Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017PC0638

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

COM/2017/0638 final - 2017/0280 (NLE)

Brussell, 6.11.2017

COM(2017) 638 final

2017/0280(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea,
fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

•Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Iż-żewġ abbozzi ta’ Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (mehmuża mad-Deċiżjoni proposta tal-Kunsill) għandhom l-għan li jemendaw ir-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE sabiex jiżdiedu l-Bulgaru, ir-Rumen u l-Kroat.

L-ewwel abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fl-Anness 1 għandu l-għan li jindirizza l-Bulgaru u r-Rumen. Wara l-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea 1 ffirmat fil-25 ta’ Lulju 2007 fi Brussell, l-Artikolu 129(1) tal-Ftehim ŻEE ġie emendat sabiex mal-lista tal-lingwi tal-Ftehim ŻEE jiżdiedu l-Bulgaru u r-Rumen. Madankollu, jenħtieġ li dawn iż-żewġ lingwi jiżdiedu mal-lista tal-lingwi fir-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Billi l-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea, iffirmat fil-25 ta’ Lulju 2007 fi Brussell, diġà daħal fis-seħħ fid-9 ta’ Novembru 2011, din id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tista’ għaldaqstant tidħol fis-seħħ ladarba tiġi adottata mill-Kumitat taż-ŻEE.

It-tieni abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fl-Anness 2 għandu l-għan li jindirizza l-Kroat. Il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014”), iffirmat fil-11 ta’ April 2014 fi Brussell, diġà jemenda l-Artikolu 129(1) tal-Ftehim ŻEE sabiex mal-lista ta’ lingwi tal-Ftehim ŻEE jiżdied il-Kroat. Jenħtieġ li r-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għaldaqstant jiġu emendati skont dan.

Il-Ftehim tat-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014 għall-firmatarji tiegħu ilu japplika proviżorjament mit-12 ta’ April 2014, u din id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE trid tapplika proviżorjament sakemm tidħol fis-seħħ il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014.

•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-politika

Mhux Applikabbli

•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Mhux Applikabbli

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

•Bażi ġuridika

L-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 2 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ŻEE jipprevedi li l-Kunsill jistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni dwar Deċiżjonijiet bħal dawn, fuq proposta mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mas-SEAE, tippreżenta l-abbozz ta’ Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għall-adozzjoni mill-Kunsill bħala l-pożizzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tittama li tkun fil-qagħda li tippreżentah fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE kemm jista’ jkun malajr.

•Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)

Mhux Applikabbli

•Proporzjonalità

Mhux Applikabbli

•Għażla tal-istrument

F'konformità mal-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, l-istrument magħżul huwa d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu jiżgura l-implimentazzjoni u l-operat effettivi tal-Ftehim ŻEE. Għal dan il-għan, għandu jieħu deċiżjonijiet fil-każijiet previsti fil-Ftehim ŻEE.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

•Ġbir u użu tal-kompetenzi

Mhux applikabbli

•Valutazzjoni tal-impatt

Mhux applikabbli

4.IMPLIKAZZJONI GĦALL-BAĠIT

Ma hemm l-ebda implikazzjonijiet baġitarji.

5.ELEMENTI OĦRA

Mhux applikabbli

2017/0280 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea,
fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea 3 , u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta li saret mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea 4 (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.

(2)Wara l-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea 5 ffirmat fil-25 ta’ Lulju 2007 fi Brussell, l-Artikolu 129(1) tal-Ftehim ŻEE ġie emendat sabiex mal-lista tal-lingwi tal-Ftehim ŻEE jiżdiedu l-Bulgaru u r-Rumen.

(3)Il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea 6  (“il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014”) iffirmat fil-11 ta’ April 2014 fi Brussell, li jemenda l-Artikolu 129(1) tal-Ftehim ŻEE sabiex mal-lista ta’ lingwi tal-Ftehim ŻEE jiżdied il-Kroat.

(4)Għaldaqstant, jenħtieġ li r-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, li ġew adottati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 tat-8 ta’ Frar 1994 7 u emendati bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 24/2005 tat-8 ta’ Frar 2005 8 , jiġu emendati skont dan.

(5)Il-Ftehim tat-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014 ilu japplika proviżorjament għall-firmatarji tiegħu mit-12 ta’ April 2014, u jenħtieġ li għaldaqstant id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tapplika proviżorjament sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014.

(6)Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz mehmuż tad-deċiżjonijiet,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tar-regoli ta’ proċedura għall-Ftehim Konġunt taż-ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1) ĠU L 221, 25.8.2007, p. 15.
(2) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6–8
(3) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(4) ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.
(5) ĠU L 221, 25.8.2007, p. 15.
(6) ĠU L ...
(7) ĠU L 85, 30.3.1994, p. 60.
(8) ĠU L 161, 23.6.2005, p. 54.
Top

Brussell,6.11.2017

COM(2017) 638 final

ANNESS

għal

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea,
fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


ANNESS 1

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru .../2017


Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill


li temenda r-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 92(3) tiegħu,

Billi:

(1)Wara l-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea 1 iffirmat fil-25 ta’ Lulju 2007 fi Brussell, l-Artikolu 129(1) tal-Ftehim ŻEE ġie emendat sabiex mal-lista tal-lingwi tal-Ftehim ŻEE jiżdiedu l-Bulgaru u r-Rumen.

(2)Il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea daħal fis-seħħ fid-9 ta’ Novembru 2011.

(3)Fir-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, li ġew adottati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 tat-8 ta’ Frar 1994 2 u emendati bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 24/2005 tat-8 ta’ Frar 2005 3 , jenħtieġ li l-Bulgaru u r-Rumen jiżdiedu mal-lista tal-lingwi. Konsegwentement, jenħtieġ li l-lista tal-lingwi għar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għaldaqstant tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 hija emendata kif ġej:

1.    It-test tal-Artikolu 6(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“It-testi tal-atti tal-KE li jkunu integrati fl-Annessi tal-Ftehim skont l-Artikolu 102(1) huma ugwalment awtentiċi fil-lingwa Bulgara, Spanjola, Ċeka, Daniża, Ġermaniża, Estonjana, Griega, Ingliża, Franċiża, Kroata, Taljana, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Finlandiża u Żvediża kif ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawn għandhom jitfasslu fil-lingwa Iżlandiża u Norveġiża u għandhom ikunu awtentikati mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE flimkien mad-deċiżjonijiet rilevanti msemmija fil-paragrafu 1.”

2.It-test tal-Artikolu 11(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li jemendaw l-Annessi jew il-Protokolli għall-Ftehim jiġu ppubblikati bil-lingwa Bulgara, Spanjola, Ċeka, Daniża, Ġermaniża, Estonjana, Griega, Ingliża, Franċiża, Kroata, Taljana, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Finlandiża u Żvediża fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-lingwa Iżlandiża u Norveġiża fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

   Il-President
   
   
   
   Is-Segretarji
   tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

(1) ĠU L 221, 25.8.2007, p. 15.
(2) ĠU L 85, 30.3.1994, p. 60.
(3) ĠU L 161, 23.6.2005, p. 54.
Top

Brussell,6.11.2017

COM(2017) 638 final

ANNESS

tal-

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


ANNESS 2

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru .../2017


ta’


li temenda r-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 92(3) tiegħu,

Billi:

(1)Wara l-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea 1 (“Il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014”) iffirmat fil-11 ta’ April 2014 fi Brussell, l-Artikolu 129(1) tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat sabiex mal-lista tal-lingwi tal-Ftehim ŻEE jiżdied il-Kroat.

(2)Fir-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, li ġew adottati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 tat-8 ta’ Frar 1994 2 , emendati bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 24/2005 tat-8 ta’ Frar 2005 3 , u emendati ulterjorment bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru […] ta’ […], jenħtieġ li l-Kroat jiżdied mal-lista tal-lingwi. Konsegwentement, jenħtieġ li l-lista tal-lingwi tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(3)Il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014 għall-firmatarji tiegħu ilu japplika proviżjorjament mit-12 ta’ April 2014, u din id-Deċiżjoni għalhekk tapplika proviżorjament sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 hija emendata kif ġej:

1.    It-test tal-Artikolu 6(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“It-testi tal-atti tal-KE li jkunu integrati fl-Annessi tal-Ftehim skont l-Artikolu 102(1) huma ugwalment awtentiċi fil-lingwa Bulgara, Spanjola, Ċeka, Daniża, Ġermaniża, Estonjana, Griega, Ingliża, Franċiża, Kroata, Taljana, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Finlandiża u Żvediża kif ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawn għandhom jitfasslu fil-lingwa Iżlandiża u Norveġiża u għandhom ikunu awtentikati mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE flimkien mad-deċiżjonijiet rilevanti msemmija fil-paragrafu 1.”

2.It-test tal-Artikolu 11(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li jemendaw l-Annessi jew il-Protokolli għall-Ftehim jiġu ppubblikati bil-lingwa Bulgara, Spanjola, Ċeka, Daniża, Ġermaniża, Estonjana, Griega, Ingliża, Franċiża, Kroata, Taljana, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Finlandiża u Żvediża fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-lingwa Iżlandiża u Norveġiża fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi, jew fil-ġurnata tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014, skont liema data tkun l-iżjed tard.

Din tapplika proviżorjament mit-12 ta’ April 2014.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

   Il-President
   
   
   
   Is-Segretarji
   tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

(1) ĠU L ...
(2) ĠU L 85, 30.3.1994, p. 60.
(3) ĠU L 161, 23.6.2005, p. 54.
Top