Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018PC0372

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni

COM/2018/372 final - 2018/0197 (COD)

Strasburgu, 29.5.2018

COM(2018) 372 final

2018/0197(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni

{SEC(2018) 268 final}
{SWD(2018) 282 final}
{SWD(2018) 283 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Fit-2 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni adottat proposta għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss għall-perjodu 2021-2027 1 . Dan jinkludi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”) u l-Fond ta’ Koeżjoni.

Is-simplifikazzjoni amministrattiva ġiet iddefinita bħala objettiv prinċipali fid-dokument ta’ riflessjoni dwar il-finanzi tal-UE kif ukoll fl-evalwazzjoni ex post u l-konsultazzjoni pubblika. L-esperjenza tissuġġerixxi li r-regoli huma kumplessi żżejjed u frammentati, li jwassal għal piż mhux meħtieġ fuq il-maniġers tal-programmi u l-benefiċjarji finali.

Sabiex jippermettu konsistenza 2 ma’ politiki tal-UE oħra skont il-ġestjoni kondiviża, ir-regoli dwar it-twassil u l-implimentazzjoni tal-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni huma rregolati sa fejn possibbli mir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (Common Provisions Regulation, “CPR”). Dan jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni għal seba’ fondi ta’ ġestjoni kondiviża kollha fil-livell tal-UE:

·FK:        Fond ta’ Koeżjoni

·FEMS:        Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 3

·FEŻR:        Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali

·FSE+:        Fond Soċjali Ewropew Plus 4

·AMIF:        Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni 5

·ISF:        Fond għas-Sigurtà Interna 6  

·BMVI:        Strument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Viża 7

Biex jippermetti konsistenza ma’ Orizzont tal-Ewropa, dan tal-aħħar se jiffoka fuq “eċċellenza Ewropea” (il-ġenerazzjoni u l-esplojtazzjoni ta’ għerf ġdid) filwaqt li l-FEŻR se jiffoka fuq “rilevanza reġjonali” (it-tixrid tal-għarfien u t-teknoloġija eżistenti f’postijiet li jkollhom bżonnha, u din ikun inkorporat lokalment permezz ta’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti).

Biex jippermettu konsistenza tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (Connecting Europe Facility, CEF), hemm sinerġija msaħħa u komplimentarjetà fejn is-CEF se tiffoka b’mod partikolari fuq in-“netwerk ewlieni” filwaqt li l-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni se jipprovdi wkoll appoġġ għan-“netwerk komprensiv”, inkluż l-iżgurar ta’ aċċess reġjonali u lokali kif ukoll il-konnessjonijiet ta’ trasport f’żoni urbani.

Sabiex jissimplifika u jiċċara l-leġiżlazzjoni, dan ir-Regolament jiddefinixxi d-dispożizzjonijiet applikabbli kemm għall-FEŻR kif ukoll għall-Fond ta’ Koeżjoni u se jintervjeni taħt l-għan tal- “Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi” u, fir-rigward tal-FEŻR, taħt l-għan tal-“Kooperazzjoni territorjali Ewropea” (Interreg).

Madankollu, minħabba n-natura speċifika tal-programmi taħt l-għan tal-“Kooperazzjoni territorjali Ewropea” (Interreg) li jinvolvu bosta Stati Membri u pajjiżi terzi, regolament speċifiku dwar l-għan tal-“Kooperazzjoni territorjali Ewropea” (Interreg), ir-Regolament jistabbilixxi regoli speċifiċi addizzjonali għar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni u dan ir-Regolament.

Din il-proposta tipprevedi data ta' applikazzjoni mill-1 ta' Jannar 2021 u hija ppreżentata għal Unjoni ta' 27 Stat Membru, b'konformità man-notifika mir-Renju Unit bl-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni Ewropea u l-Euratom abbażi tal-Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea li waslet għand il-Kunsill Ewropew fid-29 ta' Marzu 2017.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

L-azzjoni tal-UE hija ġġustifikata skont l-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”): “L-Unjoni għandha tiżviluppa u tfittex li twettaq l-azzjonijiet tagħha li jwasslu sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fi ħdanha. B’mod partikolari, l-Unjoni għandu jkollha l-għan li tnaqqas id-diverġenzi bejn il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta’ dawk ir-reġjuni li huma anqas favoriti”.

L-għanijiet tal-FEŻR huma stabbiliti fl-Artikolu 176 TFUE: “Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali huwa intiż sabiex jgħin sabiex jitnaqqsu l-iskwilibriji reġjonali prinċipali fl-Unjoni permezz tal-parteċipazzjoni fl-iżvilupp u t-tibdil strutturali tar-reġjuni li jkunu għadhom lura kif ukoll fir-rikonverżjoni tar-reġjuni industrijali li jkunu sejrin lura”.

L-għanijiet tal-Fond ta’ Koeżjoni huma stabbiliti fl-Artikolu 177 TFUE: “Permezz tal-istess proċedura, għandu jiġi stabbilit Fond ta’ Koeżjoni sabiex jipprovdi kontribut finanzjarju għall-proġetti fl-oqsma tal-ambjent u ta’ networks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-trasport”.

Barra dan, l-Artikolu 174 TFUE jagħti mandat għal attenzjoni partikolari għal żoni rurali, żoni affettwati minn tranżizzjoni industrijali, u reġjuni li jsofru minn żvantaġġi naturali u demografiċi severi u permanenti bħar-reġjuni li jinsabu fil-partijiet l-aktar imbiegħda tat-tramuntana b’densità tal-popolazzjoni baxxa ħafna u gżejjer, reġjuni transkonfinali u muntanjużi.

L-Artikolu 349 TFUE jagħti mandat għal miżuri speċifiċi sabiex jittieħed kont tas-sitwazzjoni strutturali soċjali u ekonomika tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, li hija aktar ikkumplikata minħabba ċerti fatturi speċifiċi li jirrestrinġu bi kbir l-iżvilupp tagħhom.

Sussidjarjetà u proporzjonalità

Il-valutazzjoni tal-impatt 8 identifikat diversi raġunijiet għaliex l-azzjoni fil-livell tal-UE żżid il-valur lill-azzjoni fil-livell nazzjonali. Dawn jinkludu:

·F’ħafna pajjiżi, il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni jirrappreżentaw mill-inqas 50 % tal-investiment pubbliku – dawn l-Istati Membru ma jkollhomx il- kapaċità finanzjarja biex jagħmlu investimenti bħal dawn.

·Hemm effetti kollaterali potenzjali sinifikanti bejn il-fruntieri nazzjonali u reġjonali, pereżempju għall-investimenti fl-innovazzjoni u l-SMEs. Il-livell tal-UE għandu rwol importanti biex jinkisbu dawn l-effetti sekondarji u jipprevjenu nuqqas ta’ investiment. Barra dan, l-investimenti jeħtieġu jkunu mfasslin sabiex iżidu l-effetti kollaterali.

·Fil-maġġoranza tar-reġjuni, inklużi dawk iktar żviluppati, l- istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti (RIS3) jirrappreżentaw qafas strateġiku konsistenti għall-investimenti u jġibu valur miżjud għoli. Dawn inħolqu mir-rekwiżit tal-ipprogrammar strateġiku għall-appoġġ tal-FEŻR u l-prekondizzjoni korrispondenti. Il-benefiċċji ta’ strateġiji bħal dawn għandhom it-tendenza li jkunu l-ogħla fir-reġjuni l-iktar żviluppati (partikolarment fil-pajjiżi Nordiċi, l-Awstrija, il-Ġermanja, il-Benelux u Franza).

·Promozzjoni tal-prijoritajiet tal-UE, li jinkludu r-riformi strutturali tal-politiki u l-programmi tas-suq tax-xogħol, tat-trasport, tal-ambjent, tal-adattament u l-mitigazzjoni għat-tibdil fil-klima, tal-enerġija, tal-edukazzjoni u soċjali, kif ukoll il-modernizzazzjoni amministrattiva.

·Il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni jwasslu riżultati tanġibbli fl-oqsma li huma l-iktar importanti għaċ-ċittadini Ewropej - “Il-baġit tal-UE jgħin iwassal riżultati fuq l-affarijiet li huma l-iktar importanti għall-Ewropej” 9 . Jgħin lir-reġjuni jadattaw għall-isfidi tal-globalizzazzjoni, bil-ħolqien ta’ 420 000 impjieg u l-appoġġ ta’ 1,1 miljun SMEs 10 , il-ġlieda kontra l-faqar urban — dawn kollha huma prijoritajiet għan-nies Ewropej. Ta’ min jinnota li ħafna minn dawn ir-riżultati huma partikolarment evidenti barra l-pajjiżi ta’ koeżjoni.

Barra dan, l-għażliet tal-politika fir-Regolament huma proporzjonati, għal raġunijiet li jinkudu:

·Ġestjoni konġunta: il-programmi mhumiex immaniġġati direttament mill-Kummissjoni Ewropea, iżda minflok dawn huma implimentati fi sħubija mal-Istati Membri.

·Ir-regoli magħquda (CPR assoċjati flimkien ma’ dan ir-Regolament) huma ferm aktar sempliċi u kkonsolidat meta mqabbla mal-perjodu preċedenti.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjoni ex post

F’termini tal-istrateġija, il-prijoritajiet u l-impatt tal-politika, l-evalwazzjoni ex post innutat:

·L-appoġġ għall-SMEs għandu impatt potenzjali għoli. Madankollu, jinħtieġ li l-appoġġ jiffoka iktar fuq għajnuna għat-tkabbir ta’ SMEs dinamiċi, fuq strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti u l-faċilitazzjoni biex ir-reġjuni jimxu ’l quddiem fil-katina ekonomika, minflok jippruvaw iżommu l-ekonomija tal-passat.

·Ċerti attivitajiet għandhom it-tendenza li jkollhom impatt baxx, bħal appoġġ għal intrapriżi kbar (l-aktar strateġija effettiva biex tattira intrapriżi kbar mhix permezz ta’ inċentivi finanzjarji, iżda billi jittejbu l-kundizzjonijiet lokali bħalma huma l-ambjent lokali tan-negozju, eċċ.). Bl-istess mod l-investimenti f’ajruporti kellhom tendenza li ma jaħdmux tajjeb — huwa biss fir-reġjuni l-aktar imbiegħda li tista’ tingħata ġustifikazzjoni soda favur.

·Kontribuzzjonijiet ta’ valur miżjud għoli fit-temi bħall-ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, l-iżvilupp urban sostenibbli u l-kooperazzjoni reġjonali.

Dawn il-kwistjonijiet ġew ikkunsidrati f’dan il-FEŻR u r-Regolament dwar il-Fond ta’ Koeżjoni li:

·Iżomm konċentrazzjoni tematika, bi prijoritajiet ewlenin: jappoġġa l-innovazzjoni, l-ekonomija diġitali u l-SMEs permezz ta’ strateġija ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti; ekonomija ċirkolari u b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju f’konformità mal-impenn ġenerali ta’ 25 % għall-objettiv tal-klima.

·Jagħmel lista ta’ attivitajiet mhux appoġġati, inkluż appoġġ dirett għal intrapriżi kbar, l-infrastruttura tal-ajruport (barra r-reġjuni l-aktar imbiegħda) u xi operazzjonijiet ta’ mmaniġġjar tal-iskart (pereż. fil-miżbliet).

·Jiżviluppa aktar il-kooperazzjoni reġjonali u l-iżvilupp urban sostenibbli.

Barra dan, l-evalwazzjoni ex post kellha diversi lezzjonijiet għas-sistema ta’ twassil (inklużi s-simplifikazzjoni, il-flessibbiltà, l-istrumenti finanzjarji). Dawn huma inklużi fis-CPR.

Konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati

Il-konsultazzjoni pubblika online saret bejn l-10 ta’ Jannar u d-9 ta’ Marzu 2018. Il-konsultazzjoni kopriet il-politika ta’ koeżjoni, jiġifieri l-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni flimkien mal-FSE.

·F’termini tal-isfidi l-iktar importanti, l-ikbar proporzjon (94 % ta’ dawk li wieġbu) identifikaw “it-tnaqqis tad-disparitajiet reġjonali” bħala importanti ħafna jew pjuttost importanti, segwit mit-“tnaqqis tal-qgħad, impjiegi ta’ kwalità u l-mobilità tal-forza tax-xogħol” u l-“promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar” (91 %).

·Dwar l-isfidi, “Il-promozzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni” kienet meqjusa bħala l-aktar indirizzata b’suċċess (b’61 %), segwita minn “kooperazzjoni territorjali” (59 %).

·Madwar 76 % ta’ dawk li wieġbu qiesu li l-fondi jżidu valur fil-parti l-kbira tagħhom jew kważi fil-parti l-kbira tagħhom u inqas minn 2 % qiesu li dawn ma għandhom l-ebda valur miżjud.

·Għall-prevenzjoni tal-ksib tal-objettivi, il-proċeduri kumplessi tqiesu mill-maġġoranza bħala l-ostaklu l-iktar importanti (86 %), segwit mill-proċeduri tal-awditjar u kontroll (68 %), u n-nuqqas ta’ flessibbiltà fir-reazzjoni għal avvenimenti fortuwiti (60 %).

·Għas-simplifikazzjoni, l-għażla l-iktar frekwenti kienet “regoli inqas, iktar ċari, u iqsar” (90 %), segwita mill-“allinjament tar-regoli bejn il-fondi tal-UE” (79 %) u “żieda fil-flessibbiltà”, f’termini tar-riżorsi allokati kemm lil kif ukoll fi ħdan qasam tal-programm (76-77 %).

Meta wieġbu għall-mistoqsijiet miftuħa, dawk li wieġbu kienu l-aktar favur:

·Politika tal-koeżjoni għar-reġjuni kollha (iżda b’fowkus kontinwu fuq ir-reġjuni inqas żviluppati).

·L-innovazzjoni fil-politika, li tinkludi l-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti u l-investiment intelliġenti b’mod ġenerali.

·Il-kontinwazzjoni u l-iżvilupp tal-konċentrazzjoni tematika.

·Fowkus fuq l-isfidi lokali (speċjalment l-iżvilupp urban sostenibbli)

·Il-kooperazzjoni interreġjonali, kemm transfruntiera kif ukoll madwar l-Ewropa. Il-kooperazzjoni fil-livell tal-UE hija essenzjali għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti — l-innovazzjoni f’setturi ta’ teknoloġija għolja ħafna drabi tiddependi minn effetti fuq l-iskambji u l-kooperazzjoni bejn il-clusters jew ċentri tal-għarfien madwar l-Ewropa.

Dawn il-kwistjonijiet huma indirizzati fil-FEŻR u r-Regolament dwar il-Fond ta’ Koeżjoni li:

·Ikompli jiffoka biex jiġu indirizzati d-disparitajiet reġjonali u l-isfidi li qed jiffaċċjaw ir-reġjuni madwar l-Ewropa

·Ikompli u jsaħħaħ il-konċentrazzjoni tematika dwar it-tkabbir intelliġenti permezz ta’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti u dwar il-livell baxx ta’ karbonju u l-ekonomija ċirkolari.

·Iżomm l-appoġġ għall-kooperazzjoni interreġjonali, u jestendiha għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti.

·Jippromwovi l-iżvilupp lokali fuq il-bażi ta’ strateġiji integrati territorjali u lokali u jħeġġeġ l-iżvilupp urban sostenibbli kif ukoll il-bini tal-kapaċità f’dan il-qasam.

Barra dan, ir-Regolament tas-CPR se jipprovdi qafas għall-FEŻR u l-Kond ta’ Koeżjoni sabiex:

·Jissimplifika l-proċeduri kumplessi assoċjati mal-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni.

·Iżid il-flessibbiltà biex iwieġeb għal sfidi li qed jitfaċċaw.

·Jallinja r-regoli bejn id-diversi fondi tal-UE li huma koperti.

Valutazzjoni tal-impatt

Din il-proposta hija sostnuta minn valutazzjoni tal-impatt. Madankollu, l-għażliet ewlenin u l-għażla ppreferuta jistgħu jiġu ffinalizzati biss u l-impatti ekonomiċi evalwati, ladarba l-pakkett finanzjarju u l-mekkaniżmu ta’ allokazzjoni huma deċiżi.

L-għażliet jittrattaw tnaqqis ta’ 7 % fil-baġit billi jkun hemm:

·Għażla 1: Tnaqqis trasversali

·Għażla 2: Inaqqsu l-kontribuzzjoni lir-reġjuni aktar żviluppati.

·Għażla Nru 3: Iżommu l-appoġġ fl-oqsma prinċipali (konċentrazzjoni tematika) u tnaqqis f’temi oħra.

L-Għażla 3 hija l-alternattiva ppreferuta, għal raġunijiet li jinkludu:

·Li jinżamm fokus fuq it-temi tal-ogħla valur miżjud tal-UE, fejn l-evidenza tal-evalwazzjoni tissuġġerixxi li l-politika kellha l-ogħla impatt.

·Ħafna mill-akbar sfidi (il-globalizzazzjoni u t-trasformazzjoni ekonomika, fit-tranżizzjoni lejn ekonomija b’użu baxx tal-karbonju, l-isfidi ambjentali, il-migrazzjoni u ċikli ta’ faqar urban) qed dejjem aktar jaffettwaw ħafna r-reġjuni fl-UE kollha kemm hi, inklużi dawk aktar żviluppati. L-investiment tal-UE huwa kemm neċessarju kif ukoll sinjal ta’ solidarjetà.

·Tinżamm massa kritika - investimenti f’reġjuni aktar żviluppati diġà huma żgħar f’termini per capita.

·Il-maġġoranza kbira tal-partijiet ikkonċernati fil-konsultazzjoni pubblika jappoġġaw il-FEŻR fir-reġjuni kollha. Dan ix-xenarju jiżgura wkoll viżibbiltà aħjar tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni fl-Istati Membri kollha.

Ir-rapport ġie ppreżentat darbtejn lill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju, u rċieva dawn il-kummenti li ġejjin:

Opinjoni tal-RSB

Kif indirizzata

Rawnd 1 Opinjoni negattiva

(1)    Ir-rapport ma jikkunsidrax l-implikazzjonijiet ta’ tnaqqis tal-kapaċitajiet ta’ finanzjament tal-FEŻR u tal-FK.

(2)    Ir-rapport ma jispjegax kif l-għanijiet u l-kriterji ta’ allokazzjoni mibdula se jindirizzaw il-programm.

(3)    Hija ma tikkunsidrax (sotto)għażliet possibbli għal kopertura ġeografika, l-eliġibbiltà reġjonali u l-mezzi għal allokazzjonijiet finanzjarji taħt l-FEŻR / FK.

(4)    Ir-rapport ma esplorax biżżejjed l-implikazzjonijiet tal-kambjamenti tal-mekkaniżmi ta’ twassil.

(1) Tnaqqis ta’ 10 % fil-finanzjament issa huwa mfassal fit-Taqsima 3.2, bl-użu ta’ tliet għażliet differenti.

(2) It-test u l-grafika tat-Taqsima 3.2 juru kif il-programm se jiġi riassenjati taħt diversi għażliet.

(3) Tliet għażliet għal allokazzjonijiet ġeografiċi u tematiċi huma deskritti fil-qosor fit-Taqsima 3.2, b’indikazzjonijiet tail-linja ewlenija ta’ direzzjoni mill-ġdid.

(4) Il-Kapitolu dwar il-mekkaniżmi tat-twassil ġie żviluppat skont il-linji mitluba mill-RSB (ara t-taqsima dwar il-kumment 8 hawn taħt).

Rawnd 2 opinjoni pożittiva, b’dawn ir-riżervi li ġejjin:

(1) Il-kontenut u l-implikazzjonijiet tal-għażla ppreferuta (konċentrazzjoni tematika) mhumiex ċari biżżejjed. Ir-rapport rivedut ma jipprovdix biżżejjed evidenza li l-konċentrazzjoni tematika se tikkontribwixxi biex jitnaqqsu d-disparitajiet reġjonali u nazzjonali.

(2) Ir-rapport ma jispjegax fid-dettall il-modalitajiet futuri għall-implimentazzjoni tal-“metodu ta’ Berlin” għal allokazzjonijiet finanzjarji u r-raġunijiet għaliex ma kkunsidrax alternattivi oħra.

(3) Ir-rapport ma ddeskriviex l-iskop u l-impatti potenzjali ta’ mekkaniżmu transkonfinali Ewropej.

(4) Ir-rapport ma jiċċarax il-konsistenza/kumplimentarjetà bejn il-FEŻR / FK u l-Programm ta’ Appoġġ ta’ Riforma l-ġdid.

(1) Il-kontenut tal-għażliet kollha issa huwa spjegat fuq il-paġni 28-29 u paragunat f’forma tabulari fit-Tabella 7. Il-Figura 5 tqis l-impatt tematiku tal-għażla ppreferuta minn Stat Membru. L-impatti tal-għażliet varji fuq ir-rati tat-tkabbir reġjonali u nazzjonali huma eżaminati u pparagunati permezz tal-mudell makroekonomiku QUEST fit-test fil-paġni 30-31 kif ukoll in-numri fit-Tabella 9 u l-Figuri 6 u 7.

(2) Il-metodu ta’ Berlin issa huwa deskritt f’kaxxa f’paġna 29, flimkien mar-raġunijiet għaż-żamma ta’ dan il-metodu u mingħajr ma jitqiesu għażliet alternattivi.

(3) Mekkaniżmu transfruntiera huwa deskritt fil-paġni 41-42. Rapport dwar l-impatti potenzjali huwa kkwotat u s-sors impoġġi fin-noti ta’ qiegħ il-paġna.

(4) Ir-relazzjoni mal-programm ta’ appoġġ għar-riforma issa huwa spjegat fil-paġna 60.

Simplifikazzjoni

Hemm evidenza sostanzjali tal-ispejjeż amministrattivi marbuta mal-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni, stmat fi studju reċenti 11 f’medja ta’ 3 % għall-ispejjeż ta’ programmi tal-FEŻR u 2,2 % għall-Fond ta’ Koeżjoni. Il-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji (inklużi l-SMEs) huwa ogħla.

Il-parti l-kbira tal-miżuri ta’ simplifikazzjoni tal-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni se jinħolqu mis-CPR. Ħafna huma diffiċli biex jiġu kwantifikati finanzjarjament bil-quddiem, iżda l-istudju jistima li:

·Użu akbar ta’ għażliet ta’ spejjeż simplifikati (jew pagamenti bbażati fuq il-kundizzjonijiet) għall-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni jistgħu jnaqqsu sostanzjalment l-ispejjeż amministrattivi totali — b’20-25 % jekk dawn l-alternattivi jkunu applikati kullimkien.

·L-approċċ aktar proporzjonat għall-kontroll u awditjar jimplika tnaqqis kbir fl-għadd ta’ verifiki u piż tal-awditjar għal programmi b'“riskju baxx”. Dan inaqqas l-ispejjeż amministrattivi totali mill-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni bi 2-3 % u l-ispejjeż tal-programmi affettwati b’ammont ferm akbar.

Koeżjoni elettronika u l-iskambju tad-data

Il-programmi tal-2014-2020 kienu jeħtieġu sistema ta’ skambju ta’ data elettronika bejn il-benefiċjarji u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni, kif ukoll bejn l-awtoritajiet differenti tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll. Dan ir-Regolament jibni fuq dan u jkompli jiżviluppa ċertu aspetti f’termini ta’ ġbir ta’ data. Id-data kollha meħtieġa għall-monitoraġġ tal-progress fl-implimentazzjoni li tinkludi r-riżultati u l-prestazzjoni tal-programmi issa se tiġi trażmessa b’mod elettroniku u kull xahrejn, li jfisser li l-pjattaforma tad-data miftuħa se tiġi aġġornata kważi f’ħin reali.

Id-data tal-benefiċjarju u tal-operazzjonijiet bl-istess mod se tiġi ppubblikata f’forma elettronika, fuq sit web apposta mmexxi mill-awtorità ta’ ġestjoni.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta tal-Kummissjoni għal qafas finanzjarju multiannwali tpprevedi ammont ta’ EUR 273 biljun għall-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni għall-perjodu 2021-2027.

Il-Pakkett FEŻR u FK għall-2027-2021 f’miljuni

FEŻR u FK totali

241 978

Il-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali Ewropew (FEŻR)

200 629

·Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi;

190 752

·Kooperazzjoni territorjali Ewropea

8 430

·Reġjuni ultraperiferiċi u żoni skarsament popolati

1 447

Il-Fond ta’ Koeżjoni (FK)

41 349

·li minnhom kontribuzzjoni għal CEF Transport

10 000

5.SOMMARJU TAL-KONTENUT TAR-REGOLAMENT

Ħafna mit-twassil u l-implimentazzjoni tal-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni huwa kopert mis-CPR. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jkun interpretat f’dak il-kuntest u l-fowkus prinċipali għandu jkun fuq kwistjonijiet strateġiċi ewlenin, b’mod partikolari:

·Il-prijoritajiet u t-temi ewlenin fil-mira.

·Il-qafas tal-indikaturi użat biex dan jiġi segwit.

·L-approċċ lejn territorji speċifiċi, inkluż żvilupp urban sostenibbli, kif ukoll ir-reġjuni ultraperiferiċi.

Kapitolu I - Dispożizzjonijiet komuni

Approċċ ta’ intervent

Għall-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni, ir-Regolament jieħu l-għanijiet tal-politika ddefiniti fis-CPR u jiżviluppahom f’għanijiet speċifiċi ta’ rilevanzali għall-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni, li jistgħu jkunu monitorjati permezz ta’ indikaturi xierqa.

Huwa jiddefinixxi wkoll lista limitata ta’ attivitajiet mhux eliġibbli li jaqgħu barra l-ambitu ta’ intervent tal-Fondi. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Fondi u l-lista ta’ attivitajiet mhux eliġibbli għandhom l-għan li jiżguraw l-appoġġ għall-investiment huwa konsistenti mal-evidenza tal-evalwazzjoni kif ukoll mal-għanijiet politiċi u ta’ sostenibbiltà tal-Unjoni Ewropea: miżbliet, l-infrastruttura tal-ajruporti, l-industrija tat-tabakk, id-diżattivazzjoni ta’ faċilitajiet nukleari mhux se jiġu appoġġati.

Konċentrazzjoni tematika

Sabiex jiżgura li, f’kuntest ta’ tnaqqis fil-baġit, ikun għad hemm massa kritika ta’ investiment, ir-Regolament dwar il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni jżomm ir-rekwiżiti għall-konċentrazzjoni tematika. Il-maġġoranza (minn 65 % sa 85 %) tar-riżorsi se tkun ikkonċentrata fuq il-kontribuzzjoni għall-għanijiet ta’ politika li l-evidenza tal-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatt jissuġġerixxu li għandhom l-ogħla valur miżjud, kif ukoll ta’ l-akbar kontribut għall-prijoritajiet tal-UE:

·PO1: “Ewropa iktar intelliġenti permezz tal-promozzjoni ta’ trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti”;

·PO2: “ekonomija aktar ekoloġika, Ewropa li ftit li xejn tipproduċi karbonju billi tippromwovi t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiċi u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskju”.

Sabiex tippermetti l-flessibbiltà, il-konċentrazzjoni tematika se tapplika l-kriterji fil-livell nazzjonali.

Għall-pajjiżi li għandhom:

% minimu “PO1”

% minimu “PO2”

ING taħt 75 %

35 %

30 %

ING 75-100 %

45 %

30 %

ING ogħla minn 100 %

60 %

mhux applikabbli

PO1 u PO2 min. 85%

Indikaturi

Sabiex ikun żgurat monitoraġġ konsistenti tal-progress lejn il-prestazzjoni, ir-Regolament iżomm u jirfina s-sett komuni ta’ indikaturi tal-produzzjoni, filwaqt li jżid għall-ewwel darba sett komuni ta’ indikaturi tar-riżultati. Dawn tal-aħħar jippermettu r-rapportar tar-riżultati fil-ħin reali fuq il-Pjattaforma tad-Data Miftuħa u tqabbil fost il-programmi u l-Istati Membri. Huma se jikkontribwixxu għad-diskussjonijiet dwar il-prestazzjoni u s-suċċess tal-evalwazzjonijiet u jiffaċilitaw is-segwitu għal obbligi relatati mal-leġiżlazzjoni tal-UE.

L-evalwazzjonijiet se jitwettqu skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 12 , fejn it-tliet istituzzjonijiet ikkonfermaw li l-evalwazzjonijiet tal-leġiżlazzjoni u l-politika eżistenti jenħtieġ li jipprovdu l-bażi għall-valutazzjonijiet tal-impatt ta’ għażliet għal azzjoni ulterjuri. L-evalwazzjonijiet jivvalutaw l-effetti tal-programm fuq il-post fuq il-bażi tal-indikaturi / il-miri tal-programm b’analiżi ddettaljata dwar kemm il-programm huwa rilevanti, effettiv, effiċjenti, jipprovdi valur miżjud tal-UE u jkun koerenti ma’ politiki oħra tal-UE. L-evalwazzjonijiet se jinkludu l-lezzjonijiet meħuda, problemi u opportunitajiet biex ikomplu jittejbu l-azzjonijiet u l-impatti tagħhom.

Kapitolu II - Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-trattament ta’ karatterisitiċi territorjali partikolari

Ir-Regolament jipprevedi wkoll iffukar akbar fuq l-iżvilupp urban sostenibbli billi jiddedika 6 % tar-riżorsi tal-FEŻR għal dan il-qasam, li jitwasslu permezz ta’ strumenti territorjali. L-istrateġiji ta’ żvilupp integrat territorjali u lokali huma mistennija li jiżguraw il-koerenza fl-interventi. Sabiex jiffaċilita u jappoġġa it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ atturi, azzjonijiet innovattivi, l-għarfien, l-iżvilupp tal-politika u l-komunikazzjoni fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli, ir-Regolament jipprevedi wkoll it-twaqqif ta’ Inizjattiva Urbana Ewropea biex tiġi ġestita mill-Kummissjoni.

L-għodod kollha jiġu kkombinati fi programm uniku (tal-Inizjattiva Urbana Ewropea) implimentat b'ġestjoni diretta jew indiretta sabiex jipprovdi diskrezzjoni koerenti tal-prodott għall-ibliet. Dan jinkludi skambji, il-bini tal-kapaċità, azzjonijiet pilota, u l-komunikazzjoni.

Ir-Regolament jistabbilixxi wkoll miżuri speċjali biex jakkomoda s-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni l-aktar imbiegħda. Dawn jinkludu skemi biex jikkumpensaw għall-ispejjeż tat-trasport u l-investimenti. Rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika huma wkoll anqas stretti għal dawn ir-reġjuni milli jissuġġerixxu r-rati applikabbli fuq livell nazzjonali.

2018/0197 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 177, l-Artikolu 178 u l-Artikolu 349 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 13 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 14 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)L-Artikolu 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE") jipprevedi li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR") huwa maħsub sabiex jgħin fil-korrezzjoni tal-iżbilanċi reġjonali ewlenin li hemm fl-Unjoni. Skont dan l-Artikolu u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 174 TFUE, il-FEŻR għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-disparitajiet bejn il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni varji u għat-tnaqqis fir-ritard tal-iżvilupp tar-reġjuni l-anqas favoriti, li fosthom għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-reġjuni li jsofru minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti bħar-reġjuni tat-tramuntana mbiegħda b’densità ta’ popolazzjoni baxxa ħafna, u gżejjer, reġjuni transfruntiera u reġjuni muntanjużi.

(2)Il-Fond ta’ Koeżjoni kien stabbilit biex jikkontribwixxi għall-għan ġenerali ta’ tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi jipprovdi kontribuzzjonijiet finanzjarji fl-oqsma tal-ambjent u ta’ netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-trasport” (“TEN-T”), kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15 .

(3)Ir-Regolament (UE) 2018/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [is-CPR ġdid] 16 jistabbilixxi regoli komuni applikabbli għall-fondi differenti, inkluż il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”), il-Fond Soċjali Ewropew (“FSE+”), il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (“FEMS”), il-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni (“AMIF”), il-Fond għas-Sigurtà Interna (“FSI”) u l-Istrument ta’ Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Viża” (“BMVI") li, joperaw taħt qafas komuni (il-“Fondi”).

(4)Sabiex jiġu ssimplifikati r-regoli applikabbli kemm għall-FEŻR kif ukoll għall-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020, jenħtieġ li r-Regolament jistabbilixxi regoli applikabbli li jkopru ż-żewġ fondi.

(5)Il-prinċipji orizzontali stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”) u fl-Artikolu 10 TFUE, inkluż il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE, jenħtieġ li jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-FEŻR u tal-Fond ta’ Koeżjoni, filwaqt li titqies il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw ukoll l-obbligi tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà u jiżguraw l-aċċessibbiltà f’konformità mal-Artikolu 9 tiegħu u f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw biex jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u tintegra l-perspettiva tal-ġeneru, kif ukoll jikkumbattu d-diskriminazzjoni msejsa fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li ll-Fondi ma jappoġġawx azzjonijiet li jikkontribwixxu għal xi forma ta’ segregazzjoni. Jenħtieġ li l-objettivi tal-FERŻ u l-Fond ta' Koeżjoni jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni mill-Unjoni tal-għan li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreżervata, imħarsa u mtejba kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 191(1) TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju li min iniġġes iħallas. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, l-operazzjonijiet li jibbenefikaw l-impriżi għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbiliti fl-Artikoli 107 u 108 TFUE.

(6)Jeħtieġ li jiġu koperti dispożizzjonijiet għall-FEŻR għall-appoġġ tiegħu kemm għall-miri dwar Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi kif ukoll għall-miri tal-Kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) (“tal-ETC/Interreg”).

(7)Sabiex jiġu identifikati t-tip ta’ attivitajiet li jistgħu jiġu appoġġati mill-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni, l-objettivi ta’ politika speċifiċi għall-għoti ta’ appoġġ minn dawk il-fondi jenħtieġ li jiġu stabbiliti biex jiġi żgurat li jikkontribwixxu għal għan ta’ politika komuni wieħed jew aktar imsemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/xxx [CPR ġdid].

(8)F’dinja dejjem aktar interkonnessa u minħabba d-dinamiċi demografiċi u dawk ta’ migrazzjoni, huwa ċar li l-politika tal-migrazzjoni tal-Unjoni tirrikjedi approċċ komuni li jserraħ fuq is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet tal-istrumenti ta’ finanzjament differenti. Sabiex jiġi żgurat appoġġ koerenti, b’saħħtu u konsistenti għas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri fil-ġestjoni tal-migrazzjoni, jenħtieġ li l-FEŻR jipprovdi appoġġ biex jiffaċilita l-integrazzjoni fit-tul tal-migranti.

(9)Sabiex jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri u r-reġjuni li qed jiffaċċjaw sfidi ġodda u jiżgura livell għoli ta’ sigurtà għaċ-ċittadini tagħhom kif ukoll jipprevjeni r-radikalizzazzjoni, filwaqt li jiddependi fuq is-sinerġiji u komplementarjetajiet ma’ politiki oħra tal-Unjoni, l-investimenti taħt il-FEŻR jenħtieġ li jikkontribwixxu għas-sigurtà f’żoni fejn ikun hemm il-ħtieġa li jiġu żgurati spazji pubbliċi sikuri u siguri u infrastruttura kritika, bħalma huma t-trasport u l-enerġija.

(10)Barra minn hekk, l-investimenti taħt il-FEŻR jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ netwerk ta’ infrastruttura diġitali b’veloċità għolja, komprensiv, u l-promozzjoni tal-mobbiltà urbana multimodali sostenibbli u nadifa.

(11)Minħabba l-għan ġenerali tal-Fond ta’ Koeżjoni previst fit-TFUE, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti u limitati l-għanijiet speċifiċi li l-Fond ta’ Koeżjoni jenħtieġ li jappoġġa.

(12)Sabiex titjieb il-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-istituzzjonijiet u l-governanza fl-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta’ programmi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, huwa meħtieġ li jkun hemm miżuri ta’ appoġġ taħt l-objettivi speċifiċi kollha.

(13)Sabiex titħeġġeġ u tingħata spinta lill-kooperazzjoni, fil-programmi implimentati taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, huwa meħtieġ li jittejbu l-miżuri ta’ kooperazzjoni ma’ sħab fi Stat Membru jew bejn Stati Membri differenti fir-rigward ta’ sostenn ipprovdut taħt l-objettivi speċifiċi kollha. Din il-kooperazzjoni hija addizzjonali għall-kooperazzjoni taħt l-ETC / Interreg u b’mod partikolari jenħtieġ li tappoġġa l-kooperazzjoni fost sħubiji strutturati bil-ħsieb li jiġu implimentati strateġiji reġjonali kif imsemmi fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “It-tisħiħ tal-innovazzjoni fir-reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli” 17 . L-imsieħba jistgħu għalhekk jiġu minn kull reġjun fl-Unjoni, iżda jistgħu jinkludu wkoll reġjuni transfruntiera u reġjuni li huma kollha koperti minn strateġija makroreġjonali jew tal-baċini tal-baħar jew kombinazzjoni tat-tnejn.

(14)Filwaqt li jirriflettu l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Fondi se jikkontribwixxu biex jintegraw azzjonijiet klimatiċi u għall-kisba ta’ mira ġenerali ta’ 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima. L-operazzjonijiet taħt il-FEŻR huma mistennija li jikkontribwixxu għal 30 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-FEŻR għall-objettivi tal-klima. L-operazzjonijiet taħt il-Fond ta' Koeżjoni huma mistennija li jikkontribwixxu għal 37 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Fond ta' Koeżjoni għall-objettivi tal-klima.

(15)Sabiex il-FEŻR jipprovdi appoġġ taħt l-ETC / Interreg f’termini kemm ta’ investimenti fl-infrastruttura kif ukoll l-investimenti u l-attivitajiet ta’ taħriġ u ta’ integrazzjoni assoċjati, jeħtieġ li jkun hemm provvediment li, il-FEŻR jista’ wkoll jipprovdi appoġġ għal attivitajiet taħt l-objettivi speċifiċi tal-FSE +, stabbilit bir-Regolament (UE) 2018/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ESF+ ġdid] 18 .

(16)Sabiex jiġi konċentrat l-użu ta’ riżorsi limitati bl-aktar mod effiċjenti, l-appoġġ mogħti mill-FEŻR għal investimenti produttivi taħt għan rilevanti speċifiku, jenħtieġ li jkun limitat biss għal intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (“SMEs”) fis-sens tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE 19 , ħlief fejn l-investimenti jinvolvu kooperazzjoni ma’ SMEs f’attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni.

(17)Jenħtieġ li l-FEŻR jgħin sabiex jitnaqqsu l-iskwilibriji reġjonali prinċipali fl-Unjoni u biex jitnaqqsu d-disparitajiet bejn il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni varji u dawk ir-reġjuni li l-aktar għadhom lura u li huma anqas favoriti, inklużi dawk li qed jaffaċċjaw sfidi minħabba l-impenji ta’ dekarbonizzazzjoni. Jenħtieġ li l-appoġġ tal-FEŻR taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għalhekk jiġi kkonċentrat fuq il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni f’konformità mal-objettivi tal-politika stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/xxx [CPR il-ġdid]. Jenħtieġ li għalhekk l-appoġġ mill-FEŻR jikkonċentra fuq l-objettivi ta’ politika ta’ “Ewropa intelliġenti billi jippromwovi t-trasformazzjoni ekonomika, intelliġenti u innovattiva” u “Ewropa ekoloġika, b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju permezz tal-promozzjoni tat-tranżizzjoni tal-enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju”. Jenħtieġ li din il-konċentrazzjoni tematika tintlaħaq fuq livell nazzjonali filwaqt li tippermetti flessibbiltà fil-livell tal-programmi individwali u bejn tliet gruppi ta’ Stati Membri ffurmati skont id-dħul nazzjonali gross rispettiv. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-metodoloġija biex tikklassifika lill-Istati Membri tiġi stabbilita bir-reqqa b’kont meħud tas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni l-aktar imbiegħda.

(18)Sabiex jikkonċentra l-appoġġ fuq il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni, huwa wkoll xieraq li rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika jenħtieġ li jiġu rispettati matul il-perjodu ta’ programmar, inkluż fil-każ ta’ trasferiment bejn il-prijoritajiet fi programm jew bejn il-programmi.

(19)Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi tipi differenti ta’ attivitajiet li l-ispejjeż tagħhom jistgħu jkunu appoġġati permezz ta’ investimenti mill-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni, taħt l-objettivi rispettivi tagħhom kif stabbiliti mit-TFUE. Jenħtieġ li l-Fond ta’ Koeżjoni jkun jista’ jappoġġa investimenti fl-ambjent u fit-TEN-T. Fir-rigward tal-ERDF, jenħtieġ li l-lista ta’ attivitajiet tkun issimplifikata u jenħtieġ li tkun kapaċi tappoġġa l-investimenti fl-infrastruttura, investimenti fir-rigward ta’ aċċess għal servizzi, investimenti produttivi fl-SMEs, tagħmir, softwer u assi intanġibbli, kif ukoll miżuri fir-rigward ta’ informazzjoni, komunikazzjoni, studji, netwerking, kooperazzjoni, skambju ta’ esperjenzi u attivitajiet li jinvolvu gruppi. Sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni ta’ programm, jenħtieġ li ż-żewġ fondi jkunu kapaċi wkoll li jappoġġaw attivitajiet ta’ assistenza teknika. Fl-aħħar nett, sabiex jipprovdi għal firxa aktar wiesgħa ta’ interventi għal programmi Interreg, jenħtieġ li l-ambitu jitwessa’ biex jinkludi wkoll il-kondiviżjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ faċilitajiet u riżorsi umani u l-ispejjeż marbuta ma’ miżuri fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSE+.

(20)Proġetti ta’ netwerks trans-Ewropej ta’ transport skont ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 għandhom ikomplu jiġu ffinanzjati mill-Fond ta’ Koeżjoni kemm permezz ta’ ġestjoni kondiviża kif ukoll il-modalità ta’ implimentazzjoni diretta taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (is-“CEF - Connecting Europe Facility”).

(21)Fl-istess ħin, huwa importanti li jiġi ċċarat li dawk l-attivitajiet li jaqgħu barra l-ambitu tal-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni, inklużi l-investimenti biex jinkiseb it-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20 sabiex ikun evitat l-irduppjar tal-finanzjament disponibbli, li diġà jeżisti bħala parti minn din id-Direttiva. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit b’mod espliċitu li l-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej elenkati fl-Anness II tat-TFUE mhumiex eliġibbli għal appoġġ mill-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni.

(22)Jenħtieġ li l-Istati Membri regolarment jibagħtu lill-Kummissjoni tagħrif dwar il-progress li jsir bl-użu ta’ indikaturi tal-output u tar-riżultati komuni stabbiliti fl-Anness I. Indikaturi tal-output u tar-riżultati komuni jistgħu jiġu kkomplementati, fejn meħtieġ, minn indikaturi ta’ output u indikaturi tar-riżultati speċifiċi għall-programm. Jenħtieġ li l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri tkun il-bażi li fuqha l-Kummissjoni jenħtieġ li tirrapporta dwar il-progress lejn il-kisba ta’ għanijiet speċifiċi matul il-perjodu kollu ta’ programmar u għal dan il-għan jintużaw sett ewlieni ta’ indikaturi stabbiliti fl-Anness II.

(23)Skont il-paragrafu 22 u 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, hemm il-ħtieġa li jiġu evalwati l-Fondi fuq il-bażi ta’ tagħrif miġbur permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li tiġi evitata r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Fondi b’mod prattiku.

(24)Sabiex tiġi massimizzata l-kontribuzzjoni għall-iżvilupp territorjali, azzjonijiet f’dan il-qasam jenħtieġ li jkunu bbażati fuq strateġiji territorjali integrati inkluż fiż-żoni urbani. Għalhekk, jenħtieġ li l-appoġġ mill-FEŻR jitwassal permezz tal-formoli stabbiliti fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [CPR il-ġdid] biex ikun żgurat l-involviment xieraq tal-awtoritajiet lokali, reġjonali u urbani.

(25)Fil-qafas tal-iżvilupp urban sostenibbli, huwa kkunsidrat neċessarju li jiġu megħjun l-iżvilupp territorjali integrat sabiex jingħelbu l-isfidi ekonomiċi, ambjentali, klimatiċi, demografiċi u soċjali li jaffettwaw iż-żoni urbani, inklużi ż-żoni urbani funzjonali, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu promossi rabtiet bejn iż-żoni urbani u dawk rurali. Il-prinċipji għall-għażla ta' żoni urbani li għalihom għandhom jiġu implimentati azzjonijiet integrati għal żvilupp urban sostenibbli, u l-ammonti indikattivi għal dawk l-azzjonijiet, jenħtieġ li jkunu stabbiliti fil-programmi taħt il-mira għall-Investiment għall-impiegi u t-tkabbir b’minimu ta’ 6 % tar-riżorsi tal-FEŻR allokati fil-livell nazzjonali għal dan il-għan. Jenħtieġ li jiġi stabbilit ukoll li dan il-perċentwal għand jiġi rispettati matul il-perjodu ta’ programmazzjoni f’każ ta’ trasferiment bejn il-prijoritajiet fi programm jew bejn il-programmi, inklużi fir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu.

(26)Sabiex jiġu identifikati jew ivvalutati soluzzjonijiet li jindirizzaw kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-iżvilupp urban sostenibbli, fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Azzjonijiet Innovattivi Urbani fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli jiġu sostitwiti bl-Inizjattiva Urbana Ewropea, u għandhom jiġu implimentati taħt ġestjoni diretta jew indiretta. Jenħtieġ lin di l-inizjattiva tkopri ż-żoni urbani kollha u tappoġġa l-Aġenda Urbana għall-Unjoni Ewropea 21 .

(27)Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika lir-reġjuni l-aktar imbiegħda, jiġifieri permezz tal-adozzjoni ta’ miżuri taħt l-Artikolu 349 TFUE li jipprovdi għal allokazzjoni addizzjonali għar-reġjuni l-aktar imbiegħda biex tpatti għall-ispejjeż addizzjonali li dawn ir-reġjuni bħala riżultat ta’ restrizzjoni/jiet permanenti msemmija fl-Artikolu 349 TFUE, jiġifieri d-distanza, l-insularità, iċ-ċokon, it-topografija u l-klima diffiċli, id-dipendenza ekonomika fuq ftit prodotti, il-permanenza u l-kombinazzjoni tagħhom li tillimita b’mod sever l-iżvilupp tagħhom. Din l-allokazzjoni tista’ tkopri investimenti, spejjeż operattivi u obbligi ta’ servizz pubbliku bil-għan li tibbilanċja l-ispejjeż addizzjonali kkawżati minn restrizzjonijiet bħal dawn. L-għajnuna operattiva tista’ tkopri n-nefqa fuq is-servizzi ta’ ġarr ta’ merkanzija u l-għajnuna sabiex jinbdew servizzi tat-trasport kif ukoll l-ispiża fuq l-operazzjonijiet marbutin ma’ restrizzjonijiet ta’ ħażna, ta’ daqs eċċessiv u tal-manutenzjoni ta’ għodod tal-produzzjoni, u man-nuqqas ta’ kapital uman fis-suq tax-xogħol lokali. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, u kif huwa l-każ għall-operazzjonijiet kollha kofinanzjati mill-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni, kull appoġġ tal-FEŻR għall-finanzjament tal-għajnuna operattiva u ta’ investiment fir-reġjuni l-aktar imbiegħda jenħtieġ li jikkonforma mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbiliti fl-Artikoli 107 u 108 TFUE.

(28)Sabiex jiġu emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tkun iddelegata lill-Kummissjoni sabiex ikunu jistgħu jsiru aġġustamenti, fejn ikun iġġustifikat, fl-Anness II li jistabbilixxi l-lista ta’ indikaturi użati bħala bażi biex tipprovdi informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-prestazzjoni tal-programmi. Huwa ta’ importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anki fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet jsiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 22 . B’mod partikolari, biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u li l-esperti tagħhom ikollhom sistematikament aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jieħdu ħsieb it-tħejjija tal-atti delegati.

(29)Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali billi jiġu rimedjati l-iżbilanċi reġjonali prinċipali fl-Unjoni, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri, imma pjuttost jista', minħabba l-livell ta' disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tad-diversi reġjuni u r-ritard tar-reġjuni l-inqas favoriti u l-limitazzjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri u r-reġjuni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 1
Suġġett

1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-għanijiet speċifiċi u l-ambitu tal-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (il-“FEŻR”) fir-rigward tal-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u l-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) imsemmija fl-Artikolu [4(2)] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [CPR il-ġdid].

2.Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-għanijiet speċifiċi u l-ambitu tal-appoġġ mill-Fond Ewropew fir-rigward tal-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi (“l-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi”) imsemmi fil-[punt (a) tal-Artikolu 4(2)] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [CPR il-ġdid].

Artikolu 2
Objettivi speċifiċi għall-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni

1.F’konformità mal-objettivi ta’ politika stabbiliti fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid], il-FEŻR għandu jappoġġa l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a)“Ewropa iktar intelliġenti permezz tal-promozzjoni ta’ trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti” (“PO 1”) permezz:

(i)tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet fir-riċerka u l-innovazzjoni u l-użu ta’ teknoloġiji avvanzati;

(ii)tat-teħid tal-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni għaċ-ċittadini, il-kumpaniji u l-gvernijiet;

(iii)tat-tijib tat-tkabbir u l-kompetittività tal-SMEs;

(iv)l-iżvilupp ta’ ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, tranżizzjoni industrijali u l-intraprenditorija;

(b)“ekonomija aktar ekoloġika, Ewropa li ftit li xejn tipproduċi karbonju billi tippromwovi t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiċi u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskju ('PO 2') permezz

(i)tal-promozzjoni ta’ miżuri ta’ effiċjenza enerġetika;

(ii)tal-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli;

(iii)tal-iżvilupp ta’ sistemi tal-enerġija intelliġenti, grids u ħażna fil-livell lokali;

(iv)tal-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni tar-riskji u r-reżiljenza għad-diżastri;

(v)tal-promozzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-ilma;

(vi)tal-promozzjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari;

(vii)tat-tisħiħ tal-bijodiversità, l-infrastruttura ekoloġika fl-ambjent urban u t-tnaqqis tat-tniġġis;

(c)“Ewropa iktar konnessa permezz tat-titjib tal-mobilità u l-konnettività tal-ICT reġjonali” (“PO 3”) permezz:

(i)tat-titjib tal-konnettività diġitali;

(ii)tal-iżvilupp sostenibbli, reżiljenti għat-tibdil fil-klima, sigur, intelliġenti u intermodali tat-TEN-T;

(iii)tal-iżvilupp ta’ mobbiltà nazzjonali, reġjonali u lokali, sostenibbli, reżiljenti għall-klima, intelliġenti u intermodali, inkluż aċċess imtejjeb għat-TEN-T u l-mobilità transfruntiera;

(iv)tal-promozzjni tal-mobbiltà urbana multimodali sostenibbli;

(d)“Ewropa aktar soċjali bl-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali” (“PO 4”) billi:

(i)jissaħħu l-effettività tas-swieq tax-xogħol u l-aċċess għal impjiegi ta’ kwalità permezz tal-iżvilupp tal-innovazzjoni soċjali u l-infrastruttura;

(ii)jittejjeb l-aċċess għal servizzi ta’ kwalità u inklużivi fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja permezz tal-iżvilupp fl-infrastruttura;

(iii)tiżdied l-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ komunitajiet marġinalizzati, migranti u gruppi żvantaġġati, permezz ta’ miżuri integrati li jinkludu akkomodazzjoni u servizzi soċjali;

(iv)jiġi żgurat aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura, inkluża kura primarja;

(e)“Ewropa eqreb taċ-ċittadini billi trawwem l-iżvilupp sostenibbli u l-iżvilupp integrat ta’ żoni urbani, rurali u kostali permezz ta’ inizjattivi lokali” (“PO 5”) permezz:

(i)tat-trawwim tal-iżvilupp integrat soċjali, ekonomika u ambjentali, il-wirt kulturali u s-sigurtà fiż-żoni urbani;

(ii)trawwim soċjali, ekonomiku u ambjentali integrat ta’ żvilupp lokali, il-wirt kulturali u s-sigurtà, inkluż għal żoni rurali u kostali kif ukoll permezz ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità.

2.Il-Fond ta’ Koeżjoni għandu jsostni PO 2 u għanijiet speċifiċi taħt PO 3 stabbiliti fil-punti (ii), (iii) u (iv) tal-paragrafu 1 (c).

3.Fir-rigward tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-FEŻR jew il-Fond ta’ Koeżjoni, kif xieraq, jista’ wkoll jappoġġa l-attivitajiet taħt l-għan ta’ Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, fejn jew:

(a)itejbu l-kapaċità tal-awtoritajiet tal-programm, u korpi marbuta mal-implimentazzjoni tal-Fondi;

(b)isaħħu l-kooperazzjoni mal-imsieħba ġewwa u barra minn Stat Membru speċifiku.

Il-kooperazzjoni msemmija fil-punt (b) għandha tinkludi l-kooperazzjoni ma’ msieħba minn reġjuni transkonfinali, minn reġjuni mhux kontigwi jew minn reġjuni li jinsabu fit-territorju kopert minn strateġija makroreġjonali jew tal-baċini tal-baħar jew kombinazzjoni tagħhom.

Artikolu 3
Il-konċentrazzjoni tematika tal-appoġġ tal-FEŻR

1.Fir-rigward ta’ programmi implimentati taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, it-total tar-riżorsi tal-FEŻR f’kull Stat Membru għandhom ikunu kkonċentrati fuq livell nazzjonali skont il-paragrafi 3 u 4.

2.Fir-rigward tal-konċentrazzjoni tematika ta’ appoġġ għall-Istati Membri li jinkludu reġjuni ultraperiferiċi, ir-riżorsi tal-FEŻR allokati speċifikament għal programmi għar-reġjuni ultraperiferiċi u dawk allokati għar-reġjuni l-oħra kollha għandhom jiġu ttrattati b’mod separat.

3.L-Istati Membri għandhom ikunu klassifikati, f’termini ta’ proporzjon tad-dħul nazzjonali gross tagħhom, kif ġej:

(a)dawk b’introjtu nazzjonali gross ugwali għal jew ogħla minn 100 % tal-medja tal-UE (“grupp 1”);

(b)dawk b’introjtu nazzjonali gross ugwali għal jew ogħla minn 75 % u anqas 100% tal-medja tal-UE (“grupp 2”);

(c)dawk b’introjtu nazzjonali gross anqas minn 75 % tal-medja tal-UE (“grupp 3”);

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-proporzjon tad-dħul gross nazzjonali tfisser il-proporzjon bejn id-dħul gross nazzjonali per capita tal-Istat Membru, imkejjel permezz tal-istandards tal-poter tal-akkwist u kkalkolat fuq il-bażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-perjodu mill-2016 sal-2016, u l-medja tad-dħul nazzjonali gross per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist ta’ 27 Stati Membri għal dak l-istess perjodu ta’ referenza.

Fir-rigward tal-programmi taħt il-mira tal-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, huma għandhom jiġu kklassifikati bħala li jaqgħu taħt il-grupp 3.

4.L-Istati Membri għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika li ġejjin:

(a)L-Istati Membri tal-grupp 1 għandhom jallokaw mill-inqas 85% mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom taħt prijoritajiet għajr għal assistenza teknika għal PO 1 u PO 2 u mill-inqas 60 % għal PO 1;

(b)L-Istati Membri tal-grupp 2 għandhom jallokaw mill-inqas 45 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom taħt prijoritajiet għajr għal assistenza teknika għal PO 1 u mill-inqas 30 % għal PO 2;

(c)L-Istati Membri tal-grupp 3 għandhom jallokaw mill-inqas 35 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom taħt prijoritajiet għajr għal assistenza teknika għal PO 1 u mill-inqas 30 % għal PO 2.

5.Ir-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika stipulati fil-paragrafu 4 għandhom jiġu segwiti matul il-perjodu kollu ta’ programmar, inkluż meta jiġu trasferiti bejn l-allokazzjonijiet tal-FEŻR tal-prijoritajiet ta’ programm jew bejn il-programmi u fir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu f’konformità mal-Artikolu [14] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid].

6.Fejn l-allokazzjoni tal-FEŻR fir-rigward ta’ PO 1 jew PO 2, jew it-tnejn, ta’ programm partikolari hija mnaqqsa wara diżimpenn skont l-Artikolu [99] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid], jew minħabba korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni skont l-Artikolu [98] ta’ dan ir-Regolament, il-konformità mar-rekwiżit ta’ konċentrazzjoni tematika stabbiliti fil-paragrafu 4 ma għandhomx jiġu vvalutati mill-ġdid.

Artikolu 4
Kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ mill-FEŻR

1.Il-FEŻR għandu jappoġġa dawn li ġejjin:

(a)investimenti fl-infrastruttura;

(b)investimenti fl-aċċess għas-servizzi;

(c)investimenti produttivi fl-SMEs;

(d)tagħmir, softwer u assi intanġibbli;

(e)informazzjoni, komunikazzjoni, studji, netwerking, kooperazzjoni, skambju ta’ esperjenza u attivitajiet li jinvolvu gruppi;

(f)assistenza teknika.

Barra minn hekk, l-investimenti produttivi f’intrapriżi li mhumiex SMEs jistgħu jiġu appoġġati meta dawn ikunu jinvolvu kooperazzjoni ma’ SMEs f’attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni appoġġati taħt il-punt (a)(i) tal-Artikolu 2(1).

Sabiex jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku taħt PO 1 stabbilit fil-punt (a) (iv) tal-Artikolu 2(1), il-FEŻR għandu jappoġġa wkoll it-taħriġ, it-tagħlim tul il-ħajja u attivitajiet edukattivi.

2.Taħt l-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg), il-FEŻR jista’ jappoġġa wkoll:

(a)kondiviżjoni tal-faċilitajiet u tar-riżorsi umani;

(b)investimenti moderati ta’ akkumpanjament u attivitajiet oħra marbuta ma’ OP 4 taħt il-Fond Soċjali Ewropew Plus kif stipulat fir-Regolament (UE) 2018/xxxx [ESF+ il-ġdid].

Artikolu 5
Kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni

1.Il-Fond ta' Koeżjoni għandu jappoġġa dawn li ġejjin:

(a)investimenti fl-ambjent, li jinkludu investimenti relatati mal-iżvilupp sostenibbli u l-enerġija li jippreżentaw benefiċċji ambjentali;

(b)investimenti f’TEN-T;

(c)assistenza teknika.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw bilanċ xieraq bejn l-investimenti taħt il-punti (a) u (b).

2.L-ammont tal-Fond ta’ Koeżjoni trasferit lill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa 23 għandu jintuża għal proġetti tat-TEN-T.

Artikolu 6
L-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni

1.Il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni ma għandhomx jappoġġaw:

(a)id-dekummissjonar jew il-kostruzzjoni tal-impjanti tal-enerġija nukleari;

(b)l-investiment għall-kisba ta' tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 ;

(c)il-manifattura, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ tabakk u prodotti tat-tabakk;

(d)awtoritajiet kompetenti kif definiti fil-punt 18 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 25 ;

(e)investiment fl-infrastruttura tal-ajruporti minbarra għar-reġjuni l-iktar imbiegħda;

(f)l-investiment f’rimi ta’ skart f’landfill;

(g)l-investimenti f’faċilitajiet għat-trattament tal-iskart residwali;

(h)l-investimenti marbuta mal-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni, il-ħażna jew il-kombustjoni tal-fjuwils fossili, bl-eċċezzjoni ta’ investiment relatat ma’ vetturi nodfa kif iddefiniti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 ;

(i)l-investiment fl-infrastruttura tal-broadband f’żoni fejn hemm mill-inqas żewġ netwerks tal-broadband ta’ kategorija ekwivalenti;

(j)finanzjament għax-xiri tal-vetturi ferrovjarji għall-użu fit-trasport ferrovjarju, ħlief jekk dan huwa marbut:

(i) rilaxx tal-obbligu tas-servizz pubbliku maħruġ għall-offerti pubbliċi taħt ir-Regolament 1370/2007 kif emendat;

(ii) il-provvista ta’ servizzi tat-trasport bil-ferrovija fuq linji li nfetħu għall-kompetizzjoni, u l-benefiċjarju jkun membru ġdid eliġibbli għal finanzjament skont ir-Regolament (UE) 2018/xxxx [Ir-Regolament Investi tal-UE].

2.Barra dan, il-Fond ta’ Koeżjoni ma għandux jappoġġa investiment f’akkomodazzjoni sakemm dan ma jkunx relatat mal-promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija jew l-użu ta’ enerġija rinnovabbli.

3.Pajjiżi u territorji barranin ma għandhomx ikunu eliġibbli għal appoġġ mill-FEŻR jew mill-Fond ta’ Koeżjoni, iżda jistgħu jieħdu sehem fil-programmi Interreg f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) 2018/xxxx [ETC (Interreg].

Artikolu 7
Indikaturi

1.Indikaturi komuni tal-output u tar-riżultati, kif stabbilit fl-Anness I fir-rigward tal-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni, u, fejn meħtieġ, l-indikaturi tal-produzzjoni u tar-riżultati speċifiċi għall-programmi għandhom jintużaw skont il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu [12(1)], il-punt (d)(ii) tal-Artikolu [17(3)] u l-punt (b) tal-Artikolu [37(2)] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [CPR il-ġdid].

2.Għall-indikaturi tar-rendiment, il-linji bażi għandhom ikunu stabbiliti għal żero. It-tragwardji stabbiliti għall-2024 u l-miri stabbiliti għall-2029 għandhom ikunu kumulattivi.

3.F’konformità mar-rekwiżit ta’ rappurtar tagħha skont l-Artikolu [38(3)(e)(i)] tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar il-prestazzjoni f’konformità mal-Anness II.

4.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 13 biex temenda l-Anness I sabiex tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa fil-lista ta’ indikaturi li għandhom jintużaw mill-Istati Membri u biex temenda l-Anness II sabiex tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa fl-informazzjoni dwar il-prestazzjoni li għandha tingħata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

KAPITOLU II
Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-trattament ta’ karatterisitiċi territorjali speċjali

Artikolu 8
Żvilupp territorjali integrat

1.Il-FEŻR jista’ jappoġġa l-iżvilupp territorjali integrat fi programmi taħt iż-żewġ għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid] skont il-Kapitolu II tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament [is-CPR il-ġdid].

2.L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-iżvilupp territorjali integrat, appoġġat mill-FEŻR, esklussivament permezz tal-formoli msemmija fl-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid].

Artikolu 9
Żvilupp urban sostenibbli

1.Il-FEŻR għandu jappoġġa l-iżvilupp territorjali integrat ibbażat fuq strateġiji territorjali f’konformità mal-Artikolu [23] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid] iffokat fuq żoni urbani (“żvilupp urban sostenibbli”) fi programmi taħt iż-żewġ għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) ta’ dak ir-Regolament.

2.Mill-inqas 6 % tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, ħlief għall-assistenza teknika, għandhom jiġu allokati għal żvilupp urban sostenibbli permezz ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità, investimenti territorjali integrati jew għodda territorjali oħra taħt l-għażla PO5.

Il-programm jew il-programmi kkonċernati għandhom jistabbilixxu l-ammonti ppjanati għal dan il-għan taħt il-punt (d) (vii) tal-Artikolu [17(3)] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid].

3.Il-perċentwal allokat għall-iżvilupp urban sostenibbli taħt il-paragrafu 2 għandu jiġi segwit matul il-perjodu kollu ta’ programmar, meta jiġu trasferiti bejn l-allokazzjonijiet tal-FEŻR tal-prijoritajiet ta’ programm jew bejn il-programmi u fir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu f’konformità mal-Artikolu [14] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid].

4.Fejn l-allokazzjoni tal-FEŻR hija mnaqqsa wara diżimpenn skont l-Artikolu [99] tar-Regolament (UE) Nru [is-CPR il-ġdid], jew minħabba korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni skont l-Artikolu [98] ta’ dak ir-Regolament, il-konformità mal-paragrafu 2 ma għandhiex tiġi vvalutata mill-ġdid.

Artikolu 10
Inizjattiva Urbana Ewropea

1.Il-FEŻR għandu jappoġġa wkoll l-Inizjattiva Urbana Ewropea, implimentata mill-Kummissjoni f’ġestjoni diretta u indiretta.

Din l-inizjattiva għandha tkopri ż-żoni urbani kollha u għandha l-appoġġ tal-Aġenda Urbana tal-Unjoni.

2.L-Inizjattiva Urbana Ewropea għandha tikkonsisti f’dawn it-tliet oqsma li ġejjin, ilkoll fir-rigward tal-iżvilupp urban sostenibbli:

(a)appoġġ għall-bini ta’ kapaċità;

(b)appoġġ għal azzjonijiet innovattivi;

(c)appoġġ għall-għarfien, l-iżvilupp ta’ politika u l-komunikazzjoni.

Meta ssir talba minn Stat Membru wieħed jew iktar minn wieħed, l-Inizjattiva Urbana Ewropea tista’ tappoġġa wkoll il-kooperazzjoni intergovernattiva fuq kwistjonijiet urbani.

Artikolu 11
Ir-reġjuni l-iktar imbiegħda

1.L-allokazzjoni addizzjonali speċifika għar-reġjuni l-aktar imbiegħda għandha tintuża sabiex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba f’dawn ir-reġjuni bħala riżultat tar-restrizzjoni/jiet permanenti għall-iżvilupp tagħhom elenkati fl-Artikolu 349 TFUE.

2.L-allokazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tappoġġa:

(a)l-attivitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni kif imniżżel fl-Artikolu 4;

(b)permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4, miżuri li jkopru l-ispejjeż operattivi bil-għan li jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba fir-reġjuni ultraperiferiċi bħala riżultat tar-restrizzjoni/jiet permanenti għall-iżvilupp tagħhom elenkati fl-Artikolu 349 TFUE.

L-allokazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tappoġġa wkoll in-nefqa li tkopri kumpens mogħti għall-provvediment ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku u kuntratti fir-reġjuni ultraperiferiċi.

3.L-allokazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tappoġġa:

(a)operazzjonijiet li jinvolvu l-prodotti elenkati fl-Anness I għat-TFUE;

(b)għajnuna għat-trasport ta' persuni awtorizzati taħt il-punt (a) tal-Artikolu 107(2) TFUE;

(c)eżenzjonijiet mit-taxxa u eżenzjonijiet minn ħlasijiet soċjali.

(d)obbligi ta’ servizz pubbliku mhux rilaxxati minn impriżi u fejn l-Istat jaġixxi billi jeżerċita setgħa pubblika.

KAPITOLU III
Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 12
Dispożizzjonijiet tranżitorji

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1300/2013 u 1301/2013 jew kwalunkwe att adottat skonthom għandhom ikomplu japplikaw għall-programmi u l-operazzjonijiet appoġġjati mill-FEŻR jew mill-Fond ta’ Koeżjoni taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni tal-2014 sal-2020.

Artikolu 13
Eżerċitar tad-delega

1.Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati hija kkonferita fuq il-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

3.Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 7(4) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Din mhux se taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 27 .

5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 7(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 14
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)    COM(2018)322 final, 2.5.2018.
(2)    Għal diskussjoni aktar komprensiva ta’ sinerġiji, koerenza u konsistenza ma’ politiki oħra tal-UE, ara l-valutazzjoni tal-impatt.
(3)    [Referenza].
(4)    [Referenza]. Minbarra l-“Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali” u l-“Programm tal-Unjoni għas-Saħħa”.
(5)    [Referenza]. il-komponenti tal-ġestjoni kondiviża biss.
(6)    [Referenza].
(7)    [Referenza], minbarra l-“Programm dwar it-Tagħmir ta’ Kontroll Doganali”.
(8)    Għal aktar dettalji, ara l-Evalwazzjoni ta’ Impatt li jakkumpanjaha SWD(2018) 282, Kapitolu 3.1 dwar is-sussidjarjetà u l-valur miżjud tal-FEŻR u tal-Fond ta’ Koeżjoni.
(9)    Ara d-Dokument ta’ Riflessjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġejjieni tal-Finanzi tal-UE:    
https://ec.europa.eu/commission/publications/reflection-paper-future-eu-finances_mt .
(10)    Il-miri għall-2014-2020
(11)    Spatial Foresight & t33, New assessment of administrative costs and burden in ESI Funds, preliminary results.
(12)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
(13)    ĠU C , , p. .
(14)    ĠU C , , p. .
(15)    Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).
(16)    [Referenza sħiħa — tas-CPR il-ġdid].
(17)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġuni tat-8 ta’ Lulju 2017 (COM(2015)376) final.
(18)    [Referenza sħiħa — ESF+ il-ġdid].
(19)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(20)    Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(21)    Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Aġenda Urbana tal-UE tal-24 ta’ Ġunju 2016.
(22)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
(23)    Referenza
(24)    Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fil-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE.
(25)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
(26)    Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5).
(27)    ĠU L 123, 12.5.2016, p. 13.
Top

Strasburgu, 29.5.2018

COM(2018) 372 final

ANNESS

tal-

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni

{SEC(2018) 268 final}
{SWD(2018) 282 final}
{SWD(2018) 283 final}


ANNESS I

Indikaturi komuni ta’ output u ta’ riżultati għall-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni - l-Artikolu 7(1) 1

Tabella 1: Indikaturi komuni ta’ output u ta’ riżultati għall-FEŻR (Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir u Interreg) u l-Fond ta’ Koeżjoni**

Objettiv ta’ politika

Outputs

Riżultati

(1)

(2)

(3)

1. Ewropa aktar intelliġenti bil-promozzjoni ta’ trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti

RCO 2 01 - Impriżi appoġġati (li minnhom: mikro, żgħar, medji, kbar)*
RCO 02 - Impriżi appoġġati b’għotjiet*
RCO 03 - Impriżi appoġġati minn strumenti finanzjarji*
RCO 04 - Impriżi b’appoġġ mhux finanzjarju*
RCO 05 - Start-ups appoġġati*
RCO 06 - Riċerkaturi li jaħdmu f'faċilitajiet ta’ riċerka appoġġati
RCO 07 - Istituzzjonijiet ta’ riċerka li jipparteċipaw fi proġetti konġunti ta’ riċerka
RCO 08 - Valur nominali ta’ appart ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni
RCO 10 - Impriżi li jikkooperaw ma’ istituzzjonijiet ta’ riċerka

RCO 96 – Investimenti interreġjonali fi proġetti tal-UE*

RCR 3 01 - Impjiegi maħluqa f’entitajiet appoġġati* 
RCR 02 - Investimenti privati li jikkumplimentaw l-ammont ta’ appoġġ pubbliku (li minnhom: għotjiet, strumenti finanzjarji)*
RCR 03 – SMEs li jintroduċu innovazzjoni ta’ prodotti jew proċessi*
RCR 04 – SMEs li jintroduċu innovazzjoni fit-tqegħid fis-suq jew fil-metodi ta’ organizzazzjoni*
RCR 05 - SMEs li jagħmlu innovazzjoni interna*
RCR 06 - Applikazzjonijiet għal privattivi ppreżentati lill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi*
RCR 07 - Applikazzjonijiet għal trademarks u diżinn* 
RCR 08 - Kopubblikazzjonijiet pubbliċi-privati

RCO 12 - Impriżi appoġġati biex jiddiġitalizzaw il-prodotti u s-servizzi tagħhom
RCO 13 - Servizzi u prodotti diġitali żviluppati għall-impriżi
RCO 14 - Istituzzjonijiet pubbliċi appoġġati biex jiżviluppaw servizzi u applikazzjonijiet diġitali

RCR 11 - Utenti ta’ servizzi u applikazzjonijiet diġitali pubbliċi ġodda*
RCR 12 - Utenti ta’ prodotti, servizzi u applikazzjonijiet diġitali ġodda żviluppati minn impriżi*
RCR 13 - Impriżi li laħqu intensità diġitali għolja*
RCR 14 - Impriżi li jużaw servizzi diġitali pubbliċi*

RCO 15 - Kapaċità tal-inkubazzjoni maħluqa* 

RCR 16 - Impriżi bi tkabbir għoli mogħtija sostenn*
RCR 17 - Impriżi li jibqgħu jeżistu fis-suq wara tliet (3) snin*
RCR 18 - SMEs li jkunu qed jużaw servizzi ta’ inkubatur sena wara l-ħolqien tal-inkubatur
RCR 19 - Impriżi b’fatturat aktar għoli

RCR 25 - Valur miżjud għal kull impjegat f’SMEs appoġġati*

RCO 16 - Entitajiet interessati li jipparteċipaw fi proċess ta’ skoperta imprenditorjali
RCO 17 - Investmenti f’ekosistemi reġjonali / lokali għall-iżvilupp tal-ħiliet

RCO 101 - SMEs li jinvestu fl-iżvilupp tal-ħiliet

RCO 102 - SMEs li jinvestu f’sistemi ta’ ġestjoni ta’ taħriġ* 

RCR 24 - SMEs li jibbenefikaw minn attivitajiet għall-iżvilupp tal-ħiliet li jirriżultaw mill-ekosistema lokali / reġjonali
RCR 97 – Apprendistati appoġġati fl-SMEs

RCR 98 - Persunal tal-SMEs li jikkompletaw Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali Kontinwat (CVET) (skont it-tip ta’ ħila: teknika, tmexxija, imprenditorija, ekoloġika, oħrajn)

RCR 99 -Persunal tal-SMEs li jikkompletaw taħriġ alternattiv għal attivitajiet ta’ servizzi intensivi fl-għarfien (KISA) (skont it-tip ta’ ħiliet: teknika, tmexxija, imprenditorija, ekoloġika, oħrajn)

RCR 100 - Persunal tal-SMEs li jikkompletaw taħriġ formali fl-iżvilupp tal-ħiliet (KISA) (skont it-tip ta’ ħiliet: teknika, tmexxija, imprenditorija, ekoloġika, oħrajn)*

2. Ewropa aktar ekoloġika, bl-użu ta’ anqas karbonju, permezz tal-promozzjoni ta’ tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju

RCO 18 - Unitajiet domestiċi appoġġati biex itejbu l-prestazzjoni fl-użu tal-enerġija ta’ fejn joqogħdu
RCO 19 - Bini pubbliku appoġġat biex itejjeb il-prestazzjoni fl-użu tal-enerġija
RCO 20 - Linji ta’ tisħin distrettwali kostruwiti ġodda jew imtejba

RCR 26 - Konsum finali annwali tal-enerġija (li minnu: residenzjali, privat mhux residenzjali, pubbliku mhux residenzjali)
RCO 27 - Unitajiet domestiċi bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija ta’ fejn joqogħdu
RCO 28 - Bini bi klassifikazzjoni tal-enerġija mtejba (li minnu: residenzjali, privat mhux residenzjali, pubbliku mhux residenzjali)
RCR 29 - Stima tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra*
RCO 30 - Impriżi bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija

RCO 22 - Kapaċità tal-produzzjoni addizzjonali tal-enerġija rinnovabbli (li minnha: elettrika, termali)

RCO 97 - Għadd ta’ komunitajiet tal-enerġija u komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli appoġġati*

RCR 31 - Produzzjoni totali tal-enerġija rinnovabbli (li minnha: elettrika, termali)
RCR 32 – Enerġija rinnovabbli: Il-kapaċità konnessa mal-grilja (operazzjonali)* 

RCO 23 - Sistemi ta’ ġestjoni diġitali għall-grilji intelliġenti

RCO 98 - Unitajiet domestiċi appoġġati biex jużaw il-grilji tal-enerġija intelliġenti

RCR 33 - Utenti konnessi ma’ grilji intelliġenti
RCR 34 - Kollokazzjoni ta’ proġetti għal grilji intelliġenti

RCO 24 - Sistemi ta’ tħejjija, ġodda jew imtejba, għal sistemi ta’ monitoraġġ, tħejjija, twissija u reazzjoni għad-diżastri* 
RCO 25 - Sistemi ta’ protezzjoni ta’ żoni kostali, ta’ żoni biswit xmajjar u lagi, u kontra l-valangi, mibnija ġodda jew ikkonsolidati għall-protezzjoni tan-nies, l-assi u l-ambjent naturali
RCO 26 - Infrastruttura ekoloġika mibnija għall-adatament għat-tibdil fil-klima
RCO 27 - Strateġiji nazzjonali / reġjonali/ u lokali li jindirizzaw l-adattament għat-tibdil fil-klima
RCO 28 - Żoni koperti minn miżuri ta’ protezzjoni kontra n-nirien fil-foresti

RCR 35 - Għadd totali ta’ persuni li jibbenefikaw minn miżuri ta’ protezzjoni kontra l-għarar
RCR 36 - Għadd totali ta’ persuni li jibbenefikaw minn miżuri ta’ protezzjoni kontra n-nirien fil-foresti
RCR 37 - Għadd totali ta’ persuni li jibbenefikaw minn miżuri ta’ protezzjoni kontra diżastri naturali marbuta mal-klima (għajr għargħar u nirien fil-foresta)

RCR 96 – Għadd totali ta’ persuni li jibbenefikaw minn miżuri ta’ protezzjoni kontra riskji naturali mhux marbuta mal-klima u riskji marbuta ma’ attivitajiet tal-bniedem.*
RCR 38 - Żmien medju stmat meħtieġ għal reazzjoni għal sitwazzjonijiet ta’ diżastru*

RCO 30 - Tul ta’ pajpijiet ġodda jew konsolidati għal konnessjonijiet ta’ provvista tal-ilma għall-unitajiet domestiċi
RCO 31 - Tul ta’ netwerks ta’ ġbir ta’ drenaġġ mibnija ġodda jew konsolidati
RCO 32 - Kapaċità ġdida jew imtejba għat-trattament tal-ilma tad-drenaġġ

RCR 41 - Għadd totali ta’ persuni konnessi ma’ provvista tal-ilma mtejba
RCR 42 - Għadd totali ta’ persuni konnessi ma’ mill-anqas impjant ta’ trattament tal-ilma tat-tieni klassi
RCR 43 - Telf ta’ ilma
RCR 44 - Ilma tad-drenaġġ ittrattat kif imiss

RCO 34 - Kapaċità addizzjonali għar-riċiklaġġ tal-iskart

RCR 46 - Għadd ta’ nies servuti minn faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-iskart kif ukoll sistemi żgħar ta’ mmaniġġar tal-iskart
RCR 47 - Skart riċiklat
RCR 48 - Skart riċiklat użat bħala materja prima
RCR 49 - Skart irkuprat

RCO 36 - Daqs taż-żona ta’ infrastruttura ekoloġika appoġġata f’żoni urbani
RCO 37 - Daqs taż-żona ta’ siti Natura 2000 koperti minn miżuri ta’ protezzjoni u restawr skont il-qafas ta’ azzjoni prijoritizzata

RCO 99 - Daqs taż-żona ’il barra minn siti ta’ Natura 2000, koperta minn miżuri ta’ protezzjoni u restawr.

RCO 38 - Daqs taż-żona ta’ art rijabilitata appoġġata
RCO 39 - Sistemi installati għall-monitoraġġ tat-tniġġiż fl-arja

RCR 50 - Għadd totali ta’ persuni li jibbenefikaw minn miżuri għall-kwalità tal-arja

RCR 95 - Għadd totali ta’ persuni li għandhom aċċess għal infrastruttura ekoloġika ġdida jew imtejba f’żoni urbani
RCR 51 - Għadd totali ta’ persuni li jibbenefikaw minn miżuri għat-tnaqqis tal-istorbju
RCR 52 - Art rijabilitata użata għal żoni ekoloġiċi, akkomodazzjoni soċjali, attivitajiet ekonomiċi jew tal-komunità



3. Ewropa aktar konnessa bit-tisħiħ tal-mobbiltà u l-konnettività ICT reġjonali

RCO 41 - Unitajiet domestiċi addizzjonali b’aċċess għal broadband ta’ kapaċità għolja ħafna
RCO 42 - Impriżi addizzjonali b’aċċess għal broadband ta’ kapaċità għolja ħafna

RCR 53 - Unitajiet domestiċi b’abbonamenti għall-broadband ma’ netwerk ta’ kapaċità għolja ħafna
RCR 54 - Impriżi b’abbonamenti għall-broadband ma’ netwerk ta’ kapaċità għolja ħafna

RCO 43 - Tul ta’ toroq ġodda appoġġati - TEN-T 4
RCO 44 - Tul ta’ toroq ġodda appoġġati - oħrajn
RCO 45 - Tul ta’ toroq rikostruwiti jew imtejba - TEN-T
RCO 46 - Tul ta’ toroq rikostruwiti jew imtejba - oħrajn

RCR 55 - Utenti ta’ toroq ġodda, rikostruwiti jew imtejba

RCR 56 - Iffrankar ta’ ħin bis-saħħa ta’ infrastruttura tat-toroq imtejba

RCR 101 - Iffrankar ta’ ħin bis-saħħa ta’ infrastruttura mtejba tal-ferroviji

RCO 47 - Tul ta’ linji tal-ferrovija ġodda appoġġati - TEN-T
RCO 48 - Tul ta’ linji tal-ferrovija ġodda appoġġati - oħrajn
RCO 49 - Tul ta’ linji tal-ferrovija rikostruwiti jew imtejba - TEN-T
RCO 50 - Tul ta’ linji tal-ferrovija rikostruwiti jew imtejba - oħrajn
RCO 51 - Tul ta’ passaġġi fuq l-ilma intern ġodda jew imtejba - TEN-T
RCO 52 - Tul ta’ passaġġi fuq l-ilma intern ġodda jew imtejba - oħrajn
RCO 53 - Stazzjonijiet u faċilitajiet tal-ferrovija - ġodda jew imtejba
RCO 54 - Konnessjonijiet intermodali - ġodda jew imtejba

RCO 100 - Għadd ta’ portijiet appoġġati

RCR 57 - Tul ta’ linji tal-ferrovija mgħammra bis-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju li qed joperaw
RCR 58 - Għadd annwali ta’ passiġġieri li jużaw il-ferroviji appoġġati
RCR 59 - Trasport ta’ merkanzija bil-ferrovija
RCR 60 - Trasport ta’ merkanzija fil-passaġġi tal-ilma intern

RCO 55 - Tul tal-linji tat-tram u tal-metro - ġodda
RCO 56 - Tul tal-linji tat-tram u tal-metro - rikostruwiti/mtejba
RCO 57 - Materjal ferrovjarju fuq ir-roti ekoloġiku għall-użu fit-trasport pubbliku
RCO 58 - Infrastruttura appoġġata ddedikata għar-roti (bicycles)
RCO 59 - Infrastruttura appoġġata ta’ karburanti alternattivi (punti ta’ mili ta’ karburant / iċċarġjar)
RCO 60 - Bliet b’sistemi ġodda jew imtejba ta’ trasport urban diġitalizzat

RCR 62 - Passiġġieri tat-trasport pubbliku kull sena
RCR 63 - Utenti fis-sena ta’ linji ġodda / imtejba tat-tram u tal-metro
RCR 64 - Utenti fis-sena ta’ infrastruttura ddedikata għar-roti



4. Ewropa iktar soċjali fl-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

RCO 61 - Persuni fis-sena servuti minn faċilitajiet imtejba għal servizzi tal-impjiegi (kapaċità)

RCR 65 - Għadd fis-sena ta’ persuni li qegħdin ifittxu x-xogħol li jużaw is-servizzi ta’ servizzi tal-impjieg appoġġati

RCO 63 - Kapaċità ta’ infrastruttura temporanja ta’ akkoljenza maħluqa
RCO 64 - Kapaċità ta’ akkomodazzjoni rijabilitata – migranti, refuġjati u persuni taħt protezzjoni internazzjonali jew li applikaw għaliha

RCO 65 - Kapaċità ta’ akkomodazzjoni rijabilitata - oħrajn

RCR 66 - Okkupanza ta’ infrastruttura temporanja ta’ akkoljenza mibnija jew rinnovata
RCR 67 - Okkupanza ta’ akkomodazzjoni rijabilitata – migranti, refuġjati u persuni taħt protezzjoni internazzjonali jew li applikaw għaliha

RCR 68 - Okkupanza ta’ akkomodazzjoni rijabilitata - other

RCO 66 - Kapaċità fil-klassijiet f’infrastruttura appoġġata tal-indukrar tat-tfal (ġdida jew imtejba)
RCO 67 - Kapaċità fil-klassijiet f’infrastruttura appoġġata tal-edukazzjoni (ġdida jew imtejba)

RCR 70 - Għadd annwali ta’ tfal li jużaw infrastruttura appoġġata tal-indukrar tat-tfal
RCR 71 - Għadd annwali ta’ studenti li jużaw infrastruttura appoġġata tal-edukazzjoni

RCO 69 - Kapaċità ta’ infrastruttura appoġġata tal-kura tas-saħħa
RCO 70 - Kapaċità ta’ infrastruttura soċjali appoġġata (barra l-akkomodazzjoni)

RCR 72 - Persuni b'aċċess għal servizzi mtejba ta’ kura tas-saħħa
RCR 73 - Għadd annwali ta’ persuni li jużaw il-faċilitajiet appoġġati tal-kura tas-saħħa
RCR 74 - Għadd annwali ta’ persuni li jużaw il-faċilitajiet appoġġati tal-kura soċjali
RCR 75 - Żmien medju meħtieġ biex tingħata reazzjoni fil-każ ta’ emerġenzi mediċi fil-qasam appoġġat

5. Ewropa eqreb lejn iċ-ċittadini bit-trawwmin tal-iżvilupp sostenibbli u integrat ta’ żoni urbani, rurali u kostali u tal-inizjattivi lokali

RCO 74 - Popolazzjoni koperta minn strateġiji għall-iżvilupp urban integrat
RCO 75 - Strateġiji integrati għall-iżvilupp urban
RCO 76 - Proġetti ta’ kollaborazzjoni
RCO 77 - Kapaċità ta’ infrastruttura kulturali u turistika appoġġata

RCR 76 - Partijiet interessati involuti fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ żvilupp urban
RCR 77 - Turisti / żjarat lejn siti appoġġati* 
RCR 78 - Utenti li jibbenefikaw minn infrastruttura kulturali sostnuta

RCO 80 – Strateġiji ta’ żvilupp lokali mmexxija mill-komunità għall-iżvilupp lokali

 



Orizzontali - Implimentazzjoni

RCO 95 - Persunal iffinanzjat mill-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni

RCR 91 - Perjodu medju għat-tnedija ta’ sejħiet, is-selezzjoni ta’ proġetti u l-iffirmar tal-kuntratti*
RCR 92 - Perjodu medju għall-proċess ta’ akkwist (mit-tnedija tal-akkwist sal-iffirmar tal-kuntratt) *
RCR 93 - Perjodu medju għall-implimentazzjoni tal-proġett (mill-iffirmar tal-kuntratt sal-aħħar pagament) *
RCR 94 - Sessjoni waħda ta’ offerti għal interventi tal-FEŻR u tal-Fond ta’ Koeżjoni*

** Għal raġunijiet ta’ preżentazzjoni, l-indikaturi huma miġbura fi gruppi taħt objettiv ta’ politika, iżda mhumiex limitati għalih. B’mod partikolari, taħt l-objettiv ta’ politika 5, jistgħu jintużaw objettivi speċifiċi mill-objettivi ta’ politika minn 1 sa 4 bl-indikaturi rilevanti. Barra minn hekk, bil-għan li tiġi żviluppata stampa sħiħa tal-prestazzjoni mistennija u reali tal-programmi, l-indikaturi mmarkati b’(*) jistgħu jintużaw minn objettivi speċifiċi taħt aktar minn wieħed mill-objettivi ta’ politika minn 1 sa 4, meta rilevanti.

Tabella 2: Indikaturi komuni addizzjonali tal-output u tar-riżultati għall-FEŻR ta’ Interreg

Indikaturi speċifiċi għal Interreg

RCO 81 - Parteċipanti f’inizjattivi ta’ mobbiltà transfruntiera
RCO 82 - Parteċipanti f’azzjonijiet konġunti li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-opportunitajiet indaqs u l-inklużjoni soċjali
RCO 83 - Strateġiji konġunti / pjani ta’ azzjoni żviluppati jew implimentati
RCO 84 - Attivitajiet pilota konġunti implimentati fi proġetti
RCO 85 - Parteċipanti fi skemi konġunti ta’ taħriġ

RCO 96 – Ostakli legali jew amministrattivi identifikati
RCO 86 - Ftehimiet konġunti amministrattivi jew legali ffirmati
RCO 87 - Organizzazzjonijiet li jikkooperaw b’mod transfruntier
RCO 88 - Proġetti lil hinn mill-fruntieri nazzjonali għal tagħlim bejn il-pari għat-titjib ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni
RCO 89 - Proġetti transfruntieri għat-titjib tal-governanza f’livelli multipli
RCO 90 - Proġetti transfruntiera li jwasslu għal netwerks / raggruppamenti

RCR 79 - Strateġiji konġunti / pjani ta’ azzjoni adottati minn organizzazzjonijiet fil-mument ta’ tlestija ta’ proġett, jew warajh
RCR 80 - Attivitajiet piloti konġunti adottati jew imwessgħa minn organizzazzjonijiet fil-mument ta’ tlestija ta’ proġett, jew warajh
RCR 81 - Parteċipanti li jikkompletaw skemi konġunti ta’ taħriġ
RCR 82 - Ostakli legali jew amministrattivi indirizzati jew mitigati
RCR 83 - Persuni koperti minn ftehimiet konġunti ffirmati
RCR 84 - Organizzazzjonijiet li jikkooperaw b’mod transfruntier minn sitt xhur sa 12-il xahar wara t-tlestija ta’ proġett
RCR 85 - Parteċipanti f’azzjonijiet konġunti minn sitt xhur sa 12-il xahar wara t-tlestija ta’ proġett
RCR 86 - Partijiet interessati / istituzzjonijiet b’kapaċità ta’ kooperazzjoni mtejba lil hinn mill-fruntieri nazzjonali

(1)

     Għall-użu fl-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir Interreg f’konformità mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu [12(1)], u mal-punt (b) tal-Artikolu [36](2) [trażmissjoni tad-data] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] u, fl-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir f’konformità mal-punt (d)(ii) tal-Artikolu [17 (3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] u, għal Interreg, skont il-punt (e)(ii) tal-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) [regolament ġdid ETC]

(2)

   RCO: Indikatur Komuni tal-Output tal-Politika Reġjonali.

(3)

   RCR: Indikatur Komuni tar-Riżultati tal-Politika Reġjonali.

(4)

   Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

Top

Strasburgu, 29.5.2018

COM(2018) 372 final

ANNESS

tal-

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni

{SEC(2018) 268 final}
{SWD(2018) 282 final}
{SWD(2018) 283 final}


ANNESS II

Ġabra ċentrali ta’ indikaturi tal-prestazzjoni għall-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 7(3) 1  

Objettiv ta’ politika

Objettiv speċifiku

Outputs

Riżultati

(1)

(2)

(3)

(4)

1. Ewropa aktar intelliġenti bil-promozzjoni ta’ trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti

(i) It-tisħiħ tal-kapaċitajiet fir-riċerka u l-innovazzjoni u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji avvanzati

CCO 01 - Impriżi appoġġati biex iwettqu innovazzjoni
CCO 02 - Riċerkaturi li jaħdmu f'faċilitajiet ta’ riċerka appoġġati

CCR 01 – (SMEs li jintroduċu innovazzjoni fil-prodott, il-proċess, it-tqegħid fis-suq jew fil-metodi ta’ organizzazzjoni

(ii) Il-ħsad tal-benefiċċji tad-diġitizzazzjoni għaċ-ċittadini, il-kumpaniji u l-gvernijiet

CCO 03 - Impriżi u istituzzjonijiet pubbliċi appoġġati biex jiżviluppaw prodotti, servizzi u applikazzjonijiet diġitali

CCR 02 - Utenti addizzjonali ta’ prodotti, servizzi u applikazzjonijiet diġitali ġodda żviluppati minn impriżi u minn istituzzjonijiet pubbliċi

(iii) Jitkattru t-tkabbir u l-kompetittività tal-SMEs

CCO 04 - SMEs appoġġati biex joħolqu l-impjiegi u t-tkabbir

CCR03 - Impjiegi maħluqa f’SMEs appoġġati

(iv) L-iżvilupp ta’ ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, tranżizzjoni industrijali u imprenditorija

CCO 05 - SMEs li jinvestu fl-iżvilupp tal-ħiliet

CCR 04 - Persunal ta’ SMEs li jibbenefika minn taħriġ għall-iżvilupp tal-ħiliet



2. Ewropa aktar ekoloġika, bl-użu ta’ anqas karbonju, permezz tal-promozzjoni ta’ tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiċi u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju

(i) Il-promozzjoni ta’ miżuri ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija

CCO 06 - Investimenti f’miżuri biex titjieb l-effiċjenza tal-enerġija

CCR 05 - Benefiċjarji bi klassifikazzjoni mtejba fejn tidħol l-enerġija

(ii) Il-promozzjoni tal-enerġiji rinnovabbli

CCO 07 - Kapaċità ta’ produzzjoni addizzjonali ta’ enerġija rinnovabbli

CCR 06 - Volum ta’ enerġija rinnovabbli addizzjonali prodotta

(iii) L-iżvilupp ta’ sistemi intelliġenti tal-enerġija, grilji u ħażna fil-livell lokali

CCO 08 - Sistemi ta’ ġestjoni diġitali żviluppati għall-grilji intelliġenti

CCR 07 - Utenti addizzjonali konnessi ma’ grilji intelliġenti

(iv) Il-promozzjoni ta' adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni tar-riskji u l-ġestjoni tad-diżastri

CCO 09 - Sistemi ta’ monitoraġġ, twissija u reazzjoni għad-diżastri, ġodda jew imtejba

CCR 08 - Għadd ta’ persuni totali addizzjonali li jibbenefikaw minn miżuri ta’ protezzjoni kontra l-għargħar, in-nirien fil-foresti u diżastri naturali oħra relatati mal-klima

(v) Il-promozzjoni ta' ġestjoni sostenibbli tal-ilma

CCO 10 - Kapaċità ġdida jew imtejba għat-trattament tal-ilma tad-drenaġġ

CCR 09 – Għadd addizzjonali ta’ persuni konnessi ma’ impjant ta’ trattament tal-ilma mill-anqas tat-tieni klassi

(vi) Il-promozzjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

CCO 11 - Kapaċità ġdida jew imtejba għar-riċiklar tal-iskart

CCR 10 - Skart riċiklat addizzjonali

(vii) It-titjib tal-bijodiversità, l-infrastruttura ekoloġika fl-ambjent urban u t-tnaqqis tat-tniġġiż

CCO 12 - Id-daqs taż-żona ta’ infrastruttura ekoloġika f’żoni urbani

CCR 11 - Għadd ta’ nies li jibbenefikaw minn miżuri għall-kwalità tal-arja



3. Ewropa aktar konnessa bit-tisħiħ tal-mobilità u l-konnettività ICT reġjonali

(i) It-titjib tal-konnettività diġitali

CCO 13 - Unitajiet domestiċi u impriżi addizzjonali fil-kopertura ta’ netwerks tal-broadband b’kapaċità għolja ħafna

CCR 12 - Unitajiet domestiċi u impriżi addizzjonali b’abbonamenti għall-broadband ma’ netwerk ta’ kapaċità għolja ħafna

(ii) L-iżvilupp ta’ TEN-T sostenibbli, reżiljenti għat-tibdil fil-klima, sigur, intelliġenti u intermodali

CCO 14 - Toroq TEN-T: Toroq ġodda u aġġornati

CCR 13 - Iffrankar ta’ ħin bis-saħħa ta’ infrastruttura tat-toroq imtejba

(iii) L-iżvilupp ta’ mobbiltà sostenibbli, reżiljenti għall-klima, intelliġenti u intermodali nazzjonali, reġjonali u lokali, inkluż aċċess imtejjeb għal TEN-T u mobilità transfruntiera

CCO 15 - Ferroviji TEN-T: Ferroviji ġodda u aġġornati

CCR 14 - Ammont fis-sena ta’ passiġġieri moqdija minn trasport ferrovjarju mtejjeb

(Iv) Il-promozzjoni ta’ mobbiltà urbana multimodali sostenibbli

CCO 16 - Estensjoni u modernizzazzjoni ta’ linji tat-tram u tal-metro

CCR 15 - Utenti fis-sena moqdija minn linji ġodda u modernizzati tat-tram u tal-metro

4. Ewropa iktar soċjali fl-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

(i) It-tisħiħ tal-effettività tas-swieq tax-xogħol u aċċess għal impjiegi ta’ kwalità permezz tal-iżvilupp ta’ infrastruttura u innovazzjoni soċjali

CCO 17 - Persuni qiegħda fis-sena moqdija minn faċilitajiet imtejba għal servizzi tal-impjiegi

CCR 16 - Persuni li qed ifittxu x-xogħol li jużaw kull sena faċilitajiet imtejba għal servizzi ta’ impjieg

(ii) It-titjib tal-aċċess għal servizzi inklużivi u ta’ kwalità fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura

CCO 18 - Kapaċità ġdida jew imtejba għall-infrastruttura tal-indukrar tat-tfal u tal-edukazzjoni

CCR 17 - Utenti fis-sena moqdija minn infrastruttura ġdida jew imtejba tal-indukrar tat-tfal u tal-edukazzjoni

(iii) Tiżdied l-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ komunitajiet marġinalizzati, migranti u gruppi żvantaġġati, permezz ta’ miżuri integrati li jinkludu akkomodazzjoni u servizzi soċjali;

CCO 19 - Kapaċità addizzjonali ta’ infrastrutturi ta’ akkoljenza maħluqa jew imtejba

CCR 18 - Utenti fis-sena moqdija minn faċilitajiet ta’ akkoljenza u ta’ akkomodazzjoni, ġodda u mtejba

(iv) L-iżgurar ta’ aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura, inkluż tal-kura primarja

CCO 20 - Kapaċità ġdida jew imtejba tal-infrastruttura tal-kura tas-saħħa

CCR 19 - Għadd totali ta’ persuni b'aċċess għal servizzi mtejba ta’ kura tas-saħħa

5. Ewropa eqreb lejn iċ-ċittadini bit-trawwim tal-iżvilupp sostenibbli u integrat ta’ żoni urbani, rurali u kostali u tal-inizjattivi lokali

(i) It-trawwim tal-iżvilupp integrat soċjali, ekonomiku u anbjentali, tal-wirt kulturali u tas-sigurtà f’żoni urbani

CCO 21 - Għadd totali ta’ persuni koperti minn strateġiji għall-iżvilupp urban integrat

 

(1)

Dawn l-indikaturi se jintużaw mill-Kummissjoni f’konformità mar-rekwiżit ta’ rappurtar tagħha skont l-Artikolu 38(3)(e)(i) tar-Regolament Finanzjarju [applikabbli]

Top