Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018DC0556

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW, LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI U LILL-BANK EWROPEW TAL-INVESTIMENT Tħejjija għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Marzu 2019

COM/2018/556 final

Brussell, 19.7.2018

COM(2018) 556 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Tħejjija għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea
fit-30 ta’ Marzu 2019


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW, LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI U LILL-BANK EWROPEW TAL-INVESTIMENT

Tħejjija għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea
fit-30 ta’ Marzu 2019

Id-deċiżjoni tar-Renju Unit li toħroġ mill-Unjoni toħloq inċertezzi li għandhom il-potenzjal li jikkawżaw problemi

Il-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50), id-29 ta’ April 2017 1

Il-Kunsill Ewropew jappella lill-Kummissjoni, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u lill-Istati Membri biex ikomplu jaħdmu fuq it-tħejjija, fil-livelli kollha, għall-konsegwenzi tal-ħruġ tar-Renju Unit, filwaqt li jieħdu kont tal-eżiti kollha possibbli.

Il-Kunsill Ewropew (Artikolu 50), id-29 ta’ Marzu 2018 2

Il-Kunsill Ewropew iġedded l-appell tiegħu lill-Istati Membri, l-isituzzjonijiet tal-Unjoni u l-

partijiet ikkonċernati kollha biex jintensifikaw il-ħidma tagħhom dwar it-tħejjija fil-livelli kollha u għall-eżiti kollha.

Il-Kunsill Eropew(Artikolu 50), id-29 ta’ Ġunju 2018 3

Sommarju:

Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea għandu riperkussjonijiet għaċ-ċittadini, għan-negozji u għall-amministrazzjonijiet kemm fir-Renju Unit, kif ukoll fl-Unjoni Ewropea. Dawn ir-riperkussjonijiet ivarjaw minn kontrolli ġodda fil-fruntiera esterna (l-ġdida) tal-UE, sal-validità tal-liċenzji, iċ-ċertifikati u l-awtorizzazzjonijiet maħruġa mir-Renju Unit sal-kundizzjonijiet il-ġodda għat-trasferimenti tad-data.

L-Unjoni Ewropea qed tistinka biex tilħaq ftehim dwar il-ħruġ ordnat u tistenna b’interess li tiddiskuti l-qafas għal relazzjoni futura mar-Renju Unit.

Madankollu, ma hemm l-ebda ċertezza li se jintlaħaq ftehim. U anki jekk il-ftehim jintlaħaq, ir-relazzjoni tar-Renju Unit mal-Unjoni Ewropea mhux se tkun iktar waħda ta’ Stat Membru u għalhekk, se tkun f’sitwazzjoni fundamentalment differenti.

Għalhekk, jeħtieġ li kull min huwa kkonċernat ikun imħejji għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Marzu 2019. Din il-Komunikazzjoni għandha tidher fl-isfond tas-sejħa tal-Mexxejja tal-EU27 biex tiġi intensifikata t-tħejjija fil-livelli kollha u biex il-partijiet kollha kkonċernati li jistgħu jiġu affettwati mill-ħruġ tar-Renju Unit jiġu inkoraġġiti jieħdu l-azzjonijiet ta’ tħejjija meħtieġa u jeħduhom issa.



1.Il-kuntest

Ir-Renju Unit iddeċieda li joħroġ mill-Unjoni Ewropea

Fit-30 ta’ Marzu 2019 4 , ir-Renju Unit se joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz.

Irrispettivament mix-xenarju previst, dan se jikkawża problemi sinifikanti għaċ-ċittadini, għan-negozji u għall-amministrazzjonijiet Ewropej. Il-Kunsill Ewropew enfasizza b’mod ripetittiv il-ħtieġa għal azzjoni ta’ tħejjija u fid-29 ta’ Ġunju 2018 reġa’ appella lill-Istati Membri, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lill-partijiet ikkonċernati biex jintensifikaw ix-xogħol tagħhom dwar it-tħejjija fil-livelli kollha u għall-eżiti kollha 5 . Din il-Komunikazzjoni tiddeskrivi l-ħidma ta’ tħejjija li għaddejja, issemmi l-azzjonijiet ta’ tħejjija li ttieħdu sa issa u tindika l-isfidi varji li hemm quddiemna.

In-negozjar ta’ ftehim dwar il-ħruġ jinsab għaddej

Attwalment, l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit qed jinnegozjaw ftehim dwar il-ħruġ. Il-progress dwar it-test legali miksub fil-livell tan-negozjaturi ġie rapportat fid-19 ta’ Marzu 2018 6 . Dan il-progress jinkludi arranġamenti dettaljati għal perjodu ta’ tranżizzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2020 (ara aktar ’l isfel). Ġie rapportat aktar progress f’dikjarazzjoni konġunta tan-negozjaturi tal-UE u tar-Renju Unit fid-19 ta’ Ġunju 2018 7 . Filwaqt li sar progress, kwistjonijiet importanti għadhom miftuħa, inkluża l-protezzjoni kontinwa, fir-Renju Unit, tal-“ġabra” ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti fir-Renju Unit meta kien Stat Membru u l-istandards ta’ protezzjoni tad-data personali trażmessa lir-Renju Unit meta dan kien Stat Membru. Il-kwistjonijiet relatati mal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali wkoll għadhom miftuħa. Barra minn hekk, il-kwistjonijiet rigward il-governanza tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, inkluż ir-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għadhom mhux solvuti. Fl-aħħar nett, sa issa ma sar l-ebda progress dwar qbil fuq “arranġament ta’ garanzija ta’ kontinġenza” biex tiġi evitata fruntiera fuq il-gżira tal-Irlanda, indipendentement mill-eżitu tan-negozjati tar-relazzjoni futura.

B’mod parallel mal-abbozz tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit bdew jiddiskutu l-kontenut ta’ dikjarazzjoni politika li tista’ tistabbilixxi fehim kumplessiv dwar il-qafas għar-relazzjoni futura bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit.

Attwalment, huwa ppjanat li l-Ftehim dwar il-Ħruġ isir qbil dwaru mill-Unjoni Ewropea u mir-Renju Unit f’Ottubru 2018, akkumpanjat minn dikjarazzjoni politika dwar ir-relazzjoni futura tagħhom. Dan jista’ jipprovdi biss biżżejjed żmien għall-proċess tal-konklużjoni fl-Unjoni Ewropea (il-Kunsill bil-kunsens tal-Parlament Ewropew) u ta’ ratifika fir-Renju Unit.

Il-konklużjoni u r-ratifika ta' ftehim dwar il-ħruġ — proċess diffiċli ħafna

Jista’ jkun hemm perjodu ta’ tranżizzjoni…

Jekk jintlaħaq qbil dwar l-abbozz tal-Ftehim dwar il-Ħruġ mill-Unjoni Ewropea u mir-Renju Unit, dan ikun jipprevedi perjodu ta’ tranżizzjoni bejn id-data tal-ħruġ (jiġifieri t-30 ta’ Marzu 2019) u l-31 ta’ Diċembru 2020. Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, ir-regoli tal-Unjoni (l-hekk imsejjaħ acquis tal-Unjoni li jinkludi l-ftehimiet internazzjonali 8 ), hekk kif ikomplu jevolvu, ikunu japplikaw ġeneralment għar-Renju Unit u fir-Renju Unit, għalkemm ir-Renju Unit ma jibqax jipparteċipa fil-governanza u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet, il-korpi jew l-aġenziji tal-UE. Għalhekk, il-perjodu ta’ tranżizzjoni jagħti 21 xahar ieħor biex wieħed iħejji għall-jum meta d-dritt tal-UE jieqaf japplika għar-Renju Unit u fir-Renju Unit.



…iżda jeħtieġ inħejju għax-xenarji kollha…

Il-partijiet ikkonċernati u l-amministrazzjonijiet nazzjonali u tal-UE jeħtieġ iħejju għal żewġ xenarji ewlenin possibbli:

·Jekk il-Ftehim dwar il-Ħruġ jiġi ratifikat qabel it-30 ta’ Marzu 2019, sabiex ikun jista’ jidħol fis-seħħ f’dik id-data, id-dritt tal-Unjoni jieqaf japplika għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fl-1 ta’ Jannar 2021, jiġifieri wara perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ 21 xahar, li t-termini tiegħu huma stabbiliti fil-Ftehim dwar il-Ħruġ.

·Fl-assenza ta’ ftehim dwar il-ftehim dwar il-ħruġ, jew jekk il-Ftehim dwar il-Ħruġ ma jkunx ratifikat fil-ħin miż-żewġ partijiet, mhu se jkun hemm ebda perjodu ta’ tranżizzjoni u d-dritt tal-Unjoni se jieqaf japplika għar-Renju Unit u fir-Renju Unit mit-30 ta’ Marzu 2019 (magħruf ukoll bħala x-xenarju “fejn ma jkunx hemm ftehim” jew “b’effett ta’ preċipizju”)

Barra minn hekk, anki jekk il-Ftehim dwar il-Ħruġ jiġi ratifikat u jiġi konkluż b'suċċess ftehim dwar ir-relazzjoni futura matul dan il-perjodu ta’ tranżizzjoni, din ir-relazzjoni ma tkunx dik ta’ Stat Membru tal-Unjoni. Il-Kunsill Ewropew fakkar b’mod konsistenti li pajjiż terz ma jistax ikollu l-istess drittijiet u jgawdi mill-istess benefiċċji bħal Stat Membru. Għaldaqstant, it-tħejjija biex ir-Renju Unit ikun pajjiż terz hija ta’ importanza kbira, anki fl-inqas xenarju problematiku.

…u kull xenarju għandu konsegwenzi differenti

Konsegwenzi ewlenin tax-xenarju 1: il-ħruġ fit-30 ta’ Marzu 2019 skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ, inkluż perjodu ta’ tranżizzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2020

·Ir-Renju Unit se jkun pajjiż terz.

·Il-kontinwazzjoni tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fir-Renju Unit u għar-Renju Unit: b’mod ġenerali, id-dritt tal-UE jkompli japplika matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

·Il-ħruġ mill-istruttura istituzzjonali: Mit-30 ta’ Marzu 2019, ir-Renju Unit ma jibqax jipparteċipa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE, fl-istituzzjonijiet tal-UE, fil-governanza tal-korpi u l-aġenziji tal-UE.

·Ġestjoni tal-perjodu ta’ tranżizzjoni: Ir-rwol tal-istituzzjonijiet tal-UE fis-superviżjoni u fl-infurzar tad-dritt tal-UE fir-Renju Unit ikompli.

·In-negozjati dwar ir-relazzjoni futura: Jenħtieġ li l-Unjoni Ewropea tinnegozja ftehim mar-Renju Unit dwar ir-relazzjoni futura li għandha tkun fis-seħħ idealment (li jkun sar qbil dwaru, iffirmat u ratifikat) fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u li japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.



Konsegwenza ewlenija tax-xenarju 2: il-ħruġ fit-30 ta’ Marzu 2019 mingħajr ftehim dwar il-ħruġ

·Ir-Renju Unit se jkun pajjiż terz u d-dritt tal-Unjoni jieqaf japplika għar-Renju Unit u fir-Renju Unit 9 .

·Ċittadini: M’hemm l-ebda arranġament speċifiku fis-seħħ għaċ-ċittadini tal-UE fir-Renju Unit, jew għaċ-ċittadini tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea.

·Kwistjonijiet tal-fruntieri: L-Unjoni Ewropea trid tapplika r-regolamenti u t-tariffi tagħha fil-fruntieri mar-Renju Unit bħala pajjiż terz, inklużi l-verfiki u l-kontrolli għad-dwana, standards sanitarji u fitosanitarji u l-verifika tal-konformità man-normi tal-UE. Ikun hemm impatt enormi fuq it-trasport bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea. Id-dwana, il-kontrolli sanitarji u fitosanitarji fil-fruntieri jikkawżaw dewmien sinifikanti, eż. fit-trasport bit-triq, u diffikultajiet għall-portijiet.

·Kwistjonijiet kummerċjali u regolatorji: Ir-Renju Unit isir pajjiż terz li r-relazzjonijiet tiegħu mal-Unjoni Ewropea jiġu rregolati skont id-dritt pubbliku internazzjonali ġenerali, inklużi r-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. B’mod partikolari, f’setturi rregolati ħafna, dan ikun jirrappreżenta pass sinifikanti lura meta mqabbel mal-livell attwali ta’ integrazzjoni tas-suq.

·Negozjati mar-Renju Unit: Skont iċ-ċirkostanzi li jwasslu għal ħruġ mingħajr ftehim, jista’ jkun li l-UE tkun tixtieq tidħol f’negozjati mar-Renju Unit bħala pajjiż terz.

·Finanzjament mill-UE: l-entitajiet tar-Renju Unit jieqfu jkunu eliġibbli bħala entitajiet tal-Unjoni għall-fini li jirċievu għotjiet tal-UE u jipparteċipaw fi proċeduri ta’ akkwist tal-UE. Sakemm ma jkunx previst mid-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ, il-kandidati jew offerenti mir-Renju Unit jistgħu jiġu rifjutati.

2. Id-differenza bejn tħejjija u kontinġenza

Ix-xoljiment ta’ relazzjoni mibnija matul aktar minn erbgħin sena bla dubju se jirriżulta f’bidliet sinifikanti fl-interazzjonijiet mar-Renju Unit fil-livelli kollha, inkluż ekonomikament u legalment. It-tħejjija ma tistax tipprevjeni l-okkorrenza ta’ dawn il-bidliet, li huma konsegwenza tad-deċiżjoni tar-Renju Unit, iżda timmira li ttaffi l-impatt tagħhom. Filwaqt li l-Unjoni Ewropea tinnegozja ħruġ ordnat mar-Renju Unit, hija timmira li tiddefendi l-interess tal-Unjoni ta’ 27 Stat Membru, u jenħtieġ li ċ-ċittadini, in-negozji u l-Istati Membri tagħha jieħdu azzjoni biex iħejju ruħhom. Għalhekk, it-tħejjija għandha tiġi intensifikata immedjatament fil-livelli kollha u tikkunsidra l-eżiti kollha possibbli. 

Iċ-ċittadini, in-negozji u l-Istati Membri se jiġu affettwati f’livelli differenti, u l-estent tal-problemi jkun jiddependi fuq diversi fatturi, inkluż dwar jekk jidħolx fis-seħħ ftehim dwar il-ħruġ, u dwar ir-relazzjoni futura bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit.

It-tħejjija timplika l-previżjoni tax-xenarji kollha possibbli u l-valutazzjoni tar-riskji relatati rilevanti kollha, l-ippjanar ta’ rispons u r-reazzjoni għall-eżiti potenzjali. Għandhom jittieħdu l-passi kollha possibbli u meħtieġa biex ikun żgurat li jiġi ppjanat rispons u li l-partijiet ikkonċernati u l-awtoritajiet pubbliċi fl-Unjoni ikunu jistgħu jtaffu r-riskji kemm jista’ jkun. Kulħadd, għalhekk, irid iħejji għall-bidliet li bla dubju se jġib miegħu il-ħruġ tar-Renju Unit.

Meta tiddefinixxi l-azzjonijiet li se jkollhom jittieħdu, il-Kummissjoni tiddistingwi bejn żewġ tipi ta’ miżuri differenti: il-miżuri ta’ tħejjija u l-ippjanar ta’ kontinġenza.

a)Miżuri ta’ tħejjija

Il-miżuri ta’ tħejjija huma l-miżuri li se jkollhom jittieħdu b'konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit, indipendentement minn jekk ikunx hemm ftehim dwar il-ħruġ mar-Renju Unit jew le.

Pereżempju, għall-operaturi ekonomiċi li attwalment joperaw fuq il-bażi ta’ awtorizzazzjonijiet u ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet u mill-korpi tar-Renju Unit, il-miżuri ta’ tħejjija jistgħu jinkludu l-applikazzjoni għal awtorizzazzjonijiet u ċertifikati fi Stat Membru tal-EU 27 biex jiġi żgurat aċċess kontinwu għas-suq tal-UE. L-Istati Membri jistgħu jkunu jridu jikkunsidraw miżuri biex itaffu l-piż amministrattiv addizzjonali li jista’ jirriżulta minn miżuri ta’ kontroll ġodda u minn żieda fit-talbiet mill-operaturi ekonomiċi għal liċenzji jew ċertifikati tal-EU 27.

Fil-livell tal-EU, l-eżempji tal-miżuri ta’ tħejjija huma r-rilokazzjoni tal-aġenziji deċentralizzati bbażati f’Londra u r-riattribuzzjoni tal-kompiti mill-awtoritajiet tar-Renju Unit lejn awtoritajiet tal-EU27. Dawn huma meħtieġa, irrispettivament minn ftehim eventwali mar-Renju Unit, peress li mhuwiex possibbli li pajjiż terz jiġi fdat b’kompiti tal-Unjoni bħal dawn jew bl-ospitar tal-korpi tal-Unjoni.

b)Ippjanar ta’ kontinġenza

Filwaqt li d-dritt tal-Unjoni jibqa’ l-istess, l-inċertezza tal-proċess ta’ negozjati teħtieġ li jiġu mmappjati x-xenarji kollha.

L-ippjanar ta’ kontinġenza jikkonsisti fil-previżjoni tal-miżuri li se jkunu meħtieġa biex itaffu l-effetti ta’ ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni jekk ma jkunx hemm ftehim dwar l-ħruġ, u għalhekk bla perjodu ta’ tranżizzjoni, li bla dubju jirriżultaw qrib id-data tal-ħruġ (it-30 ta’ Marzu 2019).

Il-miżuri ta’ kontinġenza, bi prinċipju, ikunu temporanji sakemm jidħlu fis-seħħ l-aġġustamenti meħtieġa fit-tul. Il-miżuri ta’ kontinġenza la jistgħu jiksbu l-istess riżultati bħal ħruġ ordnat negozjat permezz ta’ ftehim dwar il-ħruġ u lanqas ma jistgħu joħolqu mill-ġdid is-sitwazzjoni attwali fejn ir-Renju Unit huwa Stat Membru.

L-ippjanar ta' kontinġenza għall-agħar eżitu possibbli mhuwiex sinjal ta’ nuqqas ta’ fiduċja fin-negozjati. Il-Kummissjoni qed tiddedika riżorsi sinifikanti ħafna u qed tagħmel sforzi kbar biex tikseb dan il-ftehim. Din tibqa’ l-mira tagħna. Madankollu, l-eżitu tan-negozjati ma jistax jiġi previst.

Il-miżuri ta’ kontinġenza ma jinvolvux neċessarjament azzjonijiet leġiżlattivi fil-livell tal-UE u jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, skont il-qasam ta’ kompetenza. Fil-qasam tad-dwana, pereżempju, mhuwiex meħtieġ, bi prinċipju, li jiġi emendat il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, peress li dan diġà jinkludi r-regoli dwar il-pajjiżi terzi; il-miżuri ta’ kontinġenza għall-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali jistgħu jkunu meħtieġa biex jiġi trattat ir-riskju ta’ linji twal ta’ vetturi li jistennew proċeduri doganali. Fi ħdan il-qafas legali tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, il-miżuri ta’ kontinġenza għandhom jiġu żviluppati u implimentati b’mod koordinat.

3. Min għandu jħejji ruħu?

It-tħejjija għall-ħruġ tar-Renju Unit mhijiex limitata biss għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Hija sforz konġunt fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali tal-UE, kif ukoll tal-operaturi ekonomiċi. Sabiex ikunu mħejjija għall-ħruġ u jtaffu l-agħar impatti ta’ xenarju potenzjali b’effett ta’ preċipizju (“cliff-edge scenario”), jeħtieġ li l-atturi kollha jerfgħu ir-responsabbiltajiet tagħhom.

It-tħejjija hija primarjament għal atturi privati, operaturi tan-negozju u professjonisti.

Għalkemm il-ħruġ tar-Renju Unit jidher li qed jopera f’livell għoli u kemmxejn astratt bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea, il-konsegwenzi tiegħu se jkunu reali ħafna għaċ-ċittadini, il-professjonisti u l-operaturi tan-negozju. L-ekonomiji tal-Istati Membri huma interkonessi mill-qrib grazzi għas-Suq Uniku, bi ktajjen ta’ provvista integrati transfruntieri u provvista estensiva ta’ servizzi transfruntiera. Il-ħruġ, għalhekk, se jkollu impatt sinifikanti fuq operaturi tan-negozju bħal dawn.

Huwa importanti li n-negozji tad-daqsijiet kollha, inklużi l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), iħejju ruħhom u li jieħdu azzjoni issa. Jeħtieġ li l-atturi privati, l-operaturi tan-negozju u l-professjonisti jerfgħu responsabbiltà għas-sitwazzjoni individwali tagħhom, jivvalutaw l-impatti potenzjali ta’ xenarju b’effett ta’ preċipizju fuq il-mudell ta’ negozju tagħhom, jagħmlu d-deċiżjonijiet ekonomiċi meħtieġa u jieħdu u jikkonkludu l-passi amministrattivi meħtieġa kollha qabel it-30 ta’ Marzu 2019. Iċ-ċittadini li se jkunu affettwati mill-ħruġ tar-Renju Unit, kif ukoll l-amministrazzjonijiet pubbliċi li jservuhom, għandhom ukoll iħejju għat-30 ta’ Marzu 2019.

Mistoqsijiet potenzjali għandhom jiġu indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti. L-assoċjazzjonijiet tal-industrija – kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali/reġjonali – għandhom rwol kruċjali biex iwasslu l-informazzjoni dwar it-tħejjija lill-membri tagħhom – b’mod partikolari lill-kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju. L-ambaxxati, il-konsulati u s-servizzi tal-popolazzjoni għandhom rwol simili x’jaqdu fl-għoti ta’ informazzjoni liċ-ċittadini.

F’dan ir-rigward, huwa mfakkar li l-qafas regolatorju tal-UE li japplika għal pajjiżi terzi huwa diġà fis-seħħ u jenħtieġ li jkun magħruf lill-partijiet ikkonċernati. Dan il-qafas regolatorju jibqa’ l-istess fid-data tal-ħruġ. Il-Kummissjoni ppubblikat avviżi (ara hawn taħt u l-anness) biex tfakkar ir-regoli li se japplikaw meta r-Renju Unit isir pajjiż terz.

Filwaqt li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jipprovdu appoġġ u gwida biex kemm jista’ jkun jiċċaraw ir-reġim legali li se jirregola r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit u jagħmlu l-bidliet meħtieġa fil-qafas legali biex jiżguraw li dan ikompli jiffunzjona bla xkiel f’Unjoni Ewropea ta’ 27 Stat Membru, il-qafas legali ma jistax jiġi adattat biex jissodisfa kull individwu u kwistjoni kummerċjali speċifika.

Diversi kumpaniji qed jirrilokaw lejn l-EU27 jew jespandu n-negozju tagħhom fl-EU27. Kumpaniji oħrajn huma avżati dwar l-impatt li Brexit diżordnat se jkollu fuq l-attivitajiet jew il-mudelli kummerċjali tagħhom.

F’xi każijiet, il-kumpaniji jinsabu mħassba, pereżempju, rigward il-ħtieġa li jiskambjaw awtorizzazzjoni tar-Renju Unit ma’ waħda maħruġa minn awtorità jew korp tal-EU27. Professjonisti individwali jista’ jkollhom jiskambjaw ċertifikat tar-Renju Unit ma’ wieħed maħruġ fi Stat Membru tal-EU27 jew jitolbu r-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali tar-Renju Unit tagħhom fi Stat Membru tal-EU27. Minħabba f’hekk, huma ġew inkoraġġiti, permezz ta’ avviżi lill-partijiet ikkonċernati (ara hawn taħt), li jieħdu l-azzjoni meħtieġa mill-iktar fis possibbli.

L-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali u l-organizzazzjonijiet tan-negozju ppubblikaw informazzjoni ta’ appoġġ u strumenti mfassla biex jgħinu lill-individwi u lin-negozji iżda jeħtieġ li jsiru aktar sforzi, li jiffokaw b’mod partikolari fuq impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

Minn bejgħ intra-UE għal negozju mar-Renju Unit bħala pajjiż terz: inħejju għal proċeduri ġodda

In-negozjanti internazzjonali huma konxji ta’ dak li jfisser negozju ma’ pajjiżi terzi barra mill-Unjoni Ewropea, f'termini ta’ dikjarazzjonijiet doganali, kontrolli sanitarji u fitosanitarji (SPS), eċċ. Huma jinsabu konxji wkoll tar-rekwiżiti meħtieġa biex iġibu prodotti minn pajjiżi terzi fis-Suq Uniku tal-Unjoni, pereżempju f’termini ta’ formalitajiet tal-importazzjoni, kif ukoll konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli u l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità. Iżda diversi kumpaniji ma għandhom l-ebda esperjenza ta' kummerċ ma’ pajjiżi terzi, peress li jinnegozjaw biss fi ħdan is-Suq Uniku mingħajr fruntieri. In-neċessità li nilħqu lil dawn il-kumpaniji tinħass ħafna, filwaqt li l-isfida li jirrapreżenta l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea hija l-ikbar waħda għalihom: se jkunu jeħtieġu jinvolvu ruħhom fi proċeduri li mhumiex imdorrijin bihom iżda li huma mandatorji għal negozju ma’ pajjiżi terzi 10 .

L-informazzjoni dwar in-negozju ma’ pajjiżi terzi hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni 11 . Barra minn hekk, il-gvernijiet nazzjonali, pereżempju fl-Awstrija, l-Irlanda u n-Netherlands, waqqfu siti web apposta biex jgħinu lill-kumpaniji jivvalutaw l-impatt u/jew il-proċeduri ġodda li se jsegwu l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE (ara aktar ’l isfel).

L-Istati Membri, l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali għandhom rwol importanti…

Filwaqt li meta r-Renju Unit isir pajjiż terz, dan se jkollu implikazzjonijiet sinifikanti għall-Unjoni Ewropea b’mod ġenerali, l-impatt tal-Brexit fuq Stati Membri individwali se jvarja skont il-viċinanza tagħhom u skont kemm ir-rabtiet ekonomiċi tagħhom ikunu qrib mar-Renju Unit, pereżempju rigward l-infrastruttura komuni jew il-kontroll tal-moviment tal-oġġetti u tal-persuni.

L-Istati Membri jikkondividu l-kompetenza biex jilleġiżlaw mal-Unjoni Ewropea f’diversi oqsma ta’ politika, u l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali tagħhom huma inkarigati mill-implimentazzjoni u l-infurzar tal-acquis tal-Unjoni. Se jkun hemm bżonn ta’ adattament tar-regoli nazzjonali u ta’ gwida għall-partijiet ikkonċernati, kif ukoll investimenti sinifikanti fil-persunal u fl-infrastrutturi (eż. għad-dwana, il-kontrolli sanitarji u fitosanitarji fil-fruntieri, l-awtoritajiet kompetenti inkarigati minn proċeduri speċifiċi, eċċ.). L-awtoritajiet reġjonali, speċjalment dawk b’setgħat leġiżlattivi, iżda anki l-awtoritajiet lokali, għandhom ikunu involuti fit-tħejjijiet.

Id-dettalji u l-aspetti prattiċi tat-tħejjija huma diskussi minn esperti tal-Istati Membri tal-EU27 matul seminars ta’ esperti tekniċi organizzati mill-Kummissjoni. Dawn is-seminars informali jipprovdu pjattaforma biex il-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjonijiet dwar, pereżempju, il-kontenut tal-avviżi u tippermetti lill-Istati Membri jqajmu kwistjonijiet ta’ tħassib, jindirizzaw il-mistoqsijiet u jikkondividu l-aħjar prattiki. Huma strumentali biex isibu soluzzjonijiet Ewropej għall-kwistjonijiet identifikati.

Barra mid-diskussjonijiet fil-livell tal-UE, diversi Stati Membri wettqu skrinjar komprensiv tal-ħtiġijiet domestiċi għall-bidliet leġiżlattivi u l-adattamenti oħra fl-istrumenti legali tagħhom. Bosta minnhom żviluppaw strumenti biex jappoġġaw l-operaturi ekonomiċi tagħhom biex iħejju għall-ħruġ tar-Renju Unit.

Fis-sit web Irlandiż “prepareforbrexit.com”, l-SMEs jistgħu jivvalutaw l-esponiment tagħhom għall-Brexit u jsibu informazzjoni dwar l-avvenimenti u l-appoġġ relatati. L-Irlanda toffri finanzjament sa EUR 5000 għall-ispejjeż relatati mat-tħejjija għall-Brexit (jiġfieri t-tħejjija ta’ pjanijiet, l-attendenza ta’ avvenimenti, il-bini ta’ kuntatti ġodda jekk hemm bżonn ta’ fornituri alternattivi, eċċ.).

L-awtoritajiet Netherlandiżi ħolqu “skanner tal-impatt tal-Brexit” li jista’ jintuża mill-SMEs biex jivvalutaw l-esponiment tagħhom għal problemi potenzjali relatati mal-ħruġ mir-Renju Unit.

…flimkien mal-istituzzjonijiet tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea u l-aġenziji tal-UE

L-UE tiġbor is-sovranità tal-Istati Membri, toħloq qafas biex joperaw fih l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati. Madankollu, għalkemm l-Unjoni Ewropea għandha kompetenza esklużiva biex tilleġiżla f’xi oqsma (eż. id-dwana, in-negozju, is-sajd), u kompetenza kondiviża ma’ Stati Membri f’oħrajn (eż. is-suq intern, it-trasport, l-enerġija, is-sigurtà), is-setgħat tagħha li timplimenta miżuri ta’ tħejjija u ta’ kontinġenza huma f’ħafna każijiet limitati għas-sensibilizzazzjoni u l-iffaċilitar ta’ diskuzzjonijiet u azzjonijiet ta’ tħejjija mill-partijiet ikkonċernati.

Il-Kummissjoni identifikat diversi aspetti li qed issir ħidma fuqhom fejn l-azzjonijiet jinsabu fil-kompetenza tagħha.

a)Bidliet leġiżlattivi u strumenti oħrajn

L-ewwel aspett ta’ ħidma jikkonsisti fi skrinjar komprensiv tal-acquis tal-Unjoni biex ikunu identifikati l-miżuri li jiridu jittieħdu biex jindirizzaw is-sitwazzjoni fid-diversi setturi u oqsma ta’ politika sabiex jiġi żgurat li r-regoli tal-UE jkomplu jiffunzjonaw bla xkiel f’Unjoni ta’ 27 wara t-tluq tar-Renju Unit.

Fl-ewwel fażi, il-Kummissjoni ffokat fuq il-bidliet leġiżlattivi meħtieġa li jridu jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill u hija identifikat tmien miżuri fejn l-adattamenti se jkunu meħtieġa irrispettivament mill-eżitu tan-negozjati dwar il-ħruġ 12 . Minħabba l-iskeda, jeħtieġ li l-progress dwar dawn il-proposti leġiżlattivi jkun rapidu u li l-adozzjoni tagħhom issir fil-ħin qabel it-30 ta’ Marzu tas-sena d-dieħla.

Huwa importanti li jiġi enfasizzat li mhuwiex legalment meħtieġ li r-referenzi kollha għar-Renju Unit jew l-istituzzjonijiet u l-atturi tiegħu fil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE jiġu emendati jew imħassra. Dawn ir-referenzi se jsiru sempliċement skaduti u superfluwi wara l-ħruġ. Il-modifiki rilevanti jistgħu jsiru meta l-atti legali kkonċernati jiġu rieżaminati u aġġornati fil-futur għal raġunijiet oħra.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-azzjoni addizzjonali meħtieġa billi tuża l-awtorizzazzjoni li rċeviet mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fi strumenti leġiżlattivi bażiċi biex tadotta atti implimentattivi jew delegati. Dan il-qasam huwa attwalment soġġett għal skrutinju fil-fond li qed isir bħalissa mill-Kummissjoni.

Eżempji ta’ bidliet leġiżlattivi meħtieġa b'riżultat tal-ħruġ tar-Renju Unit

·Il-proposta dwar it-tqassim bejn ir-Renju Unit u l-EU27 ta’ kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ tal-Unjoni. Din il-proposta hija akkumpanjata minn rakkomandazzjoni għal mandat ta’ negozjar mill-Kunsill biex isiru negozjati ma’ membri oħra tad-WTO (ġie adottat mandat mill-Kunsill fis-26 ta’ Ġunju 2018). It-tqassim huwa adattament meħtieġ biex jiżgura ċ-ċertezza tad-dritt u l-operazzjoni kontinwa bla xkiel tal-importazzjonijiet skont il-kwoti tariffarji, kemm lejn l-Unjoni ta’ 27 kif ukoll lejn r-Renju Unit 13 .

·Proposta għal Regolament li jikkumplimenta l-leġiżlazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE fil-qasam tal-vetturi bil-mutur, eċċ. Din se tippermetti lil detenturi tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit japplikaw għal approvazzjonijiet tat-tip ġodda mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-EU27 għall-istess tipi fuq il-bażi tad-dokumentazzjoni u tar-rapporti tal-ittestjar ippreżentati fil-kuntest ta’ approvazzjonijiet tat-tip ta’ qabel tar-Renju Unit 14 . 

·Dwar l-effiċjenza fl-enerġija, jeħtieġ li l-konverżjoni tal-mira tal-Unjoni 2030 (espressa f’perċentwal) f’valuri assoluti tiġi adattata biex tikkunsidra l-ħruġ tar-Renju Unit.

·L-emenda tar-Regolament eżistenti li jelenka kemm il-pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom huma meħtieġa li jkunu fil-pussess ta’ viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri, kif ukoll il-pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn rekwiżit tal-viża għal soġġorni ta’ mhux iktar minn tliet xhur. Ir-Renju Unit se jkollu jitqiegħed fuq lista waħda jew l-oħra 15 .

·Il-proposta li temenda r-Regolament dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa biex taġġusta l-allinjament tal-kuritur tal-Baħar tat-Tramuntana-Mediterran u tfassal rotta marittima ġdida biex torbot l-Irlanda mal-parti kontinentali tal-kuritur.

·Il-proposta li temenda r-Regolament dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-vapuri u l-organizzazzjonijiet ta’ sorveljanza biex jiġi żgurat li l-kompitu tal-parteċipazzjoni fil-valutazzjoni regolari ta’ żewġ organizzazzjonijiet rikonoxxuti jiġi ttrasferit mir-Renju Unit lejn l-EU27.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jagħtu trattament prijoritarju lil dawn il-proposti relatati mal-ħruġ tar-Renju Unit.

b)Avviżi ta’ tħejjija ppreparati mis-servizzi tal-Kummissjoni

Fi tmiem l-2017, il-Kummissjoni bdiet sensibilizzazzjoni fl-oqsma fejn l-Istati Membri jew il-partijiet ikkonċernati jeħtieġu li jieħdu azzjoni, permezz tal-pubblikazzjoni ta’ għadd kbir ta’ avviżi tekniċi li stabbilew l-implikazzjonijiet legali u prattiċi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE. L-avviżi tħejjew mis-servizzi tal-Kummissjoni, fejn rilevanti f’kollaborazzjoni mal-aġenzija kompetenti tal-UE. Huma jinsabu kollha ppubblikati fuq is-sit web Europa 16 u b’hekk disponibbli pubblikament.

L-avviżi taw dettalji dwar x’se tkun is-sitwazzjoni fis-settur wara l-ħruġ. Huma bbażati esklużivament fuq is-sitwazzjoni fattwali u legali li se jkun hemm wara l-ħruġ fin-nuqqas ta’ ftehim dwar il-ħruġ u ma jinkludu ebda interpretazzjoni dwar l-eżitu tan-negozjati jew l-impatt ta' tali eżitu fuq ir-regoli f’settur speċifiku. Jekk is-sitwazzjoni legali tinbidel wara l-konklużjoni tal-ftehim dwar il-ħruġ mar-Renju Unit jew minħabba bidla fil-leġiżlazzjoni kkonċernata, l-avviżi se jkunu adattati jew irtirati jekk ma jibqgħux rilevanti.

Sa issa, il-Kummissjoni ppubblikat 68 avviż bħal dan, li jkopru pereżempju l-oqsma tas-saħħa u s-sikurezza alimentari, it-trasport, l-istabbiltà finanzjarja u s-servizzi finanzjarji, l-ambjent, is-suq intern, id-dwana, il-ġustizzja ċivili, id-dritt tal-kumpaniji u l-kwalifiki professjonali. F’diversi oqsma, l-avviżi huma akkumpanjati minn Mistoqsijiet u Tweġibiet ippubblikati fuq is-sit web tad-Direttorati Ġenerali individwali u s-servizzi tal-Kummissjoni, jew l-aġenziji tal-UE.

c)Il-proċess ta’ rilokazzjoni għall-aġenziji u l-korpi tal-UE

Il-kwistjonijiet istituzzjonali u baġitarji huma oqsma importanti oħra fejn il-Kummissjoni qed twettaq skrinjar tal-ħtiġijiet u f’xi każijiet diġà ħadet il-passi meħtieġa. Eżempju ta’ dan hija r-rilokazzjoni taż-żewġ aġenziji bbażati f’Londra: l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u l-Awtorità Bankarja Ewropea, li se jiċċaqilqu u joperaw rispettivament minn Amsterdam u Pariġi, mit-30 ta’ Marzu 2019.

Hemm fajls simili oħrajn fejn ir-rikolazzjoni jew ir-riassenjazzjoni tal-kompiti hija meħtieġa bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, bħar-rilokazzjoni taċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo jew ir-riassenjazzjoni tal-kompiti tal-Laboratorji ta’ Referenza tal-UE bbażati fir-Renju Unit għal ċertu mard tal-annimali u sikurezza alimentari għal laboratorji fl-Istati Membri tal-EU-27. Il-ħidma ta’ rilokazzjoni u riattribuzzjoni se jkollha tiġi finalizzata sat-30 ta’ Marzu 2019, peress li, kif imsemmi, anki b’arranġament tranżitorju, mhux se jkun possibbli li pajjiż terz jiġi fdat b’kompiti tal-Unjoni bħall-ospitar ta’ korpi tal-Unjoni wara d-data tal-ħruġ.

d)Aspetti ta’ ħidma oħrajn

Il-Kummissjoni qed taħdem ukoll fuq aspetti ta’ ħidma oħrajn, inkluż aspett prattiku ħafna tat-tħejjija interna, jiġifieri d-diskonnessjoni u l-adattament ta’ bażijiet ta’ data u sistemi tal-IT u pjattaformi oħrajn għall-komunikazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni li r-Renju Unit ma għandux jibqa’ jkollu aċċess għalihom.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tanalizza l-ħtiġijiet fir-rigward tat-tħejjija esterna, jiġifieri l-konsegwenzi tal-ħruġ għal ftehimiet internazzjonali li l-UE (kemm waħedha, kif ukoll flimkien ma’ Stati Membri tal-UE jew permezz ta’ Stati Membri tal-UE) hija parti minnhom, u li huma fis-seħħ f’għadd kbira ta’ oqsma ta’ politika koperti mid-dritt tal-Unjoni. L-UE biħsiebha tinnotifika lis-sħab internazzjonali tagħha dwar il-ħruġ tar-Renju Unit ladarba jkollha ċertezza suffiċjenti dwar l-eżitu tan-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar il-ħruġ tar-Renju Unit.

Fl-aħħar nett, ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni fir-Renju Unit se tagħlaq u fit-30 ta’ Marzu 2019 u se tinfetaħ id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-Renju Unit.

4. Konklużjoni

It-tħejjija tal-Unjoni Ewropea għall-ħruġ tar-Renju Unit, irrispettivament mix-xenarju li jseħħ fih, hija kwistjoni li tikkonċerna lil kulħadd. Il-ħruġ se jibdel ir-relazzjoni u se jkollu effetti sinifikanti għaċ-ċittadini u għan-negozju tal-UE tas-27 Stat Membru, li wħud minnhom ma jistgħux jiġu rimedjati.

Huwa importanti, għalhekk, li nieħdu l-azzjoni meħtieġa fil-ħin u li kulħadd – iċ-cittadini, in-negozji, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE – jieħu l-passi meħtieġa biex ikun lest u biex jiġi minimizzat l-impatt negattiv li se jkollu l-ħruġ.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jagħtu trattament prijoritarju lill-proposti leġiżlattivi relatati mal-ħruġ sabiex l-atti jkunu fis-seħħ sad-data tal-ħruġ.

Il-Kummissjoni se tkompli u se żżid il-ħidma ta’ tħejjija tagħha bħala kwistjoni tal-ogħla prijorità. Hija tinsab lesta li tadatta l-iżviluppi fin-negozjati sabiex isservi bl-aħjar mod lis-27 Stat Membru, liċ-ċittadini u lin-negozji tagħha. Hija se tagħmel rieżami tas-sitwazzjoni wara l-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50) f’Ottubru 2018.



Illustrazzjonijiet settorjali ta’ sfidi u azzjonijiet ta’ tħejjija

It-trasport, inkluża l-avjazzjoni – Tħejjija għall-Brexit

Skont il-mezz ta’ trasport (bl-ajru, bit-triq, ferrovjarju, marittimu, passaġġi fuq l-ilma intern), l-UE tistabbilixxi regoli għas-sikurezza, is-sigurtà u l-aċċess għas-suq tal-UE. Normalment, dawn ir-regoli joħolqu distinzjonijiet bejn operaturi tal-UE u operaturi minn pajjiż terz u jipprovdu aċċess għal dawk li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-UE.

In-negozji tat-trasport tal-UE għandhom jivvalutaw b’attenzjoni jekk il-bidla fl-istatus tar-Renju Unit minn Stat Membru għal pajjiż terz ikollhiex impatt fuq l-operazzjonijiet tagħhom u jieħdu l-miżuri ta’ tħejjija meħtieġa.

 

Il-Kummissjoni ppubblikat 10 avviżi li huma rilevanti għall-qasam tat-trasport (trasport bl-ajru, sikurezza tal-avjazzjoni, avjazzjoni u sigurtà marittima, trasport bit-triq, trasport bil-ferrovija, kwalifiki tal-baħħara, trasport marittimu, protezzjoni tal-konsumatur u drittijiet tal-passiġġiera, passaġġ fuq l-ilma intern, prodotti industrijali), li jistabbilixxu f’termini ċari l-implikazzjonijiet tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-qafas legali u regolatorju tal-UE, eż. fil-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni, fin-nuqqas ta’ xi arranġament partikolari, li b’hekk jipprovdu lill-partijiet ikkonċernati biċ-ċarezza meħtieġa dwar is-sitwazzjoni ta’ bażi li għalihom ingħataw parir jadattaw.

Il-Kummissjoni se tadotta żewġ proposti fil-futur prevedibbli biex temenda r-Regolamenti eżistenti meta l-bidliet ikunu meħtieġa skont kull xenarju. L-emenda tar-Regolament li jikkonċerna r-rikonoxximent fil-livell tal-Unjoni ta’ organizzazzjonijiet fdati b’obbligi fir-rigward tal-ispezzjoni u s-sorveljanza tal-vapuri se żżid iċ-ċertezza tad-dritt, tiżgura l-kontinwità tal-operat għas-sidien tal-vapuri affettwati u tippreserva l-kompetittività tal-bnadar tal-Istati Membri tal-EU-27. Il-proposta li temenda r-Regolament li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa timmira li tirrettifika s-sitwazzjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit, meta l-infrastruttura tat-trasport ta’ dan tal-aħħar ma tkunx tinstab aktar fl-Unjoni biex tiżgura l-konnettività tan-netwerk tal-UE.

Id-dwana – Tħejjija għall-Brexit

Meta r-Renju Unit isir pajjiż terz, u fin-nuqqas ta’ ftehim li jipprovdi mod ieħor, l-amministrazzjonijiet doganali tal-UE, jiġifieri l-awtoritajiet doganali nazzjonali, se jkollhom jinfurzaw ir-regoli tal-UE kemm għall-esportazzjonijiet, kif ukoll għall-importazzjonijiet mir-Renju Unit. Dan ifisser li l-formalitajiet li bħalissa japplikaw għan-negozju ma’ pajjiżi mhux tal-UE, inkluż il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet doganali għal konsenji ta’ merkanzija u l-kontrolli relatati biex jiżguraw il-konformità, se japplikaw. Id-dazji u t-taxxi (speċjalment l-VAT u s-sisa) se jkollhom jiġu kkunsidrati. Dan huwa f’kuntrast mas-sitwazzjoni attwali fejn ma japplikaw l-ebda tali formalitajiet jew imposti fil-fruntieri għan-negozju bejn ir-Renju Unit u l-bqija tal-UE.

Il-formalitajiet doganali għandhom implikazzjonijiet f’termini ta’ dokumentazzjoni addizzjonali u rekwiżiti ta’ data għan-negozji, għall-ipproċessar u għall-kontroll għad-dwana, u rekwiżiti infrastrutturali għat-tnejn li huma, inklużi l-IT u l-infrastruttura fiżika biex tippermetti kontrolli xierqa bbażati fuq ir-riskji.

Il-partijiet ikkonċernati kollha jenħtieġ li jħejju għal sitwazzjoni fejn il-konsenji tal-oġġetti minn u lejn ir-Renju Unit ikunu soġġetti għal proċeduri u kontrolli tad-dwana.

L-amministrazzjonijiet nazzjonali bdew iħejju għal din is-sitwazzjoni l-ġdida, b’mod partikolari billi jippjanaw reklutaġġi ġodda.

Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni ħarset b'attenzjoni lejn il-qafas legali attwali u l-applikazzjoni tiegħu. Hija ffokat ukoll l-isforzi tagħha biex tallerta lill-Istati Membri dwar l-obbligi tad-dritt tal-UE fir-rigward tan-negozju ma’ pajjiżi terzi, b’mod parallel mal-attività tagħha li tippubblika avviżi lill-partijiet ikkonċernati. Saru seminars tekniċi biex iqajmu kuxjenza u jidentifikaw il-kwistjonijiet mal-Istati Membri tal-EU27, u seħħew diskussjonijiet b’interessi kummerċjali, speċjalment permezz tal-Grupp ta’ Kuntatt dwar il-Kummerċ tal-Kummissjoni.

L-awtoritajiet doganali tal-UE jiddependu fuq sistemi tal-IT sofistikati u magħqudin. Il-Kummisjsoni bdiet proċess biex tiżgura li l-bidliet ix-xierqa jkunu jistgħu jsiru kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fl-Istati Membri biex jirriflettu l-bidla fl-istatus tar-Renju Unit.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni qed tiffaċilita l-adeżjoni tar-Renju Unit mal-Konvenzjoni dwar Proċedura Komuni ta’ Transitu. Din se tkun miżura importanti ta’ faċilitazzjoni tal-kummerċ li tippermetti li l-merkanzija tiċċirkola pjuttost liberament taħt is-superviżjoni doganali f’ġuriżidzzjonijiet differenti u li hija partikolarment rilevanti fil-każ ta’ merkanzija li tmur min-naħa tal-UE għal oħra billi tgħaddi mir-Renju Unit.

Is-servizzi finanzjarji – Tħejjija għall-Brexit

Matul is-snin, ir-Renju Unit b’mod ġenerali u l-Belt ta’ Londra b’mod partikolari, saru ċentru importanti tas-servizzi finanzjarji, anki grazzi għas-Suq Uniku. Diversi operaturi, inkluż minn pajjiżi terzi, stabbilew infushom fir-Renju Unit u joperaw fil-bqija tas-Suq Uniku abbażi tad-drittijiet ta’ passaportar imnaqqxa fil-leġiżlazzjoni tas-servizzi finanzjarji tal-UE.

Dawn id-drittijiet ta’ passaportar se jieqfu jeżistu wara l-ħruġ. Dan ifisser li l-provvediment ta’ servizzi finanzjarji mir-Renju Unit lejn l-EU27 se jkun irregolat minn reġimi ta’ pajjiżi terzi fid-dritt tal-Unjoni u fl-oqfsa legali nazzjonali tal-Istati Membri rispettivi tal-konsumaturi tal-UE. Mhux se jkun hemm aċċess għas-Suq Uniku. Jeħtieġ li l-operaturi fis-setturi kollha tas-servizzi finanzjarji jħejju ruħhom għal dan ix-xenarju jekk jixtiequ jiżguraw li ma jkunx hemm problemi fil-mudell kummerċjali attwali, u li jkunu f’pożizzjoni li jkomplu jservu lill-klijenti tagħhom. Fir-rigward tal-kuntratti, f’dan l-istadju, ma jidhirx li hemm kwistjoni ta’ natura ġenerali marbuta mal-kontinwità tal-kuntratt peress li bħala prinċipju, anki wara l-ħruġ, il-prestazzjoni tal-obbligi eżistenti tista’ tkompli. Madankollu, jeħtieġ li kull tip ta’ kuntratt jiġi meqjus separatament.

Il-Kummissjoni ppubblikat tmien avviżi f’dan il-qasam. L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ipprovdew gwida addizzjonali estensiva lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u lill-parteċipanti tas-suq permezz ta’ serje ta’ Opinjonijiet. Il-Kummissjoni pproponiet ukoll modifiki għal uħud mill-arranġamenti superviżorji kurrenti biex tkopri implikazzjonijiet potenzjali ta' stabbiltà finanzjarja wara l-ħruġ tar-Renju Unit. Il-koleġiżlaturi huma inkoraġġiti jadottaw dawn il-proposti 17 mill-aktar fis possibbli.

Minħabba l-implikazzjonijiet għall-istabbiltà finanzjarja, twaqqaf grupp ta’ ħidma tekniku, kopresedut mill-Bank tal-Ingilterra u mill-Bank Ċentrali Ewropew, u qed jiltaqa’ regolarment b'enfasi fuq il-ġestjoni tar-riskju fil-perjodu madwar it-30 ta’ Marzu 2019 fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Awtoritajiet addizzjonali qed jipparteċipaw f’analiżi fuq bażi speċifika għall-kwistjonijiet. Il-grupp se jirrapporta dwar il-ħidma tiegħu lill-Kummissjoni u lill-awtorità responsabbli fir-Renju Unit.

Is-sikurezza alimentari – Tħejjija għall-Brexit

Meta r-Renju Unit isir pajjiż terz, u fin-nuqqas ta’ ftehim li jipprovdi mod ieħor, ir-regoli stretti tal-UE fir-rigward tal-kundizzjonijiet sanitarji u fitosanitarji (SPS) u tal-kontrolli fuq l-annimali, il-pjanti u l-prodotti tagħhom, se japplikaw għar-Renju Unit bħal ma japplikaw għal kull pajjiż terz ieħor.

Għal importazzjonijiet ta’ annimali, pjanti u l-prodotti tagħhom mir-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea, se japplikaw ir-regoli li ġejjin:

·Il-kummerċ jista’ jseħħ ladarba jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet sanitarji u fitosanitarji (SPS) għall-prodotti agroalimentari rilevanti u ċ-ċertifikazzjoni korrispondenti u r-rekwiżiti ta’ kontroll.

·Se jkollhom jiġu implimentati infrastrutturi fiżiċi biex jippermettu l-movimenti kollha tal-annimali ħajjin u prodotti tal-annimali (inkluż ikel li joriġina mill-annimali), u ċerti pjanti u prodotti tal-pjanti, li jgħaddu minn Postijiet ta’ Spezzjoni fil-Fruntiera (BIPs) fil-portijiet, fl-ajruporti jew fuq l-art, kif meħtieġ mir-regoli tal-UE. Jista’ jkun meħtieġ li l-kapaċità tal-postijiet eżistenti tiżdied filwaqt li jkunu meħtieġa wkoll postijiet ġodda.

10 avviżi ġew ippubblikati biex jissensibilizzaw l-operaturi tan-negozju. Bl-istess mod, ġie organizzat seminar ta’ esperti tekniċi mal-Istati Membri tal-EU27 u laqgħat mal-partijiet ikkonċernati.

Il-prodotti mediċinali – Tħejjija għall-Brexit

Id-dritt farmaċewtiku tal-UE jeħtieġ detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fuq is-suq sabiex mediċina tiġi stabbilita fl-UE. Barra minn hekk, il-mediċini mmanifatturati f’pajjiż terz jgħaddu minn kontrolli speċifiċi kif jiġu importati.

Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fuq is-suq u l-atturi fil-katina tal-provvista jridu jħejju għal din is-sitwazzjoni, b’mod partikolari billi jiżguraw li l-faċilitajiet tal-ittestjar huma disponibbli fl-UE.

Is-servizzi tal-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, ħarġu avviż u diversi dokumenti addizzjonali ta' mistoqsijiet u tweġibiet biex jipprovdu gwida. Barra minn hekk, ġew organizzati seminar ta’ esperti tekniċi mal-Istati Membri tal-EU27 u laqgħat mal-partijiet ikkonċernati. Fl-aħħar nett, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini wettqet stħarriġ ta’ prodotti mediċinali kritiċi bħala parti mill-ippjanar iktar wiesa’ tat-tħejjija tal-fruntieri tagħha.

Id-data personali – Tħejjija għall-Brexit

Attwalment, id-data personali tista’ tiċċirkola liberament bejn l-Istati Membri tal-UE, meta l-GDPR (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data 2016/679) jiġi rispettat. Ladarba d-dritt tal-UE jieqaf japplika għar-Renju Unit, it-trasferiment tad-data personali mill-UE lejn ir-Renju Unit xorta jkun possibbli, iżda se jkun soġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fid-dritt tal-UE.

Għalhekk, il-kumpaniji u l-awtoritajiet tal-Istati Membri li attwalment qed jittrażmettu data personali lir-Renju Unit għandhom ikunu konxji li dan se jsir “trasferiment” ta’ data personali lil pajjiż terz, u jesploraw jekk jistax jiġi permess skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Jekk il-livell ta’ protezzjoni ta’ data personali tar-Renju Unit ikun essenzjalment ekwivalenti għal dak tal-UE, il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni ta’ adegwatezza li tippermetti t-trasferiment ta’ data personali lejn ir-Renju Unit mingħajr restrizzjonijiet. Madankollu, din id-deċiżjoni tista’ tittieħed biss ladarba r-Renju Unit isir pajjiż terz. Għalhekk, il-kumpaniji għandhom jivvalutaw jekk, fin-nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza, humiex meħtieġa l-miżuri biex jiżguraw li dawn it-trasferimenti jibqgħu possibbli. L-Awtoritajiet għall-Protezzjoni tad-Data tal-Istati Membri għandhom jassistu lill-kumpaniji f’din il-biċċa xogħol.

Il-kwalifiki professjonali – Tħejjija għall-Brexit

Id-dritt tal-UE jipprevedi rikonoxximent iffaċilitat tal-kwalifiki professjonali miksuba minn ċittadini tal-UE fi Stati Membri oħra tal-UE.

Iċ-ċittadini li għandhom kwalifika professjonali miksuba fir-Renju Unit għandhom jikkunsidraw jekk ikunx rakkomandabbli li jiksbu rikonoxximent ta’ kwalifika professjonali fl-EU27 filwaqt li r-Renju Unit għadu Stat Membru.

Il-Kummissjoni ppubblikat avviż dwar ir-regoli tal-UE dwar il-professjonijiet regolati u r-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali. Hija tavża partikolarment liċ-ċittadini tal-UE bi kwalifiki professjonali tar-Renju Unit miksuba qabel il-Brexit biex jikkonsultaw lill-awtoritajiet nazzjonali dwar il-ħtieġa li jiksbu rikonoxximent qabel it-30 ta’ Marzu 2019.

(1)

    http://www.consilium.europa.eu/media/21763/29-euco-art50-guidelinesen.pdf .

(2)

    http://www.consilium.europa.eu/media/33458/23-euco-art50-guidelines.pdf .

(3)

    https://www.consilium.europa.eu/media/35966/29-euco-art50-conclusions-en.pdf .

(4)

     Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dan ifisser li, sakemm ftehim dwar il-ħruġ ratifikat ma jistabbilixxix data oħra jew, f’konformità mal-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew, bi ftehim mar-Renju Unit, jiddeċiedi b’mod unanimu li t-Trattati jieqfu japplikaw f’data iktar tard, il-liġi primarja u sekondarja kollha tal-Unjoni se tieqaf tapplika għar-Renju Unit mit-30 ta’ Marzu 2019, 00:00 (CET). F’dan il-mument, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda indikazzjoni li r-Renju Unit jista’ jitlob prolongazzjoni tas-sħubija tiegħu fl-UE.

(5)

    http://www.consilium.europa.eu/en/press/press-releases/2018/06/29/20180629-euco-conclusions-art-50/ .

(6)

      https://ec.europa.eu/commission/publications/draft-agreement-withdrawal-united-kingdom-great-britain-and-northern-ireland-european-union-and-european-atomic-energy-community-0_en . https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/draft_agreement_coloured.pdf

(7)

      https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/joint_statement.pdf

(8)

     Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, ir-Renju Unit ikun marbut mill-obbligi li joriġinaw mill-ftehimiet internazzjonali li tagħhom l-UE tkun parti. L-UE se tinnotifika lill-partijiet l-oħra ta’ dawn il-ftehimiet li matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, ir-Renju Unit għandu jkun trattat bħala Stat Membru għall-finijiet ta’ dawn il-ftehimiet.

(9)

     Konsegwenza ta’ dan, ir-reġim speċjali li jirregola l-Assoċjazzjoni ta’ Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej (OCTs) fir-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ukoll mhux se jibqa’ japplika għal OCTs Brittaniċi.

(10)

     Il-kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji ġew diskussi mal-assoċjazzjonijiet tal-industrija tal-UE f’laqgħa tal-Forum Konsultattiv dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Pjanti fl-1 ta’ Ġunju 2018.

(11)

      http://madb.europa.eu/madb/servicesForSME.htm li se tkun aġġornata rigward ir-Renju Unit fiż-żmien dovut, skont l-eżitu tan-negozjati.

(12)

      https://ec.europa.eu/info/files/brexit-legislative-preparedness-proposals_en

(13)

     COM(2018)321 final

(14)

     COM(2018)397 final

(15)

     Din id-deċiżjoni se tittieħed mill-Kunsill skont l-eżitu tan-negozjati.

(16)

      https://ec.europa.eu/info/brexit/brexit-preparedness_en  

(17)

     COM(2017) 331 final u COM(2017) 536 final.

Top

Brussell, 19.7.2018

COM(2018) 556 final

ANNESS

tal-

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW, LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI U LILL-BANK EWROPEW TAL-INVESTIMENT

Tħejjija għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea
fit-30 ta' Marzu 2019


Anness: “Avviżi ta’ tħejjija għall-Brexit” ippubblikati mis-servizzi tal-Kummissjoni skont is-suġġett

(fit-18 ta’ Lulju 2018) 1

Suġġett

MERKANZIJA

1

Il-prodotti industrijali

2

Il-prodotti mediċinali (għall-użu mill-bniedem/veterinarji)

3

Il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

4

Il-prodotti bijoċidali

5

Il-vetturi awtomottivi

6

Il-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija, vetturi b’żewġ roti jew tliet roti u kwadriċikli, makkinarju mobbli mhux tat-triq.

7

Il-prodotti kimiċi industrijali (REACH) (ippubblikat minn ECHA)

8

L-ekotikketta

9

L-iskart (barra minn liċenzji tal-vapuri)

IKEL, GĦALF, ANNIMALI ĦAJJIN, PJANTI

10

Il-produzzjoni tal-ikel u organika

11

L-għalf tal-annimali

12

L-organiżmi ġenetikament modifikati

13

L-ilma minerali naturali

14

Il-materjal riproduttiv tal-pjanti

15

It-tnissil tal-annimali/żooteknika

16

Is-saħħa tal-annimali

17

Is-saħħa tal-pjanti

DWANA U TASSAZZJONI INDIRETTA

18

Ir-regoli tal-oriġini

19

Id-dwana u l-VAT

20

Il-liċenzji tal-importazzjoni/tal-esportazzjoni

21

Kampjun ta’ speċi fil-periklu (CITES) (importazzjoni u esportazzjoni)

22

L-importazzjoni tal-injam

23

L-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-konsumaturi

SERVIZZI FINANZJARJI

24

L-awditjar statutorju

25

L-aġenziji tal-klassfikazzjoni tal-kreditu

26

L-immaniġġjar tal-assi

27

Is-servizzi ta’ wara n-negozjar

28

Is-servizzi ta’ investiment

29

Is-servizzi bankarji u ta’ pagament

30

Ir-(Ri)assigurazzjoni

31

L-istituzzjonijiet ta’ rtirar okkupazzjonali

DRITT TAL-KUMPANIJI, PROTEZZJONI TAL-KONSUMATURI, PROTEZZJONI TAD-DATA, ĠUSTIZZJA ĊIVILI

32

Il-protezzjoni ta’ data personali

33

Id-dritt tal-kumpaniji

34

Id-dritt internazzjonali privat

35

Il-protezzjoni tal-konsumaturi u d-drittijiet tal-passiġġieri

PROPRJETÀ INTELLETTWALI

36

It-trademarks u d-disinji komunitarji

37

Il-varjetajiet tal-pjanti

38

Id-drittijiet tal-awtur

39

Iċ-ċertifikat supplimentari ta’ protezzjoni

KWALIFIKI PROFESSJONALI

40

Il-kwalifiki professjonali

41

Il-kwalifiki tal-persunal tal-biċċeriji

42

Il-kwalifiki tat-trasportaturi tal-annimali

43

Il-kwalifiki tal-baħħara

TRASPORT

44

It-trasport bl-ajru (aċċess)

45

Is-sikurezza tal-avjazzjoni

46

Is-sigurtà tal-avjazzjoni u dik marittima

47

It-trasport bit-triq

48

It-trasport marittimu (aċċess u sikurezza)

49

It-trasport bil-ferrovija

50

It-trasport f’passaġġi fuq l-ilma interni

DIĠITALI U INFORMAZZJONI

51

L-ismijiet ta’ dominju tal-ogħla livell .eu

52

Il-kummerċ elettroniku (is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni)

53

It-telekomunikazzjoni

54

Is-servizzi awdjoviżivi

55

eIDAS/is-servizzi fiduċjarji

56

Is-sigurtà tan-netwerks

57

L-imblukkar ġeografiku

ENERĠIJA

58

Il-kwistjonijiet relatati mal-Euratom

59

Is-suq tal-elettriku u tal-gass

60

Il-garanziji tal-oriġini

OĦRAJN

61

Is-sustanzi ta’ oriġini umana

62

L-akkwist pubbliku

63

L-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali tal-UE (EMAS)

64

Ir-riċiklaġġ tal-vapuri

65

L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

66

L-acquis tas-sajd

67

Il-Kunsilli Ewropej tax-Xogħlijiet

68

Is-sigurtà industrijali (EUCI)

Top