This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017XC1213(01)
Commission Notice of 13 July 2017 relating to the provision of information on substances or products causing allergies or intolerances as listed in Annex II to Regulation (EU) No 1169/2011 of the European Parliament and of the Council on the provision of food information to consumers
Avviż tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2017 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar sustanzi jew prodotti li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi
Avviż tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2017 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar sustanzi jew prodotti li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi
C/2017/4864
ĠU C 428, 13.12.2017, p. 1–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 428/1 |
AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Lulju 2017
dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar sustanzi jew prodotti li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi
(2017/C 428/01)
WERREJ
1. |
Introduzzjoni | 1 |
2. |
Lista tal-allerġeni (l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011) | 2 |
3. |
Modalitajiet għall-għoti ta’ informazzjoni dwar l-allerġeni għall-ikel ippakkjat bil-lest (b’mod partikolari l-Artikolu 21, li jinqara flimkien mal-Artikolu 18 tar-Regolament) | 2 |
3.1. |
F’każijiet meta l-ikel ikollu lista ta’ ingredjenti | 2 |
3.2. |
F’każ li ma jkunx hemm lista tal-ingredjenti | 3 |
3.3. |
Tikkettar tad-derivati mill-istess allerġen | 3 |
3.4 |
Eżenzjoni | 4 |
3.5 |
Repetizzjoni voluntarja | 4 |
4. |
Informazzjoni dwar l-allerġeni għall-ikel mhux ippakkjat bil-lest | 5 |
5. |
Aġġornament tal-Anness II | 5 |
1. Introduzzjoni
1. |
Dan l-Avviż huwa maħsub biex jgħin lin-negozji u lill-awtoritajiet nazzjonali japplikaw ir-rekwiżiti l-ġodda tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (“ir-Regolament”) dwar l-indikazzjoni tal-preżenza ta’ ċerti sustanzi jew prodotti li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi (il-punt c) tal-Artikolu 9(1) u l-Anness II tar-Regolament). |
2. |
Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi jistabbilixxi rekwiżiti ġodda dwar it-tikkettar tal-allerġeni meta mqabbel ma’ dawk tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li kien hemm qabel. |
3. |
B’mod partikolari, bil-leġiżlazzjoni l-ġdida jeħtieġ li l-konsumaturi jingħataw dejjem l-informazzjoni dwar il-preżenza ta’ allerġeni fl-ikel, inkluż fl-ikel mhux ippakkjat bil-lest (il-punt c) tal-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 44). Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri nazzjonali dwar kif tingħata l-informazzjoni dwar l-allerġeni fl-ikel mhux ippakkjat bil-lest. Fir-rigward tal-ikel mhux ippakkjat bil-lest, ir-Regolament jistabbilixxi l-modalitajiet li jiddefinixxu kif l-informazzjoni dwar l-allerġeni trid tiġi ppreżentata fuq l-ikel (l-Artikolu 21). Għalhekk, il-Linji Gwida eżistenti dwar it-tikkettar tal-allerġeni abbozzati skont ir-reġim tad-Direttiva 2000/13/KE jeħtieġ li jiġu aġġornati biex jirriflettu din il-bidla fil-liġi. |
4. |
Dan l-Avviż huwa mingħajr preġudizzju għall-interpretazzjoni li tista’ tagħti l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |
2. Lista tal-allerġeni (l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011)
5. |
L-Annes II tar-Regolament jinkludi lista tas-sustanzi jew tal-prodotti tal-ikel li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi. Din il-lista ġiet stabbilita abbażi tal-opinjonijiet xjentifiċi adottati mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA) (3). |
6. |
Fil-kuntest tal-Anness II, jenħtieġ li jitqiesu dawn li ġejjin:
|
3. Modalitajiet għall-għoti ta’ informazzjoni dwar l-allerġeni għall-ikel ippakkjat bil-lest (b’mod partikolari l-Artikolu 21, li jinqara flimkien mal-Artikolu 18 tar-Regolament)
7. |
Skont il-punt a) tal-Artikolu 21(1): “Mingħajr preġudizzju għar-regoli adottati taħt l-Artikolu 44(2), id-dettalji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
3.1. F’każijiet meta l-ikel ikollu lista ta’ ingredjenti
8. |
Fil-każ taċ-ċereali li fihom il-glutina elenkati fl-Anness II: l-ingredjenti li jiġu prodotti miċ-ċereali li fihom il-glutina jridu jiġu dikjarati b’isem li jagħmel referenza ċara għat-tip speċifiku ta’ ċereali, jiġifieri l-qamħ, is-segala, il-barli u l-ħafur. Pereżempju: ħall magħmul mill-barli, qxur tal-ħafur. |
9. |
Meta jintuża l-“ispelt”, il-“khorasan” jew id-“durum”, jeħtieġ li ssir referenza ċara għat-tip speċifiku ta’ ċereali, jiġifieri l-“qamħ”. Il-kelma “qamħ” tista’ tkun akkumpanjata bil-kelma “durum”, “spelt” jew “khorasan”, miżjuda fuq bażi volontarja.
|
10. |
L-indikazzjoni ta’ tip speċifiku ta’ ċereali tista’ tkun akkumpanjata bil-kelma “glutina”, miżjuda fuq bażi volontarja. Pereżempju: dqiq tal-qamħ (li fih il-glutina) jew dqiq tal-qamħ (glutina). |
11. |
Meta l-glutina tiżdied bħala tali, bħala ingredjent, irid jiġi indikat it-tip ta’ ċereali li ġejja minnu l-glutina.
|
12. |
Jekk prodott li jkun fih mill-inqas wieħed miċ-ċereali msemmija fl-Anness II (pereżempju l-ħafur) jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 828/2014 (4), fuq il-prodott jista’ jkun hemm miktub il-frażi “mingħajr glutina” jew “b’livell baxx ħafna ta’ glutina”. Madankollu, iċ-ċereali msemmija fl-Anness II xorta waħda jridu jiġu indikati u enfasizzati fil-lista ta’ ingredjenti skont l-Artikoli 9 u 21 tar-Regolament. |
13. |
Fil-każ tal-ġewż, fil-lista ta’ ingredjenti jrid jiġi indikat it-tip speċifiku kif elenkat fil-punt 8 tal-Anness II, jiġifieri l-lewż, il-ġellewż, il-ġewż, il-cashews, il-ġewż pekan, il-ġewż tal-Brażil, il-pistaċċi, il-ġewż tal-makadamja jew il-ġewż ta’ Queensland. Jekk jintużaw l-ingredjenti jew l-għajnuniet għall-ipproċessar derivati mill-ġewż elenkati fl-Anness II, irid jiġi indikat l-ingredjent b’referenza ċara għall-isem speċifiku tal-ġewż. Pereżempju: aromatizzanti (lewż). |
14. |
Skont il-punt b) tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament: “Mingħajr preġudizzju għar-regoli adottati taħt l-Artikolu 44(2), id-dettalji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin: (…)
|
15. |
Il-punt b) tal-Artikolu 21(1) jagħti ċerta flessibbiltà fir-rigward tal-mezzi għall-iżgurar ta’ din l-enfasi, pereżempju permezz tat-tipa, tal-istil jew tal-kulur tal-isfond. L-operatur tan-negozju tal-ikel għandu jagħżel il-mod xieraq li bih jiddiferenzja l-allerġen ikkonċernat mill-bqija tal-lista ta’ ingredjenti. Madankollu, hemm bżonn ta’ xi kjarifiki dwar l-informazzjoni li trid tiġi enfasizzata. |
16. |
Meta isem l-ingredjent jikkonsisti minn diversi kliem separati (bħal “poudre de lait” u “latte in polvere”), tista’ tiġi enfasizzata biss il-kelma li tikkorrispondi għas-sustanza/għall-prodott elenkat fl-Anness II. Meta isem l-ingredjent jinkludi l-isem ta’ allerġen f’kelma waħda (bħall-kelma Ġermaniża “Milchpulver” għal “ħalib tat-trab”), tista’ tiġi enfasizzata biss il-parti tal-isem tal-ingredjent li tikkorrispondi għas-sustanza/għall-prodott elenkat fl-Anness II. |
17. |
Jekk ingredjent kompost ikun fih sustanzi li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi elenkati fl-Anness II, dawk is-sustanzi jridu jiġu enfasizzati fil-lista ta’ ingredjenti. Pereżempju: fil-każ tal-mili tal-banana li fih isfar tal-bajd, frawli, zokkor, ilma, (…), il-kelma “bajd” trid tiġi enfasizzata. Fil-każ ta’ ħobża bil-majoneż magħmul mill-bajd, trid tiġi enfasizzata l-preżenza tal-“bajd”. |
3.2. F’każ li ma jkunx hemm lista tal-ingredjenti
18. |
Fl-Artikolu 21(1), it-tieni subparagrafu jistipula li: “Fin-nuqqas ta’ lista tal-ingredjenti, l-indikazzjoni tad-dettalji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) għandha tinkludi l-kelma “fihom” li ssegwi bl-isem tas-sustanza jew tal-prodott kif elenkat fl-Anness II.” |
19. |
Fil-każ ta’ ikel eżentat mill-obbligu li jkollu l-lista tal-ingredjenti (bħall-inbid) iżda li jkun uża ingredjent fil-manifattura jew fil-preparazzjoni ta’ ikel ieħor li għalih tingħata l-lista ta’ ingredjenti, l-allerġeni preżenti f’dak l-ikel iridu jiġu enfasizzati sabiex jiddistingwuhom mill-bqija tal-lista ta’ ingredjenti (japplika l-Artikolu 21(1)). Pereżempju: ingredjenti: … inbid (li fih is-sulfiti) fejn tiġi enfasizzata l-kelma “sulfiti”. |
3.3. Tikkettar tad-derivati mill-istess allerġen
20. |
Fl-Artikolu 21(1), it-tielet subparagrafu jistipula li: “Fejn diversi ingredjenti jew għajnuniet għall-ipproċessar ta’ xi ikel joriġinaw minn sustanza jew prodott uniku elenkat fl-Anness II, it-tikkettar għandu jagħmilha ċara għal kull ingredjent jew għajnuna għall-ipproċessar ikkonċernata.” |
21. |
Għall-finijiet ta’ dan ir-rekwiżit, ir-referenza għas-sustanzi jew għall-prodotti elenkati fl-Anness II mhux bilfors tiġi rrepetuta kull darba li jkunu preżenti dawn is-sustanzi. Kwalunkwe preżentazzjoni li tindika biċ-ċar li ingredjenti differenti joriġinaw minn sustanza jew minn prodott uniku inklużi fl-Anness II, tissodisfa r-rekwiżit u tkun aċċettabbli. Madankollu, ir-referenza trid tkun dejjem marbuta direttament mal-lista ta’ ingredjenti, pereżempju billi l-informazzjoni msemmija titqiegħed fl-aħħar tal-lista ta’ ingredjenti jew viċin ħafna tal-lista ta’ ingredjenti. Pereżempju: L-ikel li jinkludi addittivi tal-ikel, aġenti veikoli u għajnuniet għall-ipproċessar derivati mill-qamħ jista’ jiġi ttikkettat kif ġej: “…
(5) mill-qamħ (fejn il-kelma “qamħ” trid tiġi enfasizzata).”" |
3.4. Eżenzjoni
22. |
Fl-Artikolu 21(1), l-aħħar subparagrafu jistipula li: “L-indikazzjoni tad-dettalji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) m’għandhiex tkun meħtieġa f’każijiet fejn l-isem tal-ikel jirreferi b’mod ċar għas-sustanza jew għall-prodott kkonċernat.” |
23. |
Skont dan ir-rekwiżit, meta l-ikel jinbiegħ taħt xi isem bħal “ġobon” jew “krema” li jirreferi biċ-ċar għal wieħed mill-allerġeni elenkati fl-Anness II (eż. il-ħalib) u li għalih m’hemmx bżonn ikun hemm lista ta’ ingredjenti skont il-punt d) tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament, l-allerġen inkwistjoni ma għandux għalfejn jiġi indikat fit-tabella. |
24. |
Madankollu, jekk dan l-ikel jinbiegħ taħt trademark jew isem ta’ marka li ma jirreferix b’mod ċar għal wieħed mill-allerġeni tal-Anness II, l-isem ikkonċernat jenħtieġ li jiġi ssupplimentat b’informazzjoni addizzjonali li tipprovdi “referenza ċara” għall-allerġen ikkonċernat kif mitlub mill-aħħar paragrafu tal-Artikolu 21(1). Pereżempju: “Ambert” (bħala l-isem tal-ikel) flimkien mal-“ġobon tat-tursina maħdum fl-irziezet” (bħala test addizzjonali għall-isem tal-ikel li jitqiegħed viċin ħafna tal-isem tal-ikel), fejn il-kelma “ġobon” hija referenza ċara għas-sustanza msemmija fl-Anness II. Peress li x’aktarx il-konsumaturi tal-Istati Membri differenti ma jifhmux bl-istess mod l-elementi tal-ikel inkwistjoni, jeħtieġ li ssir valutazzjoni fuq il-bażi ta’ każ b’każ. |
25. |
Jekk l-isem tal-ikel jirreferi b’mod ċar għal wieħed mill-allerġeni elenkati fl-Anness II u jekk għal dak l-ikel tiġi pprovduta lista ta’ ingredjenti (b’mod volontarju jew obbligatorju), l-allerġen li jinsab f’dak l-ikel għandu jiġi enfasizzat fil-lista ta’ ingredjenti. Pereżempju: “Ġobon (ħalib, melħ, kimożina, …)” fejn jiġi enfasizzat il-ħalib. |
26. |
F’każ li l-isem tal-ikel fuq prodott jirreferi biċ-ċar għal sustanza jew għal prodott tal-Anness II iżda l-prodott ikun fih ukoll sustanzi jew prodotti oħrajn mill-Anness II, dawk l-allerġeni jridu jiġu indikati biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati dwar l-ikel li jkun sikur għalihom. |
3.5. Repetizzjoni voluntarja
27. |
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet eżistenti tal-Unjoni applikabbli għal ikel speċifiku (6), la huwa possibbli li l-informazzjoni dwar l-allerġeni tkun ripetuta b’mod volontarju barra mil-lista tal-ingredjenti; la huwa possibbli bl-użu tal-kelma “fih” segwita bl-isem tas-sustanza jew tal-prodotti elenkati fl-Anness II; u lanqas bl-użu ta’ simboli jew kaxxi ta’ test (ara l-Premessa 47 tal-Artikolu 21(1) li tinqara flimkien mal-Artikolu 36(1) tar-Regolament). |
4. Informazzjoni dwar l-allerġeni għall-ikel mhux ippakkjat bil-lest
28. |
L-Artikolu (44) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 jistipula li:
|
29. |
Dan ir-Regolament jipprevedi informazzjoni obbligatorja dwar l-allerġeni għall-ikel mhux ippakkjat bil-lest. |
30. |
L-Istati Membri jibqgħu responsabbli mill-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-mezz li bih tingħata l-informazzjoni dwar l-allerġeni fuq dan l-ikel. Fil-prinċipju kull mezz ta’ komunikazzjoni fir-rigward tal-għoti tal-informazzjoni dwar l-allerġeni, huwa permess biex il-konsumatur ikun jista’ jagħmel għażla informata, pereżempju tikketta, materjal ieħor li jkollu miegħu l-prodott tal-ikel, jew xi mezzi oħra inkluża l-għodda teknoloġika moderna jew il-komunikazzjoni bil-kliem (jiġifieri informazzjoni orali verifikabbli). |
31. |
Fin-nuqqas ta’ dawk il-miżuri nazzjonali, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar l-ikel ippakkjat bil-lest ikunu applikabbli għall-ikel mhux ippakkjat bil-lest. Għaldaqstant, f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament, l-informazzjoni dwar l-allerġeni trid tingħata f’forma miktuba, tkun tidher faċilment, tinqara sew u, fejn xieraq, ma titħassarx. Għalhekk, mhuwiex possibbli li tingħata informazzjoni dwar l-allerġen fuq talba tal-konsumatur biss. Barra minn hekk, japplikaw ir-rekwiżiti dwar it-tikkettar stipulati fl-Artikolu 21 tar-Regolament (għall-punti 3 sa 21 ta’ hawn fuq). |
5. Aġġornament tal-Anness II
32. |
L-Artikolu 21(2) tar-Regolament jistipula li: “Sabiex tkun żgurata informazzjoni aħjar lill-konsumaturi u biex jittieħed kont tal-progress xjentifiku u l-għarfien tekniku l-aktar reċenti, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina b’mod sistematiku u, meta jkun meħtieġ, taġġorna l-lista fl-Anness II permezz ta’ atti ddelegati, taħt l-Artikolu 51. (…)” |
33. |
L-aġġornament tal-lista fl-Anness II jista’ jfisser iż-żieda jew it-tneħħija ta’ sustanza minn dik il-lista. Fir-rigward tat-tħassir mil-lista tal-allerġeni tal-ikel, id-Direttiva 2000/13/KE (7) pprovdiet dispożizzjonijiet speċifiċi li skonthom il-partijiet interessati jistgħu jressqu studji lill-Kummissjoni li juru li xjentifikament ċerti allerġeni ma jistgħux joħolqu reazzjonijiet avversi. Dawn id-dispożizzjonijiet speċifiċi ma nżammewx fir-Regolament. Madankollu, il-partijiet interessati xorta waħda jistgħu jipprovdu evidenza lill-Kummissjoni li tistabbilixxi li l-prodotti li ġejjin mis-sustanzi elenkati fl-Anness II, x’aktarx, taħt ċerti ċirkostanzi, ma jikkawżawx reazzjonijiet avversi fl-individwi. |
34. |
Din l-evidenza tista’ titħejja f’konformità mal-gwida tal-EFSA dwar it-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet skont il-paragrafu 11 tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/13/KE (“Guidance on the preparation and presentation of applications pursuant to Article 6 paragraph 11 of Directive 2000/13/KE”) (8) u tintbagħat mill-inqas f’żewġ kopji lill-Kummissjoni b’apparati elettroniċi (CD jew USB) fl-indirizz li ġej:
|
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).
(2) Id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel (ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29).
(3) http://www.efsa.europa.eu/EFSA/Scientific_Opinion/opinion_nda_04_en1,1.pdf
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 828/2014 tat-30 ta’ Lulju 2014 dwar ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ informazzjoni lill-konsumaturi rigward in-nuqqas jew il-preżenza mnaqqsa ta’ glutina fl-ikel (ĠU L 228, 31.7.2014, p. 5).
(6) Bħad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 51(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 tal-14 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid (ĠU L 193, 24.7.2009, p. 60).
(7) Ara t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(11) tad-Direttiva 2000/13/KE.
(8) EFSA Journal 2013;11(10):3417