EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018PC0380

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)

COM/2018/380 final - 2018/0202 (COD)

Brussell,30.5.2018

COM(2018) 380 final

2018/0202(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)

{SEC(2018) 273 final}
{SWD(2018) 289 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ġie inizjalment stabbilit għat-tul tal-perjodu ta’ programmar 2007-2013 bir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 1 . Ġie stabbilit biex jipprovdi lill-Unjoni bi strument għat-turija ta’ solidarjetà ma’ ħaddiema u għall-għoti ta’ appoġġ lilhom wara li jingħataw is-sensja minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija kkawżati mill-globalizzazzjoni u li s-sensji tagħhom għandhom impatt sinifikanti mhux mixtieq fuq l-ekonomija reġjonali jew lokali. Billi jikkofinanzja l-miżuri tal-politika attiva tas-suq tax-xogħol, l-FEG jimmira li jiffaċilita li l-ħaddiema jerġgħu jibdew jaħdmu f’oqsma, setturi, territorji jew swieq tax-xogħol li ġarrbu xokk minn taqlib ekonomiku serju.

Fid-dawl tal-iskala u tar-ritmu mgħaġġel li bih żviluppat il-kriżi finanzjarja u ekonomika fl-2008, il-Kummissjoni, fil-Pjan Ewropew ta’ Rkupru Ekonomiku 2 tagħha, ħasbet li tirrevedi r-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Minbarra xi bidliet permanenti msejsa fuq l-ewwel snin ta’ implimentazzjoni tal-FEG, l-għan ewlieni ta’ din ir-reviżjoni 3 kien li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-FEG jitwessa’ mill-1 ta’ Mejju 2009 sat-30 ta’ Diċembru 2011. Il-Kummissjoni riedet tippermetti li l-FEG ikun jista’ juri s-solidarjetà tal-Unjoni u jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja b’konsegwenza diretta tal-kriżi finanzjarja u ekonomika u biex iżid ir-rata ta’ kofinanzjament minn 50 % għal 65 % u b’hekk jitnaqqas il-piż għall-Istati Membri.

Għall-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-FEG ġie estiż bir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 4 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Dan l-għan ma kienx biex jiġi kopert biss l-ispostament tal-impjiegi li jirriżulta minn taqlib ekonomiku serju kkawżat minn kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali indirizzata fir-Regolament (KE) Nru 546/2009, iżda wkoll biex tiġi koperta kwalunkwe kriżi finanzjarja u ekonomika globali ġdida. Għalhekk, l-FEG seta’ joffri wkoll assistenza f’każjiet ta’ kriżi mhux mistennija li jwasslu għal taqlib serju fl-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali. Tali kriżijiet mhux mistennija, pereżempju, jistgħu jinkludu riċessjoni kbira fi sħab kummerċjali importanti jew kollass tas-sistema finanzjarja komparabbli ma’ dik li seħħet fl-2008. Biex ikun żgurat li l-appoġġ tal-FEG kien disponibbli għall-ħaddiema irrispettivament mill-kuntratt tal-impjieg jew mir-relazzjoni tal-impjieg tagħhom, it-terminu “ħaddiema” ġie estiż. Dan kien ifisser li jiġu inklużi mhux biss ħaddiema b’kuntratti ta’ impjieg b’tul ta’ żmien indefinit, bħal fir-Regolament (KE) Nru 1927/2006, iżda wkoll ħaddiema b’kuntratti fuq perjodu fiss, ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija u sidien maniġers ta’ mikrointrapriżi kif ukoll ħaddiema għal rashom. Barra minn hekk, f’ċerti ċirkostanzi, l-Istati Membri setgħu jinkludu fl-applikazzjonijiet tal-FEG tagħhom l-istess numru ta’ żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs) bħan-numru ta’ ħaddiema li ngħataw is-sensja. Dan kien fid-dawl tal-livell għoli tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, u l-fatt għaż-żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs) kien saħansitra aktar diffiċli li jsibu impjieg fil-każ ta’ tfixkil kbir fis-suq tax-xogħol, bħal dak ikkawżat minn avveniment ta’ ristrutturar kbir.

L-għan primarju ta’ din il-proposta huwa li jkun żgurat li l-FEG jibqa’ jaħdem lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2020, mingħajr limiti taż-żmien għal dak il-perjodu, billi dan hu strument speċjali li jmur lil hinn mil-limiti massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Biex ikun żgurat li l-FEG jibqa’ strument validu fuq livell Ewropew, tista’ tiskatta applikazzjoni għall-appoġġ tal-FEG għall-ħaddiema meta n-numru ta’ sensji jilħaq limitu minimu. L-esperjenza mit-tħaddim tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013 uriet li l-limitu ta’ 250 sensja f’perjodu ta’ referenza partikolari huwa rakkomandabbli, b’mod partikolari meta huwa possibbli li jiġu sottomessi applikazzjonijiet għal numru aktar baxx ta’ sensji fi swieq tax-xogħol żgħar jew f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Il-limitu ta’ 250 huwa aktar baxx minn dak ta’ matul il-perjodu ta’ programmar 2014-2020. Dan għaliex hemm tendenza ġenerali li jseħħu inqas sensji fuq skala kbira ħafna, u minħabba li t-tkeċċija ta’ 250 ħaddiem normalment tikkawża impatt sinifikanti fil-biċċa l-kbira tar-reġjuni. Dan anki biex jiġi rikonoxxut il-fatt li f’ħafna Stati Membri, il-biċċa l-kbira tal-ħaddiema huma impjegati minn intrapriżi żgħar u medji (SMEs).

Fis-17 ta’ Novembru 2017, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali 5 ġie pproklamat b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni bħala rispons għall-isfidi soċjali fl-Ewropa. Filwaqt li tqis ir-realtajiet li qed jinbidlu tad-dinja tax-xogħol, l-UE għandha tkun lesta għall-isfidi attwali u futuri tal-globalizzazzjoni u tad-diġitalizzazzjoni. Dan ifisser li tagħmel it-tkabbir aktar inklużiv u ttejjeb il-politiki tal-impjiegi u dawk soċjali. Il-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali se jaġixxu bħala qafas gwida ġenerali tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), u se jippermettu li l-Unjoni tistabbilixxi l-prinċipji fil-prattika fil-każ ta’ avvenimenti ta’ ristrutturar kbar.

Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika huwa l-qafas li jidentifika l-prijoritajiet ta’ riformi nazzjonali u li jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jiżviluppaw l-istrateġiji ta’ investiment pluriennali nazzjonali tagħhom stess b’appoġġ għal dawk il-prijoritajiet ta’ riforma. Dawk l-istrateġiji għandhom jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma annwali bħala mod biex jippreżentaw u jikkoordinaw il-proġetti ta’ investiment ta’ prijorità li għandhom jiġu appoġġati minn finanzjament nazzjonali u/jew tal-Unjoni. Jenħtieġ li jservu wkoll biex il-finanzjament tal-Unjoni jintuża b’mod koerenti u biex jimmassimizzaw il-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju li jkun riċevut b’mod partikolari mill-programmi appoġġati mill-Unjoni taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Funzjoni ta’ Stabbilizzazzjoni tal-Investiment Ewropew u InvestEU, kif rilevanti.

Id-dinja globalizzata tal-lum hi karatterizzata minn sehem dejjem akbar tal-interkonnettività u tal-interdipendenza tas-swieq dinjija. Minħabba l-interazzjoni u l-effetti reċiproċi tal-kummerċ miftuħ, tal-bidla teknoloġika jew fatturi oħra bħat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju, qed isir dejjem aktar diffiċli li jiġi identifikat fattur speċifiku li jikkawża l-ispostamenti tal-impjiegi. Paradossalment, minħabba dawn it-tendenzi reċenti fil-globalizzazzjoni, taħt l-FEG li ma nbidilx x’aktarx ikun hemm inqas applikazzjonijiet u użu. Il-fatt li l-inċidenza ta’ każijiet ta’ ristrutturar fuq skala kbira ħafna (li jinvolvu aktar minn 500 sensja) kienet kunsiderevolment inqas matul dawn l-aħħar għaxar snin x’aktarx li tħalli impatt ulterjuri fuq l-użu tal-fond. Għalhekk, fil-futur, l-FEG se jiġi mobilizzat biss meta avveniment ta’ ristrutturar ikollu impatt sinifikanti, li huwa ddefinit bil-limitu minimu ta’ 250 ħaddiem spostat imsemmija hawn fuq.

Minkejja li għad hemm livell għoli ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ, l-esperjenza wriet li strumenti oħra jistgħu jkunu aktar xierqa biex jipprovdu assistenza lil NEETs, b’mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew. L-irbit tal-assistenza liż-żgħażagħ ma’ applikazzjoni tal-FEG jista’ jitqies bħala t-trawwim l-inugwaljanza, għax jeskludi l-biċċa l-kbira taż-żgħażagħ li jeħtieġu l-għajnuna.

Il-fokus tal-FEG huwa fuq miżuri attivi tas-suq tax-xogħol immirati lejn ir-riintegrazzjoni rapida f’impjieg stabbli tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja. Simili għar-Regolament (KE) Nru 1309/2013, din il-proposta tistipula li l-FEG jikkontribwixxi finanzjarjament għal pakkett ta’ miżuri attivi tas-suq tax-xogħol. Dawn il-miżuri se jimmiraw primarjament biex jipprovdu appoġġ magħmula apposta biex jgħinu r-riintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol, iżidu l-enfasi fuq il-kisba tal-ħiliet diġitali u jappoġġaw il-mobbiltà kull meta jkun rilevanti. L-FEG ma jistax jikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ miżuri passivi. L-allowances jistgħu jkunu biss inklużi jekk ikunu mfassla bħala inċentivi biex ikun eħfef li l-ħaddiema li ngħataw is-sensja jipparteċipaw fil-miżuri attivi tal-politika tas-suq tax-xogħol. Biex ikun żgurat bilanċ raġonevoli bejn il-miżuri reali tal-politika attiva tas-suq tax-xogħol u allowances “attivati”, is-sehem ta’ allowances f’pakkett ikkoordinat ta’ miżuri attivi tas-suq tax-xogħol huwa limitat.

L-FEG se jibqa’ wieħed mill-istrumenti speċjali li jippermettu lill-Unjoni tirreaġixxi għal ċirkostanzi mhux previsti, u għalhekk qed jitqiegħed barra l-limiti massimi baġitarji tal-qafas finanzjarju pluriennali. Madankollu, l-effettività tiegħu sofriet mill-ħtieġa ta’ proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet twil u proċedurali. It-tqassir kemm jista’ jkun possibbli taż-żmien bejn in-notifika tas-sensji u l-pagament reali ta’ assistenza possibbli tal-FEG, u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri, għandhom ikunu ta’ interess komuni għall-partijiet kollha involuti fil-proċess tal-FEG: L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom kollha biex jissottomettu applikazzjoni kompluta minnufih ladarba l-kriterji rilevanti jkunu ntlaħqu; il-Kummissjoni għandha tevalwa u tiddeċiedi dwar l-eliġibbiltà ftit wara s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni kompluta, u l-awtorità baġitarja għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar l-għoti tal-finanzjament tal-FEG malajr.

Peress li l-applikazzjonijiet se jkunu bbażati għalkollox fuq jekk l-avveniment ta’ ristrutturar għandux jew le impatt sinifikanti, iddefinit minn limitu ta’ 250 ħaddiem spostat, ir-rekwiżiti estensivi tal-applikazzjoni tal-perjodi ta’ programmar attwali u preċedenti, li spiss żammew lill-Istati Membri milli japplikaw, se jitħallew barra. Għalhekk, il-piż amministrattiv fuq l-Istat Membru se jitnaqqas meta japplika u fuq il-Kummissjoni meta tivverifika l-eliġibbiltà. Hekk id-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni ssir ferm aktar faċli u aktar malajr.

L-esperjenza fl-implimentazzjoni tal-fond uriet li l-Istati Membri jitolbu l-mobilizzazzjoni tiegħu biss f’każ ta’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza reali. Minkejja li bħalissa l-limitu huwa ta’ 500 ħaddiem spostat, l-applikazzjonijiet ivarjaw ħafna, minn 108 għal 6120 ħaddiem li tilfu l-impjieg tagħhom matul il-perjodu ta’ referenza 6 . Sabiex jitnaqqsu r-riskji ta’ numru potenzjalment akbar ta’ applikazzjonijiet tal-FEG, l-FEG se jopera b’ammont 7 annwali massimu ogħla u l-perjodu ta’ referenza se jitqassar ukoll minn disa’ xhur għal sitta (fil-qafas ta’ applikazzjonijiet settorjali). Minkejja li hu mistenni użu akbar tal-fond u huwa r-raġuni għala tneħħew l-ostakli li jxekklu l-użu tiegħu, ma jidhirx li hemm riskju ta’ użu eċċessiv ta’ dan il-fond mill-Istati Membri.

Biex ikunu koperti l-ħtiġijiet li jinqalgħu fil-bidu tas-sena, il-Kummissjoni se tkompli tipproponi ammont minimu f’pagament ta’ approprjazzjonijiet għal-linja baġitarja rilevanti fi ħdan il-proċedura baġitarja annwali.

L-assistenza mill-FEG se tkun komplementari għall-isforzi tal-Istati Membri, fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Għal raġunijiet ta’ ġestjoni finanzjarja soda, l-FEG ma jistax jieħu post miżuri li huma diġà koperti mill-Fondi u l-Programmi tal-Unjoni inklużi fil-qafas finanzjarju pluriennali. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-FEG lanqas ma tista’ tieħu post miżuri nazzjonali jew miżuri li huma fir-responsabbiltà tal-kumpaniji li jagħtu s-sensja skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi.

Il-proċedura baġitarja fil-proposta ssegwi direttament mill-punt 9 tal-abbozz tal-Ftehim Interistituzzjonali. Kull meta huwa possibbli, il-proċess se jitqassar u se jiġi ssimplifikat.

Billi l-miżuri kofinanzjati mill-FEG huma implimentati permezz ta’ ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri, il-mekkaniżmu tal-pagament għall-kontribuzzjoni finanzjarja se jibqa’ konformi mal-mekkaniżmu applikat għal dan il-mod ta’ ġestjoni tal-baġit tal-Unjoni. Fl-istess ħin, l-arranġamenti finanzjarji għandhom jirriflettu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri li jkunu se jitwettqu mill-Istati Membri kif propost fl-applikazzjonijiet tagħhom.

Biex tiġi evitata kwalunkwe kompetizzjoni bejn l-istrumenti, ir-rata ta’ kofinanzjament tal-FEG tiġi allinjata mal-ogħla rata ta’ kofinanzjament tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) fl-Istat Membru rispettiv.

Din il-proposta ġenerali tipprevedi data ta’ applikazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2021 u hija ppreżentata għal Unjoni ta’ 27 Stat Membru, b’konformità man-notifika mir-Renju Unit bl-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni Ewropea u l-Euratom abbażi tal-Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea li waslet għand il-Kunsill Ewropew fid-29 ta’ Marzu 2017.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti tal-politika

Kif indikat fil-“Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b'mod effiċjenti wara l-2020” 8 , l-FSE+ u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) se jibqgħu jipprovdu finanzjament għal azzjonijiet strutturali għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Kemm l-FSE+ kif ukoll l-FEŻR jikkonsistu minn programmi pluriennali b’appoġġ għal miri strateġiċi u fit-tul, bħall-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tal-bidla u r-ristrutturar. L-FEG, min-naħa tiegħu, huwa stabbilit biex jipprovdi appoġġ f’ċirkostanzi eċċezzjonali u ’l barra minn rutina ta’ pprogrammar pluriennali.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-“Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar” (QFR) 9 , huwa l-istrument tal-politika tal-UE li jipprovdi l-qafas għall-aħjar prattika biex jiġi antiċipat u indirizzat ir-ristrutturar korporattiv. Il-Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar joffri qafas komprensiv dwar kif l-isfidi ta’ aġġustament ekonomiku u ta’ ristrutturar u l-impatt soċjali u l-impatt fuq l-impjiegi tagħhom jenħtieġ li jiġu indirizzati b’mezzi ta’ politika adegwati. Il-Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar jistieden lill-Istati Membri jużaw finanzjament tal-UE u nazzjonali b’tali mod li jiżguraw li l-impatt soċjali tar-ristrutturar, speċjalment l-effetti negattivi fuq l-impjiegi, ikunu jistgħu jittaffew b’mod aktar effettiv. L-istrumenti ewlenin tal-UE li jassistu lill-ħaddiema affettwati huma l-FSE+, li huwa maħsub biex joffri assistenza b’mod antiċipatorju, u l-FEG, li huwa maħsub biex joffri assistenza fil-każ ta’ avvenimenti ta’ ristrutturar kbar mhux mistennija b’mod reattiv.

Il-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 tistabbilixxi għan aktar ambizzjuż għall-integrazzjoni tal-klima fil-programmi kollha tal-UE, flimkien ma’ mira ġenerali ta’ 25 % tan-nefqa tal-UE li tikkontribwixxi għall-objettivi tal-klima. Il-kontribuzzjoni ta’ dan il-fond għall-kisba ta’ din il-mira ġenerali se tiġi mmonitorjata permezz ta’ sistema li timmarka l-klima tal-UE f’livell xieraq ta’ diżaggregazzjoni, inkluż l-użu ta’ metodoloġiji aktar preċiżi fejn dawn ikunu disponibbli. Il-Kummissjoni se tkompli tippreżenta l-informazzjoni kull sena f’termini ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn fil-kuntest tal-abbozz tal-baġit annwali.

Biex tappoġġa l-użu sħiħ tal-potenzjal tal-fond li jikkontribwixxi għall-objettivi tal-klima, il-Kummissjoni se tfittex li tidentifika l-azzjonijiet rilevanti fit-tħejjija, fl-implimentazzjoni, fir-reviżjoni u fil-proċessi ta’ evalwazzjoni tal-fond.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika hija t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175.

Jekk jinħass il-bżonn li jkun hemm azzjonijiet speċifiċi barra l-Fondi Strutturali u bla preġudizzju għall-miżuri deċiżi fil-qafas tal-politika l-oħra tal-Unjoni, l-Artikolu 175(3) jippermetti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jieħdu azzjoni skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Finanzjament mill-baġit tal-Unjoni jikkonċentra fuq attivitajiet li l-objettivi tagħhom ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, u fejn l-intervent tal-Unjoni jista’ jġib valur addizzjonali mqabbel ma’ azzjoni mill-Istati Membri waħedhom. Il-mobilizzazzjoni tal-FEG sabiex jikkofinanzja miżuri mmirati biex jgħinu lill-ħaddiema spostati jsibu impjieg ġdid tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà, u toħloq valur miżjud Ewropew.

Hija prattika standard fil-programmi nazzjonali tas-suq tax-xogħol li jgħinu lill-ħaddiema spostati, u mhuwiex l-għan tal-FEG li jissostitwixxi tali programmi. Madankollu, avvenimenti ta’ ristrutturar mhux mistennija li jikkawżaw impatt sinifikanti jistgħu jittestjaw il-limiti ta’ dak li l-programmi nazzjonali regolari kapaċi jagħmlu. Għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ avvenimenti ta’ ristrutturar ta’ skala kbira mhux mistennija, u billi l-FEG huwa espressjoni ta’ solidarjetà fost l-Istati Membri, l-għoti ta’ assistenza jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni. Il-mobilizzazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se teħtieġ il-ftehim taż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, u għalhekk tkun espressjoni tas-solidarjetà tal-Unjoni u tal-Istati Membri. B’dan il-mod, il-proposta se tgħin biex l-għan ta’ solidarjetà tal-Unjoni jsir aktar tanġibbli f’ċirkostanzi eċċezzjonali għal dik il-parti tal-forza tax-xogħol partikolarment milquta u għaċ-ċittadini tal-Unjoni inġenerali. Għalhekk, l-intervent tal-Unjoni se jkun limitat għal dak li huwa neċessarju biex jintlaħqu l-objettivi li juru solidarjetà tal-Unjoni ma’ ħaddiema spostati.

Il-mobilizzazzjoni tal-FEG toħloq valur addizzjonali meta mqabbla mal-azzjoni tal-Istati Membri waħedhom. Il-miżuri kofinanzjati mill-FEG mhux biss iżidu n-numru totali ta’ servizzi offruti lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja, imma b’mod speċjali wkoll il-varjetà ta’ servizzi offruti u l-livell tal-intensità tagħhom. Barra minn hekk, il-mobilizzazzjoni tal-FEG toħloq effetti fit-termini tar-rwol. Dawn huma relatati ma’ kemm l-ideat innovattivi jistgħu jiġu ttestjati, l-aħjar prattiki identifikati u inkorporati fil-pakkett regolari tal-forniment. Miżuri kofinanzjati mill-FEG jikkontribwixxu wkoll għat-titjib ġenerali fil-proċessi ta’ twassil.

Proporzjonalità

Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, id-dispożizzjonijiet ta’ din il-proposta ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tagħha. L-obbligi imposti fuq l-Istati Membri jirriflettu l-bżonn li tingħata għajnuna lill-ħaddiema affettwati sabiex jadattaw irwieħhom għal ċirkostanzi li qed jinbidlu u biex jerġgħu lura fl-impjieg b’mod mgħaġġel. Il-piż amministrattiv fuq l-Unjoni u fuq l-awtoritajiet nazzjonali ġie limitat għal dak li huwa meħtieġ mill-Kummissjoni biex teżerċita r-responsabbiltà tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni. Peress li l-kontribuzzjoni finanzjarja ssir lill-Istat Membru skont il-prinċipju ta’ ġestjoni kondiviża, l-Istat Membru se jintalab jirrapporta dwar kif intużat il-kontribuzzjoni finanzjarja.

Għażla tal-istrument

L-istrument propost: Regolament.

Mezzi oħra ma jkunux xierqa minħabba r-raġuni li ġejja: l-għan li tintwera solidarjetà fil-livell tal-Unjoni jista’ jinkiseb biss permezz ta’ strument legali direttament applikabbli.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET RETROSPETTIVI, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet retrospettivi/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Evalwazzjoni ex post tar-Regolament eżistenti trid issir sal-31 ta’ Diċembru 2021. Madankollu, twettqet evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-FEG 2014-2020 10 , u tqiesu r-riżultati.

L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-FEG 2014-2020 tissuġġerixxi li t-tfassil tal-FEG jeħtieġ jitjieb. Jenħtieġ li jiġu indirizzati diversi sfidi għall-futur:

Rigward il-kamp ta’ applikazzjoni, il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati mwettqa għall-evalwazzjoni juru li t-tfassil tal-FEG jenħtieġ li jiġi rivedut jew definit aħjar. Dan jinkludi aspetti bħalma huma l-kamp ta’ applikazzjoni eżatt tal-Fond u l-kriterji li jiskattaw l-użu tiegħu. F’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kwalunkwe avveniment ta’ ristrutturar irid ikollu impatt sinifikanti fuq l-ekonomija u s-suq tax-xogħol biex tiġi ġġustifikata l-mobilizzazzjoni tal-assistenza tal-FEG. Madankollu, il-kunċett ta’ “impatt sinifikanti” mhuwiex definit b’mod ċar. Dan jgħodd speċjalment għal sensji iżgħar li jaqgħu taħt il-limitu attwali ta’ 500 ħaddiem li ngħataw is-sensja (rilevanti għal 2014-2020). Pereżempju, fiż-żoni rurali dawn il-każijiet jistgħu jkunu eliġibbli taħt il-klawżola ta’ deroga speċifikata fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-FEG, iżda l-Istati Membri mhumiex ċerti kif jistgħu jagħtu prova tal-impatt sinifikanti. Għalhekk, ħafna implimentaturi jissuġġerixxu limitu aktar baxx.

Lanqas it-termini “globalizzazzjoni” u “kriżi” mhuma definiti b’mod ċar. Ta’ sikwit l-Istati Membri ma jkunux ċerti taħt liema kriterju għandhom jissottomettu applikazzjoni. L-identifikazzjoni ta’ xiex effettivament skatta l-għoti ta’ sensji biex wieħed jara jekk jistax jikkwalifika bħala applikazzjoni potenzjali, u li dan jiġi ppruvat f’applikazzjoni huwa meqjus regolarment bħala wieħed mill-ostakoli ewlenin biex Stat Membru japplika. Fid-dawl ta’ dawn id-diffikultajiet, u meta wieħed iqis li aktar impjiegi qegħdin jintilfu minħabba l-bidla teknoloġiku (f’dawn il-każijiet il-ħaddiema ssensjati jaffaċċjaw l-istess sfidi bħal dawk issensjati minħabba l-globalizzazzjoni, peress li l-ħiliet tagħhom isiru antikwati jew skaduti), soluzzjoni possibbli tista’ tkun li fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jiġu inklużi l-avvenimenti ta’ ssensjar kollha fuq skala kbira li jikkawżaw impatt sinifikanti. L-evalwazzjoni tissuġġerixxi li dan jagħmel l-FEG aktar rilevanti u aktar adattat għall-isfidi ekonomiċi futuri, u anke aktar ġust, peress li ma jiffokax fuq grupp speċifiku ħafna ta’ ħaddiema spostati. Tali bidliet iwasslu għal użu aktar bilanċjat tal-FEG, li jestendi l-potenzjal tiegħu għall-Istati Membri tal-UE-13 (bħalissa dawn l-Istati Membri ma jużawx l-FEG ta’ spiss). Il-piż tal-għoti ta’ evidenza għal applikazzjoni biex jiġi ppruvat li l-impjiegi mitlufa kienu kawża tal-globalizzazzjoni jew ta’ kriżi se jiġi eliminat. Minħabba li dan huwa wkoll wieħed miż-żewġ passi li jieħdu l-aktar ħin fil-fażi tal-applikazzjoni, din is-simplifikazzjoni tħaffef il-mobilizzazzjoni tal-assistenza tal-FEG bi ftit ġimgħat, peress li mhux se jibqa’ jkun hemm bżonn ta’ verifiki ewlenin dwar l-isfond. Kamp ta’ applikazzjoni usa’ u limitu aktar baxx joffru wkoll aktar possibbiltajiet għal Stati Membri iżgħar li japplikaw għall-assistenza.

F’dak li jirrigwarda r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar, l-evalwazzjoni kkonkludiet li sabiex tiġi analizzata aktar l-effettività tal-FEG, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jiġbru data ta’ monitoraġġ aktar dettaljata, speċjalment dwar il-kategorija ta’ ħaddiema (sfond professjonali u edukattiv), l-istatus tal-impjieg tagħhom u t-tip ta’ impjieg misjub.

Jidher li l-FEG jenħtieġ li jkun allinjat aħjar ma’ politiki oħra tal-UE. L-evalwazzjoni tissuġġerixxi li l-assistenza tal-FEG tiġi inkorporata aktar mill-qrib fil-”Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar” u li jiġi mfassal approċċ aktar ikkoordinat kemm għall-miżuri preventivi b’antiċipazzjoni ta’ avvenimenti ta’ ristrutturar kbar, kif ukoll ta’ miżuri reattivi ta’ darba bħal dawk attwalment kofinanzjati mill-FEG. Dan jista’ jfisser it-twessigħ tal-firxa ta’ attività tal-FEG, jew l-iżvilupp ta’ approċċ koordinat aktar mill-qrib flimkien ma’ strumenti oħrajn tal-UE bħall-FSE+. Għalkemm id-disinn tal-istrument juri komplementarjetà ċara tal-fondi, l-Istati Membri jistgħu jinkorporaw aħjar l-assistenza tal-FEG f’pakkett komprensiv ta’ assistenza għar-ristrutturar. It-tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol jeħtieġu investimenti intensivi fil-kapital uman, kemm fil-forma ta’ miżuri antiċipattivi proattivi kif ukoll ta’ miżuri reattivi.

Matul il-perjodu ta’ programmar 2014-2020, huwa possibbli li, taħt ċerti ċirkostanzi, f’applikazzjoni FEG jiġi inkluż l-istess numru ta’ NEETs bħan-numru ta’ ħaddiema li ngħataw is-sensja. Il-qgħad fost iż-żgħażagħ huwa u se jibqa’ sfida kbira. Barra minn hekk, l-esperjenza turi li jekk l-assistenza tal-FEG tiġi offruta lin-NEETs, din tintuża fil-parti l-kbira minnha. Madankollu, l-evalwazzjoni tissuġġerixxi li wieħed għandu jaħseb dwar jekk l-FEG huwiex il-mezz ġust biex tingħata din l-assistenza jew jekk kanali oħrajn joffrux aktar possibbiltajiet li jintlaħqu ż-żgħażagħ ikkonċernati. Jista’ jitqies li mhuwiex ġust li tingħata għajnuna biss lin-NEETs f’reġjuni affettwati minn ristrutturar kollettiv ikkawżat mill-globalizzazzjoni jew mill-kriżi finanzjarja, iżda mhux lil dawk f’reġjuni affettwati mill-awtomatizzazzjoni.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-konsultazzjonijiet estensivi mal-partijiet ikkonċernati, inklużi konsultazzjonijiet miftuħa bbażati fuq l-internet, konsultazzjonijiet immirati, laqgħat tal-grupp ta’ fokus, kienu elementi ewlenin tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu msemmija qabel kif ukoll tal-valutazzjoni tal-impatt imsemmija hawn taħt.

Il-Kummissjoni wettqet ukoll avvenimenti tal-partijiet ikkonċernati fejn ġew diskussi bidliet possibbli tat-tfassil tal-FEG wara l-2020. Dawn id-diskussjonijiet saru matul il-Laqgħat u s-Seminars regolari ta’ Netwerking tal-Persuni ta’ Kuntatt tal-FEG f’Ottubru 2017 u f’Marzu 2018, kif ukoll matul Laqgħa straordinarja tal-Persuni ta’ Kuntatt tal-FEG f’Jannar 2018, li kienet iddedikata kompletament għad-diskussjonijiet ta’ wara l-2020.

B’mod ġenerali, il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati ma kinux differenti mill-fehmiet tal-Kummissjoni, u huma riflessi f’din il-proposta.

Għarfien espert estern

Waqt it-tħejjija tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu, il-Kummissjoni tat kuntratt għal studju ta’ evalwazzjoni lil konsulent estern.

Bl-istess mod, waqt it-tħejjija tal-valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni tat kuntratt għal studju lil konsulent estern.

Valutazzjoni tal-impatt

Twettqet valutazzjoni tal-impatt. Din il-valutazzjoni tal-impatt, li hija parti mill-proposti regolatorji tad-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, tkopri dan li ġej:

il-Fond Soċjali Ewropew (FSE – wieħed mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (fondi SIE)) u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI);

il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD);

il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG);

il-Programm tas-Saħħa tal-UE; kif ukoll

il-Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI).

L-għażliet li ġejjin ġew ivvalutati għall-fondi koperti mill-valutazzjoni tal-impatt:

Għażla 1: l-amalgamazzjoni tal-FSE, l-YEI, l-FEAD, l-EaSI, il-Programm tas-Saħħa tal-UE. 

Din kienet l-għażla ppreferuta abbażi kemm tar-riżultati tal-evalwazzjonijiet u kemm tal-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati. Fil-fehma tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni, integrazzjoni wiesgħa tal-fondi tista’ ttejjeb il-kapaċitajiet tagħhom biex jissimplifikaw l-intervent strateġiku tagħhom fl-ambitu tal-politika soċjali. Dan itejjeb il-flessibbiltà tagħhom fl-interventi tal-ippjanar, u jiffaċilita t-twettiq tal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Il-benefiċjarji kkonfermaw li għad hemm potenzjal mhux sfruttat biex jissaħħu s-sinerġiji bejn il-programmi u l-proġetti ffinanzjati;

Għażla 2: l-amalgamazzjoni tal-FSE, l-YEI, l-FEAD, l-EaSI, il-Programm tas-Saħħa tal-UE u l-FEG. 

Dan jirriżulta biss fi tnaqqis artifiċjali tan-numru ta’ fondi. L-objettivi speċifiċi ħafna, il-viżibbiltà politika għolja u l-flessibbiltà baġitarja tal-FEG jintilfu jekk jiġi amalgamati mal-FSE+. Dan ġie kkonfermat mill-partijiet ikkonċernati fil-qafas tal-proċess ta’ konsultazzjoni 11 ;

Għażla 3: l-amalgamazzjoni tal-fondi taħt ġestjoni kondiviża (jiġifieri esklużi l-EaSI u l-programm dwar is-Saħħa tal-UE, iżda inkluż l-FEG) -

Dan ifisser li l-viżibbiltà għolja tal-FEG bħala strument ta’ emerġenza fil-livell tal-UE jiġi sagrifikat biex jittaffew l-effetti negattivi tal-globalizzazzjoni. Il-flessibilità u s-sinerġiji potenzjali li jistgħu jinkisbu mill-amalgamazzjoni tal-EaSI fl-FSE+ jintilfu;

Għażla 4: l-FEAD jinżamm bħala fond separat, iżda ż-żewġ tipi ta’ programmi FEAD (għajnuna materjali u l-inklużjoni soċjali) jiġu amalgamati

Dan jippermetti aktar sinerġiji bejn it-tipi ta’ appoġġ għall-assistenza materjali bażika u l-miżuri ta’ inklużjoni soċjali filwaqt li jinżammu r-regoli ta’ implimentazzjoni attwali. Madankollu ma tiżgurax demarkazzjoni adegwata fir-rigward tat-tip ta’ miżuri ta’ inklużjoni soċjali tal-FSE;

Għażla 5: l-amalgamazzjoni tal-fondi SIE kollha

Din ifixkel it-twettiq tal-politika, peress li ma jkunx possibbli li jiġu adattati r-regoli ta’ implimentazzjoni għar-rekwiżiti speċifiċi tal-politiki appoġġati. Lanqas ma jiżdiedu s-sinerġiji u l-koerenza ma’ fondi oħra tal-kapital uman.

Il-valutazzjoni tal-impatt kienet eżaminata mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (RSB), li ta opinjoni pożittiva b’riżervi. L-opinjoni tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (l-RSB) hija disponibbli taħt Ares(2018)2265999. Il-kummenti tal-RSB ġew ikkunsidrati. Il-kummenti rilevanti għall-FEG kienu jikkonċernaw prinċipalment l-ispjegazzjoni tar-raġunament fundamentali tal-FEG. L-RSB issuġġerixxa wkoll preneżtazzjoni aktar preċiża tal-modalitajiet tal-użu tal-FEG, u analiżi aktar dettaljata dwar kemm il-bidliet proposti jindirizzaw il-problemi identifikati. L-RSB irrakkomanda wkoll li jiġu stabbiliti r-raġunijiet għala l-FEG jenħtieġ li jinżamm barra l-qafas finanzjarju pluriennali b’mod aktar ċar.

L-aħħar proposta ta’ politika ma tiddevjax mis-sejbiet tal-valutazzjoni tal-impatt. L-aktar sejba importanti rigward l-FEG hija li, bħala fond ta’ għajnuna ta’ emerġenza, l-FEG jenħtieġ li jibqa’ barra l-limiti massimi baġitarji tal-qafas finanzjarju pluriennali. Il-fondi ta’ emerġenza mhux mistennija li jassorbu baġit speċifiku. Għalhekk, li jkun fil-qafas finanzjarju pluriennali ifisser il-maqlub, jiġifieri li jkollu baġit speċifiku li l-fond huwa mistenni li jonfoq, u dan jibdlu f’għodda ta’ għajnuna għar-ristrutturar regolari. Madankollu, li jkun barra l-qafas finanzjarju pluriennali jimplika proċedura ta’ mobilizzazzjoni twila, li jmur kontra l-funzjoni tiegħu bħala fond ta’ għajnuna ta’ emerġenza. Għalhekk, il-proċedura ta’ mobilizzazzjoni jenħtieġ li titħaffef u tiġi simplifikata. Il-valutazzjoni tal-impatt tisħaq l-importanza ta’ limitu aktar baxx u kamp ta’ applikazzjoni usa’ tal-FEG.

Simplifikazzjoni

mhux applikabbli

Drittijiet fundamentali

mhux applikabbli

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-FEG huwa wieħed mill-istrumenti speċjali mhux inklużi fil-livelli massimi baġitarji tal-qafas finanzjarju pluriennali, b’ammont annwali massimu ta’ EUR 200 miljun (fi prezzijiet tal-2018) mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027.

Il-funzjonament tiegħu huwa rregolat mill-punt 9 tal-Abbozz tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar amministrazzjoni finanzjarja soda.

Ir-riżorsi umani u amministrattivi meħtieġa huma stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-FEG se jissaħħaħ bl-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet għal sistema ta’ monitoraġġ komuni b’indikaturi tal-output u tar-riżultati fir-Regolament dwar l-FEG. Is-suċċess se jitkejjel primarjament permezz ta’ rati ta’ impjieg mill-ġdid, jiġifieri s-sehem tan-nies li sabu impjieg wara li jkunu rċivew assistenza tal-FEG.

L-Istati Membri se jintalbu jinkludu t-twassil ta’ indikaturi komuni tal-output u tar-riżultati fil-kuntratti tagħhom mal-korpi ta’ implimentazzjoni. Ir-rekwiżiti introdotti bħalissa fid-deċiżjonijiet ta’ finanzjament tal-FEG se jkunu inkorporati fir-Regolament dwar l-FEG, jiġifieri d-data dwar l-istatus fl-impjieg tal-benefiċjarji jenħtieġ li tintbagħat meta l-Istat Membru rispettiv jissottometti r-rapport finali sena wara. Din tinkludi wkoll informazzjoni dwar it-tip u l-kwalità tal-impjiegi (pereżempju permanenti/mhux permanenti) u bidliet fl-impjegabbiltà tal-benefiċjarji fi tmiem l-operazzjonijiet (pereżempju l-kwalifiki miksuba). Se jkun meħtieġ li d-data miġbura tissejjes fuq stħarriġiet u data pprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali. Dan se jippermetti l-valutazzjoni tal-limitu sa fejn l-assistenza għenet biex ittejjeb l-impjegabbiltà tal-benefiċjarji u biex tbiddel l-istatus fl-impjieg tagħhom, sabiex jiġi determinat jekk il-fond huwiex qed jaħdem b’mod effettiv.

Fid-dawl tas-sejbiet tal-evalwazzjonijiet preċedenti u r-rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, se jiġi introdott l-iffissar ta’ miri speċifiċi għall-każ. Dawn il-miri jenħtieġ li jqisu l-karatteristiċi speċifiċi ta’ każ u l-limitu sa fejn il-każijiet tal-passat huma komparabbli. Il-miri jenħtieġ li jirreferu għar-rati ta’ integrazzjoni mill-ġdid tal-benefiċjarji. Dawn huma meħtieġa għall-finijiet ta’ rapportar u ta’ evalwazzjoni, iżda mhumiex marbutin b’mekkaniżmi ta’ penali jew pagamenti bbażati fuq ir-riżultati. Sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jistgħu jkunu kkaratterizzati mill-fatt li jseħħu b’mod mhux mistenni, ta’ spiss f’ambjenti imprevedibbli li jinbidlu malajr. Il-pagamenti bbażati fuq ir-riżultati jkunu ġusti biss jekk ir-riżultati jkunu jistgħu jiġu attribwiti direttament għall-assistenza mogħtija u ma jkunux jiddependu ħafna wkoll minn fatturi esterni. Madankollu, fir-rapporti finali, l-Istati Membri se jkollhom jipprovdu analiżi motivata dwar kemm intlaħqu l-miri. L-evalwazzjonijiet urew li l-orjentazzjoni lejn ir-riżultati qatt ma kienet kwistjoni fiha nnifisha. Li n-nies jerġgħu jsibu impjieg u/jew iżidu l-impjegabbiltà tagħhom dejjem kienu l-ikbar tħassib għall-Istati Membri. Madankollu, mhux dejjem kien possibbli li jitkejlu r-riżultati minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà tad-data.

L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-FEG uriet li l-evalwazzjonijiet futuri jenħtieġ li jiġu skedati sabiex jiġi żgurat li hemm biżżejjed data disponibbli. Għalhekk, b’konformità mal-Linji Gwida dwar Regolamentazzjoni Aħjar, iż-żmien tal-evalwazzjonijiet futuri se jiġi allinjat aħjar maċ-ċiklu ta’ implimentazzjoni tal-FEG. Dan ifisser li kull erba’ snin trid titlesta evalwazzjoni.

L-evalwazzjonijiet se jitwettqu skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-13 ta’ April 2016 12 , fejn it-tliet istituzzjonijiet ikkonfermaw li l-evalwazzjonijiet ta’ leġiżlazzjoni u politika eżistenti għandhom jipprovdu l-bażi għall-valutazzjonijiet tal-impatt ta’ għażliet għal azzjoni ulterjuri. L-evalwazzjonijiet se jivvalutaw l-effetti tal-programm fuq il-post abbażi tal-indikaturi/il-miri tal-programm u analiżi ddettaljata dwar kemm il-programm jista’ jitqies rilevanti, effettiv, effiċjenti, jipprovdi biżżejjed valur miżjud tal-UE u huwa koerenti ma’ politiki oħra tal-UE. Dawn se jinkludu t-tagħlimiet meħuda biex jiġu identifikati kwalunkwe nuqqas/problema jew kwalunkwe potenzjal għal titjib ulterjuri tal-azzjonijiet jew tar-riżultati tagħhom u biex jgħin l-isfruttament/l-impatt massimizzat tagħhom.

Il-Kummissjoni se tkompli tirrapporta kull sentejn dwar l-attivitajiet tal-Fond.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-Artikoli 2 u 3 tal-abbozz ta’ Regolament propost stabbilew il-missjoni u l-objettivi tal-FEG. Bħala bidla għar-Regolament dwar l-FEG (UE) 1309/2013 attwali, il-missjoni tinkludi espliċitament ir-rwol tal-FEG li jikkontribwixxi għall-prinċipji rilevanti tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Barra minn hekk, fl-objettivi jidher ċar li l-FEG jenħtieġ li jindirizza kull tip ta’ avveniment ta’ ristrutturar kbir mhux mistenni, billi il-Fond ikun aktar adattat għall-isfidi ekonomiċi attwali u futuri.

Il-kriterji ta’ intervent huma stabbiliti fl-Artikolu 5. Il-limitu propost tas-sensji huwa ta’ mill-inqas 250 ħaddiem spostat, filwaqt li fir-Regolament attwali huwa ta’ mill-inqas 500 ħaddiem spostat. Dan bex jirrifletti aħjar ir-realtajiet f’bosta reġjuni, fejn l-okkorrenza ta’ ristrutturar li jinvolvu 250 ħaddiem spostat għandha impatt sinifikanti fuq is-suq tax-xogħol. Dan biex jirrifletti wkoll li b’mod ġenerali, is-sehem ta’ sensji fuq skala kbira ħafna qiegħed jonqos. Ġiet miżjuda dispożizzjoni ġdida, li tippermetti lill-Istati Membri japplikaw għal assistenza tal-FEG jekk is-sensji jseħħu fl-istess reġjun, iżda f’setturi ekonomiċi differenti. Speċjalment għal reġjuni inqas popolati, mewġa ta’ sensji f’diversi setturi, li sseħħ matul l-istess perjodu ta’ żmien, jista’ jkollha impatti sinifikanti ħafna fuq is-suq tax-xogħol. Ġiet miżjuda dispożizzjoni ġdida li tistabbilixxi li l-FEG, bħala fond orjentat lejn il-kummerċ, ma jistax jiġi mobilizzat jekk is-sensji tas-settur pubbliku jkunu konsegwenza diretta tat-tnaqqis baġitarju pubbliku. Dan ukoll biex jirrifletti l-fatt li l-FEG ma jagħti l-ebda għajnuna lill-intrapriża li tat is-sensji, li f’dan ix-xenarju huma l-awtoritajiet pubbliċi tal-Istat Membru li japplika għall-assistenza tal-FEG.

L-Artikolu 8 jistabbilixxi l-miżuri eliġibbli. Bħala bidla għar-Regolament attwali, l-inklużjoni tad-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era diġitali hija obbligatorja. Fid-dawl tar-rekwiżiti tas-suq tax-xogħol, dan jitqies bħala rekwiżit neċessarju. Il-miżuri offruti jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-ħtiġijiet personali u l-kwalifiki tal-benefiċjarju.

L-assistenza teknika mill-Kummissjoni għandha tappoġġa kull miżura neċessarja biex jiġi implimentat ir-Regolament propost. Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament propost, dan jista’ jitla’ sa ammont li huwa ugwali għal 0.5 % tal-ammont massimu annwali tal-FEG. Dan huwa ogħla minn dak fil-perjodu ta’ programmar attwali, peress li assistenza speċifika se tingħata lill-Istati Membri li huma inqas esperjenzati fl-implimentazzjoni tal-FEG jew fl-assistenza ta’ ristrutturar bħala tali. Dan jinkludi wkoll miżuri addizzjonali biex jiżdied in-netwerking u l-iskambju ta’ prattika tajba bejn l-Istati Membri.

Il-perjodu standard għall-implimentazzjoni tal-miżuri tal-FEG se jibqa’ dak ta’ 24 xahar. Madankollu, l-Artikolu 15 tar-Regolament propost jistipula li l-24 xahar għandhom jingħaddu miż-żmien li fih tiġi adottata d-deċiżjoni biex jiġi mobilizzat l-FEG u mhux mid-data tal-applikazzjoni għall-appoġġ tal-FEG. Dan għandu jirrifletti l-fatt li ħafna Stati Membri għandhom proċeduri baġitarji fis-seħħ li ma jippermettulhomx jieħdu r-riskju u jiffinanzjaw bil-quddiem tali miżuri, mingħajr ma jkunu jafu jekk l-assistenza hix se tingħata tassew. Madankollu, jekk Stat Membru jkun lest li jieħu r-riskju, il-miżuri huma eliġibbli miż-żmien li fih jitħabbru s-sensji, bħalma huwa l-każ fir-Regolament attwali.

L-Artikolu 16 tar-Regolament propost jistipula l-proċedura baġitarja. Peress li d-deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat l-FEG għandhom ikunu bbażati fuq ir-rekwiżit formali ta’ mill-inqas 250 ħaddiem li tilfu l-impjieg tagħhom f’perjodu speċifiku ta’ referenza, mhux se jibqa’ l-bżonn li ssir analiżi estensiva tal-isfond tas-sensji. Għalhekk, il-proposti tal-Kummissjoni biex jiġi mobilizzat l-FEG, li kienu bbażati fuq tali analiżijiet, ma għadhomx meħtieġa. L-awtorità baġitarja se tiddeċiedi dwar talba ta’ trasferiment. Il-Kummissjoni se tehmeż l-abbozz li jimplimenta d-deċiżjoni u sommarju qasir tal-applikazzjoni mat-talba ta’ trasferiment. Din il-proċedura se tiżgura skjerament aktar mgħaġġel tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji.

Id-diviżjoni tar-responsabbiltajiet bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri hija stabbilita fl-Artikolu 23 propost. L-FEG se jibqa’ taħt ġestjoni kondiviża, u ma jenħtieġ li ssir l-ebda bidla sinifikanti fid-dispożizzjonijiet dwar il-ħatra tal-korpi ta’ implimentazzjoni, il-kwistjonijiet ta’ awditjar, il-prevenzjoni tal-frodi.

2018/0202 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, 13

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni, 14

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Fl-implimentazzjoni tal-Fondi jenħtieġ li jiġu rispettati l-prinċipji orizzontali kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”) u fl-Artikolu 10 tat-TFUE, inklużi l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-TUE, filwaqt li titqies il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw li jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u jintegraw il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll jiġġieldu d-diskriminazzjoni msejsa fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li l-objettivi tal-Fondi jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u tal-promozzjoni mill-Unjoni tal-għan li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreżervata, imħarsa u mtejba kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 191(1) tat-TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas.

(2)Fis-17 ta’ Novembru 2017, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali 15 ġie pproklamat b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni bħala rispons għall-isfidi soċjali fl-Ewropa. Filwaqt li jitqiesu r-realtajiet li qed jinbidlu tad-dinja tax-xogħol, jenħtieġ li l-Unjoni tkun lesta għall-isfidi attwali u futuri tal-globalizzazzjoni u tad-diġitalizzazzjoni, billi tagħmel it-tkabbir aktar inklużiv u billi ttejjeb il-politiki tal-impjieg u dawk soċjali. L-għoxrin prinċipju ewlieni tal-Pilastru huma strutturati fuq tliet kategoriji: opportunitajiet u aċċess indaqs għas-suq tax-xogħol; kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti; protezzjoni u inklużjoni soċjali. Jenħtieġ li l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jaġixxi bħala qafas gwida ġenerali tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), li jippermetti lill-Unjoni tistabbilixxi l-prinċipji fil-prattika fil-każ ta’ avvenimenti ta’ ristrutturar kbar.

(3)Fl-20 ta’ Ġunju 2017, il-Kunsill approva t-tweġiba tal-Unjoni 16 għall-“Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU” 17 - futur Ewropew sostenibbli. Il-Kunsill enfasizza l-importanza tal-kisba tal-iżvilupp sostenibbli fit-tliet dimensjonijiet (ekonomika, soċjali u ambjentali), b’mod bilanċjat u integrat. Huwa essenzjali li l-iżvilupp sostenibbli jiġi integrat fil-qasam ta’ politika tal-Unjoni, u li l-Unjoni tkun ambizzjuża fil-politiki li tuża biex tindirizza l-isfidi globali. Il-Kunsill laqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli” tat-22 ta’ Novembru 2016 bħala l-ewwel pass fl-integrazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u fl-applikazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli bħala prinċipju gwida essenzjali għall-politiki kollha tal-Unjoni, inkluż permezz tal-istrumenti ta’ finanzjament tagħha.

(4)Fi Frar 2018, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni tagħha dwar “Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b'mod effiċjenti wara l-2020” 18 . Il-Komunikazzjoni tenfasizza li jenħtieġ li l-baġit tal-Unjoni jappoġġa l-ekonomija soċjali tas-suq unika tal-Ewropa. Għalhekk, se jkun importanti ħafna li jitjiebu l-opportunitajiet ta’ xogħol u li jiġu indirizzati l-isfidi tal-ħiliet, speċjalment dawk marbutin mad-diġitalizzazzjoni. Il-flessibbiltà baġitarja jenħtieġ li tkun prinċipju ewlieni fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss. Il-mekkaniżmi ta’ flessibbiltà jenħtieġ li jibqgħu fis-seħħ sabiex jippermettu lill-Unjoni tirreaġixxi għal avvenimenti mhux previsti, u sabiex jiżguraw li r-riżorsi baġitarji jintużaw fejn ikun hemm l-aktar bżonn urġenti.

(5)Fil-“ White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa 19 , il-Kummissjoni tesprimi tħassib dwar il-movimenti ta’ iżolazzjoni, dubji li jkomplu jikbru dwar il-benefiċċji tal-kummerċ miftuħ u l-ekonomija soċjali tas-suq tal-Unjoni b’mod ġenerali.

(6)Fid-“ Dokument ta’ riflessjoni dwar l-immaniġġar tal-globalizzazzjoni 20 , il-Kummissjoni tidentifika l-globalizzazzjoni relatata mal-kummerċ flimkien mal-bidla teknoloġika bħala l-ixprunaturi ewlenin għaż-żieda fid-domanda għal ħiliet speċjalizzati u għat-tnaqqis fin-numru ta’ impjiegi li jeħtieġu livell aktar baxx ta’ kwalifiki. Minkejja l-vantaġġi kbar ġenerali ta’ kummerċ aktar miftuħ u aktar integrazzjoni tal-ekonomiji dinjija, dawn l-effetti negattivi jenħtieġ li jiġu indirizzati. Peress li l-benefiċċji attwali tal-globalizzazzjoni diġà mhumiex imqassma b’mod ugwali fost in-nies u r-reġjuni, li jikkawża impatt sinifikanti fuq dawk li huma affettwati ħażin, hemm il-periklu li l-avvanzi teknoloġiċi li qed jevolvu b’ritmu rapidu se jkomplu jħeġġu dawn l-effetti. Għalhekk, b’konformità mal-prinċipji ta’ solidarjetà u ta’ sostenibbiltà, se jkun jenħtieġ li jiġi żgurat li l-benefiċċji tal-globalizzazzjoni jiġu kondiviżi b’mod aktar ġust billi l-ftuħ ekonomiku u l-avvanz teknoloġiku jiġu rrikonċiljati mal-protezzjoni soċjali.

(7)Fid-“Dokument ta’ riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE” 21 , il-Kummissjoni tenfasizza l-ħtieġa li jitnaqqsu d-diverġenzi ekonomiċi u soċjali bejn l-Istati membri u fihom. Għalhekk, il-prijorità ewlenija hija li jsir investiment fl-ugwaljanza, fl-inklużjoni soċjali, fl-edukazzjoni u fit-taħriġ kif ukoll fis-saħħa.

(8)Il-globalizzazzjoni u l-bidla teknoloġika aktarx se jkomplu jżidu l-interkonnettività u l-interdipendenza tal-ekonomiji tad-dinja. Ir-riallokazzjoni tax-xogħol hija parti integrali u inevitabbli ta’ tali bidla ekonomika. Jekk il-benefiċċji tal-bidla jitqassmu b’mod ġust, l-għoti ta’ assistenza lil ħaddiema spostati u lil dawk mhedda bl-ispostament huwa ta’ importanza kbira. Il-“Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar” 22 , huwa l-istrument ta’ politika tal-UE li jistabbilixxi l-qafas tal-aħjar prattiki biex jiġi antiċipat u indirizzat ir-ristrutturar korporattiv. Dan joffri qafas komprensiv dwar kif l-isfidi ta’ aġġustament ekonomiku u ta’ ristrutturar u l-impatt soċjali u l-impatt fuq l-impjieg tagħhom jenħtieġ li jiġu indirizzati b’mezzi ta’ politika adegwati. Dan jistieden ukoll lill-Istati Membri jużaw finanzjament tal-UE u nazzjonali b’tali mod li jiżguraw li l-impatt soċjali tar-ristrutturar, speċjalment l-effetti negattivi fuq l-impjieg, ikunu jistgħu jittaffew b’mod aktar effettiv. L-istrumenti ewlenin tal-Unjoni li jassistu lill-ħaddiema affettwati huma l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), li huwa maħsub biex joffri assistenza b’mod antiċipatorju, u l-FEG li huwa maħsub biex joffri assistenza fil-każ ta’ avvenimenti ta’ ristrutturar kbar mhux mistennija b’mod reattiv.

(9)L-FEG ġie stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 għall-qafas finanzjarju pluriennali mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013. L-FEG ġie stabbilit biex jippermetti lill-Unjoni turi solidarjetà mal-ħaddiema li tilfu l-impjiegi tagħhom b’riżultat ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni.

(10)Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 ġie estiż fl-2009 bir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 bħala parti mill-Pjan Ewropew ta’ Rkupru Ekonomiku biex jinkludi l-ħaddiema li tilfu l-impjieg tagħhom bħala konsegwenza diretta tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(11)Għat-tul tal-qafas finanzjarju pluriennali mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020, ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 25 , estenda l-kamp ta’ applikazzjoni biex ma jkoprix biss l-ispostamenti tal-impjiegi li jirriżultaw minn taqlib ekonomiku serju kkawżat minn kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali indirizzata fir-Regolament (KE) Nru 546/2009, iżda wkoll minn kwalunkwe kriżi finanzjarja u ekonomika globali ġdida.

(12)Il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu tal-FEG biex tivvaluta kif u kemm il-FEG jilħaq l-objettivi tiegħu. Il-FEG wera li huwa effettiv, u jilħaq rata ta’ riintegrazzjoni ogħla ta’ ħaddiema spostati milli fil-perjodu ta’ programmar preċedenti. L-evalwazzjoni sabet ukoll li l-FEG iġġenera valur miżjud Ewropew. Dan huwa partikolarment minnu fit-termini tal-effetti tal-volum tiegħu, li jfisser li l-assistenza mill-FEG mhux biss iżid in-numru u l-varjetà ta’ servizzi offruti, iżda anki l-livell ta’ intensità tagħhom. Barra minn hekk, interventi tal-FEG ikollhom viżibbiltà għolja u juru l-valur miżjud tal-UE tal-intervent direttament lill-pubbliku ġenerali. Madankollu, ġew identifikati diversi sfidi. Min-naħa l-waħda, il-proċedura tal-mobilizzazzjoni ġiet meqjusa bħala twila wisq. Barra minn hekk, ħafna Stati Membri rrappurtaw problemi biex jiġbru l-analiżi estensiva tal-kuntest li fih seħħ l-avveniment li wassal għas-sensji. Ir-raġuni prinċipali li żżomm lill-Istati Membri li kieku kien ikollhom każ potenzjali tal-FEG milli japplikaw huma problemi finanzjarji u ta’ kapaċità istituzzjonali. Minn banda, dan jista’ jkun biss nuqqas ta’ ħaddiema; bħalissa l-Istati Membri jistgħu jitolbu għal assistenza teknika biss jekk dawn jimplimentaw każ tal-FEG. Billi s-sensji jistgħu jseħħu bla mistenni, ikun importanti li l-Istati Membri jkunu lesti biex jirreaġixxu immedjatament u jkunu jistgħu jissottomettu applikazzjoni mingħajr ebda dewmien. Barra minn hekk, f’ċerti Stati Membri, jidher li jenħtieġu sforzi iktar pronfondi għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali biex tiġi żgurata implimentazzjoni effiċjenti u effettiva tal-każijiet tal-FEG. Il-limitu ta’ 500 impjieg spostat kien ġie kkritikat bħala għoli wisq, speċjalment f’reġjuni inqas popolati 26 .

(13)Il-Kummissjoni tenfasizza l-importanza kontinwa tar-rwol tal-FEG bħala fond flessibbli li jappoġġa lill-ħaddiema li jitilfu l-impjiegi tagħhom f’avvenimenti ta’ ristrutturar fuq skala kbira u li jgħinhom isibu impjieg ieħor malajr kemm jista’ jkun. Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tipprovdi, appoġġ speċifiku ta’ darba biex tkun iffaċilitata r-riintegrazzjoni fid-dinja tax-xogħol tal-ħaddiema spostati f’oqsma, f’setturi, f’territorji jew fi swieq tax-xogħol li jkunu qed ibatu minn xokk ta’ taqlib ekonomiku serju. Meta titqies l-interazzjoni u l-effetti reċiproċi tal-kummerċ miftuħ, tal-bidla teknoloġika jew fatturi oħra bħat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju, u għalhekk meta jitqies il-fatt li qed isir dejjem aktar diffiċli biex jiġi individwat fattur speċifiku li jikkawża l-ispostamenti tal-impjiegi, fil-futur jenħtieġ li l-mobilizzazzjoni tal-FEG tkun ibbażata biss fuq l-impatt sinifikanti ta’ avveniment ta’ ristrutturar. Fid-dawl tal-għan tiegħu, li huwa li jipprovdi appoġġ f’sitwazzjonijiet urġenti u f’ċirkostanzi mhux mistennija, filwaqt li jikkumplimenta assistenza iktar antiċipatorja offruta mill-FSE+, jenħtieġ li l-FEG jibqa’ strument flessibbli u speċjali barra mil-limiti massimi baġitarji tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni. “ Baġit modern għal Unjoni li Tipproteġi, Tagħti s-Setgħa u Tiddefendi - Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027 ” u l- anness 27 tiegħu.

(14)Kif intqal, sabiex tinżamm in-natura Ewropea tal-FEG, jenħtieġ li tiskatta applikazzjoni għal appoġġ meta avveniment ta’ ristrutturar kbir jikkawża impatt sinifikanti fuq l-ekonomija lokali jew reġjonali. Tali impatt jenħtieġ li jiġi ddefinit b’numru minimu ta’ spostamenti tal-impjiegi f’perjodu speċifiku ta’ referenza. Filwaqt li jitqiesu s-sejbiet tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu, jenħtieġ li l-limitu jiġi stabbilit għal 250 spostament ta’ impjieg fi żmien perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur (jew 6 xhur f’każijiet settorjali). Filwaqt li jitqies il-fatt li l-mewġ ta’ sensji f’setturi differenti, iżda fl-istess reġjun ikollhom impatt sinifikanti fuq is-suq tax-xogħol lokali, jenħtieġ li jkunu possibbli wkoll applikazzjonijiet reġjonali. Fi swieq tax-xogħol żgħar, bħal Stati Membri żgħar jew reġjuni remoti, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi kif imsemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE, jew f’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi fil-każ ta’ numru inqas ta’ spostamenti tal-impjiegi.

(15)Sabiex tintwera s-solidarjetà tal-Unjoni mal-ħaddiema spostati u mal-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet, jenħtieġ li r-rata ta’ kofinanzjament tal-ispiża tal-pakkett ta’ servizzi personalizzati u l-implimentazzjoni tiegħu tkun daqs dik tal-FSE+ fl-Istat Membru rispettiv ikkonċernat.

(16)Jenħtieġ li parti mill-baġit tal-Unjoni allokata għall-FEG tiġi implimentata mill-Kummissjoni permezz ta’ ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri skont it-tifsira tar-Regolament (UE, Euratom) [number of the new Financial Regulation] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 28 (“ir-Regolament Finanzjarju”). Għaldaqstant, meta jimplimentaw l-FEG b’ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati jirrispettaw il-prinċipji msemmija fir-Regolament Finanzjarju, bħal ġestjoni finanzjarja soda, trasparenza u nondiskriminazzjoni.

(17)Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tal-Bidla, li huwa bbażat fil-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) f’Dublin, jagħti assistenza lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’analiżijiet kwalitattivi u kwantitattivi sabiex jgħin fil-valutazzjoni tat-tendenzi tal-globalizzazzjoni, tar-ristrutturar u tal-użu tal-FEG.

(18)Il-ħaddiema spostati u l-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet jenħtiep li jkollhom aċċess ugwali għall-FEG, ikun xi jkun it-tip ta’ kuntratt ta’ impjieg jew relazzjoni ta’ impjieg tagħhom. Għalhekk, ħaddiema spostati kif ukoll il-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet jenħtieġ li jitqiesu bħala benefiċjarji tal-FEG possibbli għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

(19)Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG jenħtieġ li jiffokaw prinċipalment fuq miżuri attivi tas-suq tax-xogħol immirati lejn ir-riintegrazzjoni rapida tal-benefiċjarji f’impjieg sostenibbli, fis-settur tal-attività inizjali tagħhom jew barra minnu. Jenħtieġ li l-miżuri jirriflettu l-ħtiġijiet mistennija fis-suq tax-xogħol lokali jew reġjonali. Madankollu, kull meta jkun rilevanti, jenħtieġ li tkun appoġġata wkoll il-mobbiltà tal-ħaddiema spostati biex isibu impjieg ġdid xi mkien ieħor. Jenħtieġ li ssir enfasi partikolari fuq id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era diġitali. L-inklużjoni ta’ allowances ta’ flus f’pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati jenħtieġ li tkun ristretta. Il-kumpaniji jistgħu jiġu mħeġġa biex jipparteċipaw fil-kofinanzjament nazzjonali għall-miżuri li huma appoġġati mill-FEG.

(20)Meta jkunu qed jistabbilixxu l-pakkett ikkoordinat tal-miżuri ta’ politika attiva tas-suq tax-xogħol, jenħtieġ li l-Istati Membri jiffavorixxu miżuri li jkunu se jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-impjegabbiltà tal-benefiċjarji. Jenħtieġ li l-Istati Membri jħabirku għar-riintegrazzjoni f’impjieg sostenibbli tal-akbar numru possibbli ta’ benefiċjarji li jkunu qed jipparteċipaw f’dawn il-miżuri mill-aktar fis possibbli fil-perjodu ta’ sitt xhur qabel ma jkun dovut ir-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja.

(21)Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lill-benefiċjarji żvantaġġati, inklużi ż-żgħażagħ qiegħda u dawk li huma aktar kbar fl-età kif ukoll dawk li jinsabu f’riskju ta’ faqar, meta jkunu qed ifasslu l-pakkett ikkoordinat ta’ miżuri ta’ politika attiva tas-suq tax-xogħol, peress li dawk il-gruppi jesperjenzaw problemi partikolari biex jidħlu mill-ġdid fis-suq tax-xogħol. Minkejja dan, il-prinċipji tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tan-nondiskriminazzjoni, li huma fost il-valuri ewlenin tal-Unjoni u li jinsabu minquxa fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, jenħtieġ li jiġu rrispettati u promossi meta jkun qed jiġi implimentat l-FEG.

(22)Biex il-benefiċjarji jiġu appoġġati b’mod effettiv u rapidu, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu ħilithom kollha sabiex jissottomettu applikazzjonijiet kompluti għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG. F’każ li l-Kummissjoni titlob aktar informazzjoni għall-valutazzjoni ta’ applikazzjoni, jenħtieġ li l-għoti tal-informazzjoni addizzjonali jkun limitat fiż-żmien.

(23)Fl-interess tal-benefiċjarji u tal-korpi responsabbli għall-implimentazzjoni tal-miżuri, jenħtieġ li l-Istati Membri applikanti jżommu lill-atturi kollha li huma involuti fil-proċess tal-applikazzjoni mgħarrfa bil-progress tal-applikazzjoni.

(24)F’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG ma jissostitwixxux il-miżuri ta’ appoġġ li huma disponibbli għall-benefiċjarji fi ħdan il-fondi tal-Unjoni jew politiki jew programmi oħra tal-Unjoni iżda fejn hu possibbli jenħtieġ li jikkomplementawhom.

(25)Jenħtieġ li jiġu inklużi dispożizzjonijiet speċjali għal attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni fuq każijiet tal-FEG u r-riżultati tagħhom.

(26)Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li n-nefqa tkun eliġibbli jew mid-data li fiha Stat Membru jibda jipprovdi servizzi personalizzati jew mid-data li fiha Stat Membru jġarrab nefqa amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-FEG.

(27)Sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet li jinqalgħu b’mod speċjali matul l-ewwel xhur ta’ kull sena, fejn il-possibilitajiet għal trasferimenti minn linji baġitarji oħra jkunu partikolarment diffiċli, jenħtieġ li jkun disponibbli ammont adegwat ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-linja baġitarja tal-FEG fil-proċedura baġitarja annwali.

(28)[Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali u l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ta’ [future date] dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet tal-baġit u dwar ġestjoni finanzjarja soda 29 (“il-Ftehim Interistituzzjonali”) jiddeterminaw il-qafas baġitarju tal-FEG].

(29)Fl-interess tal-benefiċjarji, jenħtieġ li l-assistenza ssir disponibbli malajr u b’mod effiċjenti kemm jista’ jkun. L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-FEG jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar u biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri sabiex tiġi żgurata l-adozzjoni rapida u bla xkiel tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG. Għalhekk, fil-futur jenħtieġ li l-Awtorità Baġitarja tiddeċiedi fuq it-talbiet għal trasferiment sottomessi mill-Kummissjoni, li ma jeħtieġx Proposta tal-Kummissjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG.

(30)Fil-każ li xi intrapriża tagħlaq, il-ħaddiema spostati jistgħu jiġu megħjuna jieħdu f’idejhom xi wħud mill-attivitajiet jew l-attivitajiet kollha ta’ min kien iħaddimhom qabel.

(31)Sabiex jippermettu skrutinju politiku mill-Parlament Ewropew u monitoraġġ kontinwu mill-Kummissjoni tar-riżultati miksuba bl-assistenza tal-FEG, jenħtieġ li l-Istati Membri jissottomettu rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-FEG.

(32)Jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja u għall-ġestjoni u l-kontroll tal-azzjonijiet appoġġati mill-finanzjament tal-Unjoni, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-“Regolament Finanzjarju”) 30 , jew ir-Regolament suċċessur. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġġustifikaw l-użu li jkun sar mill-kontribuzzjoni finanzjarja li jkunu rċevew mill-FEG. Minħabba l-perjodu ta’ implimentazzjoni qasir tal-operazzjonijiet tal-FEG, jenħtieġ li l-obbligi ta’ rapportar jirriflettu n-natura partikolari tal-interventi tal-FEG.

(33)Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jipprevjenu, jidentifikaw u jindirizzaw b’mod effettiv kwalunkwe irregolarità, inkluż frodi mwettqa mill-benefiċjarji. Barra minn hekk, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 31 u r-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2988/95 32 u Nru 2185/96 33 , l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939 34 , l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 35 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji biex kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), lill-l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar is-sejba ta’ irregolaritajiet inkluża l-frodi, u dwar is-segwitu tagħhom kif ukoll dwar is-segwitu tal-investigazzjonijiet tal-OLAF.

(34)Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[1], ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95[2], ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96[3] u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939[4], l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[5]. Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(35)Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz tal-għotjiet, l-akkwist, il-premju, l-implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabilità tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, peress li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-fondi tal-UE.

(36)Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tas-13 ta’ April 2016, hemm il-ħtieġa li dan il-programm jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi tal-monitoraġġ, filwaqt li tiġi evitata r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari għall-Istati Membri. Fejn xieraq, dawn ir-rekwiżiti jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fuq il-post.

(37)Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE tappoġġa l-objettivi tal-klima. Matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-fond, se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni tiegħu.

(38)Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(39)Meta jitqies il-fatt li t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija tirrikjedi ċertu livell ta’ kompetenza diġitali tal-forza tax-xogħol, it-tixrid tal-ħiliet meħtieġa fl-era diġitali jenħtieġ li jkun element orizzontali obbligatorju ta’ kwalunkwe pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati offruti.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG).

Jistipula l-objettivi tal-FEG, il-forom tal-finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ tali finanzjament, inklużi l-applikazzjonijiet mill-Istati Membri għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għal miżuri mmirati lejn il-benefiċjarji msemmija fl-Artikolu 7.

Artikolu 2

Missjoni

L-FEG għandu jikkontribwixxi għal distribuzzjoni aħjar tal-benefiċċji tal-globalizzazzjoni u tal-avvanz teknoloġiku billi jgħin lill-ħaddiema spostati jadattaw għal bidla strutturali. Bħala tali, l-FEG għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipji ddefiniti skont il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u jsaħħaħ il-koeżjoni soċjali u ekonomika fost ir-reġjuni u l-Istati Membri.

Artikolu 3

Objettivi

1.L-objettiv ġenerali tal-FEG huwa li juri solidarjetà mal-ħaddiema spostati u l-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet waqt avvenimenti ta’ ristrutturar kbar mhux mistennija, imsemmija fl-Artikolu 5, u joffrilhom appoġġ.

2.L-objettiv speċifiku tal-FEG huwa li joffri assistenza f’avvenimenti ta’ ristrutturar kbar mhux mistennija, partikolarment dawk ikkawżati minn sfidi relatati mal-globalizzazzjoni, bħal bidliet fix-xejriet kummerċjali dinjija, tilwim kummerċjali, kriżijiet finanzjarji jew ekonomiċi, it-tranżizzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju, jew bħala konsegwenza tad-diġitalizzazzjoni jew tal-awtomatizzazzjoni. Għandu jkun hemm enfasi partikolari fuq miżuri li jgħinu lill-gruppi l-aktar żvantaġġati.

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament,

(a)“ħaddiem spostat” tfisser ħaddiem li l-impjieg tiegħu jintemm qabel iż-żmien minħabba l-għoti tas-sensja, jew li l-kuntratt tiegħu ma jiġġeddidx, minħabba raġunijiet ekonomiċi;

(b)“persuna li taħdem għal rasha” tfisser persuna li impjegat anqas minn 10 ħaddiema;

(c)“benefiċjarju” tfisser persuna li tipparteċipa f’miżuri kofinanzjati tal-FEG.

(d)“irregolarità” tfisser kwalunkwe ksur tal-liġi applikabbli, li jirriżulta minn att jew ommissjoni minn operatur ekonomiku involut fl-implimentazzjoni tal-FEG, li għandu, jew li jista’ jkollu, l-effett li jippreġudika l-baġit tal-Unjoni billi jimposta nefqa mhux ġustifikata f’dan il-baġit.

Artikolu 5

Kriterji ta’ intervent

1.L-Istati Membri jistgħu japplikaw għal kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għal miżuri mmirati lejn il-ħaddiema spostati u l-persuni li jaħdmu għal rashom skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG għandha tiġi pprovduta f’avvenimenti ta’ ristrutturar kbar li jirriżultaw f’dan li ġej:

(a)il-waqfien ta’ attività ta’ aktar minn 250 ħaddiem spostat jew persuni li jaħdmu għal rashom, matul perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur, f’intrapriża fi Stat Membru, inkluż fejn dak il-waqfien japplika fil-fornituri tagħha jew fil-produtturi downstream;

(b)il-waqfien ta’ attività ta’ aktar minn 250 ħaddiem spostat jew persuni li jaħdmu għal rashom, fuq perjodu ta’ referenza ta’ sitt xhur, partikolarment fl-SMEs, fejn kollha kemm huma joperaw fl-istess settur ekonomiku ddefinit fil-livell tad-diviżjoni NACE Reviżjoni 2 u li jkun jinsab f’reġjun wieħed jew f’żewġ reġjuni kontigwi ddefiniti fil-livell NUTS 2 jew f’aktar minn żewġ reġjuni kontigwi ddefiniti fil-livell NUTS 2 sakemm hemm aktar minn 250 ħaddiem jew persuni li jaħdmu għal rashom milqutin fi tnejn mir-reġjuni kombinati;

(c)il-waqfien ta’ attività ta’ aktar minn 250 ħaddiem spostat jew persuni li jaħdmu għal rashom, fuq perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur, partikolarment fl-SMEs, li joperaw fl-istess setturi ekonomiċi jew f’setturi differenti ddefiniti fil-livell tad-diviżjoni NACE Reviżjoni 2 u li jkunu jinsabu fl-istess reġjun iddefinit fil-livell NUTS 2.

3.Fi swieq tax-xogħol żgħar jew f’ċirkostanzi eċċezzjonali, b’mod partikolari fir-rigward ta’ applikazzjonijiet li jinvolvu l-SMEs, fejn tkun debitament motivata mill-Istat Membru applikant, applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan l-Artikolu tista’ tiġi kkunsidrata ammissibbli anke jekk il-kriterji stabbiliti fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 ma jiġux issodisfati kompletament, meta s-sensji jkollhom impatt serju fuq l-impjiegi u fuq l-ekonomija lokali jew reġjonali. L-Istat Membru applikant għandu jispeċifika liema mill-kriterji ta’ intervent stabbiliti fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 mhumiex issodisfati bis-sħiħ. L-ammont aggregat tal-kontribuzzjonijiet f’ċirkostanzi eċċezzjonali ma jistax jaqbeż il-15 % tal-limitu massimu annwali tal-FEG.

4.L-FEG ma jistax jiġi mmobilizzat meta l-ħaddiema jingħataw is-sensja bħala riżultat ta’ tnaqqis fil-baġit li jittieħed minn Stat Membru, li jaffettwa lis-setturi li jiddependu mill-finanzjament pubbliku.

Artikolu 6

Kalkolu tal-ispostamenti u tal-waqfien ta’ attività

1.L-Istat Membru applikant għandu jispeċifika l-metodu użat għall-kalkolu tan-numru ta’ ħaddiema u persuni li jaħdmu għal rashom iddefinit fl-Artikolu 4, għall-fini tal-Artikolu 5.

2.L-Istat Membru applikant għandu jikkalkula n-numru msemmi fil-paragrafu 1 kif inhu, f’waħda mid-dati li ġejjin:

(a)id-data meta l-impjegatur, skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE   36 , jgħarraf bil-miktub lill-awtorità pubblika kompetenti bis-sensji kollettivi pproġettati;

(b)id-data tan-notifika individwali tal-impjegatur ta’ tkeċċija mix-xogħol jew ta’ tmiem tal-kuntratt tax-xogħol tal-ħaddiem;

(c)id-data ta’ meta jintemm de facto l-kuntratt tax-xogħol jew tal-iskadenza tiegħu;

(d)tmiem id-delega mal-impriża utenti; jew

(e)għal persuna li taħdem għal rasha, id-data tal-waqfien tal-attivitajiet kif iddeterminat skont il-liġi nazzjonali jew dispożizzjonijiet amministrattivi.

Fil-każijiet imsemmija fil-punt (a), l-Istat Membru applikant għandu jipprovdi lill-Kummissjoni informazzjoni addizzjonali dwar in-numru reali ta’ sensji li ngħataw skont l-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament, qabel ma titlesta l-valutazzjoni mill-Kummissjoni.

Artikolu 7

Benefiċjarji eliġibbli

L-Istat Membru applikant jista’ jipprovdi pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati skont l-Artikolu 8 kofinanzjat mill-FEG lill-benefiċjari eliġibbli, li jistgħu jinkludu:

(a)ħaddiema spostati u persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet, ikkalkolati skont l-Artikolu 6, fil-perjodi ta’ referenza previsti fl-Artikolu 5;

(b)ħaddiema spostati u persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet, ikkalkolati skont l-Artikolu 6, barra l-perjodu ta’ referenza previst fl-Artikolu 5; jiġifieri 6 xhur qabel il-bidu tal-perjodu ta’ referenza jew bejn it-tmiem tal-perjodu ta’ referenza u l-aħħar jum qabel id-data meta titlesta l-valutazzjoni mill-Kummissjoni.

Il-ħaddiema u l-persuni li jaħdmu għal rashom imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom jitqiesu eliġibbli diment li tkun tista’ tiġi stabbilita rabta kawżali ċara mal-avveniment li jkun skatta s-sensji waqt il-perjodu ta’ referenza.

Artikolu 8

Miżuri eliġibbli

1.Tista’ tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG għal miżuri attivi tas-suq tax-xogħol li jagħmlu parti minn pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati, imfassla biex jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni tal-benefiċjarji speċifikati u, b’mod partikolari, dawk l-aktar żvantaġġati fost il-ħaddiema spostati, f’impjieg jew f’impjieg indipendenti.

Id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era industrijali diġitali hija element orizzontali obbligatorju ta’ kwalunkwe pakkett ta’ servizzi personalizzati offruti. Il-livell ta’ taħriġ għandu jiġi adattat għall-kwalifiki u l-ħtiġijiet tal-benefiċjarju rispettiv.

Il-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati jista’ partikolarment jinkludi:

(a)taħriġ u taħriġ mill-ġdid imfasslin apposta, inkluż f’ħiliet ta’ teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u f’ħiliet oħrajn meħtieġa fl-era diġitali, iċ-ċertifikazzjoni tal-esperjenza miksuba, assistenza għat-tfittix ta’ impjieg, gwida okkupazzjonali, servizzi konsultattivi, mentoraġġ, assistenza għar-rikollokazzjoni, il-promozzjoni tal-intraprenditorija, assistenza għal impjieg indipendenti, gћall-ftuħ ta’ negozji u ta’ teħid ta’ kontroll mill-impjegati, u attivitajiet ta’ kooperazzjoni;

(b)miżuri speċjali b’limitu ta’ żmien, bħal allowances għat-tfittix ta’ impjieg, inċentivi għar-reklutaġġ tal-impjegaturi, allowances għall-mobbiltà, allowances għat-taħriġ jew għas-sussistenza, inklużi allowances għall-persuni li jindukraw.

L-ispejjeż tal-miżuri msemmija fil-punt (b) ma għandhomx jaqbżu l-35 % tal-ispejjeż totali għall-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati elenkati f’dan il-paragrafu.

L-investimenti għal impjieg indipendenti, il-bidu ta’ negozju jew it-teħid ta’ kontroll mill-impjegati ma għandhomx jaqbżu l-EUR 20 000 għal kull ħaddiem spostat.

It-tfassil tal-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati għandu jantiċipa l-perspettivi futuri tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet meħtieġa. Il-pakkett ikkoordinat għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u sostenibbli, u għandu jiffoka wkoll fuq id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era industrijali diġitali u jqis id-domanda fis-suq tax-xogħol lokali.

2.Dawn il-miżuri li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG:

(a)miżuri speċjali b’limitu ta’ żmien imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, li mhumiex kundizzjonali fuq il-parteċipazzjoni tal-benefiċjarji speċifikati f’attivitajiet ta’ tfittxija tax-xogħol jew ta’ taħriġ;

(b)miżuri li huma r-responsabbiltà ta’ intrapriżi skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi.

Il-miżuri appoġġati mill-FEG ma għandhomx jissostitwixxu l-miżuri passivi ta’ protezzjoni soċjali.

3.Il-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi għandu jitfassal b’konsultazzjoni mal-benefiċjarji speċifikati jew mar-rappreżentanti tagħhom, jew mas-sħab soċjali.

4.Fuq inizjattiva tal-Istat Membru applikant, tista’ ssir kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG għall-attivitajiet ta’ tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, kontroll u rapportar.

Artikolu 9

Applikazzjonijiet

1.L-Istat Membru applikant għandu jissottometti applikazzjoni lill-Kummissjoni fi żmien 12-il ġimgħa mid-data meta jkunu ġew issodisfati l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(2) jew (3).

2.Fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, jew, fejn applikabbli, mid-data li fiha l-Kummissjoni jkollha f’idejha t-traduzzjoni tal-applikazzjoni, tkun liema tkun l-aħħar waħda li tasal, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru bi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jkollha bżonn sabiex tivvaluta l-applikazzjoni.

3.Fejn tali informazzjoni addizzjonali tkun rikjesta mill-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jwieġeb fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol mid-data tat-talba. Din l-iskadenza għandha tiġi estiża mill-Kummissjoni b’għaxart ijiem ta’ xogħol, fuq talba debitament ġustifikata tal-Istat Membru kkonċernat.

4.Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tlesti l-valutazzjoni tagħha tal-konformità tal-applikazzjoni mal-kundizzjonijiet rekwiżiti biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja, fi żmien 60 jum ta’ xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni kompluta jew, fejn applikabbli mit-traduzzjoni tal-applikazzjoni. Fejn il-Kummissjoni, ma tkunx tista’ tirrispetta din l-iskadenza, għandha tagħti spjegazzjoni bil-miktub fejn tagħti r-raġunijiet tad-dewmien.

5.Applikazzjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)valutazzjoni tan-numru ta’ sensji skont l-Artikolu 6, inkluż il-metodu ta’ kalkolu;

(b)il-konferma li, fejn l-intrapriża li tat is-sensji kompliet għaddejja bl-attivitajiet tagħha wara li tkun tat is-sensji, hija tkun irrispettat l-obbligi ġuridiċi tagħha li jirregolaw is-sensjar;

(c)deskrizzjoni qasira tal-avvenimenti li wasslu għall-ispostament tal-ħaddiema;

(d)l-identifikazzjoni, fejn applikabbli, tal-intrapriżi li taw is-sensji, il-fornituri jew il-produtturi downstream, is-setturi, u l-kategoriji ta’ benefiċjarji speċifikati mqassma skont is-sess, il-grupp ta’ età u l-livell tal-edukazzjoni;

(e)l-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward tal-ekonomija u l-impjiegi lokali, reġjonali jew nazzjonali;

(f)deskrizzjoni ddettaljata tal-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati u n-nefqa relatata, inkluż, b’mod partikolari, kwalunkwe miżura li tkun b’appoġġ għall-inizjattivi ta’ impjiegi għall-benefiċjarji żvantaġġati, ta’ età akbar u żgħażagħ;

(g)spjegazzjoni dwar kemm tqiesu r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fil-Qafas ta’ Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u tar-ristrutturar, u kif il-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati jikkomplementa l-azzjonijiet iffinanzjati minn fondi oħrajn nazzjonali jew tal-Unjoni, inkluż informazzjoni dwar miżuri li huma obbligatorji għall-intrapriżi li taw is-sensji kkonċernati skont il-liġi nazzjonali jew b’konformità mal-ftehimiet kollettivi;

(h)il-baġit stmat għal kull wieħed mill-komponenti tal-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati b’appoġġ għall-benefiċjarji speċifikati u għal kwalunkwe attività ta’ tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, kontroll u rapportar;

(i)għall-finijiet ta’ evalwazzjoni, miri speċifiċi għall-każ indikattivi ddefiniti mill-Istat Membru fir-rigward tar-rata ta’ impjieg mill-ġdid tal-benefiċjarji 6 xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta’ implimentazzjoni;

(j)id-dati li fihom inbdew jew għad iridu jinbdew is-servizzi personalizzati għall-benefiċjarji speċifikati u l-attivitajiet biex jiġi implimentat l-FEG, kif stabbilit fl-Artikolu 8;

(k)il-proċeduri li ttieħdu biex jiġu kkonsultati l-benefiċjarji speċifikati jew ir-rappreżentanti tagħhom jew is-sħab soċjali kif ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali jew organizzazzjonijiet rilevanti oħra kif applikabbli;

(l)stqarrija ta’ konformità tal-appoġġ mitlub mill-FEG bir-regoli proċedurali u materjali tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat kif ukoll stqarrija li tiddeskrivi r-raġuni għaliex il-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati ma jiħux post il-miżuri li huma r-responsabbiltà ta’ kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi;

(m)is-sorsi ta’ prefinanzjament jew ta’ kofinanzjament nazzjonali u kofinanzjament ieħor jekk applikabbli.

Artikolu 10

Komplementarjetà, konformità u koordinazzjoni

1.Kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG ma għandhiex tieħu post miżuri li huma r-responsabbiltà ta’ kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi.

2.L-appoġġ għall-benefiċjarji speċifikati għandu jikkomplementa l-miżuri tal-Istati Membri fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali inklużi dawk kofinanzjati mill-fondi tal-Unjoni, b’konformità mar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fil-Qafas ta’ Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u tar-ristrutturar.

3.Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex tipprovdi appoġġ ta’ darba, b’mod temporanju, għall-benefiċjarji speċifikati. Il-miżuri appoġġati mill-FEG għandhom ikunu konformi mal-liġi tal-Unjoni u mal-liġi nazzjonali, inklużi r-regoli dwar għajnuna mill-Istat.

4.Skont ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istat Membru applikant għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni tal-assistenza mill-fondi tal-Unjoni.

5.L-Istat Membru applikant għandu jiżgura li l-miżuri speċifiċi li jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG ma jirċivux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni.

Artikolu 11

Ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u n-nondiskriminazzjoni

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi jkunu parti integrali mill-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG u jiġu promossi matulha.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi xierqa kollha sabiex jipprevjenu kwalunkwe diskriminazzjoni msejsa fuq sess, identità sesswali, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali fl-aċċess għall-FEG u matul l-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja.

Artikolu 12

Assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni

1.Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, perċentwal ta’ mhux aktar minn 0.5 % tal-limitu massimu annwali tal-FEG jista’ jintuża għall-assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tiegħu, bħal attivitajiet ta’ tħejjija, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditjar u evalwazzjoni, inkluż is-sistemi corporate tas-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva, attivitajiet ta’ komunikazzjoni u dawk li jsaħħu l-viżibbiltà tal-FEG u miżuri amministrattivi oħrajn u ta’ assistenza teknika. Tali miżuri jistgħu jkopru perjodi ta’ programmar futuri u preċedenti.

2.Suġġett għal-limitu massimu stabbilit fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tissottometti talba biex l-approprjazzjonijiet għall-assistenza teknika jiġi ttrasferiti għal-linji baġitarji rilevanti b’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju.

3.Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-assistenza teknika fuq inizjattiva tagħha stess taħt ġestjoni diretta jew indiretta skont il-punti (a) u (c) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju.

4.L-assistenza teknika tal-Kummissjoni għandha tinkludi l-għoti ta’ informazzjoni u gwida għall-Istati Membri għall-użu, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-FEG. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll informazzjoni flimkien ma’ gwida ċara dwar l-użu tal-FEG lis-sħab soċjali Ewropej u nazzjonali. Il-miżuri ta’ gwida jistgħu jinkludu wkoll il-ħolqien ta’ task forces f’każijiet ta’ taqlib ekonomiku sever fi Stat Membru.

Artikolu 13

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni billi jipprovdu informazzjoni koerenti, effettiva u mmirata lil udjenzi multipli, inklużi informazzjoni mmirata lill-benefiċjarji, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali, il-midja u l-pubbliku.

L-Istati Membri għandhom jużaw l-emblema tal-UE skont l-[Anness VIII tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni] flimkien ma’ dikjarazzjoni sempliċi tal-finanzjament (“iffinanzjat/kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea”).

2.Il-Kummissjoni għandha żżomm preżenza online u taġġornaha regolarment, li tkun aċċessibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, biex tipprovdi informazzjoni aġġornata dwar l-FEG, gwida dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, kif ukoll informazzjoni dwar applikazzjonijiet aċċettati u miċħuda u dwar ir-rwol tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-proċedura baġitarja.

3.Il-Kummissjoni għandha timplimenta attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar il-każijiet tal-FEG u r-riżultati tagħhom abbażi ta’ esperjenzi bl-iskop li ttejjeb l-effikaċja tal-FEG u tiżgura li ċ-ċittadini u l-ħaddiema tal-Unjoni jkunu jafu bil-FEG.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull materjal ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà jkun disponibbli fuq talba għall-Istituzzjonijiet, il-korpi jew l-aġenziji tal-Unjoni, u l-Unjoni tingħata liċenzja mingħajr dritt dovut għall-użu ta' proprjetà, mhux esklussiva u irrevokabbli biex tuża dan il-materjal u kwalunkwe dritt preeżistenti marbut magħha. Il-liċenzja jagħti d-drittijiet li ġejjin lill-Unjoni:

   użu intern, jiġifieri d-dritt li tirriproduċi, tikkopja u tagħmel disponibbli materjal ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà għall-UE u għall-istituzzjonijiet tal-Istati Membri tal-UE u l-aġenziji u l-impjegati tagħhom;

   ir-riproduzzjoni ta’ materjal ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà b’kull mezz u f’kull forma, bis-sħiħ jew parzjalment;

   il-komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ materjal ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà bl-użu ta’ kwalunkwe u kull mezz ta’ komunikazzjoni;

   id-distribuzzjoni lill-pubbliku ta’ materjal ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà (jew kopji tiegħu) fi kwalunkwe u f’kull forma;

   il-ħżin u l-arkivjar ta’ materjal ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà

   is-subliċenzjar tad-drittijiet ta’ materjal ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà lil partijiet terzi

Jistgħu jingħataw drittijiet addizzjonali lill-Unjoni.

4.Ir-riżorsi allokati għall-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll sabiex tiġi koperta l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sakemm ikunu relatati mal-objettivi ġenerali msemmija fl-Artikolu 3.

Artikolu 14

Determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja

1.Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 9 u b’mod partikolari wara li tikkunsidra n-numru ta’ benefiċjarji speċifikati, il-miżuri proposti u l-istima tal-ispejjeż, tevalwa u tipproponi mill-aktar fis possibbli l-ammont ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, jekk teżisti, li jista’ jsir fil-limiti tar-riżorsi disponibbli.

2.Ir-rata ta’ kofinanzjament tal-FEG għall-miżuri offruti għandha tkun allinjata mal-ogħla rata ta’ kofinanzjament tal-FSE+ fl-Istat Membru rispettiv.

3.Fejn, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 9, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament ikunu ġew issodisfati, hija għandha tagħti bidu minnufih għall-proċedura spjegata fl-Artikolu 16.

4.Fejn, abbażi tal-valutazzjoni li tkun saret skont l-Artikolu 9, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja ma jkunux ġew issodisfati taħt dan ir-Regolament, hija għandha immedjatament tinnotifika lill-Istat Membru applikant.

Artikolu 15

Perjodu ta ' eliġibbiltà

1.In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mid-dati stabbiliti fl-applikazzjoni skont il-punt (j) tal-Artikolu 9(5) li fihom l-Istat Membru kkonċernat jibda, jew huwa mistenni li jibda jipprovdi s-servizzi personalizzati għall-benefiċjarji speċifikati jew iġarrab in-nefqa amministrattiva sabiex jiġi implimentat l-FEG, skont l-Artikolu 8 (1) u (4).

2.L-Istat Membru għandu jwettaq il-miżuri eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 8 mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja.

3.Il-perjodu ta’ implimentazzjoni huwa l-perjodu mid-dati stabbiliti fl-applikazzjoni skont il-punt (j) tal-Artikolu 9(5) li fih l-Istat Membru kkonċernat jibda s-servizzi personalizzati għall-benefiċjarji speċifikati u l-attivitajiet biex jiġi implimentat l-FEG, kif stabbilit fl-Artikolu 8, u jintemm 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja.

4.Fejn benefiċjarju jidħol għal kors edukattiv jew ta’ taħriġ li jdum sentejn jew aktar, in-nefqa għal tali kors għandha tkun eliġibbli għall-kofinanzjament tal-FEG sad-data meta mistenni joħroġ ir-rapport finali msemmi fl-Artikolu 20(1), kemm-il darba n-nefqa rilevanti tkun iġġarrbet qabel dik id-data.

5.In-nefqa skont l-Artikolu 8(4) għandha tkun eliġibbli sad-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tar-rapport finali skont l-Artikolu 20(1).

Artikolu 16

Proċedura baġitarja u implimentazzjoni

1.Fejn il-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-kundizzjonijiet biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG ikunu ġew issodisfati, din għandha tissottometti talba għal trasferiment lejn il-linji baġitarji rilevanti skont l-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju.

2.It-talba ta’ trasferiment jeħtieġ li tkun akkumpanjata minn sommarju tal-eżaminazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikazzjoni.

3.Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Kummissjoni tiġi nnotifikata bl-approvazzjoni tat-trasferiment baġitarju mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Din id-deċiżjoni għandha tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament fit-tifsira tal-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 17

Il-pagament u l-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja

1.Wara d-dħul fis-seħħ ta’ deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 16(3), il-Kummissjoni għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istat Membru kkonċernat f’pagament uniku ta’ prefinanzjament ta’ 100 %, fil-prinċipju fi żmien 15-il ġurnata ta’ xogħol. Il-prefinanzjament għandu jiġi approvat ladarba l-Istat Membru jissottometti d-dikjarazzjoni ċċertifikata tan-nefqa skont l-Artikolu 20(1). L-ammont li ma jintefaqx għandu jiġi rimborżat lill-Kummissjoni.

2.Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi implimentata skont ġestjoni kondiviża skont l-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju.

3.It-termini tekniċi ddettaljati tal-finanzjament għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 16(3).

4.Meta jwettaq il-miżuri li jinsabu fil-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jissottometti proposta lill-Kummissjoni sabiex jemenda l-azzjonijiet inklużi biż-żieda ta’ miżuri eliġibbli oħrajn elenkati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 8(1), sakemm dawk l-emendi jkunu debitament ġustifikati u ma jaqbżux il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 16(3). Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-emendi proposti u, jekk taqbel magħhom, għandha temenda d-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja skont dan.

5.L-Istat Membru kkonċernat għandu jkollu l-flessibbiltà li jalloka mill-ġdid l-ammonti bejn il-partiti tal-baġit stabbiliti fid-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 16(3). F’każ li riallokazzjoni taqbeż iż-żieda ta’ 20 % għal partita waħda jew aktar mill-partiti speċifikati, l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni minn qabel.

Artikolu 18

Użu tal-euro

L-applikazzjonijiet, id-deċiżjonijiet dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u r-rapporti li jaqgħu taħt dan ir-Regolament, kif ukoll kwalunkwe dokument relatat ieħor, għandu jesprimi l-ammonti kollha f’euro.

Artikolu 19

Indikaturi

1.    L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness.

2.    Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u f’waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati għall-Istati Membri.

3.    Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 25 biex temenda l-indikaturi fl-Anness fejn jitqies neċessarju biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-użu tal-fond.

Artikolu 20

Ir-rapport finali u l-għeluq

1.Sa mhux aktar tard mit-tmiem tas-seba’ xahar wara li jiskadi l-perjodu speċifikat fl-Artikolu 15(3), l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta rapport finali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja, inkluż informazzjoni dwar:

(a)it-tip ta’ miżuri u r-riżultati prinċipali, li jispjegaw l-isfidi, it-tagħlimiet meħuda, is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet ma’ fondi oħra tal-UE u li tindika, fejn ikun possibbli, il-komplementarjetà tal-miżuri ma’ dawk iffinanzjati minn programmi oħra nazzjonali jew tal-Unjoni f’konformità mal-Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar;

(b)l-ismijiet tal-korpi li jwettqu l-pakkett ta’ miżuri fl-Istat Membru,

(c)l-indikaturi stabbiliti fl-Artikolu 19;

(d)ir-riżultati ta’ stħarriġ tal-benefiċjarju mwettaq sitt xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta’ implimentazzjoni, li għandu jkopri l-bidla perċepita fl-impjegabbiltà tal-benefiċjarji, jew għal dawk li diġà sabu impjieg, aktar informazzjoni dwar il-kwalità tal-impjieg li jkun instab, bħall-bidla fis-sigħat tax-xogħol, il-livell ta’ responsabbiltà jew il-bidla fil-livell tas-salarju meta mqabbel mal-impjieg preċedenti, u s-settur li fih il-persuna tkun sabet impjieg u t-tqassim ta’ din l-informazzjoni skont is-sess, il-grupp ta’ età u l-livell tal-edukazzjoni;

(e)jekk l-impriża li tat is-sensji, bl-eċċezzjoni tal-mikrointrapriżi u l-SMEs, kienet benefiċjarja ta’ għajnuna mill-Istat jew ta’ finanzjament preċedenti mill-fondi ta’ koeżjoni jew strutturali tal-Unjoni fil-ħames snin ta’ qabel;

(f)dikjarazzjoni li tiġġustifika n-nefqa.

2.Sa mhux aktar tard mit-tmiem tad-dsatax-il xahar wara li jiskadi l-perjodu speċifikat fl-Artikolu 15(3), l-Istat Membru kkonċernat għandu jissottometti s-sett tad-data sempliċi li jinforma l-indikatur tar-riżultati fuq żmien itwal speċifikat fil-punt (3) tal-Anness:

3.Sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara li l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni kollha meħtieġa skont il-paragrafu 1, għandha tagħlaq il-kontribuzzjoni finanzjarja billi tiddetermina l-ammont finali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG u, jekk ikun hemm, il-bilanċ li għandu jitħallas mill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 24. L-għeluq għandu jkun jiddependi mill-provvdiment tal-indikatur tar-riżultati fuq żmien itwal skont il-paragrafu 2.

Artikolu 21

Rapport biennali

1.Sal-1 ta’ Awwissu 2021 u kull sentejn minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport komprensiv, kwantitattiv u kwalitattiv dwar l-attivitajiet taħt dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 li saru fis-sentejn ta’qabel. Ir-rapport għandu jiffoka prinċipalment fuq ir-riżultati miksuba mill-FEG u b’mod partikolari għandu jkun fih informazzjoni li għandha x’taqsam mal-applikazzjonijiet sottomessi, mad-deċiżjonijiet adottati, mal-miżuri ffinanzjati, inkluża l-istatistika dwar l-indikaturi stabbiliti fl-Anness, u l-komplementarjetà ta’ tali miżuri ma’ miżuri ffinanzjati minn fondi oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari l-FSE+, u informazzjoni relatata mal-għeluq tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jkunu saru u għandu jiddokumenta wkoll dawk l-applikazzjoniijet li jkunu ġew irrifjutati jew imnaqqsa minħabba nuqqas ta’ approprjazzjonijiet suffiċjenti jew in-nuqqas ta’ eliġibbiltà.

2.Ir-rapport għandu jiġi trasmess għall-informazzjoni lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lis-sħab soċjali.

Artikolu 22

Evalwazzjoni

1.Kull erba’ snin, fuq inizjattiva tagħha stess u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-FEG.

2.Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu trażmessi, għall-informazzjoni, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lis-sħab soċjali. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjonijiet għandhom jitqiesu għat-tfassil ta’ programmi ġodda fil-qasam tal-impjiegi u tal-affarijiet soċjali jew l-iżvilupp ulterjuri ta’ programmi eżistenti.

3.L-evalwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu statistika rilevanti dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjari, imqassma skont l-Istat Membru.

4.Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-FEG biex jikseb l-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25 biex temenda l-Anness biex tirrevedi jew tikkomplementa l-indikaturi fejn jitqies neċessarju u biex tissuplimenta dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni.

Artikolu 23

Ġestjoni u kontroll finanzjarju

1.Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Kummissjoni biex timplimenta l-baġit ġenerali tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jassumu r-responsabbiltà għall-ġestjoni tal-miżuri appoġġati mill-FEG u l-kontroll finanzjarju tal-miżuri. Il-passi li jieħdu għandhom jinkludu:

(a)il-verifika li ġew stabbiliti l-ftehimiet tal-ġestjoni u l-kontroll u li qed jiġu implimentati b’tali mod li jiżguraw li l-fondi tal-Unjoni qed jintużaw b’mod effiċjenti u korrett, b’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba;

(b)l-iżgurar li t-twassil tad-data tal-monitoraġġ huwa rekwiżit obbligatorju f’kuntratti mal-korpi li jwettqu l-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati;

(c)il-verifika li l-miżuri ffinanzjati twettqu kif xieraq;

(d)l-iżgurar li l-infiq iffinanzjat huwa bbażat fuq dokumenti ta’ ġustifikazzjoni verifikabbli, u huwa legali u regolari;

(e)il-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni ta’ irregolaritajiet inkluż il-frodi u l-irkupru ta’ ammonti li tħallsu mingħajr ma kienu dovuti flimkien mal-interessi fuq pagamenti tard fejn xieraq. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar l-irregolaritajiet, inkluż il-frodi lill-Kummissjoni.

2.Għall-għanijiet tal-Artikolu [63(3)?] tar-Regolament Finanzjarju, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw il-korpi responsabbli mill-ġestjoni u l-kontroll tal-miżuri appoġġati mill-FEG. Dawk il-korpi għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni stabbilita fl-[Artikolu 63(5), (6) u (7) ?] tar-Regolament Finanzjarju dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja meta jissottomettu r-rapport finali msemmi fl-Artikolu 20(1) ta’ dan ir-Regolament.

Fejn l-awtoritajiet maħtura skont ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 jkunu pprovdew biżżejjed garanziji li l-pagamenti huma legali u regolari, u kkontabilizzati kif xieraq, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jinnotifika lill-Kummissjoni li dawn l-awtoritajiet huma kkonfermati skont dan ir-Regolament. F’dan il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jindika liema awtoritajiet huma kkonfermati u li l-funzjoni tagħhom.

3.L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa fejn tkun aċċertata irregolarità. Il-korrezzjonijiet magħmula mill-Istati Membri għandhom jikkonsistu fit-tħassir ta’ parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja jew tal-kontribuzzjoni finanzjarja kollha. Fejn jirriżulta li kien hemm irregolarità l-Istati Membri għandhom jirkupraw kull ammont li tħallas indebitament, iħallsu lura lill-Kummissjoni u, meta l-ammont ma jitħallasx f’waqtu fil-limitu ta’ żmien mogħti mill-Istat Membru involut, għandu jitħallas l-imgħax.

4.Il-Kummissjoni, fir-responsabbiltà tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, għandha tieħu l-passi kollha neċessarji biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jitwettqu b’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. Hija r-responsabbiltà tal-Istat Membru applikant biex jiżgura li għandu sistemi ta’ maniġment u ta’ kontroll li qed jaħdmu tajjeb. Il-Kummissjoni għandha tivverifika hija stess l-eżistenza ta’ dawn is-sistemi.

Għal dak l-iskop, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Qorti tal-Awdituri jew għall-verifiki magħmulin mill-Istat Membru skont il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali, l-uffiċjali jew impjegati tal-Kummissjoni jistgħu jwettqu verifiki fil-post, inklużi verifiki rappreżentattivi, dwar il-miżuri ffinanzjati mill-FEG b’avviż li jintbagħat fiż-żmien minimu ta’ jum ta’ xogħol. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istat Membru applikant bl-iskop li takkwista l-assistenza neċessarja meħtieġa. Uffiċjali jew impjegati tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jieħdu sehem f’dawn il-verifiki.

5.Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25 biex tissupplimenta l-paragrafu 1(e) billi tistabbilixxi il-kriterji għad-determinazzjoni tal-każijiet ta’ irregolarità li jridu jiġu rrappurtati u d-data li trid tiġi pprovduta.

6.Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format li għandu jintuża għar-rappurtar tal-irregolaritajiet skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 26(2) sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

7.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti ta’ ġustifikazzjoni li jirrigwardaw in-nefqa magħmula jinżammu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri għal perjodu ta’ tliet snin wara l-għeluq ta’ kontribuzzjoni finanzjarja riċevuta mill-FEG.

Artikolu 24

Irkupru tal-kontribuzzjoni finanzjarja

1.F’każijiet fejn l-ispiża attwali tal-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati tkun inqas mill-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 16, il-Kummissjoni għandha tirkupra l-ammont korrispondenti wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu.

2. Jekk, wara li jkunu tlestew il-verifiki meħtieġa, il-Kummissjoni tikkonkludi li Stat Membru jkun naqas milli jikkonforma mal-obbligi ddikjarati fid-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja jew ma jkunx konformi mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 23(1), hija għandha tagħti lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu. Jekk ma jkun intlaħaq l-ebda ftehim, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni biex tagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa billi tikkanċella l-kontribuzzjoni kollha tal-FEG għall-miżura inkwistjoni jew parti minnha. Dik id-deċiżjoni għandha tittieħed fi żmien 12-il xahar wara li jkunu waslu l-osservazzjonijiet tal-Istat Membru. Fejn jirriżulta li kien hemm irregolarità l-Istat Membru kkonċernat għandu jirkupra kull ammont li tħallas indebitament, meta l-Istat Membru applikant ma jħallasx l-ammont fil-limitu ta’ żmien mogħti, għandu jitħallas l-imgħax moratorju.

Artikolu 25
Eżerċizzju tad-delega

1.Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 19(3) u fl-Artikolu 23(5) għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-Artikolu 23(5) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 19(3) u l-Artikolu 23(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 26
Proċedura ta' Kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 27

Dispożizzjoni tranżitorja

Ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 għandu jibqa’ japplika għall-applikazzjonijiet sottomessi sal-31 ta’ Diċembru 2020. Dan għandu japplika sal-għeluq tal-każijiet rispettivi.

Artikolu 28

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika għall-applikazzjonijiet sottomessi mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam(oqsma) ta’ politika kkonċernat(i) (raggruppament ta’ programmi)

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.Durata u impatt finanzjarju

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata(i)

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG).

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni kif inkluż fil-Pjan ta’ Ġestjoni għall-2018 tad-DĠ EMPL

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 37  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew dirottar ta' azzjoni waħda jew aktar lejn/ma' azzjoni oħra jew azzjoni ġdida 

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.4.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Ir-Regolament (KE) Nru 1309/2013 irid jiġi rivedut sal-aħħar tal-2020. Ir-reviżjoni, li titwettaq permezz ta’ Proposta għal Regolament, tippermetti li l-Fond ikompli, jkabbar l-objettiv tiegħu li joffri appoġġ lil ħaddiema spostati u persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet waqt avvenimenti ta’ ristrutturar kbar mhux mistennija, u jemenda xi dettalji tekniċi biex ikun hemm aktar koerenza u sinerġiji, flessibbiltà, fokus fuq il-prestazzjoni, u simplifikazzjoni.

1.4.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-kumplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li altrimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.

Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (ex post) previst permezz tal-FEG jagħmilha possibbli li jiġu kkumplimentati miżuri nazzjonali biex jiġu riintegrati l-ħaddiema li ngħataw is-sensja billi joffilhom kombinazzjoni unika ta’ miżuri mfasslin apposta li jwasslu għal riżultati aktar sostenibbli, iżidu l-istima personali tal-benefiċjarji, li fl-aħħar ikollhom approċċ aktar proattiv fit-tfittxija tal-impjiegi, u jtejbu l-impjegabbiltà tagħhom. L-esperjenza miksuba sa issa mill-FEG tindika li l-għajnuna offruta ma kinetx tkun disponibbli mingħajr l-involviment tal-FEG.

1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Ara l-esperjenza miksuba taħt ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 kif stipulat fil-Memorandum ta' Spjegazzjoni tal-Proposta għal Regolament.

1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma' strumenti oħra xierqa

L-FSE+ u l-FEG se jibqgħu jikkumplimentaw lil xulxin, hekk kif l-FSE+ se jkompli jiffunzjona bħala fond preventiv u antiċipatorju, filwaqt li l-FEG se jibqa’ Fond reattiv ta’ emerġenza barra mill-QFP. Pereżempju, l-FSE+ se jikkomplementa l-FEG billi jappoġġa b’mod proattiv miżuri adegwati f’żoni li jinsabu f’riskju minħabba l-isfidi ekonomiċi prevedibbli. L-appoġġ għall-benefiċjarji speċifikati għandu jikkomplementa l-miżuri tal-Istati Membri fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali inklużi dawk ikkofinanzjati mill-fondi tal-Unjoni, b’konformità mar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fil-Qafas ta’ Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar (QFR).

1.5.Durata u impatt finanzjarju

 durata limitata

   b’effett mill-01/01/2021

   L-impatt finanzjarju mill-2021 sal-2027 għall-approprjazzjonijiet tal-impenji u mill-2021 sal-2031 għall-approprjazzjonijiet tal-pagamenti.

 durata illimitata

Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu minn SSSS sa SSSS, segwita minn operazzjoni bi skala sħiħa.

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 38  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

il-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

korpi tal-liġi pubblika;

korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

[…]

[…]

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

L-Artikolu 21 tar-Regolament propost jeżiġi li kull sentejn il-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport kwalitattiv u kwantitattiv dwar l-attivitajiet imwettqa skont ir-Regolament propost kif ukoll skont ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 fis-sentejn ta’ qabel. Dan ir-rapport għandu jiffoka prinċipalment fuq ir-riżultati miksuba mill-FEG u għandu jinkludi b’mod partikolari informazzjoni li għandha x’taqsam mal-applikazzjonijiet sottomessi, mad-deċiżjonijiet adottati, mal-miżuri ffinanzjati,

Skont l-Artikolu 22 tar-Regolament propost, qabel tmiem it-30 ta’ Ġunju 2025, il-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni interim dwar il-finanzjament mobilizzat tal-FEG. Sal-31 ta’ Diċembru 2029, il-Kummissjoni hija meħtieġa twettaq evalwazzjoni ex post tal-finanzjament mobilizzat tal-FEG.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposti

Ir-rekwiżiti applikabbli għall-ġestjoni u l-kontroll finanzjarju huma stabbiliti fl-Artikolu 23 tar-Regolament propost.

Il-FEG huwa u se jibqa’ taħt ġestjoni kondiviża. L-esperjenza wriet li pakkett ta’ servizzi personalizzati mfassla apposta jeħtieġ li jitfassal mill-awtorità li hija l-eqreb taċ-ċittadini. Skont l-Istat Membru u t-tip ta’ każ ta’ ristrutturar, din normalment tkun awtorità lokali, reġjonali jew nazzjonali. Għalhekk, il-kompiti ta’ implimentazzjoni se jiġu ddelegati lill-awtoritajiet tal-Istati Membri. L-intervent tal-UE huwa meħtieġ minħabba d-daqs tal-impatt tas-sensji, iżda skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà se jiġi limitat għal dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi li l-Unjoni turi solidarjetà mal-ħaddiema spostati.

Fid-dawl tal-għan tiegħu, li huwa li jipprovdi appoġġ f’sitwazzjonijiet urġenti u ċirkostanzi mhux mistennija, l-FEG għandu jibqa’ strument flessibbli u speċjali barra mil-limiti massimi baġitarji tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali.

Il-mekkaniżmu tal-mobilizzazzjoni huwa stabbilit fl-Artikolu 16 tar-Regolament propost. Il-Kummissjoni għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istat Membru kkonċernat f’pagament uniku ta’ prefinanzjament ta’ 100 %.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Ir-riskji huma dawk marbuta mal-ġestjoni konġunta tal-Fondi Komunitarji.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

Ir-rekwiżiti applikabbli għall-ġestjoni u l-kontroll finanzjarju huma stabbiliti fl-Artikolu 23 tar-Regolament propost.

F’termini tar-rata ta’ errur(i) mistennija, f’dan l-istadju tal-proposti legiżlattivi, l-għan hu li r-rata ta’ errur tinżamm taħt il-limitu ta’ 2%. Limitu tal-materjalità differenti jista’ jiġi diskuss biss abbażi ta’ każ b’każ fid-dawl tad-dibattitu leġiżlattiv, partikolarment meta l-Awtorità Leġiżlattiva ma tapprovax (bis-sħiħ) is-simplifikazzjonijiet tal-programm proposti u/jew tillimita l-kontrolli, li jkollu konsegwenzi fuq ir-rata ta’ errur mistennija. Dan imbagħad jirrikjedi approċċ koordinat.]

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Il-miżuri biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-irregolaritajiet huma stipulati fl-Artikolu 23(1)(e) u fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament propost.

Fil-każ tal-fondi ta’ ġestjoni kondiviża hemm l-Istrateġija Konġunta Kontra l-Frodi (JAFS) għall-2015-2020 tad-DĠ Politika Reġjonali u Urbana, id-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni u d-DĠ Affarijiet Marittimi u Sajd li hija aktar speċifika.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija kontra l-frodi (COM(2011)376 final tal-24.6.2011) tilqa’ l-istrateġija eżistenti bħala inizjattiva tal-aqwa prattika u tipprevedi azzjonijiet komplimentari għaliha, bl-aktar importanti tkun li l-proposta tal-Kummissjoni għar-regolamenti tal-2014-2020 jeħtieġu lill-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ miżuri tal-prevenzjoni tal-frodi. Il-proposta attwali tal-Kummissjoni tinkludi rekwiżit espliċitu biex tali miżuri jiġu implimentati. Dan għandu jsaħħaħ aktar l-għarfien dwar il-frodi fl-Istati Membri fost il-korpi kollha involuti fil-ġestjoni u l-kontroll tal-fondi u b’hekk inaqqas ir-riskju tal-frodi.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji ġodda tan-nefqa proposti

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Strument barra mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027

Diff./Mhux diff 39 .

mingħand il-pajjiżi tal-EFTA 40

mingħand il-pajjiżi kandidati 41

mingħand pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu [21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju

mhux applikabbli

17 01 01 Nefqa ta’ sostenn għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

Mhux diff.

L-EBDA

L-EBDA

L-EBDA

L-EBDA

mhux applikabbli

17.04 Nefqa operazzjonali għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

Diff.

L-EBDA

L-EBDA

L-EBDA

L-EBDA

mhux applikabbli

30.03 Riżerva għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

Diff

L-EBDA

L-EBDA

L-EBDA

L-EBDA

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

<…>

Strument speċjali barra mil-limiti massimi tal-QFP

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

17.04 Nefqa operazzjonali għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

Impenji

(1)

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Pagamenti

(2)

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

30.03 Riżerva għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni 42

Impenji

(1)

212

216

221

225

230

234

239

1.578

Pagamenti

(2)

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programm 43  

Impenji = Pagamenti

(3)

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

mhux applikabbli

TOTAL tal-approprjazzjonijiet

Impenji

=1+3

212

216

221

225

230

234

239

1.578

Pagamenti

=2+3

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”



EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Riżorsi umani

1.435

1.435

1.435

1.435

1.435

1.435

1.435

10.045

Nefqa amministrattiva oħra

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

1.435

1.435

1.435

1.435

1.435

1.435

1.435

10.045

EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURI kollha
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

1.435

1.435

1.435

1.435

1.435

1.435

1.435

10.045

Pagamenti

Għal nefqa amministrattiva oħra, il-pakkett globali kollu jidher taħt id-dikjarazzjoni financila leġiżlattiva tal-FSE+.

3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

1.435

1.435

1.435

1.435

1.435

1.435

1.435

10.045

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

1.435

1.435

1.435

1.435

1.435

1.435

1.435

10.045

barra mill-INTESTATURA 7 44
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

1.435

1.435

1.435

1.435

1.435

1.435

1.435

10.045

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.2.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full-time

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni

9

9

9

9

9

9

9

Delegazzjonijiet

Riċerka

 Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) - AC, AL, END, INT u JED  45

Intestatura 7

Iffinazjati mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

- fil-Kwartieri Ġenerali

2

2

2

2

2

2

2

- fid-Delegazzjonijiet

Iffinanzjati mill-pakkett tal-programm  46

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

Riċerka

Oħrajn (speċifika)

TOTAL

11

11

11

11

11

11

11

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompliti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Janalizzaw u jiddiskutu l-applikazzjonijiet tal-FEG sottomessi mill-Istati Membri. Iħejju d-dokumentazzjoni għall-applikazzjonijiet tal-FEG li qed jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Baġitarja; jikkonsultaw u jiddiskutu mas-Servizzi tal-Kummissjoni rilevanti matul il-fluss tax-xogħol kollu tagħhom. Jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji. Iħejju u/jew jiddiskutu l-modifiki rilevanti għall-applikazzjonijiet sottomessi.

Persunal estern

Janalizza u jiddiskuti l-applikazzjonijiet tal-FEG sottomessi mill-Istati Membri. Iħejji d-dokumentazzjoni għall-applikazzjonijiet tal-FEG li qed jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Baġitarja; jikkonsulta u jiddiskuti mas-Servizzi tal-Kummissjoni rilevanti matul il-fluss tax-xogħol kollu tiegħu. Jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji. Iħejji u/jew jiddiskuti l-modifiki rilevanti għall-applikazzjonijiet sottomessi.

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva:

    ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi u li qed jiġi stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

jekk jogħġbok indika, jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa    

EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Natura tal-proposta/tal-inizjattiva 47

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

[…]

Rimarki oħra (eż. metodu/formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

[…]

(1)    ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(2)    COM(2008) 800 final, 26.11.2008.
(3)    Ir-Regolament (KE) Nru 546/2009, ĠU L 167, 29.6.2009, p. 26.
(4)    Ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006.
(5)     http://ec.europa.eu/priorities/deeper-and-fairer-economic-and-monetary-union/towards-european-pillar-social-rights_mt .
(6)    Għall-bidu l-limitu kien ta’ 1000 impjieg spostat matul il-perjodu ta’ finanzjament 2007-2013. Il-limitu minimu ta’ 500 impjieg spostat ma ħoloqx żieda kbira fl-applikazzjonijiet matul il-perjodu ta’ finanzjament 2014-2020. Madankollu, bosta applikazzjonijiet użaw il-klawżola ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, u bbażaw l-applikazzjoni fuq numru iżgħar ta’ ħaddiema ssensjati, billi dawn is-sensji kellhom impatt sinifikanti fuq ir-reġjun ikkonċernat.
(7)    L-użu tal-fond ta’ għajnuna ta’ emerġenza jiddependi min-numru ta’ emerġenzi, li diffiċli li jiġu previsti. F’każ ta’ tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku jwassal għal użu sħiħ, jkun meħtieġ li jiġu diskussi l-konsegwenzi possibbli waqt ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.
(8)    https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1527965343228&uri=CELEX:52018DC0098
(9)    Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar, (COM(2013)882 final, 13.12.2013)
(10)    Rapport mill-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (il-FEG) (COM(2018) 297 final, 16.5.2018), u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) (SWD(2018) 192 finali, 16.5.2018) li jakkumpanjah.
(11)

   Ara l-istudju li jappoġġa l-valutazzjoni tal-impatt tal-investimenti fil-kapital uman, DĠ EMPL (għaddejja bħalissa): “The integration of EGF in framework of other DG EMPL funds was generally not deemed desirable by the different stakeholders involved in the management of EGF.”(L-integrazzjoni fil-qafas tal-FEG ta’ fondi oħra tad-DĠ EMPL ġeneralment ma kinetx mixtieqa mill-partijiet ikkonċernati differenti involuti fil-ġestjoni tal-FEG.)

(12)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1–14
(13)    ĠU C , , p. .
(14)    ĠU C , , p. .
(15)     http://ec.europa.eu/priorities/deeper-and-fairer-economic-and-monetary-union/towards-european-pillar-social-rights_mt .
(16)     http://eu-un.europa.eu/eu-response-2030-agenda-sustainable-development-sustainable-european-future/ .
(17)     https://sustainabledevelopment.un.org/post2015/transformingourworld .
(18)    https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1527774253584&uri=CELEX%3A52018DC0098
(19)     https://ec.europa.eu/commission/white-paper-future-europe-reflections-and-scenarios-eu27_mt .
(20)     https://ec.europa.eu/commission/publications/reflection-paper-harnessing-globalisation_mt .
(21)     https://ec.europa.eu/commission/publications/reflection-paper-future-eu-finances_mt .
(22)    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar, (COM(2013)882 final, 13.12.2013)
(23)    Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ aġġustament għall-globalizzazzjoni ( ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1 )
(24)    Ir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni ( ĠU L 167, 29.6.2009, p. 26 ).
(25)    Ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006.
(26)    COM (2018) 297 final u SWD (2018) 192 final li jakkumpanjah.
(27)    SWD (2018) 171 final tal-Kummissjoni u l-anness tiegħu COM (2018) 321 final.
(28)    ĠU L […], […], p. […].
(29)    Ir-referenza trid tiġi aġġornata .
(30)    Ir-referenza trid tiġi aġġornata.
(31)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(32)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
(33)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(34)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p1).
(35)    Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(36)    Ir-referenza għandha tiġi verifikata/aġġornata: Id-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi ( ĠU L 225, 12.8.1998, p. 16 )
(37)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(38)    Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/MT/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(39)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(40)    L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(41)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent
(42)    Iċ-ċifri indikati hawn fuq huma l-ammonti massimi disponibbli kull sena għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni
(43)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b'sostenn għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(44)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b'sostenn għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(45)    AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT= Persunal tal-aġenzija; JPD = Esperti Subordinati fid-Delegazzjonijiet.
(46)    Sottolimitu massimu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji "BA").
(47)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.
Top

Brussell,30.5.2018

COM(2018) 380 final

ANNESS

ta'

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)


ANNESS

Indikaturi komuni tal-output u tar-riżultati għall-applikazzjonijiet tal-FEG

Id-data personali 1 kollha għandha titqassam skont is-sess (mara, raġel, mhux binajru).

(1)Indikaturi komuni tal-output dwar il-benefiċjarji

persuni qiegħda*,

persuni inattivi*,

persuni impjegati*,

persuni li jaħdmu għal rashom*,

persuni iżgħar minn 30 sena*,

persuni akbar minn 54 sena*,

persuni b’edukazzjoni sekondarja baxxa jew inqas (ISCED 0-2)*,

persuni b’edukazzjoni sekondarja għolja (ISCED 3) jew b’edukazzjoni postsekondarja (ISCED 4)*,

persuni b’edukazzjoni terzjarja (ISCED 5-8)*.

It-total ta’ benefiċjarji għandu jiġi kkalkulat awtomatikament abbażi tal-indikaturi komuni tal-output relatati mal-istatus tal-impjieg 2 .

Din id-data dwar il-benefiċjarji li jipparteċipaw f’miżuri kofinanzjati mill-FEG se tiġi pprovduta fir-rapport finali kif speċifikat fl-Artikolu 20(1).

(2)Indikaturi komuni tar-riżultat dwar il-benefiċjarji

il-perċentwal tal-benefiċjarji tal-FEG f’impjieg (maqsuma skont it-tip ta’ kuntratt ta’ impjieg: full time/part time, fuq terminu fiss jew indefinit) u li jaħdmu għal rashom, 6 xhur wara tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni*,

il-perċentwal tal-benefiċjarji tal-FEG li jiksbu kwalifika 6 xhur wara tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni*,

il-perċentwal tal-benefiċjarji tal-FEG fl-edukazzjoni jew taħriġ 6 xhur wara tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni*.

Din id-data għandha tiġi pprovduta fir-rapport finali kif speċifikat fl-Artikolu 20(1) u għandha tinġabar permezz ta’ data pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kif ukoll minn stħarriġiet tal-benefiċjarji (kif speċifikat fl-Artikolu 20(1)d). Dik id-data għandha tkopri t-total ikkalkulat tal-benefiċjarji kif irrapportat skont l-indikaturi komuni tal-output (1). Għalhekk, il-perċentwali għandhom jirrelataw ukoll ma’ dan it-total ikkalkulat.

(3)Indikaturi tar-riżultati komuni għall-benefiċjarji fuq żmien itwal

il-perċentwal tal-benefiċjarji tal-FEG f’impjieg, inkluż persuni li jaħdmu għal rashom, 18-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta’ implimentazzjoni speċifikat fid-deċiżjoni ta’ finanzjament*.

Din id-data għandha tkun disponibbli sa tmiem id-dsatax-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta’ implimentazzjoni. Id-data għandha tkopri t-total ikkalkulat tal-benefiċjarji kif irrapportat skont l-indikaturi komuni tal-output (1). Għalhekk, il-perċentwali għandhom jirrelataw ukoll ma’ dan it-total ikkalkulat. Għal każijiet akbar, li jkopru aktar minn 1 000 benefiċjarju, id-data tista’ tinġabar ukoll abbażi ta’ kampjun rappreżentattiv tat-total ta’ benefiċjarji kif irrapportat bħala indikatur tal-output (1).

(1)    L-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom jistabbilixxu sistema li tirreġistra u taħżen id-data tal-parteċipanti individwali f'forma kompjuterizzata. L-arranġamenti tal-ipproċessar tad-data implimentati mill-Istati Membri għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.05.2016, p. 1), b’mod partikolari l-Artikoli 4, 6 u 9 tiegħu. Id-data rrappurtata bl-indikaturi mmarkati b’asterisk (*) hi data personali skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/679. L-ipproċessar tagħha hu meħtieġ għall-konformità mal-obbligu legali li għalih hu soġġett il-kontrollur (l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament (UE) 2016/679).
(2)    Persuni qiegħda, inattivi, impjegati, li jaħdmu għal rashom
Top