Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017AP0059

    P8_TA(2017)0059 Mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti fil-qasam tal-enerġija ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Marzu 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 994/2012/UE (COM(2016)0053 – C8-0034/2016 – 2016/0031(COD)) P8_TC1-COD(2016)0031 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta' Marzu 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija, u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 994/2012/UE

    ĠU C 263, 25.7.2018, p. 167–167 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.7.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 263/167


    P8_TA(2017)0059

    Mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti fil-qasam tal-enerġija ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Marzu 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 994/2012/UE (COM(2016)0053 – C8-0034/2016 – 2016/0031(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2018/C 263/25)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0053),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0034/2016),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mis-Senat Franċiż, mill-Parlament Malti, mill-Kunsill Federali Awstrijak u l-Parlament Portugiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta’ Settembru 2016 (1),

    wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ittra tas-16 ta' Diċembru 2016 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0305/2016),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    (1)  ĠU C 487, 28.12.2016, p. 81.


    P8_TC1-COD(2016)0031

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta' Marzu 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija, u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 994/2012/UE

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Deċiżjoni (UE) 2017/684.)


    Top