-qasba u x-xlief

Għadd ta’ bastimenti awtorizzati

Mhux aktar minn 10 bastimenti

Irkaptu awtorizzat

Qasba u xlief

Għall-qbid bil-lixka ħajja: tartarun bid-daqs tal-malji ta’ 8 mm

Tip ta’ bastiment 

Kapaċità ġenerali limitata għal 800 TG għall-kategorija kollha

§Dgħajsa tas-sajd bix-xlief ta’ inqas minn 150 TG

§Lanċa għas-sajd bix-xlief u l-qasba ta’ inqas minn 150 TG

Imposta

EUR 67 kull TG għal kull tliet xhur

Żona ta’ ġestjoni

Limitu fit-Tramuntana: Parallel 30°40'00''N

Limitu fin-Nofsinhar: Parallel 20°46'13''N

u

Lil hinn minn tliet mili nawtiċi

Speċijiet fil-mira

Sparidae, Plectorhynchus mediterraneus 

Żbark f’port magħżul mill-Marokk

Fuq bażi volontarja

Limiti fuq il-qabdiet inċidentali

0 % ta’ ċefalopidi u ta’ krustaċji

5 % ta’ speċijiet tal-qiegħ oħrajn

Perjodu ta’ waqfien mis-sajd

-

Osservaturi

Bastimenti ta’ inqas minn 100 TG: osservatur wieħed imtella’ abbord għal mhux aktar minn 10 vjaġġi fis-sena

Bastimenti ta’ 100 TG jew aktar iżda inqas minn 150 TG: osservatur wieħed imtella’ abbord għal mhux aktar minn 25 % tal-bastimenti awtorizzati kull tliet xhur, jew għal vjaġġ wieħed minn kull erbgħa għal kull bastiment

Tlugħ abbord tal-baħħara

żewġ baħħara Marokkini kull bastiment

Kummenti

Fi tmiem il-kampanja tas-sajd xjentifiku, il-Kumitat Konġunt se jistudja l-possibbiltà li jiġu inklużi l-kavetti f’din il-kategorija.



Dokument tekniku dwar is-sajd Nru°4

Sajd tal-qiegħ fin-Nofsinhar bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u l-konz tal-qiegħ

Għadd ta’ bastimenti awtorizzati

16-il bastiment, li minnhom:

§mhux aktar minn ħames bastimenti tat-tkarkir

§11-il bastiment tas-sajd bil-konz

Irkaptu awtorizzat

Xibka tat-tkarkir tal-qiegħ: daqs tal-malji ta’ mhux inqas minn 70 mm

§Mhux permess li l-manka tax-xibka tat-tkarkir tkun doppja

§Mhux permess l-irduppjar tal-ħbula li jikkostitwixxu l-manka tax-xibka tat-tkarkir

Konz tal-qiegħ: sa mhux aktar minn 20 000 sunnara

Tip ta’ bastiment

Kapaċità ġenerali limitata għal 3 000 TG għall-bastimenti tat-tkarkir awtorizzati f’din il-kategorija

§Bastiment tat-tkarkir ta’ 750 TG jew inqas

§Bastiment tas-sajd bil-konz ta’ 150 TG jew inqas

Imposta

EUR 60 kull TG għal kull tliet xhur

Żona ta’ ġestjoni

Limitu fit-Tramuntana: Parallel 29°00'00''N

Limitu fin-Nofsinhar: Parallel 20°46'13''N

Lil hinn mil-livell ta’ fond ta’ 200 m għall-bastimenti tat-tkarkir jew

Lil hinn minn 12-il mil nawtiku għall-bastimenti tas-sajd bil-konz.

Speċijiet fil-mira

Merluzz iswed, xabla, serra ħoxna/plamtu bla rigi u ħut tal-qiegħ ieħor

Żbark f’port magħżul mill-Marokk

30 % tal-qabdiet iddikjarati għal kull bastiment u għal kull tliet xhur

Limiti fuq il-qabdiet inċidentali

5 % tal-klieb il-baħar tal-qiegħ

Perjodu ta’ waqfien mis-sajd

Waqfien spazjutemporali

§minn April sa Mejju

§minn Ottubru sa Diċembru

Osservaturi

Bastimenti ta’ inqas minn 100 TG: osservatur wieħed imtella’ abbord għal mhux aktar minn 10 vjaġġi fis-sena

Bastimenti ta’ 100 TG jew aktar: osservatur wieħed imtella’ abbord għal mhux aktar minn 25 % tal-bastimenti awtorizzati kull tliet xhur fl-2019 u fl-2020, 33 % fl-2021 u fl-2022 u 40 % fl-2023 u fl-2024 jew vjaġġ wieħed minn kull erbgħa għal kull bastiment fl-2019 u fl-2020, vjaġġ wieħed minn kull tlieta fl-2021 u fl-2022 u żewġ vjaġġi minn kull ħamsa fl-2023 u fl-2024

Tlugħ abbord tal-baħħara

Bastiment tat-tkarkir: 8 baħħara Marokkini kull bastiment

Bastiment tas-sajd bil-konz: 4 baħħara Marokkini kull bastiment

Kummenti

-



Dokument tekniku dwar is-sajd Nru°5

Sajd għat-tonn bil-qasba u x-xlief

Għadd ta’ bastimenti awtorizzati

27

Irkaptu awtorizzat

Qasba u xlief tas-sajd bir-rixa

Għall-qbid bil-lixka ħajja: tartarun bid-daqs tal-malji ta’ 8 mm

Tip ta’ bastiment

Dgħajsa tas-sajd bil-lixka u dgħajsa tas-sajd bix-xlief

Imposta

EUR 35 kull tunnellata maqbuda

Pagament bil-quddiem

Għandu jsir pagament bil-quddiem ta’ rata fissa ta’ EUR 7 000 mal-applikazzjoni għal-liċenzji annwali

Żona ta’ ġestjoni

Limitu fit-Tramuntana: Parallel 35°47'18''N

Limitu fin-Nofsinhar: Parallel 20°46'13''N

u

lil hinn minn tliet mili nawtiċi, ħlief għall-perimetru ta’ protezzjoni li qiegħed lejn il-Lvant tal-linja li tgħaqqad il-punti 33°30'00''N / 7°35'00''W u 35°48'00''N / 6°20'00''W

Għall-qbid bil-lixka ħajja: Lil hinn minn tliet mili nawtiċi

Speċijiet fil-mira

Tonn

Żbark f’port magħżul mill-Marokk

25 % tal-qabdiet iddikjarati għandhom ikunu magħmula kemm jista’ jkun minn palamit (Katsuwonus pelamis), plamtu (Sarda sarda) u trumbell (Auxis thazard).

Limiti fuq il-qabdiet inċidentali

Skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT

Perjodu ta’ waqfien mis-sajd

Skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT

Osservaturi

Skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT

Tlugħ abbord tal-baħħara

Tliet baħħara Marokkini kull bastiment

Kummenti

-



Dokument tekniku dwar is-sajd Nru°6

Sajd pelaġiku industrijali bix-xbieki tat-tkarkir pelaġiku jew semipelaġiku u bit-tartarun tal-borża

Għadd ta’ bastimenti awtorizzati

18-il bastiment, li minnhom:

§10 bastimenti ta’ 3 000 TG jew aktar iżda inqas minn 7 765 TG

§4 bastimenti ta’ 150 TG jew aktar iżda inqas minn 3 000 TG

§4 bastimenti ta’ inqas minn 150 TG

Kwota allokata

Limitu ta’ qbid annwali:

§85 000 tunnellata għall-ewwel sena,

§90 000 tunnellata għat-tieni sena,

§100 000 tunnellata għat-tielet u r-raba’ sena,

applikabbli għall-flotta kollha

Total tal-limiti fix-xahar:

§0 tunnellata fix-xahar f’Jannar u Frar għall-perjodu kollu tal-Protokoll

§7 420 tunnellata fix-xahar f’Marzu (l-ewwel sena)

§7 791 tunnellata fix-xahar f’Marzu (it-tieni sena)

§8 414-il tunnellata fix-xahar f’Marzu (it-tielet u r-raba’ sena)

§10 600 tunnellata fix-xahar minn April sa Ġunju (l-ewwel sena)

§11 130 tunnellata fix-xahar minn April sa Ġunju (it-tieni sena)

§12 020 tunnellata fix-xahar minn April sa Ġunju (it-tielet u r-raba’ sena)

§15 900 tunnellata fix-xahar f’Lulju (l-ewwel sena)

§16 695 tunnellata fix-xahar f’Lulju (it-tieni sena)

§18 031 tunnellata fix-xahar f’Lulju (it-tielet u r-raba’ sena)

§18 020 tunnellata fix-xahar minn Awwissu sa Ottubru (l-ewwel sena)

§18 921 tunnellata fix-xahar minn Awwissu sa Ottubru (it-tieni sena)

§20 435 tunnellata fix-xahar minn Awwissu sa Ottubru (it-tielet u r-raba’ sena)

§13 780 tunnellata fix-xahar f’Novembru (l-ewwel sena)

§14 469 tunnellata fix-xahar f’Novembru (it-tieni sena)

§15 627 tunnellata fix-xahar f’Novembru (it-tielet u r-raba’ sena)

§10 600 tunnellata fix-xahar f’Diċembru (l-ewwel sena)

§11 130 tunnellata fix-xahar f’Diċembru (it-tieni sena)

§12 020 tunnellata fix-xahar f’Diċembru (it-tielet u r-raba’ sena)

Għall-bastimenti bl-imħażen kesħin (bastimenti tat-tkarkir u bastimenti tas-sajd bit-tartarun) li jiżbarkaw fil-port ta’ Dakhla, il-qabdiet huma limitati għal 200 tunnellata għal kull vjaġġ bejn April u Ġunju u 250 tunnellata għal kull vjaġġ bejn Lulju u Diċembru.

Irkaptu awtorizzat

Xibka tat-tkarkir pelaġiku jew semipelaġiku:

Id-daqs minimu tal-malja mġebbda tax-xibka tat-tkarkir pelaġiku jew semipelaġiku huwa ta’ 40 mm.

Il-borża tax-xibka tat-tkarkir pelaġiku jew semipelaġiku tista’ tissaħħaħ minn xibka b’daqs minimu tal-malji mġebbda ta’ 400 mm u minn anelli tal-ħabel spazjati mill-lanqas 1.5 m minn xulxin, minbarra l-anella li tinsab fuq in-naħa ta’ wara tax-xibka tat-tkarkir li ma tistax titpoġġa inqas minn 2 metri mill-fetħa tal-borża.

It-tisħiħ jew l-irduppjar tal-manka b’kull irkaptu ieħor mhuwiex permess u t-tkarkir fl-ebda każ ma għandu jimmira għal speċijiet oħra ħlief għall-ħut pelaġiku ż-żgħir awtorizzat.

Tartarun tal-borża tal-ispeċijiet pelaġiċi żgħar:

Daqsijiet massimi awtorizzati: 1 000 m x 140 m.

Tip ta’ bastiment

Bastiment tat-tkarkir pelaġiku industrijali bil-friża

Bastiment tat-tkarkir pelaġiku industrijali bil-maħżen kiesaħ

Bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-ispeċijiet pelaġiċi żgħar bil-maħżen kiesaħ

Imposta

Għall-bastimenti tat-tkarkir pelaġiċi industrijali bil-friża:

EUR 110 kull tunnellata mħallsa bil-quddiem kull xahar

Għall-bastimenti tat-tkarkir pelaġiċi u l-bastimenti tas-sajd bit-tartarun bil-maħżen kiesaħ:

EUR 55 kull tunnellata mħallsa bil-quddiem kull xahar

It-tariffa tiżdied b’fattur ta’ 3 jekk il-qabdiet awtorizzati jinqabżu

Żona ta’ ġestjoni

Limitu fit-Tramuntana: Parallel 26°07'00''N

Limitu fin-Nofsinhar: Parallel 20°46'13''N

Lil hinn minn 15-il mil nawtiku għall-bastimenti tat-tkarkir bil-friża

Lil hinn minn 12-il mil nawtiku għall-bastimenti tat-tkarkir u l-bastimenti tas-sajd bit-tartarun bil-maħżen kiesaħ

Speċijiet fil-mira

Sardin, laċċi, kavalli, sawrell u inċova.

§Sawrell / Kavalli / Inċova: 58 %

§Sardin / Laċċi: 40 %

Is-sawrell u l-kavalli ma jistgħux jammontaw għal aktar minn 15 % tal-qabdiet totali ta’ kull xahar minn April sa Ġunju.

Żbarki f’port magħżul mill-Marokk

25 % tal-qabdiet iddikjarati

Limiti fuq il-qabdiet inċidentali

Mhux aktar minn 2 % ta’ qabdiet inċidentali

Il-lista tal-ispeċijiet awtorizzati fil-qabdiet inċidentali hija stabbilita bir-regolamenti Marokkini dwar is-“sajd ta’ speċijiet pelaġiċi żgħar fl-Atlantiku tan-Nofsinhar”.

Perjodu ta’ waqfien mis-sajd

Il-bastimenti tas-sajd awtorizzati għandhom josservaw il-perjodi kollha ta’ waqfien stipulati mid-Dipartiment fiż-żona tas-sajd awtorizzata u jieqfu minn kull attività ta’ sajd.

Osservaturi

Għal kull bastiment jittella’ abbord osservatur xjentifiku matul il-perjodu kollu ta’ attività fiż-żona ta’ ġestjoni.

Tlugħ abbord tal-baħħara

Bastimenti ta’ inqas minn 150 TG: Żewġ baħħara Marokkini

Bastimenti ta’ bejn 150 u 1 500 TG: Erba’ baħħara Marokkini

Bastimenti ta’ bejn 1 500 u 5 000 TG: 10 baħħara Marokkini

Bastimenti ta’ bejn 5 000 u 7 765 TG: 16-il baħħar Marokkin.

Kummenti

L-ipproċessar industrijali tal-qabdiet għall-produzzjoni ta’ frakass tal-ħut u/jew żejt tal-ħut huwa assolutament ipprojbit. Madankollu, il-ħut li ġarrab xi ħsara jew il-ħut iddeterjorat kif ukoll l-iskart li jirriżulta mill-manipulazzjoni tal-qabdiet jista’ jiġi pproċessat għall-produzzjoni tal-frakass tal-ħut jew taż-żejt tal-ħut sakemm dan ma jaqbiżx il-limitu massimu ta’ 5 % tal-qabdiet totali awtorizzati.

Appendiċi 3

KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI VMS LILL-MAROKK

RAPPORT DWAR IL-POŻIZZJONI

Data obbligatorja li trid tiġi trażmessa fir-rapporti dwar il-pożizzjonijiet li jintbagħtu f’format NAF

Data

Kodiċi

Obbligatorju/Fakultattiv

Kontenut

Bidu tar-reġistrazzjoni

SR

O

Dettall tas-sistema li jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

Destinatarju

AD

O

Dettall tal-messaġġ – Destinatarju, Kodiċi Alfa-3 tal-pajjiż (ISO-3166)

Speditur

FR

O

Dettall tal-messaġġ – Speditur, Kodiċi Alfa-3 tal-pajjiż (ISO-3166)

Stat tal-Bandiera

FS

O

Detall tal-messaġġ – Bandiera tal-Istat, Kodiċi Alfa-3 (ISO-3166)

Tip ta’ messaġġ

TM

O

Dettall tal-messaġġ – Tip ta’ messaġġ (ENT, POS, EXI, MAN)

Sinjal tas-sejħa bir-radju (IRCS)

RC

O

Dettall tal-bastiment – Sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment (IRCS)

Numru ta’ referenza intern tal-parti kontraenti

IR

O

Dettall tal-bastiment – Numru uniku tal-Kodiċi Alfa-3 tal-parti kontraenti (ISO-3166) segwit minn numru

Numru tar-reġistrazzjoni esterna

XR

O

Dettall tal-bastiment – numru mwaħħal mal-ġenb tal-bastiment (ISO 8859.1)

Latitudni

LT

O

Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment – pożizzjoni fi gradi u gradi deċimali T/N DD.ddd (WGS84)

Lonġitudni

LG

O

Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment – pożizzjoni fi gradi u gradi deċimali L/P DD.ddd (WGS84)

Rotta

CO

O

Rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360 grad

Veloċità

SP

O

Veloċità tal-bastiment f’mili nawtiċi mmultiplikata b’10

Data

DA

O

Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment – data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSSSXXJJ)

Ħin

TI

O

Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment – ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSMM)

Tmiem ir-reġistrazzjoni

ER

O

Dettall tas-sistema li jindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni

L-informazzjoni li ġejja hija meħtieġa fiż-żmien tat-trażmissjoni sabiex tippermetti lis-CSCP Marokkin jidentifika s-CSCP emittenti:

L-indirizz IP tas-server tas-CSCP u/jew ir-referenzi DNS

Iċ-ċertifikat SSL (katina sħiħa tal-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni)

It-trażmissjoni tad-data hija strutturata kif ġej:

Il-karattri użati jridu jikkonformaw mar-regoli tal-ISO 8859.1

Linja djagonali doppja (//) u l-kodiċi “SR” jindikaw il-bidu tal-messaġġ

Kull element tad-data jiġi identifikat mill-kodiċi tiegħu u huwa sseparat mill-elementi l-oħra tad-data permezz ta’ linja djagonali doppja (//)

Linja djagonali waħda (/) tissepara l-kodiċi u d-data

Il-kodiċi “ER” segwit minn linja djagonali doppja (//) jindika tmiem il-messaġġ

Data obbligatorja li trid tiġi trażmessa fir-rapporti dwar il-pożizzjonijiet li jintbagħtu f’format UN-CEFACT:

Data

Obbligatorju/Fakultattiv

Kummenti

Destinatarju

O

Dettall tal-messaġġ – Destinatarju, Kodiċi Alfa-3 tal-pajjiż (ISO-3166).

Nota: Huwa parti mill-pakkett FLUX TL

Speditur

O

Dettall tal-messaġġ – Speditur, Kodiċi Alfa-3 tal-pajjiż (ISO-3166).

Identifikatur uniku tal-messaġġ

O

UUID skont RFC 4122 iddefinit mill-IETF

Data u ħin tal-ħolqien tal-messaġġ

O

Data u ħin ta’ meta nħoloq il-messaġġ fil-UTC skont l-istandard ISO 8601 u li juża l-format SSSS-XX-JJ-ss:mm:ss

Stat tal-bandiera

O

Detall tal-messaġġ – Bandiera tal-pajjiż tal-bandiera, Kodiċi Alfa-3 tal-pajjiż (ISO-3166)

Tip ta’ messaġġ

O

Dettall tal-messaġġ – Tip ta’ messaġġ (ENTRY, POS, EXIT, MANUAL)

Sinjal tas-sejħa bir-radju

O

Dettall tal-bastiment – Sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment (IRCS)

Numru ta’ referenza intern tal-Parti kontraenti

O

Dettall tal-bastiment – Numru uniku tal-parti kontraenti (Kodiċi Alfa-3 tal-pajjiż (ISO-3166)) segwit minn numru

Numru tar-reġistrazzjoni esterna

O

Dettall tal-bastiment – numru mwaħħal mal-ġenb tal-bastiment (ISO 8859.1)

Latitudni

O

Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment – pożizzjoni fi gradi u gradi deċimali DD.ddd (WGS-84).

Koordinati pożittivi għal pożizzjonijiet fit-Tramuntana tal-Ekwatur; Koordinati negattivi għal pożizzjonijiet fin-Nofsinhar tal-Ekwatur.

Lonġitudni

O

Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment – pożizzjoni fi gradi u gradi deċimali DD.ddd (WGS-84).

Koordinati pożittivi fil-Lvant tal-meridjan ta’ Greenwich; Koordinati negattivi fil-Punent tal-meridjan ta’ Greenwich.

Rotta

O

Rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360 grad

Veloċità

O

Veloċità tal-bastimenti f’għaxriet ta’ mili nawtiċi

Data u ħin

O

Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment – data u ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSSSXXJJ) (SSMM)

It-trażmissjoni tad-data fil-format UN/CEFACT hija strutturata kif deskritta fid-dokument ta’ implimentazzjoni provdut mill-Kummissjoni Ewropea qabel id-data ta’ applikazzjoni tal-Protokoll.

Appendiċi 4

ĠURNAL TA’ ABBORD DWAR IS-SAJD TAT-TONN

Isem il-bastiment:…………………………………………………………...

Tunnellaġġ gross:………………….............................

Xahar

Jum

Sena

Port

Konz

Pajjiż tal-bandiera: ………………………………………...........................

Kapaċità – (TM)…….. ………….……………………........

TLUQ tal-bastiment:

Lixka ħajja

Numru tar-reġistrazzjoni:….……………………...................................

Kaptan: ………………………………………………....

RITORN tal-bastiment

Tartarun tal-borża

Sid il-bastiment: ………………………………………………..........................

Għadd ta’ membri tal-ekwipaġġ:……………........................

Għadd ta’ jiem fuq il-baħar:

Għadd ta’ jiem tas-sajd:

Xibka tat-tkarkir

Indirizz: ……………………………………………………………........

…………………………………………………………….......................

……………………………………………………………......................

Data tar-rapport: ………………………………………......

Għadd ta’ rimjiet:

Numru tas-sajda:

Oħrajn

(Awtur tar-rapport):…………………….................................

Data

Settur

Temperatura ta’ wiċċ il-baħar

(ºC)

Sforz tas-sajd

Għadd ta’ snanar użati

Qabdiet

Lixka użata

Xahar

Jum

Latitudni T/N

Lonġitudni L/P

Tonn

Thunnus

thynnus jew

maccoyi

Tonn isfar

Thunnus

albacares

Tonn obeż

Thunnus

obesus

Alonga

Thunnus

alalunga

Pixxispad

Xiphias

gladius

Marlin bl-istrixxi

Marlin abjad

Tetraptunus

audax jew albidus

Marlin iswed

Makaira

indica

Pixxivela

Istiophorus albicane jew platypterus

Palamit

Katsuwonus

pelamis

Qabdiet imħallta

Total tal-jum

(piż f’kg biss)

Kastardella

Klamar

Lixka ħajja

Oħrajn

Nru

kg

Nru

kg

Nru

kg

Nru

kg

Nru

kg

Nru

kg

Nru

kg

Nru

kg

Nru

kg

Nru

kg

Nru

kg

KWANTITAJIET ŻBARKATI (F’KG)

Kummenti

1 – Uża paġna għal kull xahar u ringiela għal kull jum.

3 - “Jum” tfisser il-jum li fih jintrama l-konz.

5 - L-aħħar ringiela (kwantitajiet żbarkati) ma għandhiex timtela qabel ma tintemm is-sajda. Għandu jingħata l-piż reali fil-mument tal-iżbark.

2 – Fi tmiem kull sajda, ibgħat kopja tal-ġurnal lill-korrispondenti tiegħek jew lill-ICCAT, Calle Corazón de María, 8, 28002 Madrid, Spanja.

4 - Iż-żona tas-sajd tirreferi għall-pożizzjoni tal-bastiment. Agħti l-minuti sal-eqreb minuta sħiħa u indika l-grad tal-latitudni u tal-lonġitudni. Qis li tindika T/N (Tramuntana/Nofsinhar) u L/P (Lvant/Punent).

6 - L-informazzjoni kollha mogħtija hawnhekk se tibqa’ strettament kunfidenzjali.

Appendiċi 5

ĠURNAL TA’ ABBORD DWAR IS-SAJD (Bastimenti oħra ħlief tat-tonn)

Jum

Xahar

Sena

Ħin

Isem il-bastiment…………………….

Tluq minn …………………….

Data

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Sinjal tas-sejħa …………………….

Tip ta’ sajd …………………….

Isem il-kaptan …………………….

Ritorn fi …………………….

Data

 

 

 

 

 

 

 

Irkaptu

Kodiċi tal-irkaptu

 

 

Daqs minimu tal-malji

 

 

 

Daqs tal-irkaptu

 

 

 Firma tal-kaptan

Data

Settur statistiku

Għadd ta’ operazzjonijiet tas-sajd

Tul tal-ħin tas-sajd (sigħat)

Stima tal-kwantitajiet maqbuda għal kull speċi: ħut sħiħ (kg)

Piż totali tal-qabdiet: ħut sħiħ (kg)

Piż totali tal-ħut proċessat (kg)

Piż totali tal-bajd tal-ħut (kg)

Piż totali tal-frakass tal-ħut (kg)

Isem l-ispeċi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kodiċi (FAO)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total tal-ħut żbarkat f’port magħżul mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk (kg)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total tal-ħut żbarkat f’port tal-UE jew ta’ pajjiż terz (kg)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Appendiċi 6

Dikjarazzjoni tal-qbid ta’ kull tliet xhur (Bastimenti pelaġiċi industrijali)

Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli: IL-MAROKK

SENA - PERJODU TA’ TLIET XHUR

 

Isem il-bastiment

Stat tal-bandiera

 

Qabdiet, mogħtija f’tunnellati

Isem l-ispeċi

Kodiċi (FAO)

Jannar

Frar

Marzu

April

Mejju

Ġunju

Lulju

Awwissu

Settembru

Ottubru

Novembru

Diċembru

Total

Sardin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kavalli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Sawrell

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Laċċi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Inċova

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Qabdiet inċidentali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Frakass u żejt tal-ħut

Total tal-ħut żbarkat jew trasbordat f’port magħżul mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk

Total tal-ħut żbarkat jew trasbordat f’port tal-UE jew ta’ pajjiż terz

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għadd ta’ jiem tas-sajd

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Appendiċi 7

Dikjarazzjoni tal-qbid ta’ kull tliet xhur (Bastimenti oħra ħlief dawk pelaġiċi industrijali)

Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli: IL-MAROKK

SENA - PERJODU TA’ TLIET XHUR

 

Isem il-bastiment

Stat tal-bandiera

 

Qabdiet, mogħtija f’kilogrammi

Isem l-ispeċi

Kodiċi (FAO)

Jannar

Frar

Marzu

April

Mejju

Ġunju

Lulju

Awwissu

Settembru

Ottubru

Novembru

Diċembru

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total tal-ħut żbarkat f’port magħżul mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk

Total tal-ħut żbarkat f’port tal-UE jew ta’ pajjiż terz

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għadd ta’ jiem tas-sajd

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(1)    Ir-reġjun tas-Saħara skont il-pożizzjoni tal-Marokk.
Top