Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017DC0465

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL Il-15-il rapport dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni

COM/2017/0465 final

Brussell, 6.9.2017

COM(2017) 465 final

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

Il-15-il rapport dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni


1Introduzzjoni

Il-Ħmistax-il Rapport dwar ir-Rilokazzjoni u r-Risistemazzjoni jiddeskrivi l-azzjonijiet urġenti li għad iridu jittieħdu biex ikunu rilokati malajr kemm jista’ jkun dawk kollha eliġibbli mill-Italja u mill-Greċja, kif ukoll sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ risistemazzjoni.

Il-ritmu tar-rilokazzjonijiet qed ikompli juri xejra pożittiva, b’medja ta’ 2 300 rilokazzjoni fix-xahar minn Frar 2017, u dan jikkonferma l-ħeffa sinifikanti tar-rilokazzjonijiet fl-2017, bl-Istati Membri li rrilokaw tliet darbiet u nofs iktar milli għamlu fl-istess perjodu fl-2016. B’kollox, aktar minn 27 700 persuna issa ġew rilokati mill-4 ta’ Settembru 2017 (19 244 mill-Greċja u 8 451 mill-Italja). Madankollu, wara l-għadd rekord ta’ rilokazzjonijiet f’Ġunju 2017, ir-ritmu tat-trasferimenti f’Lulju u f’Awwissu naqas. Minkejja l-appelli tal-Kummissjoni sabiex ir-ritmu tar-rilokazzjoni jinżamm u jkompli jitħaffef, b’mod partikolari mill-Italja, u minkejja l-impenn li ttieħed mill-Ministri waqt il-Kunsill Informali tal-Ġustizzja u tal-Affarijiet Interni fis-6 ta’ Lulju 2017, biex jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiġi ggarantit li dawk kollha mill-Italja li huma eliġibbli jiġu rilokati, kienu biss madwar 4 400 persuna li ġew rilokati mill-Italja u l-Greċja (b’medja ta’ 600 persuna rilokata fix-xahar mill-Italja) fix-xhur tas-sajf.

Fl-Italja, fejn il-pressjoni migratorja għadha għolja ħafna, għad hemm għadd sinifikanti ta’ migranti eliġibbli għar-rilokazzjoni. Sa issa, l-għadd ta’ Eritreani, in-nazzjonalità prinċipali eliġibbli għar-rilokazzjoni fl-Italja, kien pjuttost moderat fl-2017. Waslu aktar minn 5 600 Eritrean fl-Italja mill-bidu tal-2017, apparti l-20 700 li waslu fl-2016 u l-kważi 2 000 Sirjan li waslu fuq ix-xtut Taljani. Billi r-ritmu attwali ta’ rilokazzjoni għadu mhux biżżejjed biex jiġu rilokati dawk kollha eliġibbli, huwa kruċjali li l-Istati Membri issa jwettqu l-impenji u l-obbligi legali tagħhom u jżidu b’mod sinifikanti l-isforzi ta’ rilokazzjoni tagħhom mill-Italja. Dan jgħin biex tittaffa l-pressjoni minn fuq is-sistemi ta’ ażil u ta’ akkoljenza Taljani li huma taħt pressjoni.

Fir-rigward tal-Greċja, it-trasferimenti ta’ rilokazzjoni stabbilizzaw ruħhom għal 1 700 trasferiment matul ix-xhur tas-sajf. Madankollu għad hemm bżonn ta’ aktar sforzi sabiex jiġu rilokati l-applikanti eliġibbli kollha. Mill-4 ta’ Setembru, 27 382 persuna ġew irreġistrati għar-rilokazzjoni u mill-anqas 2 800 persuna għad iridu jiġu rilokati. Hemm bżonn li l-Istati Membri jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jiżguraw li l-migranti kollha eliġibbli jiġu rilokati b’mod effettiv.

Il-progress fl-implimentazzjoni tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill 1 ta’ Lulju 2015 biex jiġu risistemati 22 504 persuni għadu għaddej. Għadd ta’ Stati Membri b’impenji kbar ssodisfaw l-impenji tagħhom u qegħdin jiffukaw l-isforzi tagħhom dwar ir-risistemazzjoni skont id-Dikjarazzjoni UE-Turkija. L-Istati Membri li jkunu għadhom ma rrisistemawx jew għadhom 'il bogħod milli jilħqu l-mira tagħhom jenħtieġ li jtejbu immedjatament l-isforzi tagħhom.

2Ir-Rilokazzjoni

Ir-ritmu tar-rilokazzjonijiet juri tendenza pożittiva kontinwa li qed tiżdied, b’medja ta’ 2 300 rilokazzjoni fix-xahar minn Frar 2017. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri qed iwiegħdu postijiet u jirrilokaw fuq bażi regolari. Madankollu, huma meħtieġa sforzi addizzjonali mill-Istati Membri kollha ta’ rilokazzjoni sabiex tkun żgurata r-rilokazzjoni ta’ dawk kollha li huma eliġibbli fl-Italja u fil-Greċja.

Dawk l-Istati Membri li ma użawx l-allokazzjoni kollha tagħhom ta’ rilokazzjoni għandhom iżidu l-postijiet imwiegħda tagħhom u jgħaġġlu t-trasferimenti pendenti tagħhom. L-Istati Membri kollha għandhom ikomplu jwettqu l-obbligi tagħhom biex jirrilokaw l-applikanti eliġibbli kollha, kemm mill-Italja kif ukoll mill-Greċja. 

Kif irrappurtat aktar qabel, l-Ungerija u l-Polonja għadhom l-uniċi Stati Membri li ma rrilokaw l-ebda persuna, u l-Polonja ma wiegħdet l-ebda post mis-16 ta’ Diċembru 2015 'l hawn. Barra minn hekk, ir-Repubblika Ċeka ma wiegħdet l-ebda post minn Mejju 2016 ’l hawn, u minn Awwissu 2016 ’l hawn ma rrilokat lil ħadd. Jinħtieġ li dawn il-pajjiżi jibdew iwiegħdu postijiet u jirrilokaw immedjatament.  

2.1    Il-Greċja: hemm bżonn ta’ aktar sforzi sabiex jiġu rilokati l-applikanti eliġibbli kollha

Sa l-4 ta’ Settembru, b’kollox 27 382 persuna ppreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom għall-iskema ta’ rilokazzjoni; 19 244 persuna diġà ġew rilokati filwaqt li 2 741 persuna għad iridu jiġu rilokati 2 . Minkejja li hemm il-probabbiltà li qabel is-26 ta’ Settembru 2017 jistgħu jiġu rreġistrati iktar applikanti u xi wħud jistgħu jiġu esklużi mill-iskema ta’ rilokazzjoni, l-għadd totali ta’ persuni rreġistrati għar-rilokazzjoni huwa ġeneralment mistenni li jibqa’ stabbli. B’mod partikolari, bejn 1 500 u 2 000 persuna, li fil-bidu kienu ggwidati lejn il-proċedura ta’ Dublin, jista’ jerġa’ jkollhom jiġu rilokati, biex b’hekk it-total ta’ persuni potenzjali li għad iridu jiġu rilokati hu ta’ madwar 4 700 3 . Għal din ir-raġuni, huwa kruċjali li l-Istati Membri jkomplu jwiegħdu postijiet fuq bażi regolari.

Hekk kif ġie rrappurtat qabel, Malta u l-Latvja diġà rrilokaw l-allokazzjonijiet 4 kollha li ġew assenjati lilhom, u anki n-Norveġja rrispettat l-impenn li ħadet. Barra minn hekk, bit-trasferimenti ta’ rilokazzjoni implimentati u ppjanati għal Settembru, il-Finlandja se tkun irrilokat aktar minn 90 % tal-allokazzjonijiet tagħha, u l-Litwanja u l-Lussemburgu se jkunu rrilokaw aktar minn 85 % tal-allokazzjonijiet tagħhom. Barra minn hekk, l-Iżvezja, li bdiet tirriloka biss f’Ġunju, se tkun irrilokat kważi 70 % tal-allokazzjoni tagħha. Madankollu, minkejja li l-Awstrija ħabbret l-intenzjoni tagħha li tibda tirriloka mill-Greċja, għad trid tuffiċjalizza l-postijiet mwiegħda tagħha, u l-Kummissjoni tistenna li l-Awstrija twettaq dan bi prijorità.

F’Awwissu r-rilokazzjonijiet laħqu kważi 1 800 persuna. L-ostaklu ewlieni fil-fażi finali tal-implimentazzjoni tal-iskema kien in-nuqqas ta’ kapaċità ta’ xi Stati Membri ta’ rilokazzjoni sabiex jipproċessaw it-talbiet ta’ rilokazzjoni bl-istess ritmu tal-postijiet mwiegħda ta’ kull xahar, kif ukoll il-kapaċità limitata ta’ akkoljenza. Kif intqal qabel, il-konsegwenzi ewlenin tan-nuqqas ta’ kapaċità fl-ipproċessar kienu d-dewmien tat-tweġibiet kif ukoll in-nuqqas ta’ kapaċità biex jitwettqu verifiki mis-servizzi tas-sigurtà nazzjonali, b’mod partikolari meta l-pajjiżi jwettqu fl-istess ħin ir-risistemazzjonijiet u r-rilokazzjonijiet.

Sabiex jirrilokaw lil dawk kollha li huma eliġibbli malajr kemm jista’ jkun, il-pajjiżi bl-ikbar numru ta’ każijiet pendenti (il-Ġermanja, Franza, l-Irlanda u l-Iżvizzera) għandhom iħaffu urġentement it-trasferimenti.

Minorenni mhux akkumpanjati: għadu qed isir progress sew

Mill-31 ta’ Awwissu ġew rilokati 420 minorenni mhux akkumpanjati minn 586 minorenni mhux akkumpanjati li kienu eliġibbli għar-rilokazzjoni. L-istess Stati Membri (il-Belġju, il-Ġermanja, l-Irlanda, in-Netherlands, Spanja) għadhom qed joffru postijiet għal din il-kategorija ta’ applikanti vulnerabbli, u l-Kummissjoni dan tilqgħu b’sodisfazzjon. Madankollu, huwa kruċjali li l-Istati Membri kollha jaċċettaw it-talbiet ta’ rilokazzjoni għal dan il-grupp partikolarment vulnerabbli. L-Istati Membri qegħdin jiġu mħeġġa jkomplu jipprovdu postijiet skont il-ħtieġa 5 , sabiex jiġu rilokati l-minorenni rreġistrati separati minn mal-familja, u jiġu evitati politiki wisq restrittivi rigward il-prova tar-rabta familjari. Hija l-Valutazzjoni tal-Aħjar Interessi tal-Minorenni li tiddetermina l-ewwel jekk il-minorenni għandux ikun rilokat, u t-tieni lejn liema Stat Membru.

Azzjonijiet urġenti meħtieġa:

·L-Istati Membri kollha għandhom ikomplu joffru postijiet mwiegħda skont il-bżonn, sabiex jiġi żgurat li l-applikanti eliġibbli kollha jiġu rilokati. B’mod partikolari, dawk l-Istati Membri li ma tawx l-allokazzjonijiet kollha tagħhom għandhom iżidu l-postijiet mwiegħda tagħhom u jgħaġġlu r-rilokazzjonijiet tal-applikanti eliġibbli kollha.

·L-Awstrija għandha ssegwi dak li ħabbret u tibda toffri postijiet mwiegħda u tirriloka mill-Greċja immedjatament;

·F’dan l-istadju finali ta’ implimentazzjoni, il-Ġermanja, Franza, l-Irlanda u l-Isvizzera għandhom ikomplu jżidu l-isforzi tagħhom sabiex iħaffu t-trasferimenti;

·L-Istati Membri għandhom juru flessibbiltà fir-rilokazzjoni ta’ minorenni separati u mhux akkumpanjati.

2.2    L-Italja: hemm bżonn ta’ aktar sforzi sabiex jiġu rilokati l-applikanti eliġibbli kollha

Bir-ritmu ta’ bħalissa (kienu biss 544 applikant li ġew rilokati f’Lulju u 467 f’Awwissu) jidher biċ-ċar li jrid isir aktar fuq dawn iż-żewġ fatturi: biex jiġu identifikati u rreġistrati dawk kollha eliġibbli li jaslu fl-2017 (l-Italja) u biex dawn jiġu rilokati malajr (fl-Istati Membri ta’ rilokazzjoni).

L-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni għar-rilokazzjoni tal-applikanti li waslu fl-2017: hija meħtieġa aktar ħeffa sabiex tkun tista’ sseħħ ir-rilokazzjoni tal-applikanti eliġibbli kollha

Apparti l-20 700 applikanti li waslu fl-Italja fl-2016, madwar 7 600 applikant eliġibbli (l-aktar Eritreani u Sirjani) sa issa waslu l-Italja fl-2017, li minnhom ġew irreġistrati biss madwar 4 000 ruħ għar-rilokazzjoni fl-2017, u madwar 11 000 ruħ b’kollox sa mill-bidu tal-iskema. Dan ir-ritmu biex ikunu identifikati, irreġistrati u pproċessati l-każijiet tal-Eritreani, madankollu, ma jaqbilx mar-ritmu li bih qed jaslu l-applikanti eliġibbli fl-Italja. F’dan ir-rigward, l-Italja trid żżid, bħala kwistjoni ta’ prijorità, l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-applikanti kollha eliġibbli li jaslu kif ukoll ir-ritmu fl-ipproċessar tal-każijiet sabiex it-talbiet ta’ rilokazzjoni jkunu jistgħu jiġu ppreżentati lill-Istati Membri għar-rilaokazzjoni aktar malajr u hekk kif il-postijiet jitwiegħdu mill-Istati Membri.

Għal dan l-għan, l-Italja, bl-appoġġ tal-EASO, trid iżżid l-sensibilizzazzjoni dwar l-iskema ta’ rilokazzjoni fost l-awtoritajiet lokali u fiċ-ċentri ta’ akkoljenza, anki billi jiġi żgurat li l-kandidati potenzjali li bħalissa jinsabu barra mis-sistema ta’ akkoljenza formali tal-Italja jiġu wkoll irreġistrati malajr u mdaħħlin fl-iskema ta’ rilokazzjoni. Il-kampanja ta’ informazzjoni tal-EASO u l-hotline għar-rilokazzjoni għandhom jintużaw sa fejn huwa possibbli. Biex dan iseħħ, hija kruċjali kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-awtoritajiet Taljani u l-EASO. L-EASO jinsab lest ukoll biex ikompli jżid l-għadd tat-timijiet mobbli tiegħu u l-preżenza attiva tagħhom biex jilħaq l-applikanti potenzjali eliġibbli li għadhom ma ġewx irreġistrati għar-rilokazzjoni u jiffaċilita r-reġistrazzjoni fl-iskema u l-ipproċessar tagħhom. Wara l-ittra tal-14 ta’ Awwissu mill-Prim Ministru Gentiloni lill-President Juncker, lill-ewwel Viċi President Timmermans u lill-Kummissarju Avramopoulos, il-kooperazzjoni mal-EASO għandha tiġi intensifikata aktar.

Il-postijiet imwiegħda u r-rilokazzjonijiet: L-Istati Membri għandhom jgħaġġlu l-istadji kollha tal-proċedura filwaqt li aktar postijiet mwiegħda huma meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jseħħu b’ħeffa r-rilokazzjonijiet tal-applikanti kollha eliġibbli

Il-Kummissjoni tilqa’ r-rilokazzjoni tal-ewwel 15-il applikant mill-Italja fl-Awstrija u ż-żieda reċenti tal-postijiet imwiegħda magħmula minn Franza u Spanja, li issa għandhom jissarrfu f’rilokazzjonijiet reali. L-ewwel każijiet li għandhom jiġu rilokati mill-Italja fis-Slovakkja qed jiġu pproċessati, u l-Kummissjoni tistenna li l-ewwel trasferimenti jseħħu mingħajr dewmien. Il-Ġermanja u l-Iżvizzera għandhom ikomplu jnaqqsu d-dewmien peress li xi talbiet għal rilokazzjoni għadhom pendenti mis-sena li għaddiet.

Barra minn hekk, wara l-istedina magħmula mill-Italja, l-arranġamenti bilaterali pendenti rigward l-intervisti supplementari ta’ sigurtà għandhom jiġu konklużi mal-Istati Membri kkonċernati malajr kemm jista’ jkun, sabiex ir-rilokazzjoni lejn dawn l-Istati Membri tkun tista’ tibda minnufih. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tilqa’ wiegħda riċenti ta’ postijiet li għamlet l-Estonja, u tistenna li l-ewwel trasferimenti jseħħu dalwaqt.

Kif jissemma fir-rapport preċedenti, il-persuni li jaslu sas-26 ta’ Settembru 2017 6 jistgħu jiġu rilokati f’perjodu ta’ żmien raġonevoli wara din id-data 7 , dment li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà. Dan jirrikjedi li l-Istati Membri jkomplu jwiegħdu postijiet addizzjonali skont kif meħtieġ sabiex l-Italja tkun tista’ tibgħat it-talbiet għal rilokazzjoni anki wara din id-data u hekk kif l-applikanti eliġibbli jiġu rreġistrati u l-każijiet tagħhom ikunu lesti. Filwaqt li jwiegħdu postijiet suffiċjenti, l-Istati Membri (b’mod partikolari l-Estonja u s-Slovakkja) għandhom jevitaw preferenzi restrittivi żżejjed li jkunu kważi impossibbli biex l-Italja tkun tista’ tissodisfahom. Barra minn hekk, għal implimentazzjoni mingħajr xkiel u effiċjenti tal-aħħar istadju tal-iskema ta’ rilokazzjoni, huma kruċjali l-ippjanar u l-koordinazzjoni antiċipati tal-Istati Membri b’ammont kbir ta’ postijiet mwiegħda fix-xahar.

Ir-rilokazzjoni ta’ minorenni mhux akkumpanjati

Sa mill-ewwel rilokazzjoni ta’ minorenni mhux akkumpanjati mill-Italja f’Mejju 2017, 31 minorenni mhux akkumpanjati ġew rilokati mill-Italja - 26 fin-Netherlands, 2 fil-Belġju, 2 fin-Norveġja u 1 fil-Ġermanja. Barra minn hekk, hemm każ ieħor li ġie aċċettat, 59 każ ieħor li għalihom it-talbiet intbagħtu lill-Istati Membri u aktar minn 80 każ addizzjonali lesti biex jiġu ppreżentati, filwaqt li aktar każijiet li qed jiġu mħejjija.

L-iżviluppi pożittivi huma r-riżultat ta’ azzjoni kkoordinata tat-tim tal-Kummissjoni fl-Italja, tal-awtoritajiet Taljani 8 kif ukoll tal-EASO. Sommarju ta’ żewġ paġni li jispjega pass pass il-proċedura ta’ rilokazzjoni għall-minorenni mhux akkumpanjati ntbagħat lill-Prefetturi u lill-Kwestura fi Sqallija. Barra minn hekk, ġie skjerat tim itineranti tal-EASO fil-Kwestura ta’ Sqallija. Dan it-tim beda ħidmietu f’nofs Awwissu u ffaċilita r-reġistrazzjonijiet tal-minorenni mhux akkumpanjati li huma eliġibbli għar-rilokazzjoni.

Hekk kif ir-ritmu ġenerali tar-reġistrazzjonijiet għar-rilokazzjoni tal-minorenni mhux akkumpanjati jiżdied, huwa mistenni li għadd sinifikanti ta’ minorenni mhux akkumpanjati jiġu rreġistrati fil-ġimgħat li ġejjin. Għaldaqstant, jibqa’ kruċjali li l-awtoritajiet Taljani kif ukoll l-Istati Membri jkomplu jittrattaw bħala prijorità assoluta t-talbiet dwar il-każijiet vulnerabbli u l-minorenni mhux akkumpanjati. Barra minn hekk, il-preferenzi stretti ta’ Stati Membri (il-Ġermanja) fir-rigward ta’ minorenni mhux akkumpanjati għandhom jieqfu. Ir-reġistrazzjoni u r-rilokazzjoni ta’ minorenni mhux akkumpanjati li waslu fl-Italja sas-26 ta’ Settembru, jistgħu jkunu biss possibbli ftit wara l-wasla tagħhom permezz tal-appoġġ sħiħ tal-Istati Membri kollha fil-ġimgħat li ġejjin, inkluż permezz ta’ aktar postijiet mwiegħda għall-minorenni mhux akkumpanjati.

Azzjonijiet urġenti meħtieġa:

·L-Italja trid tħaffef kemm l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-applikanti kollha eliġibbli li jaslu, inkluż permezz tal-kampanja informattiva tal-EASO, kif ukoll ir-ritmu tal-ipproċessar tal-każijiet ta’ rilokazzjoni; 

·L-ewwel rilokazzjonijiet fis-Slovakkja u l-Estonja għandhom jiġu implimentati mingħajr dewmien u l-Ġermanja u l-Isvizzera għandhom ikomplu bl-isforzi tagħhom biex iwieġbu għat-talbiet ta’ rilokazzjoni pendenti filwaqt li jirrispettaw l-iskadenzi miftiehma skont il-Protokoll ta’ rilokazzjoni;

·Ġaladarba Malta u l-Finlandja biss waslu biex jirrilokaw mill-Italja l-allokazzjoni kollha tagħhom, l-Istati Membri l-oħra kollha għandhom jibqgħu jwiegħdu postijiet jew, jekk ikun meħtieġ, iżidu l-postijiet mwiegħda tagħhom biex jiġu rilokati l-applikanti eliġibbli kollha;

·Xi Stati Membri (l-Estonja, Franza, is-Slovakkja) għandhom jevitaw preferenzi restrittivi żżejjed, filwaqt li l-Istati Membri b’allokazzjonijiet kbar għandhom jipprovdu l-ippjanar bil-quddiem u juru flessibbiltà fil-loġistika marbuta mat-trasferimenti;

·L-Istati Membri kollha għandhom jagħtu prijorità lill-applikazzjonijiet li jirrigwardaw lill-applikanti vulnerabbli, b’mod partikolari minorenni mhux akkumpanjati, u jevitaw preferenzi stretti kif ukoll ikomplu jagħmlu disponibbli biżżejjed postijiet biex ikunu jistgħu jonoraw il-wegħdiet tagħhom.

3Ir-Risistemazzjoni

L-implimentazzjoni tal-Konklużjonijiet tal-20 ta’ Lulju 2015 miexja ’l quddiem. Mit-22 504 risistemazzjonijiet miftiehma skont il-Konklużjonijiet, aktar minn 75 % diġà tlestew. L-isforzi għadhom qed ikunu mmirati l-aktar lejn ir-risistemazzjonijiet mit-Turkija skont id-Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta’ Marzu 2016. Dan għaliex għadd ta’ Stati bi kwoti kbar diġà ssodisfaw l-impenn tar-risistemazzjonijiet tagħhom skont il-Konklużjonijiet, jew waslu biex jissodisfawhom. Madankollu, ir-risistemazzjonijiet minn pajjiżi oħra, l-aktar mill-Ġordan u l-Libanu, għadhom għaddejjin.

Mill-4 ta’ Settembru 2017 ġew risistemati 17 305 persuna fi 22 Stat (il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, Franza, l-Iżlanda, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Liechtenstein, il-Litwanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, in-Norveġja, l-Awstrija, il-Portugall, Spanja, il-Finlandja, l-Iżvezja, l-Iżvizzera u r-Renju Unit) skont il-Konklużjonijiet tal-20 ta’ Lulju 2015. Dan jinkludi sforzi mill-Istati Membri biex skont id-Dikjarazzjoni UE-Turkija jiġu risistemati persuni Sirjani mit-Turkija. Sa mill-4 ta’ April 2016, 8 834 Sirjan ġew risistemati mit-Turkija skont din l-iskema, inkluż 1 028 Sirjan mill-aħħar perjodu ta’ rappurtar. L-għadd ta’ postijiet imwiegħda għas-Sirjani, li fadal attwalment b’kollox, jammonta għal 20 687. Sa issa r-risistemazzjonijiet skont id-Dikjarazzjoni UE-Turkija saru fl-Awstrija, il-Belġju, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Portugall, ir-Rumanija, Spanja, u l-Iżvezja. Barra minn hekk, in-Norveġja sa issa rrisistemat 629 Sirjan mit-Turkija mill-4 ta’ April 2016 ’l hawn. L-għadd totali ta’ persuni risistemati biż-żewġ skemi tal-UE sa mit-tnedija tagħhom huwa ta’ 22 518.

Seba’ Stati Membri (l-Estonja, il-Finlandja, il-Ġermanja, l-Irlanda, in-Netherlands, l-Iżvezja, u r-Renju Unit) kif ukoll tliet Pajjiżi Assoċjati (l-Iżlanda, il-Liechtenstein u l-Iżvizzera) diġà ssodisfaw l-impenji tagħhom skont il-Konklużjonijiet tal-20 ta’ Lulju 2015. Disa’ Stati Membri madanakollu għadhom ma rrisistemawx persuni skont din l-iskema 9 u 13-il Stat Membru għadhom ma rrisistemawx persuni skont id-Dikjarazzjoni UE-Turkija 10 . Madankollu, xi wħud minn dawn l-Istati Membri qed iħejju biex jirrisistemaw skont l-iskemi. Malta wettqet il-missjoni ta’ għażla tagħha fit-Turkija f’Lulju u Ċipru mistenni twettaq operazzjoni ta’ risistemazzjoni skont id-Dikjarazzjoni UE-Turkija fil-ġimgħat li ġejjin. Barra minn hekk, il-Kroazja żiedet il-postijiet imwiegħda skont id-Dikjarazzjoni UE-Turkija minn 30 għal 150 ruħ, u beħsiebha twettaq missjoni ta’ verifika fit-Turkija fil-bidu ta’ Ottubru. Is-Slovenja avviċinat lill-UNHCR u ppreżentat it-talba tagħha biex 60 persuna jiġu risistemati skont id-Dikjarazzjoni UE-Turkija. L-Istati Membri li għandhom diskrepanzi kbar bejn l-impenji li ħadu skont il-Konklużjonijiet tal-20 ta’ Lulju 2015 u l-implimentazzjoni reali tal-impenji x’aktarx li mhumiex se jissodisfaw l-impenji tagħhom jekk ma jżidux l-isforzi tagħhom b’mod sinifikanti.

L-Istati Membri li qed jirrisistemaw skont id-Dikjarazzjoni UE-Turkija qed iħejju aktar operazzjonijiet, inklużi missjonijiet lejn it-Turkija biex jintervistaw lil kandidati għar-risistemazzjoni. Id-delegazzjoni tal-UE f’Ankara qed tkompli tenfasizza lill-UNHCR l-importanza li jintbagħtu sottomissjonijiet ġodda ta’ kandidati anki lil Stati Membri b’ammont iżgħar ta’ postijiet imwiegħda.

B’mod parallel mal-implimentazzjoni tal-impenji ta’ risistemazzjoni attwali mit-Turkija, in-negozjati dwar il-Proċeduri Operattivi Standard għall-Iskema Volontarja ta’ Ammissjoni Umanitarja mal-Istati Parteċipanti u mat-Turkija qed jimxu ’l quddiem, u l-objettiv huwa li jintlaħaq qbil dwarhom mill-aktar fis possibbli.

Sabiex jiġi żgurat l-appoġġ finanzjarju kontinwu tal-UE għar-risistemazzjoni, il-Kummissjoni fit-Tmien Forum dwar ir-Risistemazzjoni u r-Rilokazzjoni fl-4 ta’ Lulju stiednet lill-Istati Membri biex sal-15 ta’ Settembru 2017 iressqu l-impenji ta’ risistemazzjoni ġodda li jkopru s-sena 2018. Dan il-finanzjament huwa parti minn eżerċizzju regolari ta’ impenji li jippermetti lill-Istati Membri biex jibbenefikaw mill-finanzjament tal-UE biex jiġu sostnuti l-isforzi ta’ risistemazzjoni tagħhom. Huwa jirrappreżenta l-kontinwazzjoni tal-approċċ ikkoordinat għar-risistemazzjoni fil-livell tal-UE, u jikkonsolida l-Qafas ta’ Risistemazzjoni futur tal-Unjoni. Ir-risistemazzjoni ta’ Sirjani u ċittadini ta’ pajjiżi terzi oħra spostati mill-kunflitt fis-Sirja mit-Turkija tibqa’ l-prijorità ewlenija. Fl-istess waqt, fid-dawl ta’ kunsiderazzjonijiet oħra umanitarji, ta’ protezzjoni u ta’ ġestjoni tal-migrazzjoni, l-Istati Membri huma mistiedna ulterjorment jirrisistemaw persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali, kemm mil-Libanu u mill-Ġordan, kif ukoll mill-Afrika ta’ Fuq u mill-Qarn tal-Afrika.

F’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni tal-4 ta’ Lulju 11 u bl-għan li jiġu salvati l-ħajjiet, it-tnaqqis tal-pressjoni migratorja fuq il-Libja, u l-provvediment ta’ alternattivi għall-movimenti irregolari lejn l-UE, l-Istati Membri ġew mistiedna speċifikament biex jiffukaw fuq mill-inqas ir-risistemazzjonijiet limitati tal-aktar persuni vulnerabbli mil-Libja, mill-Eġittu, min-Niġer, mill-Etjopja u mis-Sudan. Għalissa, l-ammont totali allokat għar-risistemazzjoni fl-2018 huwa ta’ EUR 377,5 miljun, li jista’ jappoġġa r-risistemazzjoni ta’ mill-inqas 37 750 persuna li għandhom bżonn il-protezzjoni internazzjonali.

Il-Kummissjoni fil-25 ta’ Awwissu f’ittra lill-Ministri tal-Intern kollha kompliet issegwi din l-istedina u appellat lill-Istati Membri kollha biex ikunu kemm jista’ jkun ambizzjużi u jżidu l-isforzi ta’ risistemazzjoni mill-Eġittu, mil-Libja, min-Niġer, mill-Etjopja u mis-Sudan, biex jikkontribwixxu biex is-sitwazzjoni diffiċli fil-Mediterran ċentrali tistabbilizza ruħha u għall-isforzi komuni tagħna biex jiġu salvati l-ħajjiet u jiġu offruti alternattivi għall-movimenti irregolari, apparti u filwaqt li jiġi żgurat li r-risistemazzjoni mit-Turkija u mill-Lvant Nofsani tkompli. Il-Kummissjoni qed tistenna bil-ħerqa li tirċievi impenji mill-Istati Membri u tinsab lesta li tappoġġahom finanzjarjament u b’mod prattiku.

Rakkomandazzjonijiet:

·L-Istati Membri li għadhom ma rrisistemawx persuni skont il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Lulju 2015 (il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, il-Greċja, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja) kif ukoll dawk li ma rrappurtaw l-ebda progress (ir-Repubblika Ċeka u d-Danimarka) jenħtieġ li immedjatament jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jissodisfaw l-impenji tagħhom. Il-Kroazja, Ċipru, Malta u s-Slovenja huma mħeġġa jkomplu l-isforzi tagħhom biex jimplimentaw ir-risistemazzjonijiet ippjanati;

·L-Istati Membri huma mistiedna jżidu aktar l-isforzi ġenerali tagħhom murija matul dawn l-aħħar sentejn u biex sal-15 ta’ Settembru 2017 jippreżentaw lill-Kummissjoni l-impenji ambizzjużi għar-risistemazzjonijiet tal-2018.

4It-triq ’il quddiem

Hemm applikanti eliġibbli li għad iridu jiġu rilokati kemm mill-Greċja kif ukoll mill-Italja lejn Stati Membri oħra. Barra minn hekk, applikanti eliġibbli ġodda qed jaslu fl-Italja kuljum, u l-Italja teħtieġ aktar appoġġ sabiex tittaffielha l-pressjoni migratorja attwali. Barra minn hekk, qed jiġu identifikati mill-Greċja applikanti eliġibbli ġodda u għaldaqstant għadhom meħtieġa kontinwament impenji ta’ rilokazzjoni minn Stati Membri.

Il-Kummissjoni tilqa’ d-deċiżjoni tas-6 ta’ Settembru 2017, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat il-validità tat-tieni Deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni u ċaħdet ir-rikors ippreżentat mis-Slovakkja u mill-Ungerija. Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill japplikaw għall-applikanti eliġibbli kollha li jaslu fit-territorju tal-Italja u tal-Greċja sas-26 ta’ Settembru 2017. Għalhekk, persuni li waslu sa dakinhar u li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill, huma eliġibbli għar-rilokazzjoni u jenħtieġ li jiġu trasferiti lejn Stati Membri oħra f’perjodu raġonevoli ta’ żmien minn hemm ’il quddiem. Għaldaqstant, huwa kruċjali li l-Istati Membri kollha, b’mod partikolari l-Polonja, l-Ungerija u r-Repubblika Ċeka, kif ukoll dawk li ma jkunux taw l-allokazzjonijiet kollha tagħhom, li jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jirrilokaw l-applikanti eliġibbli kollha kemm mill-Greċja kif ukoll mill-Italja. Dan huwa ta’ importanza partikolari għall-Italja fejn għadd sinifikanti ta’ applikanti eliġibbli għal rilokazzjoni waslu sa mill-bidu tal-2017, u aktar jistgħu potenzjalment jaslu sas-26 ta’ Settembru. Għaldaqstant, l-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu jipprovdu postijiet imwiegħda kemm għall-Italja kif ukoll għall-Greċja, kif meħtieġ. Il-Kummissjoni se tkompli tipprovdi l-appoġġ finanzjarju għar-rilokazzjoni għal dawk kollha eliġibbli, kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill.

B’mod parallel, l-Istati Membri jinħtieġ li immedjatament isaħħu l-isforzi tagħhom biex iwettqu l-impenji tagħhom ta’ risistemazzjoni, b’mod partikolari dawk li għadhom ma rrisistemaw l-ebda persuna u dawk li għadhom taħt il-mira stabbilita tagħhom.

Filwaqt li l-partijiet ikkonċernati kollha jenħtieġ li jiffukaw fuq l-implimentazzjoni sħiħa tal-iskemi attwali ta’ rilokazzjoni u ta’ risistemazzjoni ta’ emerġenza, b’mod parallel, f’konformità mal-konklużjonijiet tal-laqgħa informali tal-Ministri tal-Ġustizzja u tal-Affarijiet Interni tas-6 ta’ Lulju, hemm bżonn li bl-akbar prijorità tkompli l-ħidma dwar il-pakkett ta’ proposti leġiżlattivi għar-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, inkluż ir-riforma tar-Regolament ta’ Dublin abbażi tal-prinċipji ta’ solidarjetà u ta’ responsabbiltà.

(1)

http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-11130-2015-INIT/mt/pdf  

(2)

     Mal-2 765 kandidat għar-rilokazzjoni ġew irrifjutati mill-Istati Membri ta’ rilokazzjoni, ġew iggwidati lejn il-proċedura ta’ Dublin jew għall-proċedura nazzjonali Griega jew, għadd limitat ħafna, mietu; u 2 632 applikazzjoni rreġistrata ma kinux fl-aħħar mill-aħħar offruti lill-Istati Membri mis-Servizz tal-Ażil Grieg, minħabba li l-biċċa l-kbira tagħhom ġew ittrasferiti għall-proċeduri ta' Dublin, jew inkella nstab li ma kinux eliġibbli, filwaqt li xi applikazzjonijiet għadhom ma ġewx ippreżentati lill-Istati Membri.

(3)

     Bejn Marzu 2017 u s-16 ta’ Awwissu 2017, 219-il applikant għall-protezzjoni internazzjonali kienu ġġwidati mill-ġdid lejn il-programm ta’ rilokazzjoni tal-Unità ta’ Dublin Griega.

(4)

     Minbarra l-allokazzjonijiet speċifiċi fl-ambitu tal-54 000 li jifdal.

(5)

     Għalkemm, fil-prinċipju, mhumiex meħtieġa postijiet imwiegħda addizzjonali, il-bżonn għal aktar postijiet jista’ jiżdied jekk uħud mit-talbiet ta’ Dublin għall-minorenni mhux akkumpanjati mibgħuta lil Stati Membri oħra jiġu rrifjutati.

(6)

     Id-data ta’ tmiem id-deċiżjonijiet rispettivi tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni.

(7)

     Fil-limiti ta’ żmien previsti fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni.

(8)

     Il-Ministeru tal-Intern Taljan , il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-awtoritajiet lokali, speċjalment fi Sqallija u f’Ruma.

(9)

     Il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, il-Greċja, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja.

(10)

     Il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja, is-Slovenja u r-Renju Unit.

(11)

     SEC(2017) 339.

Top

Brussell, 6.9.2017

COM(2017) 465 final

ANNESS

tar-

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

Il-15-il rapport dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni


Anness 1: Rilokazzjonijiet mill-Greċja sal-4 ta’ Settembru 2017

Stat Membru

Impenji formali 1

Rilokazzjonijiet Reali

Impenn legali previst fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2

L-Awstrija 3

1491

Il-Belġju

955

677

2415

Il-Bulgarija

860

50

831

Il-Kroazja

160

60

594

Ċipru

145

96

181

Ir-Repubblika Ċeka

30

12

1655

L-Estonja

382

141

204

Il-Finlandja

1349

1196

1299

Franza

5770

3948

12599

Il-Ġermanja

6240

4447

17209

L-Ungerija

988

L-Iżlanda

L-Irlanda

1132

487

240

Il-Latvja

363

294

295

Il-Liechtenstein

10

10

Il-Litwanja

830

355

420

Il-Lussemburgu

298

271

309

Malta

138

101

78

In-Netherlands

1850

1595

3797

In-Norveġja

685

693

Il-Polonja

65

4321

Il-Portugall

1630

1116

1778

Ir-Rumanija

1152

682

2572

Is-Slovakkja

50

16

652

Is-Slovenja

311

172

349

Spanja

1875

1089

6647

L-Isvezja 4

2378

1392

2378

L-Iżvizzera

630

344

TOTAL

29,288

19,244

63,302

(1)

Trażmessi permezz ta’ DubliNet skont l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill.

(2)

     Ma jinkludix l-għadd ta’ madwar 8 000 persuna li għad iridu jiġu allokati skont l-Ewwel Deċiżjoni tal-Kunsill u l-allokazzjonijiet fl- ambitu tal-54 000.

(3)

     Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/408 tal-10 ta’ Marzu 2016 dwar is-sospensjoni temporanja tar-rilokazzjoni ta' 30 % tal-applikanti allokati lill-Awstrija skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja.

(4)

     Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/946 tad-9 ta’ Ġunju 2016 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Iżvezja f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1523 u mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 li jistabbilixxu miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u tal-Greċja.

Top

Brussell, 6.9.2017

COM(2017) 465 final

ANNESS

tar-

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

Il-15-il rapport dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni


Anness 2: Rilokazzjonijiet mill-Italja sal-4 ta' Settembru 2017

Stat Membru

Impenji formali 1

Rilokazzjonijiet Reali

Impenn legali previst fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2

L-Awstrija 3

50

15

462

Il-Belġju

390

259

1397

Il-Bulgarija

160

471

Il-Kroazja

86

18

374

Ċipru

60

34

139

Ir-Repubblika Ċeka

20

1036

L-Estonja

14

125

Il-Finlandja

779

755

779

Franza

1170

330

7115

Il-Ġermanja

6010

3405

10327

L-Ungerija

306

L-Iżlanda

L-Irlanda

20

360

Il-Latvja

264

27

186

Il-Liechtenstein

Il-Litwanja

200

27

251

Il-Lussemburgu

210

111

248

Malta

67

47

53

In-Netherlands

875

762

2150

In-Norveġja

815

815

Il-Polonja

35

1861

Il-Portugall

588

299

1173

Ir-Rumanija

800

45

1608

Is-Slovakkja

10

250

Is-Slovenja

195

45

218

Spanja

625

168

2676

L-Isvezja 4

1399

511

1388

L-Iżvizzera

900

778

TOTAL

15 742

8 451

34 953

(1)

Trażmessi permezz ta’ DubliNet skont l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill.

(2)

Ma jinkludix l-għadd ta’ madwar 8 000 persuna li għad iridu jiġu allokati skont l-Ewwel Deċiżjoni tal-Kunsill u l-allokazzjonijiet fl-ambitu tal-54 000.

(3)

     Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/408 tal-10 ta’ Marzu 2016 dwar is-sospensjoni temporanja tar-rilokazzjoni ta' 30 % tal-applikanti allokati lill-Awstrija skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja.

(4)

     Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/946 tad-9 ta’ Ġunju 2016 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Iżvezja f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1523 u mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 li jistabbilixxu miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u tal-Greċja.

Top

Brussell, 6.9.2017

COM(2017) 465 final

ANNESS

tar-

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

Il-15-il rapport dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni


Anness 3: Rilokazzjonijiet mill-Italja u mill-Greċja sal-4 ta’ Settembru 2017

Stat Membru

Rilokazzjonijiet Reali mill-Italja

Rilokazzjonijiet Reali mill-Greċja

Total ta’ rilokazzjonijiet reali

Impenn legalment previst fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 1

L-Awstrija 2

15

15

1953

Il-Belġju

259

677

936

3812

Il-Bulgarija

50

50

1302

Il-Kroazja

18

60

78

968

Ċipru

34

96

130

320

Ir-Repubblika Ċeka

12

12

2691

L-Estonja

141

141

329

Il-Finlandja

755

1196

1951

2078

Franza

330

3948

4278

19714

Il-Ġermanja

3405

4447

7852

27536

L-Ungerija

0

1294

L-Iżlanda

0

L-Irlanda

487

487

600

Il-Latvja

27

294

321

481

Il-Liechtenstein

10

10

Il-Litwanja

27

355

382

671

Il-Lussemburgu

111

271

382

557

Malta

47

101

148

131

In-Netherlands

762

1595

2357

5947

In-Norveġja

815

693

1508

Il-Polonja

0

6182

Il-Portugall

299

1116

1415

2951

Ir-Rumanija

45

682

727

4180

Is-Slovakkja

16

16

902

Is-Slovenja

45

172

217

567

Spanja

168

1089

1257

9323

L-Isvezja 3

511

1392

1903

3766

L-Iżvizzera

778

344

1122

TOTAL

8 451

19 244

27 695

98 255

(1)

Ma jinkludix l-għadd ta’ madwar 8 000 persuna li għad iridu jiġu allokati skont l-Ewwel Deċiżjoni tal-Kunsill u l-allokazzjonijiet fl-ambitu tal-54 000.

(2)

     Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/408 tal-10 ta’ Marzu 2016 dwar is-sospensjoni temporanja tar-rilokazzjoni ta' 30 % tal-applikanti allokati lill-Awstrija skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja.

(3)

     Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/946 tad-9 ta’ Ġunju 2016 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Iżvezja f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1523 u mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 li jistabbilixxu miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u tal-Greċja.

Top

Brussell, 6.9.2017

COM(2017) 465 final

ANNESS

tar-

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

Il-15-il rapport dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni






Anness 4: Is-Sitwazzjoni Attwali tar-Risistemazzjoni fl-4 ta' Settembru 2017, skont il-Konklużjonijiet tal-20 ta' Lulju 2015
u skont il-"mekkaniżmu 1:1" mat-Turkija (li ilu japplika mill-4 ta’ April 2016)

Stat Membru /
Stat Assoċjat

Impenji skont l-iskema tal-20 ta' Lulju 2015

It-total risistemat bl-iskema tal-20 ta' Lulju 2015, inkluż bil-mekkaniżmu 1:1 mat-Turkija

Pajjiż terz li minnu saret ir-risistemazzjoni

L-Awstrija

1 900

1 830

Il-Libanu: 886; il-Ġordan: 614; it-Turkija: 329 (li minnhom 152 bil-mekkaniżmu 1:1); l-Iraq: 1

Il-Belġju

1 100

905

Il-Libanu: 448; it-Turkija: 708 bil-mekkaniżmu 1:1 (245 bl-iskema tal-20 ta’ Lulju u 463 mhux bl-iskema tal-20 ta’ Lulju 1 ); it-Turkija: 4, il-Ġordan: 184; l-Eġittu: 24

Il-Bulgarija

50

0

Il-Kroazja

150

0

Ċipru

69

0

Ir-Repubblika Ċeka

400

52

Il-Libanu: 32; il-Ġordan: 20

Id-Danimarka

1 000

481

Il-Libanu, l-Uganda

L-Estonja

20

20

It-Turkija: 20 bil-mekkaniżmu 1:1

Il-Finlandja

293

293 2

It-Turkija: 754 3 bil-mekkaniżmu 1:1, mhux bl-iskema tal-20 ta’ Lulju; il-Libanu: 282; l-Eġittu: 7; il-Ġordan: 4

Franza

2 375

1 965

Il-Libanu: 1 062; it-Turkija: 926 bil-mekkaniżmu 1:1 (228 bl-iskema tal-20 ta’ Lulju u 698 mhux bl-iskema tal-20 ta’ Lulju 4 ); il-Ġordan: 539; l-Iraq: 8; oħrajn: 128

Il-Ġermanja

1 600

1 600

It-Turkija: 2 903 bil-mekkaniżmu 1:1(1 600 bl-iskema tal-20 ta’ Lulju u 1 303 mhux bl-iskema tal-20 ta’ Lulju)

Il-Ġreċja

354

0

L-Ungerija

L-Iżlanda

50

50 5

Il-Libanu

L-Irlanda

520

520 6

Il-Libanu

L-Italja

1 989

1 152

Il-Libanu: 708; it-Turkija: 291 bil-mekkaniżmu 1:1; il-Ġordan: 53; is-Sirja: 52; is-Sudan: 48

Il-Latvja

50

25

It-Turkija: 25 bil-mekkaniżmu 1:1

Il-Liechtenstein

20

20

It-Turkija

Il-Litwanja

70

28

It-Turkija: 28 bil-mekkaniżmu 1:1

Il-Lussemburgu

30

26

Il-Libanu: 26; it-Turkija: 141 bil-mekkaniżmu 1:1, mhux bl-iskema tal-20 ta’ Lulju 7

Malta

14

0

In-Netherlands

1 000

1 000

It-Turkija: 1 942 bil-mekkaniżmu 1:1 (li minnhom 556 huma bl-iskema tal-20 ta’ Lulju u 1 386 mhux biha); it-Turkija: 7; il-Libanu: 341; il-Kenja: 70; l-Etjopja: 8; il-Ġordan: 7; il-Libja: 4; l-Iżrael: 2; l-Iraq, il-Marokk, l-Eġittu, l-Arabja Sawdija, is-Sirja: 1

In-Norveġja

3 500

3 421

Il-Libanu: 2 624; it-Turkija: 540; il-Ġordan: 257

Il-Polonja

900

0

Il-Portugall

191

76

L-Eġittu: 63; it-Turkija: 12 bil-mekkaniżmu 1:1; il-Marokk: 1

Ir-Rumanija

80

0 8

It-Turkija: 11 bil-mekkaniżmu 1:1 u mhux bl-iskema tal-20 ta’ Lulju

Is-Slovakkja

100

0

Is-Slovenja

20

0

Spanja

1 449

631

Il-Libanu: 436; it-Turkija: 195 bil-mekkaniżmu 1:1

L-Iżvezja

491

491

It-Turkija: 726 bil-mekkaniżmu 1:1, (li minnhom 269 bl-iskema tal-20 ta’ Lulju); is-Sudan: 124; il-Kenja: 80; il-Libanu: 8; l-Iraq: 8; l-Eġittu: 1; Il-Ġordan: 1 

L-Iżvizzera

519

519

Il-Libanu: 431; is-Sirja: 88

Ir-Renju Unit

2 200

2 200

Il-Ġordan, il-Libanu, it-Turkija, l-Eġittu, l-Iraq u oħrajn

TOTAL

22 504

17 305

 

B'kollox 8 834 persuna ġew risistemati mit-Turkija bil-mekkaniżmu 1:1: 3 621 permezz tal-iskema tal-20 ta’ Lulju 2015 u 5 213 oħra b’żieda ma’ tal-iskema

(1)

L-463 Sirjan risistemati mit-Turkija, mhux bl-iskema tal-20 ta’ Lulju 2015, għandhom jingħaddu skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2016/1754.

(2)

Dan in-numru ma jinkludix is-754 Sirjan li ġew risistemati mit-Turkija bil-mekkaniżmu 1:1.

(3)

 Mis-754 Sirjan li ġew risistemati mit-Turkija, 11 ġew risistemati bl-iskema nazzjonali ta’ risistemazzjoni u 743 għad iridu jiġu magħduda

skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2016/1754.

(4)

Is-698 Sirjan risistemati mit-Turkija mhux bl-iskema tal-20 ta’ Lulju 2015 għandhom jingħaddu skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1754.

(5)

L-Iżlanda rrisistemat 97 persuna b’kollox; kollha mil-Libanu.

(6)

Barra minn hekk, matul l-istess perjodu l-Irlanda aċċettat 265 persuna li kellhom bżonn il-protezzjoni internazzjonali, bil-programm nazzjonali tagħha għar-risistemazzjoni.

(7)

Il-141 Sirjan risistemati mit-Turkija mhux bl-iskema tal-20 ta’ Lulju 2015 għandhom jingħaddu skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1754.

(8)

 19-il refuġjat Sirjan ġew magħżula għall-iskema tal-20 ta’ Lulju 2015 u qegħdin jistennew li jiġu ttrasferiti.

Top