This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017IP0208
European Parliament resolution of 16 May 2017 on the evaluation of external aspects of the customs performance and management as a tool to facilitate trade and fight illicit trade (2016/2075(INI))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Mejju 2017 dwar l-evalwazzjoni tal-aspetti esterni tal-prestazzjoni u l-ġestjoni doganali bħala għodda biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ u jiġi miġġieled il-kummerċ illeċitu (2016/2075(INI))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Mejju 2017 dwar l-evalwazzjoni tal-aspetti esterni tal-prestazzjoni u l-ġestjoni doganali bħala għodda biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ u jiġi miġġieled il-kummerċ illeċitu (2016/2075(INI))
ĠU C 307, 30.8.2018, pp. 44–51
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
30.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 307/44 |
P8_TA(2017)0208
L-evalwazzjoni tal-aspetti esterni tal-prestazzjoni u l-ġestjoni doganali bħala għodda biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ u jiġi miġġieled il-kummerċ illeċitu
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Mejju 2017 dwar l-evalwazzjoni tal-aspetti esterni tal-prestazzjoni u l-ġestjoni doganali bħala għodda biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ u jiġi miġġieled il-kummerċ illeċitu (2016/2075(INI))
(2018/C 307/04)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2015 bit-titolu “Kummerċ għal Kulħadd – Lejn politika aktar responsabbli għall-kummerċ u l-investiment” (COM(2015)0497), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pjan Strateġiku tad-DĠ TAXUD 2016-2020 u l-Pjan ta' Ġestjoni tad-DĠ TAXUD 2016 tal-14 ta' Marzu 2016 (Ares(2016) 1266241), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Awwissu 2014 bit-titolu “L-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-ġestjoni tar-riskju doganali: L-indirizzar ta' riskji, it-tisħiħ tas-sigurtà tal-katina tal-provvista u l-iffaċilitar tal-kummerċ” (COM(2014)0527), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tad-19 ta' Lulju 2016 bit-titolu “Rapport ta' Progress dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-immaniġġjar tar-riskju doganali” (COM(2016)0476), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida għall-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati (TAXUD/B2/047/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proġett pilota li joħloq Rotot Kummerċjali Intelliġenti u Siguri bejn l-UE u ċ-Ċina, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar il-Pjan ta' Azzjoni Doganali tal-UE għall-ġlieda kontra l-Ksur tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali għas-snin 2013 sal-2017 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tad-DĠ TAXUD dwar l-infurzar doganali tal-UE tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għall-2015, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku għall-Kooperazzjoni Doganali bejn l-UE u ċ-Ċina, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni dwar il-kooperazzjoni doganali bejn l-UE u ċ-Ċina fir-rigward tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali (2014-2017), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Frar 2014 bit-titolu “Il-Pjan ta' Azzjoni għall-monitoraġġ tat-tħaddim ta' arranġamenti ta' kummerċ preferenzjali” (COM(2014)0105), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Frar 2016 bit-titolu “Pjan ta' Azzjoni għat-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu” (COM(2016)0050), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2016 bit-titolu “Żvilupp u tal-Unjoni Doganali tal-UE u l-Governanza tagħha” (COM(2016)0813), |
|
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar strateġija għall-protezzjoni u l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali f'pajjiżi terzi (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali 23/2016 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: “It-trasport marittimu fl-UE: f'baħar ta' inkwiet – sar ħafna investiment li la huwa effettiv u lanqas sostenibbli”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Marrakexx li stabbilixxa l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-OECD tat-18 ta' April 2016 dwar il-kummerċ illeċitu u l-konverġenza tan-netwerks kriminali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 207, 208 u 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (3), u l-Att Delegat (Regolament Delegat (UE) 2015/2446 (4)), l-Att ta' Implimentazzjoni (Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 (5)), Att Delegat Tranżitorju (Regolament Delegat (UE) 2016/341 (6)), u l-Programm ta' Ħidma (Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/578 (7)) relatati tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dritt r-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (8), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2013 dwar il-qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet (COM(2013)0884), u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur dwar il-proposta (9), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (10), |
|
— |
wara li kkunsidra l-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp kif iddikjarat fit-TFUE, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2017 dwar l-indirizzar tal-isfidi tal-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (11), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0162/2017), |
|
A. |
billi l-Unjoni Doganali hija pilastru bażiku tal-Unjoni Ewropa, u dan jagħmilha wieħed mill-akbar blokok kummerċjali fid-dinja, u billi Unjoni Doganali kompletament funzjonanti hija essenzjali għall-kredibbiltà li għandha bżonn l-UE biex tiggarantixxi l-qawwa tagħha fin-negozjar tal-ftehimiet kummerċjali; |
|
B. |
billi l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (KDU) hija essenzjali għas-salvagwardja tar-riżorsi proprji tal-UE, b'mod speċjali d-dazji doganali u l-interessi fiskali nazzjonali; |
|
C. |
billi Unjoni Doganali kompletament funzjonanti hija l-bażi għal ġlieda effikaċi kontra l-flussi finanzjarji illeċiti u l-ħasil tal-flus ibbażat fuq il-kummerċ; |
|
D. |
billi hemm ir-riskju li l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, imnedija fl-1 ta' Mejju 2016, tiġi mdewma minħabba n-nuqqas ta' finanzjament xieraq għal sistemi informatiċi komuni u funzjonanti sal-31 ta' Diċembru 2020; |
|
E. |
billi r-rapport dwar il-progress fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija u tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-immaniġġjar tar-riskju doganali jirrileva l-fatt li l-insuffiċjenza tal-finanzjamenti għall-aġġornament tas-sistemi informatiċi eżistenti u għall-iżvilupp tas-sistemi l-ġodda neċessarji hija problema sinifikanti li xxekkel il-progress, b'riferiment partikolari għas-Sistema ta' Kontroll tal-Importazzjoni l-ġdida; billi, fl-assenza ta' riżorsi addizzjonali, għadd ta' azzjonijiet mhumiex se jkunu jistgħu jiġu implimentati sa tmiem l-2020, kif previst mill-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni; billi dewmien jaf ukoll jolqot l-implimentazzjoni tal-impenji għall-aspetti relatati mad-dwana fil-kuntest tal-Aġenda tal-UE dwar is-Sigurtà; |
|
F. |
billi l-frammentazzjoni attwali tal-politiki ta' kontroll doganali bejn l-Istati Membri ma tridx twassal għal sitwazzjoni li tirriżulta f'piżijiet ulterjuri fil-livell amministrattiv u tal-ħin jew f'distorsjoni tal-flussi kummerċjali interni; |
|
G. |
billi l-proposta għal direttiva dwar qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet ma tagħmilx distinzjoni ċara bejn is-sanzjonijiet kriminali u dawk amministrattivi fi ħdan l-Istati Membri b'rispett sħiħ tas-sussidjarjetà; billi dan jaf jinkoraġġixxi lill-operaturi ekonomiċi frawdolenti biex jagħmlu għażliet strateġiċi meta jkunu qed jimportaw minn pajjiżi terzi, b'mod li jikkawżaw distorsjonijiet fil-ġbir tat-taxxa u impatt negattiv fuq l-ambjent, u għaldaqstant is-sanzjonijiet qed juru li mhumiex deterrent effikaċi għall-attivitajiet kummerċjali illegali; |
|
H. |
billi r-regoli u tal-proċeduri doganali kumplessi u l-kriterji u s-sanzjonijiet differenti applikati mill-awtoritajiet jistgħu jitfgħu piż żejjed fuq l-impriżi ta' daqs żgħir u medju, u jeżerċitaw pressjoni notevoli fuq ir-riżorsi limitati tagħhom u jaffetwaw il-perkors kummerċjali tagħhom; |
|
I. |
billi kooperazzjoni doganali effikaċi bejn l-amministrazzjonijiet doganali, l-operaturi ekonomiċi awtorizzati, il-forzi tal-pulizija, l-awtoritajiet ġudizzjarji, kif ukoll l-atturi rilevanti l-oħra tal-Istati Membri ma' pajjiżi terzi u f'livell multilaterali tiżvolġi rwol essenzjali, fid-dawl tal-volumi notevoli ta' kummerċ, u tirrappreżenta pedament fil-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu, it-terroriżmu, il-kriminalità organizzata, il-ħasil tal-flus, it-traffikar ta' speċijiet selvaġġi, l-evażjoni tat-taxxa, it-traffikar tad-droga u tat-tabakk, u l-mediċini falsifikati, kif ukoll fil-ħarsien tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali fl-UE, l-implimentazzjoni u r-rispett tal-proċeduri ta' diliġenza dovuta għall-prodotti fil-katina tal-valur globali, hekk kif inhu indikat fl-istrateġija tal-Kummissjoni “Kummerċ għal Kulħadd”, u l-identifikazzjoni u l-eliminazzjoni eventwali tal-interkonnessjonijiet bejn l-atturi frawdolenti involuti f'attivitajiet kummerċjali illeċiti fil-katina tal-provvista internazzjonali; |
|
J. |
billi l-UE kkonkludiet ftehimiet ta' kooperazzjoni doganali u ta' assistenza amministrattiva reċiproka mal-Korea t'Isfel, mal-Kanada, mal-Istati Uniti, mal-Indja, maċ-Ċina u mal-Ġappun; |
|
K. |
billi l-biċċa l-kbira tal-prodotti illegali jew kontrafatti li jidħlu fl-Unjoni qed tiġi pprovduta minn ċerti sħab kummerċjali; billi l-esportazzjonijiet mill-Malasja jirrappreżentaw biss valur ta' madwar EUR 2,5 miljun, filwaqt li dawk miċ-Ċina u minn Hong Kong għandhom valur ta' 'l fuq minn EUR 300 miljun u EUR 100 miljun rispettivament; billi, fl-2015, il-Belarussja waħedha kkawżat telf fiskali ta' EUR 1 biljun lill-UE, peress li kienet qed tesporta prodotti li jevitaw kompletament ir-regoli dwar il-VAT, kif ukoll ir-regolamenti dwar is-saħħa; |
|
L. |
billi, skont l-aktar rapport reċenti tal-Kummissjoni dwar l-infurzar tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali min-naħa tal-awtoritajiet doganali tal-UE, il-volum tal-prodotti kontrafatti kkonfiskati minn dawn l-awtoritajiet żdied b'15 % bejn l-2014 u l-2015, billi, minħabba s-suspett ta' ksur tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, ġew ikkonfiskati aktar minn 40 miljun prodott, li laħqu valur totali ta' kważi EUR 650 miljun, fil-fruntieri esterni tal-Unjoni; |
|
M. |
billi ż-żoni internazzjonali ta' kummerċ ħieles, flimkien ma' dawk il-pajjiżi terzi li jkunu l-aktar għejun frekwenti ta' kummerċ illeċitu, potenzjalment jirrappreżentaw kuntesti fejn tista' tkompli l-proliferazzjoni tal-kummerċ ta' prodotti illegali fl-UE, u dan iwassal għal kontrolli aktar rigorużi mal-fruntieri, u għaldaqstant x'aktarx li se jirrikjedu analiżi ulterjuri speċifika; |
|
N. |
billi l-kummerċ fil-prodotti kontrafatti jista' jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-organizzazzjonijiet kriminali attivi fit-terroriżmu, fit-traffikar tad-droga, fl-armi tan-nar, fil-ħasil tal-flus u fit-traffikar tal-bnedmin; |
|
O. |
billi l-ġlieda kontra l-kontrafazzjoni hija essenzjali biex jitħarsu d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali fl-Ewropa, jiġi salvagwardjat l-għarfien espert u titħeġġeġ l-innovazzjoni; |
|
P. |
billi r-rwol li tiżvolġi d-dwana fil-qasam tas-sigurtà huwa partikolarment rilevanti biex l-organizzazzjonijiet terroristiċi jitwaqqfu milli jċaqalqu l-fondi tagħhom u biex jinqatgħu l-għejun ta' dħul finanzjarju tagħhom, kif inhu rikonoxxut fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu; |
|
Q. |
billi, fil-kuntest tal-ambjent kummerċjali globali, is-servizzi doganali jiżvolġu rwol importanti fl-affrontar tal-ħsara li ssir minn kummerċ illeċitu lill-ekonomija formali filwaqt li jgħinu wkoll biex dan l-istess kummerċ illeċitu jiġi miftiehem u miġġieled aħjar; |
|
R. |
billi n-netwerks ta' attivitajiet illeċiti jkollhom impatt negattiv fuq l-ekonomija tal-Istati Membri f'termini ta' tkabbir, impjiegi, investiment barrani, integrità tas-swieq, kompetizzjoni, kummerċ u telf ta' introjtu doganali, u billi dan l-aħħar telf finalment jiġġarrab mill-kontribwent Ewropew; |
|
S. |
billi l-kummerċ illeċitu huwa ta' tħassib ewlieni għall-impriżi u jirrappreżenta theddida sinifikanti b'riskji dejjem jikbru fil-livell globali, f'termini tat-trasparenza, l-integrità u l-valur finanzjarju, b'mod li jirrifletti l-użu tal-iskemi ta' kummerċ u l-ktajjen ta' provvista fil-livell globali; |
|
T. |
billi l-kontrafazzjoni, il-kummerċ illegali tal-armi, u t-traffikar tad-droga jiġġeneraw somom kbar għall-kriminalità organizzata transnazzjonali permezz ta' kanali ekonomiċi u kummerċjali illeċiti; |
|
U. |
billi l-ammont dejjem jiżdied ta' każijiet ta' kuntrabandu, traffikar u forom oħra ta' kummerċ illegali u illeċitu, mhux biss qed ikollu impatt fuq il-ġbir tad-dazji doganali mill-Istati Membri u fuq il-baġit tal-UE, iżda huwa wkoll assoċjat b'mod qawwi mal-kriminalità organizzata internazzjonali, mat-theddid għall-konsumatur u ma' effetti negattivi fuq il-funzjonament tas-suq uniku, li jimminaw l-ekwità tal-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni għall-kumpaniji kollha involuti, b'mod partikolari l-impriżi ta' daqs żgħir u medju; |
|
V. |
billi l-ħarsien tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali hija kruċjali kemm għall-protezzjoni u għat-trawwim tal-ekonomija tal-UE, kif ukoll għat-tkabbir u għall-impjiegi; |
|
1. |
Jappella lill-Kummissjoni biex taħdem mill-qrib mal-Istati Membri biex tiżgura implimentazzjoni koordinata, uniformi u effiċjenti tas-sistema l-ġdida stabbilita mill-KDU, filwaqt li tiskoraġġixxi lill-prattiki diverġenti fost l-Istati Membri wara l-perjodu ta' tranżizzjoni permezz ta' linja gwida bażika komuni għad-dwani Ewropej kollha; jappella lill-Kummissjoni biex, f'dan ir-rigward, tfassal analiżi komparattiva u informazzjoni dwar l-operazzjonijiet doganali u l-proċeduri ta' infurzar fl-Istati Membri; |
|
2. |
Jirrileva li ma teżisti l-ebda sistema għall-identifikazzjoni u għall-monitoraġġ tad-differenzi fit-trattament tal-operaturi ekonomiċi min-naħa tal-awtoritajiet doganali; jappella lill-Kummissjoni biex tirrikjedi li l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni speċifika dwar it-tip u n-numru tal-kontrolli doganali fil-livell tal-portijiet prinċipali individwali; |
|
3. |
Jistieden lill-Kummissjoni tkompli l-kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-partijiet interessati rilevanti ta' natura kummerċjali biex issolvi l-lakuni li jeżistu fis-sistemi ta' kontroll, tiżviluppa semplifikazzjonijiet doganali ulterjuri u tnaqqas il-piżijiet amministrattivi għal min ikun qed jopera legalment fis-settur kummerċjali, filwaqt li tiffoka fuq l-objettiv ta' kummerċ aktar sempliċi u aktar sigur u, fl-istess ħin, tiżgura kontrolli adegwati, effikaċi, effiċjenti u armonizzati fil-fruntieri tal-UE, kif ukoll is-sostenn neċessarju lill-awtoritajiet rilevanti; jindika li kontrolli doganali effikaċi jridu jiggarantixxu lill-UE s-sigurtà, is-sikurezza tal-konsumaturi, ir-rispett tal-obbligi fil-qasam ambjentali u tar-regolamenti fil-qasam tas-saħħa u l-ħarsien tal-interessi ekonomiċi, b'attenzjoni partikolari għall-protezzjoni tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali u għall-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu, it-terroriżmu, il-ħasil tal-flus, it-traffikar ta' speċijiet selvaġġi, l-evażjoni tat-taxxa, it-traffikar tad-droga u tat-tabakk u l-mediċini falsifikati, kif ukoll għall-ġlieda kontra kull forma ta' kompetizzjoni inġusta li jafu jħabbtu wiċċhom magħha l-impriżi Ewropej li jirrispettaw l-istandards tal-UE; |
|
4. |
Jenfasizza l-importanza li titlesta l-ħidma ta' armonizzazzjoni tal-kontrolli fil-punti kollha ta' dħul fl-Unjoni Doganali, b'mod partikolari fuq il-bażi tal-istrumenti eżistenti; |
|
5. |
Jappella lill-Kummissjoni biex tipprova tikseb livell ogħla ta' kollaborazzjoni mas-settur privat fl-identifikazzjoni tal-operaturi frawdolenti; jisħaq fuq l-importanza li l-partijiet interessati privati jiġu involuti fil-ġlieda kontra l-kummerċ illegali, inkluż dak li jinvolvi l-ispeċijiet selvaġġi u l-prodotti tagħhom; |
|
6. |
Ifakkar li l-opportunità li joffri l-KDU u r-regoli relatati dwar is-sistemi informatiċi interkonnessi u l-iskambji elettroniċi jmissha tintuża biex ikun hemm aċċess għad-data dwar il-kummerċ affidabbli u legali u biex din titqiegħed għad-dispożizzjoni permezz ta' kanali apparti d-dikjarazzjonijiet doganali, pereżempju permezz ta' programmi internazzjonali ta' skambju reċiproku, bħall-programm rigward l-operaturi ekonomiċi awtorizzati jew il-proġett “Rotot Kummerċjali Intelliġenti u Siguri”, bl-għan li jiġu ffaċilitati l-iskambji; |
|
7. |
Ifakkar li l-iżvilupp tas-sistemi informatiċi rikjesti għandu bżonn finanzjament biżżejjed u jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw id-disponibbiltà tar-riżorsi għas-sistemi informatiċi meħtieġa b'mod li jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-immaniġġjar tar-riskji doganali; |
|
8. |
Jappella lill-Kummissjoni biex tinsisti fuq użu aktar mifrux tal-programm rigward l-operaturi ekonomiċi awtorizzati; jisħaq fuq l-importanza tal-promozzjoni tal-vantaġġi tiegħu għall-kummerċ, filwaqt li jinżammu regoli ta' konformità stretti u jiġu ppreżervati l-qawwa, l-affidabbiltà u l-konformità tiegħu mar-regoli doganali tal-pajjiżi terzi fl-ambitu tan-negozjati dwar ftehimiet kummerċjali; |
|
9. |
Jitlob lill-Kummissjoni tikkoordina u tikkoopera mad-dwani, mal-awtoritajiet tal-fruntieri fuq il-post u mal-partijiet interessati fi ħdan l-UE, kif ukoll mas-sħab kummerċjali tagħha, fir-rigward tal-kondiviżjoni tad-data u b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mar-rikonoxximent tal-kontrolli doganali, is-sħab kummerċjali fdati u l-istrateġiji ta' mitigazzjoni għaż-żarmar tan-netwerks tal-kummerċ illeċitu; jappella lill-Kummissjoni biex ittejjeb u tintensifika l-kooperazzjoni fost id-diversi direttorati ġenerali tagħha fir-rigward tal-kwistjonijiet doganali, u tippromwovi, meta jkun hemm bżonn, koordinament aħjar fost l-awtoritajiet doganali u dawk għall-infurzar tal-liġiijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-kriminalità organizzata, tas-sigurtà u tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, kemm f'livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-UE; |
|
10. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta komunikazzjoni dwar “L-aħjar prassi fl-ambitu tal-kontrolli doganali u l-infurzar tar-regoli kummerċjali” fil-perjodu interim, bl-iskop li tipprovdi qafas ta' riferiment lill-korpi ta' kontroll kompetenti fl-Istati Membri, tirrileva l-aħjar prattiki u riżultati, tistabbilixxi ġabra ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, u tanalizza l-flussi kummerċjali tal-prodotti kontrafatti fil-punti ta' qsim tal-fruntieri; |
|
11. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli taħdem fuq l-implimentazzjoni tal-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-immaniġġjar tar-riskju doganali, b'mod partikolari fl-oqsma tad-disponibbiltà tad-data, l-aċċess għall-informazzjoni u l-iskambju tagħha għal finijiet ta' mmaniġġjar tar-riskju doganali, u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet; |
|
12. |
Jappella lill-Kummissjoni biex tirrapporta perjodikament lill-kumitati responsabbli tal-Parlament Ewropew dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-immaniġġjar tar-riskji doganali; |
|
13. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinvestiga l-prattiki differenti għall-kontrolli doganali fl-UE u l-impatt tagħhom fuq id-devjazzjoni tat-traffiku kummerċjali, filwaqt li tiffoka b'mod partikolari fuq id-dwana tal-UE fil-frunteri esterni; |
|
14. |
Josserva li d-differenzi proċedurali attwali fid-dwani, b'mod partikolari rigward l-iżdoganar, l-ispezzjonijiet, is-sanzjonijiet u l-kontrolli, qed joħolqu frammentazzjoni, piżijiet amministrattivi addizzjonali, dewmien, varjazzjonijiet fil-ġbir tat-taxxa bejn l-Istati Membri, distorsjoni tas-suq u impatt negattiv fuq l-ambjent; jisħaq li dawn id-differenzi proċedurali fid-dwani spiss jistgħu jiffavorixxu l-aċċess għal ċerti portijiet b'detriment għal oħrajn b'operaturi illeġittimi li jimportaw prodotti kontrafatti jew sottovalutati, bir-riżultati li l-prodotti jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom permezz ta' rotta inabitwali u l-iżdoganar jintalab fi Stat Membru differenti minn dak li importa l-prodotti, bil-għan li tonqos il-probabbiltà li jiġu suġġetti għall-kontrolli jew li kwalunkwe proċedura ta' rkupru potenzjali ssir ikkumplikata; jitlob lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tanalizza din il-problema tal-għażla opportunistika tal-ġurisdizzjoni (“forum shopping”) u l-impatt tagħha fuq il-kummerċ, id-dħul mit-taxxi, l-effetti klimatiċi u d-dazji doganali; |
|
15. |
Ifakkar lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fl-importanza li jiżguraw li jkollhom biżżejjed riżorsi disponibbli puntwalment għas-sistemi informatiċi neċessarji sabiex jilħqu l-objettivi tal-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-immaniġġjar tar-riskju doganali, filwaqt li jiżguraw l-interoperabbiltà tas-sistemi għall-ġid tal-awtoritajiet doganali, tal-kummerċjanti li joperaw legalment u, fl-aħħar mill-aħħar, tal-konsumaturi, kif ukoll jippromwovu l-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku fl-UE; |
|
16. |
Jinsisti fuq il-bżonn li jsir progress mill-kuntest doganali attwali li juża anqas karti, għal kuntest li ma jagħmel l-ebda użu mill-karti; |
|
17. |
Jitlob lill-Kummissjoni taħdem mill-qrib mal-Istati Membri, mal-OECD u mal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO) biex inaqqsu l-lakuni attwali fis-sistemi ta' kontroll doganali, billi jiżguraw li l-kummerċ illeċitu, il-kontrafazzjoni u l-frodi jiġu miġġielda permezz ta' kontrolli bbażati fuq ir-riskju u jiġu kkoordinati b'mod aktar sistematiku, abbażi ta' kriterji armonizzati għall-ispezzjonijiet, tal-aħjar prassi u ta' proċeduri u metodi ta' ħidma komuni, f'termini ta' sigħat operattivi, riżorsi ekonomiċi u umani u sistemi informatiċi interoperabbli, b'awtoritajiet kompetenti oħrajn jipprovdu sostenn puntwali u adegwat; ifakkar, f'dan ir-rigward, fl-importanza li jiġi żgurat li l-aġenziji doganali u tal-fruntiera kollha tal-UE, u li jiġi garantit taħriġ xieraq lill-operaturi tagħhom; |
|
18. |
Jappella lill-awtoritajiet doganali fl-Istati Membri biex jużaw l-istrumenti elettroniċi għall-kondiviżjoni tad-data b'mod proattiv sabiex jikkooperaw mal-awtoritajiet għall-infurzar tal-liġi fl-identifikazzjoni tal-anomaliji marbutin mat-tbagħbis fil-prezzijiet biex jinbidel il-valur kummerċjali, u b'hekk jiġġieldu l-flussi finanzjarji illeċiti u l-ħasil tal-flus ibbażat fuq il-kummerċ; |
|
19. |
Jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-implimentazzjoni progressiva tal-KDU ġġib valur addizzjonali għall-operaturi ekonomiċi, billi tistabbilixxi kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni fl-Unjoni kollha, filwaqt li fl-istess ħin tiżgura li s-semplifikazzjoni miżjuda tal-proċeduri doganali ma toħloqx lakuni fis-sistemi ta' mmaniġġjar u ta' kontroll tar-riskju doganali li jistgħu jxekklu l-ġlieda effikaċi kontra l-kummerċ illeċitu; iqis li huwa essenzjali li tiġi armonizzata l-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tad-dwana u jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iwettqu monitoraġġ regolari tar-regoli tal-UE u tal-applikazzjoni uniformi tagħhom min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti, b'mod li jiffaċilitaw il-kummerċ internazzjonali u jrażżnu l-attivitajiet transnazzjonali illegali; |
|
20. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli taħdem mal-Istati Membri fuq il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fil-qasam tal-proċeduri doganali u l-VAT, tikkoopera mad-diversi awtoritajiet kompetenti u, fejn xieraq, tallinja l-politiki fir-rigward tad-dwana u tal-VAT, bil-għan li tiżgura s-sinerġiji, anke biex jinstabu u jiġu applikati soluzzjonijiet ġuridiċi u prattiċi għall-isfidi u għall-opportunitajiet relatati ma' konsenji żgħar, mal-kummerċ elettroniku u mas-semplifikazzjoni; |
|
21. |
Jappella lill-Kummissjoni biex, fid-dawl tal-Artikolu 23 tal-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ tad-WTO li jappella għall-ħolqien ta' organu ta' faċilitazzjoni tal-kummerċ, tikkunsidra li tittrasferixxi l-kompetenzi tal-awtoritajiet doganali mil-livell nazzjonali għal-livell tal-UE b'mod li tiżgura trattament armonizzat fil-punti ta' dħul fl-UE kollha, tissorvelja l-prestazzjoni u l-attivitajiet tal-amministrazzjonijiet tad-dwana, kif ukoll tiġbor u tipproċessa d-data doganali; |
|
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tiżviluppa b'mod aħjar analiżi akkurata tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji tal-implikazzjonijiet tal-armonizzazzjoni tal-infurzar tas-sanzjonijiet kriminali fis-seħħ fl-Istati Membri biex jiġu miġġielda l-attivitajiet kummerċjali illeċiti u, jekk ikun hemm bżonn, tippreżenta proposta li jkun fiha regoli armonizzati, dejjem fir-rispett tas-sussidjarjetà, fir-rigward tad-definizzjoni ta' tali sanzjonijiet u reati fil-każijiet ta' kriminalità transnazzjonali; |
|
23. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu aktar biex jiżviluppaw u jsostnu il-possibbiltajiet ta' taħriġ konġunt għall-uffiċjali tad-dwana fl-Istati Membri; jenfasizza li l-armonizzazzjoni tat-taħriġ għall-uffiċjali tad-dwana fl-Ewropa se tikkontribwixxi għal implimentazzjoni effikaċi tal-KDU; |
|
24. |
Jitlob lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-kooperazzjoni mal-partijiet interessati ta' natura kummerċjali u mar-rappreżentanti kummerċjali fil-livell internazzjonali, biex tindirizza l-isfidi kollha li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-KDU, fosthom id-differenzi u d-diverġenzi bejn ir-regoli nazzjonali, il-metodi u l-mezzi ta' rapportar, kif ukoll it-tħassib tal-impriżi ta' daqs żgħir u medju involuti fil-kummerċ ma' pajjiżi terzi; |
|
25. |
Ifakkar li ċerti azjendi frawdolenti b'sede f'pajjiżi terzi qegħdin jużaw il-kummerċ elettroniku biex joffru prodotti kontrafatti lill-konsumaturi Ewropej u li wħud minn dawn il-prodotti jistgħu jinħarġulhom fatturi bi prezzijiet orħos mil-livelli minimi biex jevitaw li jiġu kkontrollati mill-awtoritajiet jew jista' jkun li qed jidħlu fis-suq billi jisfruttaw id-differenzi fl-arranġamenti ta' fatturazzjoni, ir-regoli doganali u l-penalitajiet; jitlob lill-Kummissjoni tinvestiga ulterjorment dawn il-problemi u twieżen liema jkun l-aħjar mod biex tindirizza r-riskji assoċjati mal-kummerċ elettroniku, kif ukoll taħdem mill-qrib mal-atturi kollha interessati, inklużi t-trasportaturi u l-kurrieri, ħalli ssostni lill-Istati Membri fit-trażżin ta' din il-prattika mingħajr ma jinħolqu ostakli għat-tkabbir tal-kummerċ elettroniku u mingħajr ma jixxekkel il-kummerċ leġittimu; |
|
26. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura, b'mod konġunt mal-Istati Membri, li l-UE timplimenta sal-massimu possibbli l-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (TFA) tad-WTO, u tkompli tippromwovi l-implimentazzjoni tiegħu mill-membri l-oħra tad-WTO għall-benefiċċju tal-esportaturi tal-UE, inkluż billi tikkontribbwixxi għall-isforzi ta' pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, sabiex tissaħħaħ il-faċilitazzjoni tal-kummerċ fid-dinja kollha; |
|
27. |
Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali biex tiżviluppa ulterjorment l-implimentazzjoni tal-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-immaniġġjar tar-riskji doganali fil-katina tal-provvista; |
|
28. |
Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha f'materji doganali mas-sħab kummerċjali ewlenin tagħha u mal-awtoritajiet doganali tagħhom, kif ukoll tidħol fi djalogu mal-pajjiżi ewlenin minn fejn joriġinaw il-prodotti kontrafatti, bil-għan li jkun hemm kollaborazzjoni fil-ġlieda kontra l-flussi finanzjarji illeċiti, il-ħasil tal-flus, il-korruzzjoni bbażata fuq il-kummerċ, il-frodi u l-evażjoni tat-taxxa, il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, li lkoll kemm huma jimminaw is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, joħolqu riskji għas-soċjetà u għas-suq filwaqt li jagħmlu ħsara lill-ekonomiji, u tkompli tiffaċilita l-kummerċ bilaterali oltre l-impenji rigorużi fl-ambitu tal-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ; jindika li dan jista' jinkiseb billi jiġu inklużi suġġetti fil-qasam tal-faċilitazzjoni tal-kummerċ bħar-regoli standardizzati dwar il-metodi, it-trasparenza, l-integrità u l-obbligu ta' rendikont fir-rigward tal-proċeduri doganali, u billi jiġu inklużi kapitoli antifrodi u antikontrafazzjoni fin-negozjati kollha dwar ftehimiet ta' kummerċ ħieles, jew permezz ta' ftehimiet doganali speċifiċi; |
|
29. |
Jistieden lill-Kummissjoni tkompli u tapprofondixxi l-kooperazzjoni doganali fil-qasam tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali mal-pajjiżi terzi u maż-żoni ta' kummerċ ħieles li jkunu l-aktar għajn frekwenti tal-kummerċ illeċitu; jemmen, f'dan ir-rigward, li huwa neċessarju li tiġi promossa kemm il-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet doganali fil-livell internazzjonali kif ukoll l-iżvilupp ta' sħubijiet mal-impriżi privati, sabiex jiġi miġġieled il-ksur doganali u l-evitar tal-obbligi tat-taxxa; |
|
30. |
Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u, b'mod partikolari, mal-Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, bil-għan li jiġu sostnuti l-inizjattivi għall-infurzar tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, bħall-proċeduri ta' faċilitazzjoni għad-detenturi tad-drittijiet ibbażati fuq l-iskambju elettroniku tad-data, li kieku jkun ta' benefiċċju anke għall-impriżi ta' daqs żgħir u medju, u biex tqiegħed il-ġlieda kontra l-kontrafazzjoni u l-frodi fost il-prijoritajiet tagħha fi ħdan id-WTO, filwaqt li tinvolvi lill-OECD u d-WCO fil-ħidma tagħha fil-qasam; jisħaq għalhekk li r-Regolament attwali dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali jiżvolġi rwol importanti fil-ġlieda kontra l-kontrafazzjoni (ksur tat-trademarks), il-piraterija (ksur tad-drittijiet tal-awtur) u l-kuntrabandu ta' prodotti sensittivi, kif ukoll fl-ambiti tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, tal-marki tal-oriġini u tal-kummerċ illegali; jemmen li huwa essenzjali li dan ir-Regolament jiġi implimentat kif dovut fl-Unjoni kollha kemm hi flimkien mad-Direttiva dwar l-infurzar tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali u li l-awtoritajiet doganali jwettqu l-infurzar meħtieġ b'mod li ma jimpedixxix lill-kummerċjanti leġittimi milli joperaw in bona fede; |
|
31. |
Jitlob lill-Kummissjoni tikkoordina b'mod aħjar id-difiża tal-indikazzjoni ġeografika rigward prodotti agroalimentari fil-Kummissjoni u anke mal-EUIPO, billi tirrappreżenta tassew valur miżjud fuq is-swieq esterni; ifakkar lill-Kummissjoni fl-importanza tal-iżvilupp ta' politika daqstant ambizzjuża dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi mhux agroalimentari; ifakkar fl-introduzzjoni ta' sistema ta' protezzjoni tal-prodotti mhux agrikoli li tuża l-indikazzjoni ġeografika u li hija koerenti, sempliċi, trasparenti u li ma timponix piżijiet f'livell amministrattiv u finanzjarju tirrappreżenta opportunità għall-impriżi ta' daqs żgħir u medju u tkun issaħħaħ il-pożizzjoni tal-UE fin-negozjati kummerċjali internazzjonali; |
|
32. |
Jinnota li s-servizzi doganali qegħdin jiffaċċjaw tipi ġodda ta' sfidi, relatati kemm ma' metodi ġodda ta' negozjar u mas-sigurtà u l-protezzjoni ta' prodotti skont proċeduri tal-importazzjoni jew fi tranżitu internazzjonali b'destinazzjoni fl-Ewropa; |
|
33. |
Jinnota li l-effiċjenza tal-proċeduri doganali hi kruċjali mhux biss biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ, iżda wkoll biex tiġi infurzata l-liġi b'mod effikaċi u mtejjeb, fir-rigward tal-kontrafazzjoni u tal-kuntrabandu ta' prodotti suġġetti għas-sisa li jidħlu fl-UE; iqis li s-servizzi doganali huma f'nofs triq bejn il-moviment garantit tal-merkanzija li jipproteġi lill-konsumaturi fi ħdan l-UE u l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet kummerċjali; |
|
34. |
Huwa tal-fehma li l-kwalità u r-riżultati tal-kontrolli doganali dwar it-tranżitu ta' merkanzija, b'mod partikolari għall-operazzjonijiet ta' vjaġġi u trasport fil-portijiet u fil-fruntieri, huma ta' importanza primarja u għandhom jiġu mtejba; jiddispjaċih li bħalissa hemm differenza fattwali f'termini tat-tip ta' kontrolli fi ħdan l-Unjoni li tiffavorixxi ċerti rotot ta' aċċess, b'mod partikolari l-portijiet, bi ħsara għall-oħrajn, fejn il-kontrolli mwettqa huma aktar stretti; iqis li jeħtieġ li jiġi żgurat li jkun hemm tekniki ta' kontroll omoġenji u standardizzati fost l-Istati Membri biex jiffiltraw fil-portijiet u fil-fruntieri, bil-promozzjoni ta' strateġiji ta' kontroll moderni, teknoloġikament avvanzati u bbażati fuq il-ġestjoni tar-riskji; |
|
35. |
Iqis li jkun tajjeb li l-Istati Membri jikkonċentraw il-kontrolli doganali, u sa fejn hu possibbli kwalunkwe kontroll rilevanti ieħor fil-fruntieri, fuq il-konsenji ta' riskju għoli, li jintgħażlu b'mod każwali bl-użu ta' kriterji ta' għażla komuni, inklużi dawk li jirrigwardaw in-natura u d-deskrizzjoni tal-merkanzija, il-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż minn fejn il-merkanzija ntbagħtet, il-valur tal-merkanzija, il-provi tal-konformità regolatorja tal-kummerċjanti u l-mezzi ta' trasport; |
|
36. |
Jappoġġa l-isforzi kollha biex l-integrità fil-kummerċ internazzjonali tiġi promossa permezz tat-tranżizzjoni lejn proċeduri doganali kompletament elettroniċi fl-UE sal-2020, kif previst skont il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni l-ġdid, li se jtejjeb it-trasparenza tal-għażla tal-kampjuni ta' kontroll tal-merkanzija u l-kontejners; |
|
37. |
Jemmen li hemm bżonn koordinament aħjar bejn l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), l-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq sabiex mhux biss jiġġieldu kontra l-kontrafazzjoni, imma jrażżnu wkoll il-kummerċ fil-prodotti illegali li jiksru l-liġijiet dwar il-proprjetà intellettwali fl-UE; |
|
38. |
Jisħaq fuq ir-rwol tal-OLAF fl-investigazzjoni dwar l-evażjoni tad-dazji tal-importazzjoni (inklużi d-dazji konvenzjonali, anti-dumping u kompensatorji) fuq it-tipi kollha ta' prodotti bażiċi u merkanzija, speċjalment bl-involviment ta' dikjarazzjonijiet tal-oriġini foloz (kemm taħt ir-reġimi preferenzjali u kemm taħt dak mhux preferenzjali) u ta' sottovalutazzjoni u deskrizzjoni ħażina tal-merkanzija; jappella lill-OLAF biex jiżvolġi rwol aktar attiv fil-koordinament tal-investigazzjonijiet relatati mis-servizzi doganali nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE u sħab oħra kemm fl-UE kif ukoll barra minnha; |
|
39. |
Jindika li l-Operazzjonijiet Doganali Konġunti regolari jiżvolġu rwol vitali fis-salvagwardja tal-finanzi pubbliċi tal-UE, billi jidentifikaw fejn jinsabu r-riskji fuq rotot kummerċjali speċifiċi u jipproteġu liċ-ċittadini u l-impriżi leġittimi billi jwaqqfu lill-prodotti illegali milli jidħlu fl-UE; jappella lill-OLAF biex jintensifika l-appoġġ tiegħu favur l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-UE, kif ukoll ta' xi pajjiżi terzi huma u jwettqu aktar operazzjonijiet doganali konġunti, permezz tal-infrastruttura teknika, l-għodod informatiċi u ta' komunikazzjoni, l-analiżi strateġika, kif ukoll l-appoġġ finanzjarju u amministrattiv, sabiex titjieb l-effikaċja tas-servizzi doganali fit-twettiq ta' kontrolli mmirati fuq livell Ewropew; |
|
40. |
Jemmen li l-Kummissjoni għandha tissorvelja aħjar, fuq bażi ta' riskju standardizzat, lill-pajjiżi li jibbenefikaw minn trattament preferenzjali, partikolarment sabiex tivverifika l-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-oriġini u l-akkumulazzjoni; jikkunsidra, f'dan il-kuntest, li l-kontroll tal-istatus ta' oriġini tal-prodotti importati u l-adegwatezza tad-dokumenti li jikkonċedu trattament preferenzjali, huwa komponent kruċjali tal-istrateġiji ta' kontroll u t-traċċabbiltà; |
|
41. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(2) ĠU C 407, 4.11.2016, p. 18.
(3) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(4) ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1.
(5) ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558.
(8) ĠU L 181, 29.6.2013, p. 15.
(9) Ara rapport A8-0239/2016.
(10) ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16.
(11) Testi adottati, P8_TA(2017)0011.