Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017AP0386

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (15653/2016 – C8-0094/2017 – 2006/0048(NLE))

ĠU C 346, 27.9.2018, p. 247–247 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/247


P8_TA(2017)0386

Ftehim Ewro-Mediterranju fil-qasam tas-servizzi bl-ajru ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (15653/2016 – C8-0094/2017 – 2006/0048(NLE))

(Approvazzjoni)

(2018/C 346/41)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15653/2016),

wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn, fuq naħa, il-Komunita Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u fuq l-oħra, ir-Renju tal-Marokk (1)

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0094/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0303/2017),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tal-Marokk.

(1)  ĠU L 386, 29.12.2006, p. 57.


Top