IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 13.6.2018
COM(2018) 467 final
2018/0252(NLE)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi programm finanzjarju speċifiku għad-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1368/2013
{SWD(2018) 343 final}
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
Din il-proposta tipprevedi data ta’ applikazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2021 u hija ppreżentata għal Unjoni ta’ 27 Stat Membru, b’konformità man-notifika mir-Renju Unit bl-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni Ewropea u l-Euratom abbażi tal-Artikolu 0 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea li waslet għand il-Kunsill Ewropew fid-29 ta’ Marzu 2017.
•Raġunijiet u għanijiet
Il-programm ta’ finanzjament għall-assistenza finanzjarja għad-“Dekummissjonar ta' Faċilitajiet Nukleari u Ġestjoni ta’ Skart Radjuattiv” (il-“programm”) ippreżentat f’dan l-abbozz ta' Regolament jindirizza d-dekummissjonar ta’ faċilitajiet nukleari u l-ġestjoni tal-iskart li jirriżulta taħt strument komuni biex jottimizza s-sinerġiji u l-kondiviżjoni tal-għarfien biex ikun żgurat li jintlaħqu l-obbligi rilevanti. Dan il-programm ta’ finanzjament apposta jista’ jġib valur miżjud tal-UE addizzjonali billi jsir parametru referenzjarju fl-UE għall-ġestjoni sikura tal-kwistjonijiet teknoloġiċi fid-dekummissjonar nukleari u għad-disseminazzjoni tal-għarfien lill-Istati Membri. Assistenza finanzjarja bħal din hija provduta abbażi ta’ evalwazzjoni ex ante li tidentifika l-ħtiġijiet speċifiċi u li turi l-valur miżjud tal-UE.
Bħalissa, il-Programm jiffoka fuq ħtiġijiet speċifiċi identifikati:
L-unitajiet 1-4 tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Kozloduy (Kozloduy, fil-Bulgarija) u l-impjant tal-enerġija nukleari ta' Bohunice V1 (Jaslovské Bohunice, fis-Slovakkja) jikkonsistu f'sitt reatturi tal-ilma taħt pressjoni oriġinarjament żviluppati fl-Unjoni Sovjetika (VVER 440). Id-dekummissjonar ta' dawn l-impjanti jikkontribwixxi għal aktar sikurezza nukleari fir-reġjun u fl-UE kollha kemm hi.
Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni għandu installazzjonijiet ta' riċerka nukleari f'erba' siti: JRC-Geel fil-Belġju, JRC-Karlsruhe fil-Ġermanja, JRC-Ispra fl-Italja u JRC-Petten fin-Netherlands. Xi wħud minn dawn l-installazzjonijiet għadhom jintużaw illum, filwaqt li oħrajn ingħalqu, f'xi każijiet aktar minn 20 sena ilu. Bħala operatur u/jew sid nukleari skont il-liġijiet Belġjani, Netherlandiżi, Ġermaniżi u Taljani, il-JRC huwa responsabbli għad-dekummissjonar ta' dawn l-installazzjonijiet u għall-ġestjoni sikura mill-ġenerazzjoni sar-rimi tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv li jirriżulta.
Minħabba dan, il-programm huwa naturalment suddiviż fi:
(i)
iż-żewġ azzjonijiet li jipprovdu appoġġ finanzjarju lill-Bulgarija u lis-Slovakkja biex jiddekummissjonaw b'mod sikur sitt reatturi nukleari fl-unitajiet 1-4 tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Kozloduy u fl-impjant tal-enerġija nukleari ta' Bohunice V1 (rispettivament il-"programm Kozloduy" u l-"programm Bohunice");
(ii)
l-azzjonijiet tal-JRC, li jimplimentaw b'mod sikur il-proċess tad-dekummissjonar u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv li jirriżulta tal-installazzjonijiet nukleari tal-Kummissjoni stess fis-siti tal-JRC (il-"programm għad-dekummissjonar u għall-ġestjoni tal-iskart tal-JRC”, D&WM).
Il-programm Kozloduy u l-programm Bohunice għandhom l-għan ewlieni li jassistu lill-Bulgarija u lis-Slovakkja fil-ġestjoni tal-isfidi ta' sikurezza radjoloġika tad-dekummissjonar tal-Unitajiet 1-4 tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Kozloduy u tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Bohunice V1 rispettivament.
Il-programm D&WM tal-JRC isegwi d-dekummissjonar sikur tas-siti tal-JRC tal-Kummissjoni, u jesplora u jiżviluppa għażliet għat-trasferiment antiċipat ta' responsabbiltajiet ta' dekummissjonar u ta’ ġestjoni tal-iskart lill-Istati Membri ospitanti tal-JRC.
Il-programm għandu potenzjal għoli biex joħloq u jikkondividi l-għarfien u jappoġġa b'dan il-mod lill-Istati Membri tal-UE bid-dekummissjonar tagħhom stess.
Il-programmi Kozloduy u Bohunice twettqu matul diversi perjodi finanzjarji u huma mistennija li jiġu ffinalizzati sal-2030 u sal-2025 rispettivament. Il-programmi huma mistennija li jilħqu stadji diġà importanti bil-finanzjament ipprovdut fil-qafas finanzjarju pluriennali attwali (jiġifieri 2014-2020), madankollu għadhom meħtieġa ammonti sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ewlenin ta' sikurezza radjoloġika relatati mad-dekummissjonar ta' dawn l-installazzjonijiet.
Il-programmi Kozloduy u Bohunice oriġinaw fil-kuntest tan-negozjati għall-adeżjoni fl-UE tal-Bulgarija u s-Slovakkja, li ħadu l-impenn li jagħlqu u sussegwentement jiddekummissjonaw ir-reatturi nukleari qodma tagħhom iddisinjati mill-Unjoni Sovjetika sa data miftiehma b'mod komuni. L-impenn tal-għeluq taż-żewġ Stati Membri kif ukoll l-impenn tal-UE biex tipprovdi appoġġ finanzjarju kien previst fit-Trattati tal-Adeżjoni korrispondenti, (is-Slovakkja ssieħbet fl-2004; il-Bulgarija fl-2007). Iż-żewġ Stati Membri u l-UE ssodisfaw l-impenn rispettiv tagħhom fit-Trattat tal-Adeżjoni.
Abbażi tal-Artikolu 203 tat-Trattat Euratom u biex tiżgura l-kontinwità tal-miżuri relatati mas-sikurezza, l-UE pprovdiet assistenza finanzjarja, għad-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Bohunice V1 lil hinn miż-żmien stipulat fit-Trattat tal-Adeżjoni tas-Slovakkja. Bl-istess mod, wara l-perjodu kopert mit-Trattat tal-Adeżjoni tal-Bulgarija l-UE kompliet tipprovdi assistenza finanzjarja6, għad-dekummissjonar sikur tal-Unitajiet 1-4 tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Kozloduy.
Il-JRC ġie stabbilit skont l-Artikolu 8 tat-Trattat Euratom. Bl-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, ġew iffirmati ftehimiet dwar is-sit matul il-perjodu 1960-62 bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Ġermanja, il-Belġju, l-Italja u n-Netherlands rispettivament. Fl-aħħar żewġ każijiet, il-faċilitajiet ta' riċerka nukleari nazzjonali ġew trasferiti lill-Komunità. Minħabba dan, fl-erba' siti ġiet stabbilita infrastruttura oħra ddedikata għar-riċerka u l-iżvilupp nukleari u li tinkludi installazzjonijiet ġodda. Xi wħud mill-installazzjonijiet għadhom jintużaw illum peress li huma kruċjali biex titkompla l-implimentazzjoni tal-programmi attwali u futuri ta' riċerka u taħriġ tal-Euratom. Oħrajn twaqqfu, f'xi każijiet aktar minn 20 sena ilu, u l-biċċa l-kbira tagħhom m'għadhomx jintużaw.
Abbażi tat-Trattat Euratom, il-JRC jrid jiġġestixxi r-responsabbiltajiet nukleari storiċi tiegħu u jiddekummissjona l-installazzjonijiet nukleari magħluqa. Għal dan il-għan u abbażi tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-1999, inbeda l-programm D&WM u nħolqot linja baġitarja ad hoc speċifika bi ftehim mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill. Minn dakinhar il-Kummissjoni rrapportat regolarment lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-progress tal-programm D&WM, u b'hekk provdiet previżjoni baġitarja aġġornata (2004, 2008 u 2013).
Fil-bidu, il-programm D&WM iffoka fuq l-hekk imsejħa "responsabbiltajiet storiċi", prinċipalment kostitwiti mill-faċilitajiet nukleari ta' Ispra li kienu waqfu joperaw fid-deċennji preċedenti. Dan jinkludi wkoll l-iskart storiku preżenti fis-siti tal-JRC. Bħalissa l-programm ikopri wkoll l-installazzjonijiet nukleari li fil-futur se jsiru obsoleti fl-erba' siti kollha tal-JRC, inkluż il-ġestjoni ta' materjali nukleari.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti tal-politika
L-għan tal-programmi Kozloduy u Bohunice evolva matul is-snin sabiex jindirizza aħjar il-ħtiġijiet u jiżgura d-dekummissjonar sikur tal-faċilitajiet: oriġinarjament u sal-2013, l-assistenza tal-UE tfasslet biex tappoġġa lill-Bulgarija u lis-Slovakkja kemm fl-isforzi tagħhom biex jagħlqu u jiddekummissjonaw ir-reatturi kkonċernati, iżda wkoll biex jindirizzaw il-konsegwenzi tal-għeluq bikri ta' dawn l-installazzjonijiet ta' impjanti tal-enerġija nukleari; aktar tard, fl-2014, il-kamp ta' applikazzjoni tal-programmi kien ristrett għall-attivitajiet ta' dekummissjonar, jiġifieri għal miżuri relatati mas-sikurezza; filwaqt li għall-istadju li jmiss huwa ssuġġerit li l-programmi jiffukaw aktar fuq l-attivitajiet ta' dekummissjonar li jinvolvu sfidi ta' sikurezza radjoloġika.
Ir-rimi ta' fjuwil użat u skart radjuattiv f'repożitorju ġeoloġiku fond mhuwiex fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn il-programmi u jibqa’ r-responsabbiltà tal-Bulgarija u s-Slovakkja skont id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom dwar il-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv.
Peress li l-faċilitajiet nukleari tal-JRC f'Karlsruhe, Geel u Petten għadhom kruċjali għall-attivitajiet ta' riċerka u taħriġ tal-JRC, il-programm D&WM sa issa affettwa l-aktar is-sit ta' Ispra, fejn ħafna mill-faċilitajiet nukleari waqfu joperaw qabel l-1999. Fil-futur (bejn l-2020 u l-2060), se jkollhom jiġu implimentati wkoll attivitajiet sinifikanti ta' dekummissjonar fis-siti tal-JRC f'Karlsruhe, Geel u Petten. Il-programm D&WM għandu jikkontribwixxi għall-programmi nazzjonali tal-Istati Membri ospitanti tal-JRC dwar l-implimentazzjoni tagħhom tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom dwar il-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
B'konformità mad-Dikjarazzjoni ta' Ruma, il-baġit tal-UE jenħtieġ li jippermetti Ewropa li tkun sikura u sigura; din hija dimensjoni fejn il-programmi ta' dekummissjonar nukleari kkontribwew sa issa u jistgħu jikkontribwixxu aktar. Wara l-għeluq ta' faċilità nukleari, l-impatt pożittiv ewlieni li għandu jinkiseb huwa t-tnaqqis progressiv tal-livell ta' periklu radjoloġiku għall-ħaddiema, il-pubbliku u l-ambjent fl-Istati Membri kkonċernati iżda wkoll fl-UE kollha kemm hi.
Il-programm jidħol fil-qafas regolatorju tas-sikurezza nukleari tal-UE; partikolarment rilevanti għall-programm huma: (i) id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv; (ii) id-Direttiva tal-Kunsill 2014/87/Euratom li temenda d-Direttiva 2009/71/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari ta' installazzjonijiet nukleari; (iii) id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti.
Sakemm il-JRC jibqa' d-detentur tal-liċenzja, għandu r-responsabbiltà ewlenija (l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom) għall-ġestjoni sikura tal-fjuwil użat u skart radjuattiv tiegħu stess (fl-erba' Stati Membri ospitanti) u f'dan ir-rigward il-programm D&WM tal-JRC jibqa' indispensabbli għat-twettiq tal-obbligi tal-Kummissjoni bħala detentur tal-liċenzja ta' dawn il-faċilitajiet. Ir-rilaxx kemm jista' jkun malajr ta' kwalunkwe faċilità ta' riċerka nukleari obsoleta u ħielsa minn restrizzjonijiet radjoloġiċi, jikkontribwixxi għal Ewropa li hija sikura u sigura u jistabbilixxi parametru referenzjarju tajjeb madwar l-Unjoni għall-ġestjoni sikura u responsabbli tal-iskart radjuattiv u fjuwil użat. Madankollu t-tlestija f’waqtha ta’ dan il-proċess tiddependi ħafna mill-Istat Membru ospitanti; għalhekk is-servizzi tal-Kummissjoni ħadmu b'mod estensiv mal-JRC biex jidentifikaw għażliet għal governanza aħjar biex itejbu l-effettività tal-implimentazzjoni tal-programm.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Il-bażi ġuridika għall-programm hija t-Trattat Euratom, b’mod partikolari l-Artikolu 203 tiegħu.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
L-oriġini tal-programmi Kozloduy u Bohunice ġejja mit-Trattati tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u tas-Slovakkja rispettivament u kien impenn mill-UE għaż-żewġ pajjiżi. Il-valur miżjud tal-UE ta' dawn il-programmi mill-bidu tagħhom kien dejjem definit f'termini ta' sikurezza nukleari. L-assenza tal-kofinanzjament tal-UE x'aktarx ikollha impatt negattiv fuq il-proċess tad-dekummissjonar bħala tali, li b'hekk jista' jirriżulta f'impatt dirett fuq is-sikurezza tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali. Il-kontribuzzjoni tal-programmi għall-isfidi ta' sikurezza radjuattiva naturalment tonqos hekk kif id-dekummissjonar jimxi ’l quddiem.
Id-dekummissjonar tal-faċilitajiet tal-JRC u l-ġestjoni tal-iskart li jirriżulta huma kompetenza esklussiva tal-Kummissjoni (JRC) bħala detentur tal-liċenzja.
Il-programm ġenerali jista' jġib valur miżjud addizzjonali tal-UE permezz ta' enfasi akbar fuq il-kondiviżjoni tal-għarfien li hija importanti biex jiġu indirizzati sfidi simili ffaċċjati minn Stati Membri oħra fil-progress tal-pjanijiet ta' dekummissjonar tagħhom. Bħalissa fl-Ewropa ngħalqu aktar minn 90 reattur nukleari b'mod permanenti, iżda tlieta biss ġew dekummissjonati kompletament. Il-livell ta' esperjenza fiż-żarmar tar-reatturi nukleari fl-Ewropa (kif ukoll internazzjonalment) huwa għalhekk limitat. Bl-istess mod, iż-żieda ulterjuri fl-esperjenza hija meħtieġa għad-dekummissjonar ta' installazzjonijiet nukleari oħra. Għalhekk, l-esperjenza u l-għarfien espert rilevanti ħafna ġġenerati mill-programm jistgħu jkunu ta' benefiċċju għal proġetti oħra ta' dekummissjonar u jirriżultaw f'livelli ogħla ta' sikurezza fi ħdan l-UE.
•Proporzjonalità
Fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, il-programm se jiffoka fuq l-isfidi ta’ sikurezza radjoloġika tad-dekummissjonar fejn jista' jinkiseb l-akbar valur miżjud tal-UE (jiġifieri tnaqqis progressiv tal-livell ta' periklu radjoloġiku għall-ħaddiema, il-pubbliku u l-ambjent fl-Istati Membri kkonċernati iżda wkoll fl-UE kollha kemm hi, u l-finalizzazzjoni tal-programmi Bohunice u Kozloduy).
•Għażla tal-istrument
Bħala riżultat tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-programmi ta' assistenza għad-dekummissjonar nukleari fil-Bulgarija, is-Slovakkja (u l-Litwanja) l-istruttura attwali, jiġifieri l-użu ta' programm ta' nfiq speċifiku, uriet li tiżgura implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-programm. Il-fatturi ewlenin tas-suċċess huma d-definizzjoni ċara tar-rwoli u r-responsabbiltajiet kif ukoll il-qafas imsaħħaħ tal-monitoraġġ. Billi kull wieħed mit-tliet programmi jikkonċerna d-dekummissjonar, attività industrijali ta’ skala kbira, ġie deċiż li l-ġbir flimkien tat-tliet programmi jirriżulta f’kondiviżjoni aħjar tal-għarfien filwaqt li l-programmi jistgħu jibbenefikaw mill-esperjenza bejniethom.
Matul is-snin, ir-reviżjoni esperta indipendenti u bla xkiel tal-programm D&WM tal-JRC uriet li l-ġestjoni tiegħu tista' tkun aktar effettiva jekk ikun hemm fis-seħħ flessibilità baġitarja u flessibilità tal-persunal. Il-programm jiġġenera wkoll għarfien importanti dwar id-dekummissjonar tal-faċilitajiet ta’ riċerka u jikkontribwixxi għall-programmi ta’ taħriġ fil-qasam. Għalhekk, ir-riflessjoni interna mwettqa mis-servizzi tal-Kummissjoni kkonkludiet li jkun adattat li l-programm tad-dekummissjonar tal-JRC ikun parti minn tali strument. Minn naħa dan se jagħti lill-JRC ir-riżorsi meħtieġa biex iwettaq il-programm tiegħu stess, filwaqt li jibbenefika mill-flessibilità offruta mill-istrument (eż. il-ġestjoni tal-baġit fuq perjodu ta’ 7 snin meta mqabbel maċ-ċiklu attwali ta’ programmazzjoni annwali fejn il-baġit huwa attribwit buq ba’i annwali fuq talba).
Barra minn hekk, dan itejjeb ukoll is-sinerġiji u l-kondiviżjoni tal-għarfien tal-programm tal-JRC ma' programmi oħra ta' dekummissjonar aktar avvanzati. L-Istati Membri tal-UE se jibbenefikaw mill-għarfien iġġenerat minn dawn iż-żewġ programmi filwaqt li l-programmi jistgħu jibbenefikaw minn xulxin.
Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi li tkompli taħt strument wieħed: (i) l-implimentazzjoni tal-programmi Kozloduy u Bohunice permezz ta’ ġestjoni indiretta tal-korp implimentattiv ivvalutat tal-pilastru (jiġifieri l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) fil-Bulgarija u l-Aġenzija Slovakka għall-Innovazzjoni u l-Enerġija (SIEA) fis-Slovakkja); u (ii) l-implimentazzjoni tal-programm D&WM tal-JRC permezz ta’ ġestjoni diretta.
Din is-soluzzjoni jenħtieġ li tiffaċilita wkoll il-ftuħ ta negozjati mal-Istati Membri ospitanti tal-JRC għal trasferiment antiċipat ta-responsabbiltajiet nukleari tal-Kummissjoni. Tali trasferimenti seħħew fil-passat f'xi wħud mill-Istati Membri kkonċernati. Kwalunkwe saldu finanzjarju bħal dan jista' jieħu forom differenti, pereżempju, jista' jitħallas fuq bosta perjodi tal-qafas finanzjarju pluriennali, minħabba t-tul tal-proċess tad-dekummissjonar.
Huwa importanti li wieħed iżomm f'moħħu li bħalissa s-sitwazzjoni teħtieġ li tkun differenzjata: fil-Belġju, il-Ġermanja u n-Netherlands il-kriterji ta' aċċettazzjoni tal-iskart huma ddefiniti u għalhekk, is-sitwazzjoni hija relattivament aktar stabbli milli fl-Italja fejn ir-rotot tal-iskart mhumiex ċari fil-programm nazzjonali. L-inċertezzi għolja relatati mal-pjan ta' dekummissjonar tal-JRC f'Ispra huma l-aktar minħabba n-nuqqas attwali ta' kriterji ta' aċċettazzjoni tal-iskart u n-nuqqas tal-faċilità tar-rimi finali.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet retrospettivi/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Programm Kozloduy (BG) u programm Bohunice (SK)
L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-programmi kkonkludiet li l-programmi attwali huma koerenti mal-politiki tal-UE bl-għan li jiġi żgurat l-ogħla livell ta' sikurezza nukleari. L-appoġġ tal-UE jiżgura li l-istrateġija immedjata ta' żarmar tkun segwita b'mod kostanti fil-Bulgarija u s-Slovakkja, u jwaqqaf milli jiġi ttrasferit piż żejjed fuq ġenerazzjonijiet futuri, filwaqt li parzjalment jidderoga għal raġunijiet storiċi għar-responsabbiltà aħħarija tal-Istati Membri biex jiżguraw riżorsi finanzjarji adegwati għad-dekummissjonar nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv.
Il-Bulgarija u s-Slovakkja għamlu progress effettiv u effiċjenti fid-dekummissjonar tar-reatturi tagħhom b'konformità mal-linja bażi miftiehma fl-2014 (jiġifieri l-pjanijiet għad-dekummissjonar). Kien hemm sfidi u ostakoli minħabba l-kumplessità tal-programm, iżda s-sistema ta' ġestjoni wriet kapaċità dejjem tiżdied biex tlaħħaq ma' sfidi bħal dawn. Il-programm Kozloduy u l-programm Bohunice diġà wasslu għal tnaqqis sinifikanti fil-periklu radjoloġiku għall-pubbliku ġenerali minħabba li s-sorsi l-aktar importanti ta' perikli radjoloġiċi huma indirizzati fil-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 (eż. dekontaminazzjoni u żarmar taċ-ċirkwiti tat-tkessiħ primarji u tal-qlub tar-reattur, u t-tlestija tar-rotot tal-ġestjoni tal-iskart).
L-istimi baġitarji tal-qafas finanzjarju pluriennali għal wara l-2020 għall-kontinwazzjoni u l-finalizzazzjoni tal-programm Kozloduy u l-programm Bohunice jikkorrispondu għal inqas minn kwart meta mqabbla mal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 u se jiżguraw il-kisba tal-istat aħħari miftiehem tal-proċess ta' dekummissjonar.
L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu wriet li l-livell dejjem jiżdied ta' kontribuzzjoni nazzjonali qed isostni responsabbiltà aktar b'saħħitha u qed jinduċi mġiba li tfittex l-ekonomija min-naħa tal-benefiċjarji. L-analiżi kkonkludiet ukoll li livelli dejjem jiżdiedu ta' kontribuzzjoni nazzjonali huma kundizzjoni meħtieġa iżda mhux suffiċjenti biex jiġu stabbiliti l-inċentivi t-tajba għal dekummissjonar f'waqtu u effiċjenti. Madankollu, in-nuqqas ta' definizzjoni fil-passat tar-rati ta' kofinanzjament fil-bażi ġuridika ħolqu inċertezzi li se jitneħħew fl-abbozz tal-bażi ġuridika għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss (2021-2027).
L-istruttura tal-governanza żgurat implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-programmi u kkumpensat għall-inċertezzi msemmija hawn fuq dwar l-aspetti tal-kofinanzjament. Il-fatturi ewlenin ta' suċċess kienu definizzjonijiet ċari tar-rwoli u r-responsabbiltajiet kif ukoll qafas ta' monitoraġġ imsaħħaħ. L-analiżi identifikat ukoll oqsma għal aktar titjib bħal:
(i)
involviment iktar profond tal-Istat Membru (koordinatur tal-programm u koordinatur finanzjarju) għal aktar sjieda flimkien ma' responsabilità akbar tal-operatur tad-dekummissjonar (benefiċjarju finali);
(ii)
razzjonalizzazzjoni tal-proċeduri biex tissaħħaħ il-puntwalità u l-effettività taċ-ċiklu tal-ġestjoni;
(iii)
żieda fl-interkomparabbiltà mal-prestazzjoni ta' programmi oħra ta' dekummissjonar.
L-assistenza finanzjarja tal-UE ġiet implimentata permezz ta' ġestjoni indiretta sa mill-bidu tagħha. Il-Kummissjoni tipproponi li tkompli tafda l-implimentazzjoni tal-baġit tal-programm lill-korp ta' implimentazzjoni vvalutat tal-pilastru (ġesjtoni indiretta), jiġifieri lill-BERŻ fil-Bulgarija u lill-SIEA fis-Slovakkja.
Programm għad-dekummissjonar u għall-ġestjoni tal-iskart tal-JRC
Il-JRC qiegħed regolarment jirrevedi l-progress u l-prestazzjoni tal-programm D&WM, billi juża parir estern indipendenti (Grupp ta' Esperti tal-programm D&WM, konsulenti esterni).
Sa mit-tnedija tiegħu, il-programm għamel progress u kisbiet importanti fit-tħejjija tal-bażi għal dekummissjonar effettiv u t-tnaqqis tal-ammonti ta' materjali nukleari u radjoattivi preżenti fis-siti.
Il-programm huwa awditjat ukoll mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni. Wara r-rakkomandazzjonijiet mill-aħħar awditu mwettaq minn IAS, biex jitjiebu l-istimi tal-kostijiet, u fid-dawl taż-żieda mistennija tal-attivitajiet ta’ dekummissjonar fis-siti differenti, il-JRC appoġġat minn konsulenti esterni vvaluta mill-ġdid l-inventarju tal-iskart u rreveda l-ippjanar għad-dekummissjonar. Ġie applikat approċċ armonizzat ibbażat fuq rakkomandazzjonijiet internazzjonali riċenti għall-istima tal-kostijiet tad-dekummissjonar biex jiġu ddeterminati l-kostijiet mistennija għal kull sit tal-JRC. Il-previżjoni baġitarja l-ġdida (minn Diċembru 2017) tinkludi kontinġenzi, skont il-livell ta' inċertezza assoċjat mal-attivitajiet rispettivi u l-kundizzjonijiet esterni fil-lokalitajiet differenti. L-istrateġija l-ġdida u l-previżjoni baġitarja ġew riveduti mill-Grupp ta' Esperti tal-Programm D&WM u rċevew opinjoni pożittiva fl-2017 fi tmiem il-proċess. Madankollu, inċertezzi sinifikanti jaffettwaw il-limiti taż-żmien u l-istima tal-kostijiet għas-siti differenti, inerenti għaż-żminijiet twal ta' tmexxija għad-dekummissjonar nukleari u dewmien ikkawżat mill-Istat Membru ospitanti.
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Ġiet imnedija konsultazzjoni pubblika dwar il-fondi tal-UE fil-qasam tas-sigurtà mill-Kummissjoni fl-10 ta' Jannar 2018 li damet għaddejja sad-9 ta' Marzu 2018.
Għall-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-programmi Kozloduy u Bohunice, tnediet konsultazzjoni pubblika mnedija mill-Kummissjoni f'Ġunju 2017 għal perjodu estiż ta' 14-il ġimgħa. Il-konsultazzjoni rċeviet interess limitat (20 tweġiba). Minbarra din il-konsultazzjoni, tnediet konsultazzjoni mmirata bi stħarriġ elettroniku f'Lulju 2017; din ġabret 17-il tweġiba addizzjonali (waħda mill-Bulgarija, erba' mil-Litwanja u 12 mis-Slovakkja) minn 90 parti kkonċernata kkuntattjati b'kollox. B'mod ġenerali, it-tweġibiet li waslu kienu pożittivi dwar il-programm iżda ma pprovdew l-ebda kontribut addizzjonali ġdid fuq il-programm. Dawn iż-żewġ konsultazzjonijiet ġew ikkomplementati b'konsultazzjonijiet immirati permezz ta' madwar 100 intervista mal-operaturi tad-dekummissjonar u l-partijiet ikkonċernati rilevanti.
•Għarfien espert estern
Id-dokumenti li ġejjin intużaw bħala kontribut għat-tħejjija tal-programm għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss:
–“Appoġġ għall-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Programmi ta' Assistenza għad-Dekummissjonar Nukleari”, EY, Evalwazzjoni għad-DĠ Enerġija tal-Kummissjoni Ewropea, 2018
–"Programm ta' Assistenza għad-Dekummissjonar Nukleari (NDAP) - Valutazzjoni tar-robustezza tal-pjanijiet ta' finanzjament li jikkunsidraw is-sitwazzjoni ekonomika-finanzjarja-baġitarja f'kull Stat Membru kkonċernat u r-rilevanza u l-fattibilità tal-pjanijiet dettaljati għad-dekummissjonar", Deloitte, NucAdvisor, VVA Europe, Studju mħejji għad-DĠ Enerġija tal-Kummissjoni Ewropea, 2016
–Rapport Speċjali tal-QEA 22/2016 "Programmi ta' assistenza għad-dekummissjonar nukleari tal-UE fil-Litwanja, il-Bulgarija u s-Slovakkja: xi progress magħmul mill-2011, iżda hemm sfidi kritiċi li għadhom ġejjin"
Fil-ġestjoni tal-programm D&WM, il-JRC jingħata parir b'mod regolari minn grupp ta' esperti Ewropej indipendenti ta' dekummissjonar (laqgħat biannwali u laqgħat addizzjonali ad hoc). Il-pariri tagħhom jirrigwardaw l-istrateġija tad-dekummissjonar u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, it-teknoloġija disponibbli, l-aspetti tekniċi tal-organizzazzjoni u kwalunkwe aspett ieħor relatat mal-programm.
•Valutazzjoni tal-impatt
B'konformità mar-Regolament Finanzjarju u mar-rekwiżiti tal-politika ta' regolamentazzjoni aħjar tal-Kummissjoni, il-programm attwali kien soġġett għal valutazzjoni ex ante (fil-forma ta' Dokument ta' Ħidma tal-Persunal).
•Simplifikazzjoni
Il-programm Kozloduy u l-programm Bohunice bħalissa huma implimentati permezz ta' ġestjoni indiretta bl-użu ta' korpi ta’ implimentazzjoni vvalutati mill-pilastru fl-Istati Membri kkonċernati (jiġifieri l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp fil-Bulgarija u s-Slovakkja; l-Aġenzija Slovakka għall-Innovazzjoni u l-Enerġija fis-Slovakkja). L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-programm ikkonfermat li l-istruttura attwali wriet li tiżgura implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-programm u għalhekk se titkompla fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, b'xi simplifikazzjonijiet ibbażati fuq lezzjonijiet meħuda mill-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu.
Pereżempju, il-programm se jieħu vantaġġ mill-programmazzjoni pluriennali prevista taħt ir-Regolament Finanzjarju rivedut. Dan jagħmel l-aħjar użu tal-pjan dettaljat pluriennali għad-dekummissjonar bħala bażi għall-programmazzjoni u l-monitoraġġ u jtejjeb l-effiċjenza u l-puntwalità taċ-ċiklu tal-programmazzjoni. Eżempju ieħor huwa marbut mal-introduzzjoni ta' qafas aktar ċar għall-kofinanzjament li se jnaqqas l-inċertezza dwar is-sors tal-finanzjament, ineħħi l-ħtieġa għan-negozjati u għall-ftehim fuq bażi annwali dwar il-kontribuzzjoni nazzjonali u jżid is-sjieda tal-programm mill-Istat Membru.
Barra minn hekk, fil-Bulgarija u s-Slovakkja, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u l-Fond ta' Koeżjoni jistgħu jappoġġaw miżuri li jakkumpanjaw it-tranżizzjoni soċjali u ekonomika relatata, inklużi wkoll miżuri dwar l-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija rinnovabbli kif ukoll ċerti attivitajiet oħra mhux marbuta ma' proċessi ta' sikurezza radjoloġika. Bħala tali, dawn il-Fondi jistgħu jgħinu biex jinħolqu attivitajiet addizzjonali fir-reġjuni kkonċernati u jużaw l-għarfien espert disponibbli lokalment bħala mutur ewlieni tal-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir sostenibbli u l-innovazzjoni. Bl-istess mod, jenħtieġ li jiġu esplorati sinerġiji mal-FP9 u / jew il-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Euratom f'oqsma bħall-iżvilupp u l-ittestjar teknoloġiku, kif ukoll it-taħriġ u l-edukazzjoni.
Barra minn hekk, se tintuża l-ġabra unika tar-regoli filwaqt li sinerġiji u komplementaritajiet addizzjonali bejn il-programmi se jiġu sfruttati kull meta jkun possibbli.
Il-JRC se jkompli jimplimenta l-programm taħt l-iskema ta' ġestjoni diretta, billi jieħu vantaġġ sħiħ mill-kompetenza tal-JRC fil-qasam nukleari, sakemm jitlesta l-għoti tal-faċilitajiet u r-responsabbiltajiet lill-Istati Membri ospitanti. Il-programm D&WM tal-JRC se jkun implimentat bis-sħiħ taħt l-istrument il-ġdid. Il-JRC se jkompli jtejjeb u jissimplifika s-sistema eżistenti tiegħu ta' programmazzjoni, monitoraġġ u kontroll, u jtejjeb il-ġestjoni tal-proġett tiegħu billi jintroduċi l-ġestjoni tal-valur gwadanjat u jiddefinixxi l-linja bażi (pjan għad-dekummissjonar finali) li abbażi tagħha se jkun immonitorjat il-progress. Dan jinkludi wkoll l-adozzjoni ta' programm ta' ħidma pluriennali u deċiżjoni ta' finanzjament, evalwazzjoni interim (wara erba' snin), u evalwazzjoni finali wara l-2027. Dan jenħtieġ ukoll li jtejjeb it-trasparenza tal-programm b'konformità mal-għan ġenerali tal-Kummissjoni.
•Drittijiet fundamentali
Il-programm m'għandu l-ebda impatt fuq id-drittijiet fundamentali.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Il-ġbir tal-baġits taħt programm ta’ finanzjament uniku jippermetti aktar flessibilità finanzjarja bejn l-azzjonijiet, jiġifieri għodda biex il-baġit jiġi trasferit fejn u meta jkun meħtieġ b'konformità mal-progress.
Sa mill-1999, il-JRC kopra l-kostijiet tal-attivitajiet tad-dekummissjonar permezz ta' linja baġitarja speċifika li tista' tintuża għal servizzi u xogħlijiet esternalizzati. Il-kostijiet tar-riżorsi umani interni meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programm (għall-ġestjoni u s-superviżjoni) mhumiex eliġibbli taħt dik il-linja baġitarja, għalhekk dawn huma ffinanzjati permezz tal-programm ta' qafas ta' Riċerka u Taħriġ tal-Euratom.
Programm Kozloduy (BG) u programm Bohunice (SK)
Azzjonijiet kofinanzjati taħt il-programm finanzjarju propost huma bbażati fuq il-pjan rispettiv għad-dekummissjonar stabbilit skont ir-Regolament tal-Kunsill 2013/1368/Euratom. Dawn il-pjanijiet diġà ddefinew il-kamp ta' applikazzjoni tal-programmi, l-istat aħħari u d-dati tal-għeluq tad-dekummissjonar. Ikopru l-attivitajiet tad-dekummissjonar, l-iskeda assoċjata tagħhom, il-kostijiet u r-riżorsi umani meħtieġa.
L-allokazzjonijiet tal-baġit għall-2021-2027 huma definiti fuq il-bażi ta' żborż annwali previsti fil-pjanijiet għad-dekummissjonar, filwaqt li jitqiesu l-limiti proposti għall-kofinanzjament tal-UE. Għall-programm Bohunice, il-finanzjament residwu jenħtieġ li jkun skedat fl-istadji inizjali tal-qafas finanzjarju pluriennali sabiex il-programm jitlesta sal-2025. Għall-programm Kozloduy, il-linja bażi tiddefinixxi kurva ta' progress kważi lineari u għalhekk huma previsti impenji annwali u pjanijiet ta' pagamenti kważi kostanti kif ippreżentat fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva.
Ir-riżorsi umani u amministrattivi meħtieġa għall-ġestjoni tal-programm mill-Kummissjoni jibqgħu l-istess bħalma kieku fil-programm predeċessur.
Programm għad-dekummissjonar u għall-ġestjoni tal-iskart tal-JRC
Il-livell varjabbli u imprevedibbli tal-infiq f'sena partikolari (bħalissa relatat mal-proċeduri twal ta' awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali u l-akkwist kumpless u l-ġestjoni tal-kuntratti) jagħmilha diffiċli biex il-programm jiġi ġestit b'konformità mal-istruttura baġitarja u finanzjarja attwali li hija bbażata fuq il-prinċipju ta' annwalità peress li mhuwiex dejjem possibbli li wieħed ibassar liema pagamenti jridu jsiru f'sena partikolari. Pereżempju, f'dawn l-aħħar snin, il-pagamenti kienu inqas milli mistenni.
Fid-dawl tal-inċertezzi madwar il-programm D&WM li jistgħu jirriżultaw f'żieda fil-volum u l-inċertezza tal-ħtiġijiet baġitarji, tenħtieġ aktar flessibbiltà baġitarja.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Is-sistema ta' pprogrammazzjoni, monitoraġġ u kontroll se tittejjeb aktar u tiġi ssimplifikata b’rabta ma' dik eżistenti. It-tagħlimiet meħuda mill-evalwazzjonijiet se jintużaw sabiex tiġi żgurata s-simplifikazzjoni u t-titjib kontinwu.
Fl-2014, b'mod partikolari għall-programmi Kozloduy u Bohunice, il-Kummissjoni mmodifikat il-governanza tal-programm għall-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 sabiex tistabbilixxi rwoli u responsabbiltajiet aktar ċari, u tintroduċi rekwiżiti akbar ta' ppjanar, monitoraġġ u rappurtar għall-benefiċjarji. B'konformità ma' dan l-approċċ ta' governanza rivedut, kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati ħatar Koordinatur tal-Programm (deputat ministru jew segretarju tal-istat) biex ikun responsabbli għall-programmazzjoni, il-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-programm ta' dekummissjonar fil-livell nazzjonali. Kumitat b'funzjonijiet ta' monitoraġġ u rappurtar huwa stabbilit, u kopresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni u mill-Koordinatur tal-Programm.
Għall-programmi Kozloduy u Bohunice, il-Kummissjoni qed tippjana li tkompli tafda l-implimentazzjoni tal-baġit tal-programmi lil korp ta' implimentazzjoni vvalutat mill-pilastru (ġestjoni indiretta), jiġifieri lill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) fil-Bulgarija u l-Aġenzija Slovakka tal-Innovazzjoni u l-Enerġija (SIEA) fis-Slovakkja. Barra minn hekk, is-servizzi tal-Kummissjoni se jkomplu l-prattika li jsegwu mill-qrib l-implimentazzjoni tal-proġett permezz ta' analiżi abbażi ta’ dokumenti u spezzjonijiet fuq il-post darbtejn fis-sena, u jissupplimentaw iċ-ċiklu regolari ta' pprogrammazzjoni, monitoraġġ u kontroll b'verifiki tematiċi bbażati fuq bażi ta' reviżjoni tar-riskju.”
Danw l-evalwazzjonijiet se jitwettqu skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-13 ta’ April 2016, fejn it-tliet istituzzjonijiet ikkonfermaw li l-evalwazzjonijiet ta’ leġiżlazzjoni u politika eżistenti jenħtieġ li jipprovdu l-bażi għall-valutazzjonijiet tal-impatt ta’ għażliet għal azzjoni ulterjuri. L-evalwazzjonijiet se jivvalutaw l-effetti tal-programm fuq il-post abbażi tal-indikaturi/il-miri tal-programm u analiżi ddettaljata dwar kemm il-programm jista’ jitqies rilevanti, effettiv, effiċjenti, jipprovdi biżżejjed valur miżjud tal-UE u huwa koerenti ma’ politiki oħra tal-UE. Dawn se jinkludu t-tagħlimiet meħuda biex jiġu identifikati kwalunkwe nuqqas/problema jew kwalunkwe potenzjal għal titjib ulterjuri tal-azzjonijiet jew tar-riżultati tagħhom u biex jgħin l-isfruttament/l-impatt massimizzat tagħhom.
Il-programm D&WM tal-JRC huwa eżegwit b’ġestjoni diretta u huwa rregolat mill-maniġment superjuri tal-JRC permezz ta' kumitat ta' tmexxija ta' livell għoli (ippresedut mid-Direttur Ġenerali tal-JRC). Dan il-kumitat ta' tmexxija ta' livell għoli jiltaqa' tliet darbiet fis-sena biex jieħu deċiżjonijiet strateġiċi, jistabbilixxi l-għanijiet u jimmonitorja l-progress tal-programm. Id-deċiżjonijiet strateġiċi jinkludu pereżempju l-iskedar tal-għeluq tal-faċilitajiet nukleari tal-JRC, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet infrastrutturali tal-Programm ta' Ħidma ta' Riċerka u Taħriġ tal-JRC.
Il-kumitat ta' tmexxija ta' livell għoli huwa appoġġat mill-kumitat ta' tmexxija fuq livell operattiv, magħmul minn rappreżentanti tas-sit tal-programm D&WM, u uffiċjali responsabbli għall-appoġġ legali, finanzjarju u ta' akkwist tal-programm D&WM. Dan il-kumitat jiltaqa' tliet darbiet fis-sena u għandu l-għan li jikkoordina u jimmonitorja l-attivitajiet tal-programm D&WM fis-siti differenti. Jiddiskuti kwistjonijiet tekniċi, legali, finanzjarji u ta' akkwist tal-programm D&WM u jimmonitorja kemm il-progress tekniku kif ukoll l-implimentazzjoni tal-baġit.
B'konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew fl-1999, il-JRC ilu mill-bidu tal-programm D&WM jingħata pariri b'mod regolari minn grupp ta' esperti Ewropej ta' dekummissjonar indipendenti (laqgħat biannwali, u laqgħat ad hoc addizzjonali), il-Grupp ta' Esperti tal-programm D&WM. Il-pariri tagħhom jirrigwardaw l-istrateġija għad-dekummissjonar u l-ġestjoni tal-iskart, it-teknoloġija disponibbli, l-aspetti tekniċi tal-organizzazzjoni u kwalunkwe aspett ieħor relatat mal-programm. Sal-2016, l-esperti nħatru mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-proposti magħmula mill-Membri tal-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC jew mill-JRC innifsu. Meta għażlet dawn l-esperti, il-Kummissjoni ħadet ħsieb li tevita kull kunflitt ta' interess u li tiżgura l-indipendenza tal-analiżi u trawwem id-diversità tal-ġeneru u dik ġeografika. Wara d-Deċiżjoni l-ġdida tal-Kummissjoni dwar il-ħolqien ta' Gruppi ta' Esperti tal-Kummissjoni, il-JRC nieda Sejħa ġdida għall-Esperti u stabbilixxa l-Grupp ta' Esperti li huwa konformi għalkollox mar-regoli l-ġodda tal-Kummissjoni.
Sa mill-bidu tal-programm D&WM, il-Kummissjoni qed tirrapporta regolarment lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-progress u l-istatus tiegħu, u b’hekk tipprovdi previżjoni baġitarja aġġornata (2004, 2008 u 2013)13.
Barra minn hekk, il-JRC jirrapporta fuq bażi annwali dwar il-miri ta' nofs it-terminu u l-progress miksub (Pjan ta' Ġestjoni tal-JRC, Rapport ta' Attività tal-JRC).
Fil-perjodu ta' finanzjament li jmiss, kemm għall-programmi Kozloduy u Bohunice kif ukoll għall-programm D&WM tal-JRC, in-natura pluriennali tal-proċess ta' dekummissjonar se tkun riflessa fl-adozzjoni ta' programm ta' ħidma pluriennali u deċiżjoni finanzjarja, b'konformità mar-regolament finanzjarju ġdid previst. Dan il-proċess ta' programmazzjoni se jkun evidentement sinkronizzat mal-passi ta' evalwazzjoni (waħda interim wara erba' snin, u waħda finali wara l-2027 meta hija mistennija t-tlestija tal-kompiti fil-qasam).
Set tinżamm il-prattika attwali tar-rappurtar annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
L-Artikolu 3 tal-att bażiku propost jiddefinixxi l-għanijiet tal-programm għall-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027. L-artikolu jirrifletti n-natura doppja tal-għan ġenerali tal-programm, li jittraduċi l-valur miżjud tal-UE fuq naħa waħda f'sikurezza nukleari mtejba u, min-naħa l-oħra, f'għarfien miżjud għall-Istat Membru tal-UE dwar il-proċess ta' dekummissjonar nukleari.
L-Artikoli 3, 6 u 7 flimkien jiddefinixxu qafas biex jiżgura li l-finanzjament tal-UE jkun iffokat fuq azzjonijiet li verament iwasslu għall-għanijiet tal-programmi. Huma jiċċaraw il-livell ta' sforz konġunt bejn l-UE u l-Istati Membri kkonċernati fid-dekummissjonar tal-Unitajiet 1-4 tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Kozloduy u l-impjant tal-enerġija nukleari ta' Bohunice V1 rispettivament. Din id-dispożizzjoni u l-istimi tal-kostijiet tal-pjan dettaljat għad-dekummissjonar skont ir-Regolament tal-Kunsill 2013/1368/Euratom jiffissaw il-kontribuzzjoni tal-UE għad-dekummissjonar tal-Unitajiet 1-4 tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Kozloduy u l-impjant tal-enerġija nukleari ta' Bohunce V1 rispettivament.
L-Artikolu 8 jintroduċi simplifikazzjoni ewlenija fir-rigward tal-programmi attwali, jiġifieri l-użu ta' programm ta' ħidma pluriennali, li jirrifletti n-natura tal-programmi ta' dekummissjonar. Għalkemm huwa adottat approċċ pluriennali fil-livell tal-programmazzjoni, il-prattika tar-rappurtar annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tinżamm kif deskritt fl-Artikolu 9.
L-Artikolu 10 jiddefinixxi l-proċess għar-reviżjoni tal-programm ta' ħidma pluriennali fuq perjodu li huwa proporzjonat man-natura tal-programm u jipprovdi lill-Kummissjoni b'għodda adegwata biex tintroduċi miżuri korrettivi jekk ikun meħtieġ.
2018/0252 (NLE)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi programm finanzjarju speċifiku għad-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1368/2013
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 203 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1)B'konformità mad-Dikjarazzjoni ta' Ruma, il-baġit tal-Unjoni jenħtieġ li jippermetti Ewropa li tkun sikura u sigura; din hija dimensjoni fejn il-programmi ta' dekummissjonar nukleari kkontribwew sa issa u jistgħu jikkontribwixxu aktar. Wara l-għeluq ta' faċilità nukleari, l-impatt pożittiv ewlieni li għandu jinkiseb huwa t-tnaqqis progressiv tal-livell ta' periklu radjoloġiku għall-ħaddiema, il-pubbliku u l-ambjent fl-Istati Membri kkonċernati iżda wkoll fl-Unjoni kollha kemm hi.
(2)Programm finanzjarju ta’ nfiq apposta jista’ jġib valur miżjud tal-Unjoni addizzjonali billi jsir parametru referenzjarju fl-Unjoni għall-ġestjoni sikura tal-kwistjonijiet teknoloġiċi fid-dekummissjonar nukleari u għad-disseminazzjoni tal-għarfien. Assistenza finanzjarja ta’ dan it-tip jenħtieġ li tiġi provduta abbażi ta’ evalwazzjoni ex ante li tidentifika l-ħtiġijiet speċifiċi u li turi l-valur miżjud tal-Unjoni bl-għan li tappoġġa d-dekummissjonar ta’ faċilitajiet nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv.
(3)L-attivitajiet koperti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonformaw mal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli. Assistenza finanzjarja ta’ dan it-tip jenħtieġ li tibqa’ eċċezzjonali, mingħajr preġudizzju għall-prinċipji u l-għanijiet li joħorġu mil-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza nukleari, jiġifieri id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom, u dwar il-ġestjoni tal-iskart, jiġifieri id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom. Ir-responsabbiltà aħħarija għas-sikurezza nukleari u għas-sikurezza tal-fjuwil użat u tal-ġestjoni tal-iskart radjuattiv tibqa’ tal-Istati Membri.
(4)Skont il-Protokoll dwar il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, il-Bulgarija impenjat ruħha li tagħlaq l-unitajiet 1 u 2 u l-unitajiet 3 u 4 tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Kozloduy sal-31 ta’ Diċembru 2002 u sal-31 ta’ Diċembru 2006 rispettivament, u li wara tgħaddi għad-dekummissjonar ta’ dawk l-unitajiet. B’konformità mal-obbligi tagħha, il-Bulgarija għalqet l-unitajiet ikkonċernati kollha sal-iskadenzi rispettivi tagħhom.
(5)Skont il-Protokoll Nru 9 dwar l-unitajiet 1 u 2 tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Bohunice V1 fis-Slovakkja, li huwa mehmuż mal-Att tal-Adeżjoni tal-2003, is-Slovakkja impenjat ruħha li tagħlaq l-unitajiet 1 u 2 tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Bohunice V1 sal-31 ta’ Diċembru 2006 u sal-31 ta’ Diċembru 2008 rispettivament, u li wara tgħaddi għad-dekummissjonar ta’ dawk l-unitajiet. B’konformità mal-obbligi tagħha, is-Slovakkja għalqet l-unitajiet ikkonċernati kollha sal-iskadenzi rispettivi tagħhom.
(6)B'konformità mal-obbligi tagħhom skont it-Trattat tal-Adeżjoni u bl-assistenza tal-Unjoni, il-Bulgarija u s-Slovakkja għamlu progress sinifikanti lejn id-dekummissjonar tal-impjanti tal-enerġija nukleari ta' Kozloduy u Bohunice V1. Tenħtieġ aktar ħidma sabiex jinkiseb b'mod sikur l-istat aħħari tad-dekummissjonar. It-tlestija tal-ħidma tad-dekummissjonar, li hija bbażata fuq il-pjanijiet attwali għad-dekummissjonar, hija skedata sa tmiem l-2030 għall-impjant tal-enerġija nukleari ta' Kozloduy u sal-2025 għall-impjant tal-enerġija nukleari ta' Bohunice V1.
(7)Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea ġie stabbilit bl-Artikolu 8 tat-Trattat Euratom. Fl-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, ġew iffirmati ftehimiet dwar is-Sit matul il-perjodu 1960-62 bejn il-Komunità, il-Ġermanja, il-Belġju, l-Italja u n-Netherlands. Fl-aħħar żewġ każijiet, l-installazzjonijiet nukleari nazzjonali ġew trasferiti lill-Komunità. Ġiet stabbilita infrastruttura mmirata lejn ir-riċerka nukleari u li tinkludi installazzjonijiet ġodda fl-erba' siti. Xi wħud minn dawn l-installazzjonijiet għadhom jintużaw illum filwaqt li oħrajn ingħalqu, f'xi każijiet aktar minn 20 sena ilu, u fil-biċċa l-kbira tagħhom m'għadhomx jintużaw.
(8)Abbażi tal-Artikolu 8 tat-Trattat Euratom, u b'konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom 24, il-JRC jenħtieġ li jiġġestixxi r-responsabbiltajiet nukleari storiċi tiegħu u jiddekummissjona l-installazzjonijiet nukleari magħluqa. Għaldaqstant, il-programm għad-dekummissjonar u għall-ġestjoni tal-iskart tal-JRC tnieda fl-1999 b'Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u minn dakinhar il-Kummissjoni pprovdiet aġġornament regolari tal-progress tal-programm.
(9)Il-Kummissjoni Ewropea vvalutat li l-aħjar għażla biex tissodisfa r-rekwiżiti skont l-Artikolu5(1) 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom, fejn il-JRC għandu jistipula u jżomm riżorsi finanzjarji u umani adegwati biex jissodisfa l-obbligi tiegħu fir-rigward tas-sikurezza tal-ġestjoni ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv, hija li ssegwi strateġija b'żewġ binarji li tikkombina attivitajiet ta' dekummissjonar u ġestjoni tal-iskart flimkien man-negozjati mal-Istati Membri ospitanti tal-JRC biex jiġi antiċipat it-trasferiment tad-dekummissjonar u r-responsabbiltajiet tal-ġestjoni ta' fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv.
(10)Dan ir-Regolament jirrispondi għall-ħtiġijiet identifikati għall-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-programmi ta’ assistenza għad-dekummissjonar nukleari tal-unitajiet 1 sa 4 tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Kozloduy fil-Bulgarija (il-programm Kozloduy) u tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Bohunice V1 fis-Slovakkja (il-Programm Bohunice), u għad-dekummissjonar u l-ġestjoni ta' fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv tal-faċilitajiet nukleari tal-Kummissjoni stess, li jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza ewlieni, fit-tifsira tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, għall-Parlament u għall-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.
(11)Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-RF il-ġdid] (ir-"Regolament Finanzjarju") japplika għal dan il-Programm. Huwa jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar l-għotjiet, il-premjijiet, l-akkwist pubbliku, l-implimentazzjoni indiretta, l-assistenza finanzjarja, l-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji.
(12)Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 u r-Regolament (UE) 2017/1939, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolamenti (UE, Euratom) Nru 883/2013 u (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.
(13)Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura ta' għajnuna mill-Istat li tista’ titwettaq fil-ġejjieni skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(14)L-ammont tal-approprjazzjonijiet allokati għall-programm, kif ukoll il-perjodu ta' programmazzjoni u d-distribuzzjoni tal-fondi fost l-azzjonijiet, jista’ jiġi rivedut abbażi tar-riżultati tar-rapporti ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u dawk finali. Tista' tinkiseb flessibbiltà baġitarja addizzjonali billi jerġgħu jiġu distribwiti l-fondi fost l-azzjonijiet fejn u meta meħtieġ skont il-progress tal-azzjonijiet.
(15)Il-Programm jenħtieġ li jiżgura wkoll id-disseminazzjoni tal-għarfien dwar il-proċess ta' dekummissjonar fl-Unjoni, billi dawn il-miżuri jġibu l-akbar valur miżjud tal-Unjoni u jikkontribwixxu għas-sikurezza tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali.
(16)Id-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari koperti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq b'rikors għall-aqwa għarfien espert tekniku disponibbli, u b'kunsiderazzjoni xierqa għan-natura u l-ispeċifikazzjonijiet teknoloġiċi tal-installazzjonijiet li għandhom jiġu dekummissjonati, sabiex tiġi żgurata s-sikurezza u l-ogħla effiċjenza possibbli, u b'hekk jitqiesu l-aħjar prattiki internazzjonali.
(17)Jenħtieġ li jiġu żgurati monitoraġġ u kontroll effettivi tal-evoluzzjoni tal-proċess ta' dekummissjonar mill-Bulgarija, mis-Slovakkja u mill-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat l-ogħla valur miżjud tal-Unjoni tal-fondi allokati skont dan ir-Regolament, għalkemm ir-responsabbiltà aħħarija għad-dekummissjonar hija taż-żewġ Stati Membri kkonċernati. Dan jinkludi kejl effettiv tal-prestazzjoni u l-promulgazzjoni ta' miżuri korrettivi fejn neċessarju.
(18)Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, hemm il-ħtieġa li dan il-Programm jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti ta’ monitoraġġ speċifiċi, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri. Fejn xieraq, dawn ir-rekwiżiti jistgħu jinkludu indikaturi li jitkejlu, bħala l-bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-prattika.
(19)L-azzjonijiet taħt il-programmi Kozloduy u Bohunice jenħtieġ li jiġu identifikati fil-limiti definiti mill-pjanijiet ta’ dekummissjonar sottomessi mill-Bulgarija u mis-Slovakkja skont ir-Regolament tal-Kunsill 2013/1368/Euratom. Dan il-pjan iddefinixxa l-kamp ta’ applikazzjoni tal-programm, l-istat aħħari u d-data tal-għeluq tad-dekummissjonar; ikopru l-attivitajiet tad-dekummissjonar, l-iskeda assoċjata tagħhom, il-kostijiet u r-riżorsi umani meħtieġa.
(20)L-azzjonijiet taħt il-programmi Kozloduy u Bohunice jenħtieġ li jitmexxew bi sforz finanzjarju konġunt tal-Unjoni u l-Bulgarija u s-Slovakkja rispettivament. Jenħtieġ li jiġi stabbilit livell limitu ta’ kofinanzjament tal-Unjoni b’konformità mal-prattika ta’ kofinanzjament stabbilita taħt il-programmi predeċessuri.
(21)Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1368/2013 jenħtieġ li jitħassar.
(22)Ġie kkunsidrat b’mod xieraq ir-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 22/2016 dwar l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għad-dekummissjonar tal-impjanti nukleari fil-Bulgarija, fil-Litwanja u fis-Slovakkja, ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu u t-tweġiba mill-Kummissjoni.
(23)Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(24)Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist pubbliku, premjijiet, implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi l-ħarsien tal-istat tad-dritt huwa prekondizzjoni essenzjali tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tal-finanzjament effettiv tal-Unjoni.
(25)Filwaqt li tiġi riflessa l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima b’konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi, u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se tikkontriwbixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u biex tinkiseb mira ġenerali ta’ 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE li tappoġġa l-għanijiet klimatiċi. Matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, li se jiġu valutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tiegħu.
(26)It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi tal-implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari, il-kostijiet tal-verifiki, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta’ konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta’ ammonti f’daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm Finanzjarju Speċifiku għad-“Dekummissjonar tal-Faċilitajiet Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart Radjuattiv” (il-“Programm”), bl-enfasi fuq il-ħtiġijiet identifikati fuq bażi attwali. Għall-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, se jappoġġa lill-Bulgarija u lis-Slovakkja biex jiddekummissjonaw b'mod sikur ir-reatturi nukleari tal-ewwel ġenerazzjoni tagħhom u biex jimplimentaw il-proċess ta' dekummissjonar u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv tal-installazzjonijiet nukleari tal-Kummissjoni stess fis-siti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC).
Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021 – 2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Komunità) u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)“dekummissjonar” tfisser il-miżuri amministrattivi u tekniċi li jippermettu t-tneħħija tal-verifiki regolatorji kollha, jew ta’ wħud minnhom, minn faċilita nukleari u li għandhom l-għan li jiżguraw il-protezzjoni fit-tul tal-pubbliku u tal-ambjent, inkluż it-tnaqqis tal-livelli ta’ residwi ta’ radjonuklidi fil-materjali u fis-sit tal-faċilità.
(2)“pjan ta’ dekummissjonar” tfisser id-dokument li fih informazzjoni dettaljata dwar id-dekummissjonar propost u li jkopri dan li ġej; l-istrateġija magħżula tad-dekummissjonar; l-iskeda, it-tip u s-sekwenza tal-attivitajiet tad-dekummissjonar; l-istrateġija tal-ġestjoni tal-iskart applikata, inkluż ir-rilaxx; l-istat aħħari propost; il-ħżin u r-rimi tal-iskart mid-dekummissjonar; il-perjodu ta’ żmien speċifikat għad-dekummissjonar; l-istimi tal-kostijiet għat-tlestija tad-dekummissjonar; l-għanijiet, ir-riżultati mistennija, l-istadji importanti, id-dati ta’ mira, kif ukoll l-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin korrispondenti, inklużi l-indikaturi bbażati fuq il-valur gwadanjat. Dan il-pjan jitħejja mid-detentur tal-liċenzja tal-faċilità nukleari u huwa rifless fil-programmi ta’ ħidma pluriennali tal-Programm;
(3)“programm Bohunice” tfisser il-parti tal-Programm li tikkonċerna d-dekummissjonar nukleari tal-unitajiet 1 u 2 tar-reatturi tal-impjant tal-enerġija nukleari Bohunice V1, li jinsab f'Jaslovské Bohunice, is-Slovakkja;
(4)“programm Kozloduy” tfisser il-parti tal-Programm li tikkonċerna d-dekummissjonar nukleari tal-unitajiet 1, 2, 3 u 4 tar-reatturi tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Kozloduy, li jinsab f'Kolzloduy, il-Bulgarija;
(5)“programm għad-dekummissjonar u għall-ġestjoni tal-iskart tal-JRC” tfisser il-parti tal-Programm li tikkonċerna d-dekummissjonar nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv tas-siti tal-Kummissjoni operat mid-Direttorat Ġenerali taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC).
Artikolu 3
Għanijiet tal-programm
1.Il-Programm għandu l-għan ġenerali li jipprovdi finanzjament għad-dekummissjonar ta’ faċilitajiet nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, b’konformità mal-ħtiġijiet identifikati.
2.Abbażi tal-ħitġijiet attwali tal-perjodu 2021-2027, il-Programm għandu l-għan partikolari li jassisti lill-Bulgarija u lis-Slovakkja fl-implimentazzjoni tal-programm għad-dekummissjonar ta’ Kozloduy u tal-programm għad-dekummissjonar ta’ Bohunice rispettivament, bl-enfasi speċifika fuq il-ġestjoni tal-isfidi ta’ sikurezza radjoloġika tagħhom u li jappoġġa l-programm għad-dekummissjonar u għall-ġestjoni tal-iskart tal-JRC, filwaqt li jiżgura d-disseminazzjoni wiesgħa tal-għarfien b’hekk iġġenerat fuq id-dekummissjonar nukleari lill-Istati Membri kollha tal-UE.
L-għanijiet speċifiċi huma:
(a)li jwettaq iż-żarmar u d-dekontaminazzjoni tar-reatturi ta' Kozloduy u Bohunice u li jsegwi r-rilaxx tagħhom minn kontrolli regolatorji, skont il-pjan ta’ dekummissjonar rispettiv;
(b)li jappoġġa l-pjan ta’ dekummissjonar biex l-installazzjonijiet nukleari li jinsabu fis-siti nukleari tal-Kummissjoni jiżżarmaw u jiġi dekummissjonati u biex ir-responsabbiltajiet nukleari relatati jiġu trasferiti lill-Istati Membri ospitanti tal-JRC;
(c)li jiżviluppa rabtiet u skambji fost il-partijiet ikkonċernati tal-Unjoni dwar id-dekummissjonar nukleari, bl-għan li jiġu żviluppati sinerġiji potenzjali tal-Unjoni.
3.Id-deskrizzjoni dettaljata tal-għanijiet speċifiċi hija stabbilita fl-Annessi I, II u III. Abba’i tar-riżultat tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 10, il-Kummissjoni tista’ timmodifika l-Anness I jew II, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12(2).
Artikolu 4
Baġit
1.Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021 - 2027 għandu jkun ta’ EUR 466 000 000 fi prezzijiet kurrenti.
2.Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun:
(a)EUR 63 000 000 għall-azzjonijiet taħt il-programm Kozloduy;
(b)EUR 55 000 000 għall-azzjonijiet taħt il-programm Bohunice;
(c)EUR 348 000 000 għall-azzjonijiet taħt il-programm għad-dekummissjonar u għall-ġestjoni tal-iskart tal-JRC.
3.L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jkopri spejjeż relatati mal-assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet ta’ tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni, inklużi sistemi korporattivi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni.
4.L-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jkunu ta’ aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq diversi snin fi ħlasijiet parzjali annwali.
Artikolu 5
Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament mill-Unjoni
1.Il-Programm għandu jiġi implimentat b’ġestjoni diretta b’konformità mar-Regolament Finanzjarju jew b’ġestjoni indiretta flimkien mal-korpi msemmija fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.
2.Il-Programm jista’ jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 6
Azzjonijiet eliġibbli
Huma biss l-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u fl-Annessi I, II u III li għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament.
Artikolu 7
Rati ta' kofinanzjament
Il-Programm jista' jiffinanzja kostijiet eliġibbli ta' attività sa rata massima kif stabbilita fl-Annessi I u II. Ir-rata massima ta' kofinanzjament tal-Unjoni applikabbli taħt il-programm Kozloduy jew il-programm Bohunice ma għandhiex tkun aktar minn 50 %. Il-kofinanzjament li jifdal għandu jiġi pprovdut mill-Bulgarija u mis-Slovakkja rispettivament.
Artikolu 8
Programmi ta' ħidma
1.Il-programm Bohunice u l-programm Kozloduy għandhom jiġu implimentati permezz tal-programmi ta’ ħidma pluriennali b’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Il-programmi ta' ħidma pluriennali għandhom jirriflettu l-pjanijiet ta’ dekummissjonar li għandhom iservu bħala l-linja bażi għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm.
2.Il-programm għad-dekummissjonar u għall-ġestjoni tal-iskart tal-JRC għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta’ ħidma pluriennali b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/282/Euratom dwar l-organizzazzjoni mill-ġdid taċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunt.
Artikolu 9
Monitoraġġ u rapportar
1.L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness IV.
2.Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-dejta għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u f’waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonat fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u (fejn rilevanti) l-Istati Membri.
3.Fi tmiem kull sena, il-Kummissjoni għandha telabora rapport dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-ħidma mwettqa fis-snin preċedenti u tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 10
Evalwazzjoni
1.L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f’waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
2.L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1. L-evalwazzjoni interim għandha tindirizza wkoll il-kamp ta’ applikazzjoni għall-modifika tal-programm ta’ ħidma pluriennali msemmi fl-Artikolu 8.
3.Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn ħames snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.
4.Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
Artikolu 11
Awditi
L-awditi dwar l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni u dik nazzjonali mwettqa minn persuni jew minn entitajiet, inkluż oħrajn minbarra dawk imqabbda mill-Istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-garanzija kumplessiva skont l-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 12
Kumitat
1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Meta l-opinjoni tal-kumitat tkun trid tinkiseb bi proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha titwaqqaf mingħajr riżultat meta, fil-limitu taż-żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew meta jintalab dan permezz ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat.
Artikolu 13
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità
1.Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.
2.Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.
Artikolu 14
Tħassir
Ir-Regolament (Euratom) Nru 1368/2013 jitħassar.
Artikolu 15
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1.Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet skont ir-Regolament (Euratom) Nru 1368/2013, li għandu jkompli japplika għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.
2.Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista' jkopri wkoll spejjeż ta' assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-programmi Kozloduy u Bohunice u l-miżuri adottati taħt il-predeċessur tagħhom, ir-Regolament (Euratom) Nru 1368/2013.
3.Jekk meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż stipulati fl-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament, sabiex jippermettu l-ġestjoni ta' azzjonijiet mhux kompletati sal-31 ta’ Diċembru 2027.
Artikolu 16
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
1.2.Qasam(oqsma) ta’ politika kkonċernat(i) (raggruppament ta’ programmi)
1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva
1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.Durata u impatt finanzjarju
1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata(i)
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi programm finanzjarju speċifiku għad-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1368/2013
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)
1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva
☑ azzjoni ġdida
◻ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja
◻ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ fużjoni jew dirottar ta' azzjoni waħda jew aktar lejn/ma' azzjoni oħra jew azzjoni ġdida
1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.4.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
Il-programm jindirizza r-rekwiżiti tas-sikurezza nukleari tat-Trattat Euratom.
1.4.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-kumplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li altrimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.
Bħala kundizzjoni għall-adeżjoni tagħhom fl-UE, il-Bulgarija u s-Slovakkja ħadu l-impenn li jagħlqu u sussegwentement jiddekummissjonaw sitt reatturi nukleari tal-ewwel ġenerazzjoni ddisinjati mill-Unjoni Sovjetika. B'korrispondenza, l-UE impenjat ruħha fil-qafas tal-Artikolu 203 tat-Trattat Euratom biex tappoġġa finanzjarjament id-dekummissjonar. L-attività tad-dekummissjonar qed timxi ’l quddiem iżda mhix mitmuma, bit-tmiem previst fl-2025 għal Bohunice, is-Slovakkja u fl-2030 għal Kozloduy, il-Bulgarija. Huwa fl-interess tal-Unjoni li tkompli tipprovdi appoġġ finanzjarju għad-dekummissjonar, li jikkontribwixxi biex tiżgura l-ogħla livell ta' sikurezza tal-operazzjoni. Il-programm jipprovdi appoġġ sostanzjali u fit-tul għas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali, sabiex tiġi evitata d-degradazzjoni ambjentali u jiġi żgurat progress reali lejn is-sigurtà u s-sikurezza nukleari.
Separatament, bħala sid tal-faċilitajiet nukleari, il-Kummissjoni permezz tal-JRC hija obbligata li tiddekummissjona l-faċilitajiet nukleari obsoleti tagħha, kif ukoll dawk li bħalissa qed joperaw fl-erba' siti kollha tal-JRC li se jsiru obsoleti fil-ġejjieni. Dan jinkludi l-ġestjoni ta' materjali nukleari.
Il-proċess tad-dekummissjonar tal-JRC beda bil-"Programm ta' Dekummissjonar u Ġestjoni tal-Iskart" tal-1999. Minbarra li tissodisfa l-obbligu tagħha bħala sid tal-faċilitajiet nukleari u tikkonforma mal-qafas legali nazzjonali u tal-UE rilevanti, il-kontinwazzjoni tal-programm hija importanti f'termini ta' kisbiet tal-għarfien fil-livell tal-UE. Il-JRC se jaqsam l-għarfien miksub waqt id-dekummissjonar ta' firxa wiesgħa ta' faċilitajiet nukleari sperimentali (eż. reatturi ta' riċerka, Hot Cells, laboratorji radjokimiċi) mal-Istati Membri. Se jinkludi l-applikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għall-ġestjoni sikura ta' materjal nukleari "eżotiku" u l-irkupru u t-trattament ta' skart storiku, biex b'hekk jippromwovi l-istandardizzazzjoni u l-aħjar prattiki. Il-JRC se jkompli l-programm ta' taħriġ u edukazzjoni tiegħu, li jinkludi żjarat fuq il-post tal-installazzjonijiet nukleari taħt id-dekummissjonar.
Il-programm għandu potenzjal kbir biex isir parametru referenzjarju fl-UE għall-isfidi ta' governanza u ta' ġestjoni kif ukoll kwistjonijiet teknoloġiċi fid-dekummissjonar nukleari.
1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Programm Kozloduy u programm Bohunice
Twettqet evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Programmi ta' Assistenza għad-Dekummissjonar Nukleari (NDAP). L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu qieset u vvalutat ir-riżultati u l-impatti, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud tal-Unjoni. Għall-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu, il-Kummissjoni ġabret l-informazzjoni u d-data rilevanti bl-involviment estensiv tal-partijiet ikkonċernati ewlenin (jiġifieri Ministeri, korpi ta’ implimentazzjoni, operaturi tad-dekummissjonar, membri tal-Kumitat NDAP).
Il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-NDAP jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:
Koerenza mal-politiki tal-UE. L-appoġġ tal-UE jiżgura li l-istrateġija immedjata ta' żarmar tkun segwita b'mod kostanti fil-Bulgarija u s-Slovakkja, u twaqqaf milli jiġi ttrasferit piż żejjed fuq ġenerazzjonijiet futuri, filwaqt li parzjalment jidderoga għal raġunijiet storiċi għar-responsabbiltà aħħarija tal-Istati Membri biex jiżguraw riżorsi finanzjarji adegwati għad-dekummissjonar nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv. L-istrateġija ta' dekummissjonar fil-Bulgarija ġiet modifikata fl-2013 bi tħejjija għall-QFP attwali: il-pjan li jirriżulta mexxa ’l quddiem id-data aħħarija tal-programm b'seba' snin mill-2037 sal-2030.
Progress. Il-Bulgarija u s-Slovakkja għamlu progress effettiv u effiċjenti fid-dekummissjonar tar-reatturi tagħhom b'konformità mal-linja bażi miftiehma (pjanijiet għad-dekummissjonar).
Sikurezza. Se jintlaħqu livelli sostanzjalment imtejba ta’ sikurezza fuq is-siti bħala riżultat tal-finanzjament tal-Unjoni f’dan il-QFP.
Kamp ta’ applikazzjoni finanzjarju. Kemm fil-Bulgarija kif ukoll fis-Slovakkja, in-nuqqas ta' finanzjament residwu lil hinn mill-2020 huwa fil-medda ta' EUR 80-90 miljun għal kull Stat Membru.
Kontribuzzjoni nazzjonali. Il-livelli ta’ kontribuzzjoni nazzjonali milħuqa jidhru idonei sabiex isostnu l-effiċjenza xierqa; madankollu, il-kofinanzjament mhuwiex stabbilit fil-bażi ġuridika, biex b’hekk inħolqu inċertezzi li jenħtieġ li jitneħħew. Barra minn hekk, l-analiżi wriet ukoll li livelli dejjem jiżdiedu ta' kontribuzzjoni nazzjonali huma kundizzjoni meħtieġa iżda mhux suffiċjenti biex jiġu stabbiliti l-inċentivi t-tajba għal dekummissjonar f'waqtu u effiċjenti. Għal dan il-għan, it-trasferiment espliċitu tar-riskji (kostijiet żejda, dewmien) lill-Istati Membri kkonċernati jkollu impatt ikbar. Fejn possibbli, din il-prattika diġà ġiet introdotta sa ċertu punt taħt il-QFP attwali.
Governanza. L-istruttura tal-governanza żgurat implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-programmi u kkumpensat għall-inċertezzi msemmija dwar l-aspetti ta' kontribuzzjoni nazzjonali.
Għanijiet. Jenħtieġ li kwalunkwe finanzjament wara l-2020 jiffoka fuq għanijiet ta’ sikurezza espliċiti mmonitorjati permezz ta’ indikaturi tal-prestazzjoni speċifiċi.
Kisba tal-għarfien. Fl-aħħar nett, l-esperjenza miksuba sa issa mill-proġetti implimentati taħt il-programm Kozloduy u l-programm Bohunice tipprovdi bażi soda ta' għarfien fl-UE biex jitwettqu programmi ta' dekummissjonar futuri ta' reatturi tat-tip VVER (eż. ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Ġermanja, il-Finlandja). Dawn il-programmi kofinanzjati mill-UE (inkluż il-programm Ignalina fil-Litwanja) jistgħu jimmiraw li jsiru parametru referenzjarju sod għal kwistjonijiet relatati mal-governanza u prattiki ta' ġestjoni bħall-metodoloġiji tal-istima tal-kostijiet jew l-ippjanar.
Programm D&WM tal-JRC
Il-JRC qiegħed regolarment jirrevedi l-progress u l-prestazzjoni tiegħu, billi juża pariri esterni indipendenti (Grupp ta' Esperti ta' D&WMP, konsulenti esterni). Minħabba r-riskji inerenti għoljin tal-programm D&WM, bħar-riskju tad-dewmien u r-riskji tar-riżorsi, il-programm intgħażel għal żewġ awditi mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) matul il-QFP attwali, li wieħed minnhom tnieda riċentement.
L-eżiti u r-rakkomandazzjonijiet ewlenin, kif ukoll is-segwitu tagħhom mill-JRC, huma miġbura fil-qosor hawn taħt.
Parir tekniku kontinwu mill-Grupp ta' Esperti ta' D&WM
Fil-ġestjoni tal-programm D&WM, il-JRC jingħata parir b'mod regolari minn grupp ta' esperti Ewropej indipendenti ta' dekummissjonar (laqgħat biannwali u laqgħat addizzjonali ad hoc). Il-pariri tagħhom jirrigwardaw l-istrateġija tad-dekummissjonar u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, it-teknoloġija disponibbli, l-aspetti tekniċi tal-organizzazzjoni u kwalunkwe aspett ieħor relatat mal-programm.
Sejbiet minn reviżjonijiet esterni u awditi tal-passat
Il-progress tal-programm u l-baġit tiegħu jiġi rivedut perjodikament minn esperti esterni. L-esperti enfasizzaw l-importanza li jivvalutaw fid-dettall l-ammonti mistennija ta' skart, u ħeġġew lill-JRC biex jinvestiga miżuri maniġerjali u tekniċi li jenħtieġ li jittieħdu biex jillimitaw il-volumi tal-iskart u biex inaqqsu kemm jista’ jkun kwalunkwe inċertezza dwar il-kostijiet relatati mar-rimi tagħhom fil-ġejjieni.
Fl-2014/2015, l-IAS awditja l-aspetti finanzjarji tal-programm D&WM. Ikkonkluda li l-istruttura operazzjonali attwali tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli fuq perjodu ta' żmien qasir biex jintlaħqu l-għanijiet tal-JRC. Madankollu, assigurazzjoni fuq żmien qasir bħal din mhijiex biżżejjed biex tkopri l-ħtiġijiet ta' tali programm kumpless fit-tul. Fost rakkomandazzjonijiet oħra, l-IAS ikkonferma l-ħtieġa ta' valutazzjonijiet regolari fil-fond, b'reviżjoni ffukata tal-baġit tad-dekummissjonar, b'attenzjoni speċjali għall-valutazzjoni tal-kostijiet fissi u għat-titjib tal-istimi attwali. L-IAS ħares ukoll lejn il-ħtiġijiet ta' ppjanar ta' nofs it-terminu fil-qasam tar-riżorsi umani.
Fl-2018, tnieda awditu ġdid. Skont ir-riżultati preliminari, wieħed mir-riskji ewlenin identifikati huwa fir-rigward tal-evoluzzjoni tal-attivitajiet ippjanati fil-perjodu 2021-2060, li ma tidhirx kompatibbli mal-allokazzjonijiet baġitarji fissi. Iż-żieda fl-attività operazzjonali tal-programm D&WM li tkopri numru ta' siti tal-JRC se jkollha impatt ukoll fuq l-istrateġija ġenerali ta' ġestjoni u l-ħtieġa ta' riżorsi interni tal-JRC. Il-livell varjabbli u imprevedibbli tal-infiq jagħmilha diffiċli biex jiġi ġestit il-baġit.
Titjib riċenti
Wara r-rakkomandazzjonijiet dwar l-istimi tal-kostijiet, u fid-dawl tal-attivitajiet tad-dekummissjonar li ġejjin fil-JRC-Karlsruhe u JRC-Petten, is-siti tal-JRC bl-appoġġ ta' konsulenti esterni vvalutaw mill-ġdid f'aktar dettall l-inventarju tal-iskart tagħhom u rrivedew l-ippjanar għad-dekummissjonar tagħhom. Ġie applikat approċċ armonizzat ibbażat fuq rakkomandazzjonijiet internazzjonali riċenti għall-istima tal-kostijiet tad-dekummissjonar biex jiddetermina l-kostijiet mistennija fuq kull sit. Il-previżjoni baġitarja l-ġdida (minn Diċembru 2017) tinkludi kontinġenzi, skont il-livell ta' inċertezza assoċjat mal-attivitajiet rispettivi u l-kundizzjonijiet esterni fil-lokalitajiet differenti. L-istrateġija l-ġdida u l-previżjoni baġitarja ġew riveduti mill-Grupp ta' Esperti tal-Programm D&WM u rċevew opinjoni pożittiva fl-aħħar tal-proċess (2017).
Inċertezzi sinifikanti xorta waħda jaffettwaw il-limiti ta' żmien u l-istima tal-kostijiet għas-siti differenti. It-tlestija f'waqtha ta' dan il-proċess tiddependi ħafna mill-Istat Membru ospitanti; għalhekk, is-servizzi tal-Kummissjoni ħadmu b'mod estensiv mal-JRC biex jidentifikaw l-għażliet biex itejbu aktar il-ġestjoni u l-governanza fl-implimentazzjoni tal-programm.
1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma' strumenti oħra xierqa
Strumenti tal-UE disponibbli oħrajn, bħall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u l-Fond ta' Koeżjoni, jistgħu jiġu skjerati fir-reġjuni ta’ Kozloduy u Bohunice b’mod li jiżguraw komplementarjetajiet maż-żewġ programmi ta’ dekummissjonar. Pereżempju, dawn il-Fondi jistgħu jappoġġaw miżuri li jakkumpanjaw it-tranżizzjoni soċjali u ekonomika relatata, inklużi wkoll miżuri ta’ effiċjenza enerġetika u enerġija rinnovabbli, kif ukoll ċerti attivitajiet oħrajn mhux marbuta ma’ proċessi tas-sikurezza radjoloġika. Bħala tali, dawn il-Fondi jistgħu joħolqu attivitajiet addizzjonali fir-reġjuni kkonċernati u jużaw il-kompetenzi disponibbli lokalment bħala xprunatur ewlieni tal-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir sostenibbli u l-innovazzjoni. Bl-istess mod, jenħtieġ li jiġu esplorati sinerġiji mal-FP9 u/jew mal-programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Euratom f’oqsma bħall-iżvilupp u l-ittestjar tat-teknoloġija, kif ukoll it-taħriġ u l-edukazzjoni.
1.5.Durata u impatt finanzjarju
☑ durata limitata
–☑
fis-seħħ mill-2021 sal-2027
–☑
Impatt finanzjarju mill-2021 sal-2027 għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u mill-2021 sal-2033 għall-approprjazzjonijiet ta' pagament.
◻ durata illimitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,
–segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
☑ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–☑ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–◻
mill-aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
☑ Ġestjoni indiretta għall-programm Kozloduy u l-programm Bohunice billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja lil:
–◻ pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;
–☑ organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
–◻il-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
–◻ korpi li jissemmew fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;
–☑ korpi tal-liġi pubblika;
–◻ korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk jiġi indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.
Kummenti
Il-programm D&WM tal-JRC se jiġi implimentat permezz ta' ġestjoni diretta.
Il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) huwa l-korp ta' implimentazzjoni storiku kemm għall-programm Kozloduy kif ukoll għall-programm Bohunice. Il-BERŻ se jkun il-korp ta' implimentazzjoni għall-programm Kozlodoy.
L-Aġenzija Slovakka għall-Innovazzjoni u l-Enerġija (SIEA) ġiet stabbilita fil-QFP 2014-2020 bħala korp ta' implimentazzjoni ġdid ivvalutat mill-pilastru tal-programm Bohunice u se tkun il-korp ta' implimentazzjoni għall-programm Bohunice taħt il-QFP 2021-2027.
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
Programm Kozloduy u programm Bohunice
L-implimentazzjoni tal-programmi hija mmonitorjata mill-Kummissjoni permezz tal-ftehimiet ta' delega stabbiliti b'korpi ta' implimentazzjoni vvalutati mill-pilastru u permezz ta' analiżi mhux fuq il-post. Perjodikament u abbażi ta' reviżjonijiet tar-riskju, il-Kummissjoni twettaq verifiki tematiċi indipendenti.
L-għodda tal-ġestjoni tal-valur gwadanjat tintuża wkoll għat-traċċar tal-progress u tal-prestazzjoni attwali.
L-Istat Membru huwa involut fl-azzjonijiet ta' monitoraġġ permezz tal-Kumitati ta' Monitoraġġ, li huma kopreseduti minn rappreżentant tal-Kummissjoni u l-Koordinatur tal-Programm (deputat Ministru jew Segretarju tal-Istat). Kompitu ewlieni ta' dawn il-kumitati huwa r-reviżjoni u l-approvazzjoni ta' rapporti ta' monitoraġġ biannwali.
Darbtejn fis-sena uffiċjali tal-Kummissjoni jwettqu żjarat fuq il-post biex jivverifikaw il-progress fiżiku.
Għandha ssir evalwazzjoni interim mhux aktar tard mill-2024.
Għandha ssir evalwazzjoni finali mhux aktar tard mill-2032.
Programm D&WM tal-JRC
Il-programm D&WM huwa implimentat mill-Kummissjoni. Il-JRC qed jiġġestixxi u jirregola l-programm permezz ta' kumitat ta' tmexxija ta' livell għoli, magħmul minn maniġment għoli tal-JRC u li jiltaqa' tliet darbiet fis-sena biex jieħu deċiżjonijiet strateġiċi, jirrevedi l-għanijiet u jimmonitorja l-progress tal-programm.
Il-kumitat ta' tmexxija ta' livell għoli huwa appoġġat mill-kumitat ta' tmexxija fil-livell operazzjonali, magħmul minn rappreżentanti tas-sit tekniku tal-programm D&WM u rappreżentanti mid-direttorati legali u finanzjarji. Il-kumitat jiltaqa' tliet darbiet fis-sena biex jiżgura li l-ħidmiet tekniċi, legali, finanzjarji u ta' akkwist jiġu ssimplifikati. Jimmonitorja kemm il-progress tekniku kif ukoll l-implimentazzjoni tal-baġit.
B'konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew fl-1999 (COM(1999)-114-C5-0214/1999-1999/2169 (COS)), il-JRC ilu sa mill-bidu tal-programm D&WM regolarment jingħata pariri minn grupp ta' esperti ta' dekummissjonar Ewropej indipendenti, il-Grupp ta' Esperti tal-Programm D&WM. Il-pariri tagħhom jirrigwardaw l-istrateġija għad-dekummissjonar u l-ġestjoni tal-iskart, it-teknoloġija disponibbli, l-aspetti tekniċi tal-organizzazzjoni u kwalunkwe aspett ieħor relatat mal-programm.
Sa mill-bidu tal-programm D&WM, il-Kummissjoni qed tirrapporta regolarment lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-progress u l-istatus tad-D&WM, u b'hekk tipprovdi previżjoni baġitarja aġġornata (2004, 2008 u 2013).
Barra minn hekk, il-JRC jirrapporta fuq bażi annwali dwar il-miri ta' nofs it-terminu u l-progress miksub (Pjan ta' Ġestjoni tal-JRC, Rapport ta' Attività tal-JRC).
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposti
Programm Kozloduy u programm Bohunice
Bħala riżultat tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Programm ta' Assistenza għad-Dekummissjonar Nukleari (NDAP), l-istruttura attwali ta’ governanza wriet li tiżgura implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-programmi. Il-fatturi ewlenin tas-suċċess huma d-definizzjonijiet ċari tar-rwoli u r-responsabbiltajiet kif ukoll il-qafas imsaħħaħ ta' monitoraġġ.
Programm D&WM tal-JRC
Ir-reviżjonijiet u l-awditi esterni rrikonoxxew li l-programm għamel progress u kisba importanti mit-tnedija tiegħu fi ħdan il-limitazzjonijiet esterni u interni partikolari. Ir-riflessjoni interna mwettqa mis-servizzi tal-Kummissjoni kkonkludiet dwar l-adattabbiltà li l-programm ta' dekummissjonar tal-JRC taħt programm finanzjarju tad-dekummissjonar ikopri wkoll il-programmi Kozloduy u Bohunice, li jibbenefikaw b'dan il-mod minn sinerġiji u kondiviżjoni tal-għarfien ma' programmi oħra aktar avvanzati ta' dekummissjonar.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
Programm Kozloduy u programm Bohunice
Ir-riskji relatati mal-implimentazzjoni tal-programmi jsirilhom inventarju abbażi ta’ analiżijiet mhux fuq il-post, missjonijiet biannwali ta’ monitoraġġ fuq il-post, awditi esterni u l-użu ta’ EVM li tippermetti l-iskoperta bikrija ta’ dewmien u kost eċċessiv. Imbagħad, ir-riskji jiġu vvalutati skont proċedura li tiffavorixxi approċċ kwantitattiv. Ir-reġistru tar-riskji u l-azzjonijiet assoċjati jiġu analizzati u rreġistrati mill-inqas darbtejn fis-sena. Ir-riskji tal-implimentazzjoni tal-aktar proġetti importanti jiġu segwiti b’mod parallel mas-sistemi ta’ ġestjoni tar-riskji eżistenti tal-korpi ta’ implimentazzjoni u tal-benefiċjarji.
Ir-reviżjoni tar-riskji tipprovdi l-informazzjoni biex jiġi żviluppat approċċ ta' monitoraġġ u kontroll ibbażat fuq ir-riskju, inkluż l-aġġornament tar-rekwiżit ta' rappurtar biex jiffoka fuq l-oqsma ta' riskju, filwaqt li tiddefinixxi l-prijoritajiet għal missjonijiet ta' monitoraġġ u tniedi verifiki tematiċi addizzjonali.
Programm D&WM tal-JRC
Ir-riskju ewlieni identifikat u ddokumentat fir-reġistru tar-riskju tal-JRC huwa relatat mad-dewmien fl-implimentazzjoni tal-proġetti.
Ir-riskju jista' jitnaqqas jew jittaffa permezz tal-miżuri li ġejjin:
- l-użu ta' Ġestjoni tal-Valur Ġwadanjat (EVM) li tippermetti l-iskoperta bikrija ta' dewmien u għalhekk tippermetti azzjoni aktar bikrija;
- it-tkomplija ta' monitoraġġ triannwali f'laqgħat tal-kumitat ta' tmexxija ta' livell għoli u operazzjonali flimkien ma' żjarat fuq il-post, b'segwitu mill-qrib tal-implimentazzjoni tal-programm;
- it-tkomplija tal-użu tar-reġistru tar-riskju tal-JRC bi proċess ta' analiżi tar-riskju ta' kull tliet xhur b'segwitu mill-qrib tar-riskji l-aktar importanti u l-possibbiltà li jitwettqu verifiki tematiċi jekk ikun hemm bżonn.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)
Programm Kozloduy u programm Bohunice
Abbażi ta’ valutazzjoni tal-indikaturi ewlenin u r-riżultati ta' kontroll l-iktar rilevanti, id-DĠ ENER ivvaluta l-kosteffettività u l-effiċjenza tas-sistema ta' kontroll u laħaq konklużjoni pożittiva għas-sena 2017. Se jinkisbu kundizzjonijiet simili fil-QFP li jmiss.
L-indikatur tal-kosteffettività jqis il-kost tas-superviżjoni fil-livell tal-Kummissjoni (li jkopri l-ħin tax-xogħol tal-persunal allokat għal dawn il-kompiti u l-kuntratti speċifiċi relatati direttament mal-kompiti superviżorji meta rilevanti) tal-entitajiet differenti.
Fl-2017, b'mod ġenerali, l-indikatur stmat konsolidat tal-kosteffettività (jiġifieri għall-entitajiet fdati kollha flimkien) jibqa' stabbli.
Il-varjazzjonijiet osservati fil-kost tal-kontroll tal-korpi ta' assistenza għad-dekummissjonar nukleari (BERŻ, SIEA) jirriflettu l-bidla gradwali lejn il-kanali nazzjonali ta' implimentazzjoni fis-Slovakkja u ż-żieda fil-livell ta' superviżjoni u monitoraġġ tal-programm li rriżulta.
L-istimi tal-2016 u dawk preċedenti inkludew it-tariffi mħallsa lill-entitajiet fdati bl-NDAP. Dawn it-tariffi issa huma inklużi fil-kost fil-livell tal-entità rrappurtata hawn taħt iżda tqiesu wkoll, għal raġunijiet ta' konsistenza, fil-kalkolu tal-kost tal-proporzjon tal-kontroll.
|
Entità
|
Kost tal-Kontroll fil-livell tal-Kummissjoni
|
Ammont ikkontrollat
|
|
BERŻ
|
EUR 0.32 miljun
(+ it-tariffi mħallsin ta’ EUR 2.14 miljun)
|
EUR 239.8 miljun
|
|
SIEA
|
EUR 0.13 miljun
(+ it-tariffi mħallsin ta’ EUR 0.84 miljun)
|
EUR 26.72 miljun
|
Fir-rigward tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ erruri, dawn huma stmati għal 0,5 %. Fl-2017, id-DĠ ENER wettaq verifika tematika dwar il-proċeduri ta’ akkwist immexxija mill-korpi ta’ implimentazzjoni b’riżultati pożittivi.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.
Programm Kozloduy u programm Bohunice
Id-DĠ ENER żviluppa u implimenta l-istrateġija tiegħu stess kontra l-frodi sa minn Novembru 2013, skont il-gwida stabbilita fil-metodoloġija tal-OLAF. Seħħew aġġornamenti sussegwenti f’Ottubru 2015 (li jkopru 2016-2017) u f’Diċembru 2017 (li jkopru 2018-2019). L-istrateġija hija konformi mal-Qafas ta’ Kontroll Intern rivedut (C(2017) 23730). Id-DĠ ENER huwa impenjat li jaġġorna l-Istrateġija tiegħu Kontra l-Frodi kull sentejn.
L-istrateġija attwali tissejjes fuq l-analiżi tal-vulnerabbiltà tar-riskju tal-frodi, sabiex jiġu aċċertati r-riskji ta’ frodi speċifiċi għad-DĠ ENER u sabiex jinftiehmu fil-kuntest usa’. Din il-valutazzjoni kkonkludiet li d-DĠ ENER huwa soġġett għal riskji relatati mal-frodi mhux aktar minn moderati jew baxxi, jiġifieri ma ġie stabbilit ebda riskju sinifikanti jew kritiku.
Il-kontrolli maħsuba sabiex jiżguraw il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet huma komplementati minn pjan ta’ azzjoni li huwa mehmuż mal-istrateġija.
Dan il-pjan ta’ azzjoni jiżgura notevolment:
Li jkun hemm fis-seħħ regoli interni għall-ġestjoni u r-rapportar ta’ suspetti ta’ frodi;
Assenjazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet għall-azzjonijiet kontra l-frodi bejn l-unitajiet u l-funzjonijiet;
Li jiġu kkunsidrati r-riskji ta’ frodi potenzjali fi ħdan l-eżerċizzju ta’ valutazzjoni tar-riskji annwali għall-Pjan ta’ Ġestjoni.
·Attendenza regolari għan-Netwerk għall-Prevenzjoni u d-Detezzjoni tal-Frodi u għal-laqgħat tal-Kumitat dwar il-Frodi u l-Irregolarità, kif ukoll kuntatti ma’ DĠs u servizzi oħrajn;
·Li l-funzjoni tal-Korrispondent Lokali Kontra l-Frodi titħaddem b’konformità mal-pjan ta’ azzjoni komuni għall-familja tar-Riċerka;
·Li jiġi żgurat livell xieraq ta’ kooperazzjoni mal-OLAF.
Il-pjan ta’ azzjoni kontra l-frodi preċedenti għall-2017 ġie implimentat b’suċċess. L-istrateġiji suċċessivi kontra l-frodi tad-DĠ ENER irrikonoxxew l-importanza tal-għarfien tal-persunal u l-importanza tar-relazzjonijiet mal-korpi ta’ implimentazzjoni, kif ukoll l-evoluzzjoni tal-qafas ta’ kooperazzjoni bejn l-OLAF u l-Kummissjoni u bejn id-DĠ ENER u d-DĠs l-oħrajn tal-familja tar-Riċerka. L-implimentazzjoni tal-istrateġija tiġi mmonitorjata u rrapportata mill-inqas darbtejn fis-sena lill-maniġment tad-DĠ ENER.
L-indikaturi, relatati maż-żamma u l-aġġornament tal-istrateġija, għar-regolarità tar-rapportar lill-maniġment u għat-titjib tal-għarfien tal-persunal, juru li l-istrateġija hija għodda effettiva maħsuba sabiex tipprevjeni u tiskopri frodi, iżda li jenħtieġ li jiġu segwiti sforzi ulterjuri fir-rigward tal-għarfien tal-persunal bħala sforz kontinwu. Fl-2016-2017, ġie żviluppat programm ta’ azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni b’inizjattivi mfassla apposta relatati mal-attivitajiet ewlenin u l-għanijiet ta’ politika tad-DĠ ENER. Fl-2017, l-inizjattivi ffokaw fuq laqgħat immirati u workshops dwar il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà. Il-prevenzjoni tal-frodi ġiet diskussa wkoll regolarment fil-bullettin dwar il-kontroll intern. Kien disponibbli pakkett ta’ informazzjoni fuq paġna tal-intranet apposta.
Programm D&WM tal-JRC
B'konformità mar-Regolament Finanzjarju u mar-Regoli ta' Applikazzjoni biex jitwettqu verifiki ex ante u ex post, il-JRC stabbilixxa l-Grupp Konsultattiv dwar l-Akkwist Pubbliku taħt id-Deputat Direttur Ġenerali. Huwa jwettaq kontrolli ex ante fuq l-aspetti legali u regolatorji tal-proċeduri tal-akkwist u jagħti pariri lill-Uffiċjal Awtorizzanti b'sottodelega (AOS) qabel ma tittieħed id-deċiżjoni tal-għoti. Il-kontrolli mwettqa mill-Grupp huma mmirati biex inaqqsu r-riskju legali u ta' reputazzjoni għall-Kummissjoni. Dawn il-kontrolli huma komplementari għall-kontrolli ex ante oħra eżegwiti mill-Unità tal-Finanzi u l-Akkwist u l-Unitajiet tal-Ġestjoni tar-Riżorsi.
L-istrateġija tal-JRC dwar il-kontrolli ex post hija implimentata permezz ta' metodoloġija rappreżentattiva tat-teħid ta' kampjuni stratifikata fil-livell tas-sit/settur. Fl-2017, twettqu kontrolli ex post fuq 120 kampjun ta’ pagamenti u 59 fajl ta' akkwist assoċjat relatati ma' impenji legali mdaħħla matul is-sena. Ir-rakkomandazzjonijiet mill-awditi jiġu segwiti u implimentati b’mob f’waqtu.
L-Istrateġija Kontra l-Frodi tal-JRC ġiet aġġornata fl-2017 sabiex tikkontribwixxi għall-aġġornament tal-Istrateġija Kontra l-Frodi tal-Kimmissjoni biex titqies l-iktar metodoloġija reċenti tal-OLAF.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji ġodda tan-nefqa proposti
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru 1
“Dekummissjonar ta’ Faċilitajiet Nukleari u Ġestjoni tal-Iskart Radjuattiv”
|
Diff./mhux diff.
|
mingħand il-pajjiżi tal-EFTA
|
mingħand il-pajjiżi kandidati
|
mingħand pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
5
|
Programm Kozloduy [12.04.01]
|
Diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
|
5
|
Programm Bohunice [12.04.02]
|
Diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
|
5
|
Programm D&WM tal-JRC [12.04.03]
|
Diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
|
5
|
Programm D&WM tal-JRC [12.01.02]
|
Mhux diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
5
|
“Dekummissjonar ta’ Faċilitajiet Nukleari u Ġestjoni tal-Iskart Radjuattiv”
|
|
|
2021
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
Wara l-2027
|
TOTAL
|
|
Approprjazzjonijiet operazzjonali
12.04.01 {programm Kozloduy}
|
Impenji
|
(1)
|
9.000
|
9.000
|
9.000
|
9.000
|
9.000
|
9.000
|
9.000
|
-
|
63.000
|
|
|
Pagamenti
|
(2)
|
-
|
-
|
-
|
-
|
-
|
-
|
21.000
|
42.000
|
63.000
|
|
Approprjazzjonijiet operazzjonali
12.04.02 {programm Bohunice}
|
Impenji
|
(3)
|
27.500
|
27.500
|
-
|
-
|
-
|
-
|
-
|
-
|
55.000
|
|
|
Pagamenti
|
(4)
|
-
|
-
|
27.500
|
27.500
|
-
|
-
|
-
|
-
|
55.000
|
|
Approprjazzjonijiet operazzjonali
12.04.03 {programm D&WM tal-JRC}
|
Impenji
|
(5)
|
44.545
|
45.436
|
46.345
|
47.272
|
48.217
|
49.181
|
50.167
|
-
|
331.163
|
|
|
Pagamenti
|
(6)
|
8.909
|
23.342
|
34.054
|
40.526
|
44.900
|
47.580
|
48.532
|
83.321
|
331.163
|
|
Approprjazzjonijiet operazzjonali
TOTAL
|
Impenji
|
(7) =
1+3+5
|
81.045
|
81.936
|
55.345
|
56.272
|
57.217
|
58.181
|
59.167
|
-
|
449.163
|
|
|
Pagamenti
|
(8) =
2+4+6
|
8.909
|
23.342
|
61.554
|
68.026
|
44.900
|
47.580
|
69.532
|
125.321
|
449.163
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programm
12.01.02
|
Impenji = Pagamenti
|
(9)
|
2.265
|
2.310
|
2.356
|
2.404
|
2.451
|
2.500
|
2.551
|
|
16.837
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-programm
|
Impenji
|
=7+9
|
83.310
|
84.246
|
57.701
|
58.676
|
59.668
|
60.681
|
61.718
|
|
466.000
|
|
|
Pagamenti
|
=8+9
|
11.174
|
25.652
|
63.910
|
70.430
|
47.351
|
50.080
|
72.083
|
125.321
|
466.000
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
7
|
“Nefqa amministrattiva”
|
Meta timtela din it-taqsima jenħtieġ li tintuża “id-data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li qabel kollox trid tiġi introdotta fl-
Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva
li jittella’ fid-DECIDE għal finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.
EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
2021
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
Wara l-2027
|
TOTAL
|
|
Riżorsi umani
|
1.001
|
1.001
|
1.001
|
1.573
|
2.574
|
3.289
|
4.004
|
|
14.443
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
0.105
|
0.105
|
0.105
|
0.105
|
0.105
|
0.105
|
0.105
|
|
0.735
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)
|
1.106
|
1.106
|
1.106
|
1.678
|
2.679
|
3.394
|
4.509
|
|
15.178
|
EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
2021
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
Wara l-2027
|
TOTAL
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURI kollha
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
84.416
|
85.352
|
58.807
|
60.354
|
62.347
|
64.075
|
66.227
|
|
481.578
|
|
|
Pagamenti
|
12.280
|
26.758
|
65.016
|
72.108
|
50.030
|
53.474
|
76.592
|
125.321
|
481.578
|
3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Snin
|
2021
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
TOTAL
|
|
INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
DĠ ENER/ JRC
|
|
Riżorsi umani
|
1.001
|
1.001
|
1.001
|
1.573
|
2.574
|
3.289
|
4.004
|
14.443
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
0.105
|
0.105
|
0.105
|
0.105
|
0.105
|
0.105
|
0.105
|
0.735
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
1.106
|
1.106
|
1.106
|
1.678
|
2.679
|
3.394
|
4.109
|
15.178
|
|
Barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
JRC
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva
|
2.265
|
2.310
|
2.356
|
2.404
|
2.451
|
2.500
|
2.551
|
16.837
|
|
Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
2.265
|
2.310
|
2.356
|
2.404
|
2.451
|
2.500
|
2.551
|
16.837
|
|
TOTAL
|
3.371
|
3.416
|
3.462
|
4.082
|
5.130
|
5.894
|
7.060
|
32.015
|
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Fil-każ tal-JRC, l-impjiegi fil-pjan tal-istabbiliment fl-intestatura amministrattiva se jkunu kkompensati bi tnaqqis korrispondenti fil-pjan tal-istabbiliment u l-approprjazzjonijiet relatatu għall-azzjonijiet ta’ riċerka diretta.
3.2.2.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
☑
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full-time
|
Snin
|
2021
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)
|
|
Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni
|
7
|
7
|
7
|
11
|
18
|
23
|
28
|
|
Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riċerka
|
|
|
|
|
|
|
|
|
• Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) - AC, AL, END, INT u JED
Intestatura 7
|
|
Iffinazjati mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Iffinanzjati mill-pakkett tal-programm
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riċerka
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Oħrajn (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
7
|
7
|
7
|
11
|
18
|
23
|
28
|
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.
Fil-każ tal-JRC, l-impjiegi fil-pjan tal-istabbiliment fl-intestatura amministrattiva se jkunu kkompensati bi tnaqqis korrispondenti fil-pjan tal-istabbiliment u l-approprjazzjonijiet relatatu għall-azzjonijiet ta’ riċerka diretta.
Deskrizzjoni tal-kompliti li jridu jitwettqu:
|
Uffiċjali u aġenti temporanji
|
Programmi Kozloduy u Bohunice
Monitoraġġ tal-implimentazzjoni taż-żewġ programmi.
Programm għad-dekummissjonar u għall-ġestjoni tal-iskart tal-JRC
Monitoraġġ u implimentazzjoni tal-programm
|
|
Persunal estern
|
|
3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/l-inizjattiva:
––
ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi
––
tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi u li qed jiġi stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Snin
|
2021
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
TOTAL
|
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
––
Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
––
Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
-fuq ir-riżorsi proprji
-fuq dħul ieħor
jekk jogħġbok indika, jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa ◻
EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva
|
|
|
2021
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
Artikolu ………….
|
|
|
|
|
|
|
|
Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Rimarki oħra (eż. metodu/formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).