Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016PC0850

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta' ingranaġġ, il-proporzjon ta’ ffinanzjar stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta' kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta’ investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgar u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012

COM/2016/0850 final - 2016/0360 (COD)

Brussell, 23.11.2016

COM(2016) 850 final

2016/0360(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta' ingranaġġ, il-proporzjon ta’ ffinanzjar stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta' kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta’ investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgar u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

{SWD(2016) 377 final}
{SWD(2016) 378 final}


MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

L-emenda proposta għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (ir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital jew CRR) hija parti minn pakkett leġiżlattiv li jinkludi wkoll emendi għad-Direttiva 2013/36/UE (id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital jew CRD), għad-Direttiva 2014/59/UE (id-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek jew BRRD), u għar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (ir-Regolament dwar il-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni jew SRMR).L-emenda proposta għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (ir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital jew CRR) hija parti minn pakkett leġiżlattiv li jinkludi wkoll emendi għad-Direttiva 2013/36/UE (id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital jew CRD), għad-Direttiva 2014/59/UE (id-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek jew BRRD), u għar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (ir-Regolament dwar il-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni jew SRMR).Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

Matul is-snin li għaddew l-UE implimentat riforma sostanzjali fil-qafas regolatorju tas-servizzi finanzjarji biex issaħħaħ ir-reżiljenza tal-istituzzjonijiet (jiġifieri l-istituzzjonijiet ta' kreditu jew id-ditti tal-investiment) li joperaw fis-settur finanzjarju tal-UE, ibbażata l-iktar fuq standards globali maqbula mas-sħab internazzjonali tal-UE. B'mod partikolari, il-pakkett ta' riforma kien jinkludi r-Regolament (UE) Nru 575/2013 1 (ir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital jew CRR) u d-Direttiva 2013/36/UE 2 (id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital jew CRD), dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet, id-Direttiva 2014/59/UE 3 (id-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek jew BRRD), dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet u r-Regolament (UE) Nru 806/2014 4 dwar il-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni (SRM).

Dawn il-miżuri ttieħdu bi tweġiba għall-kriżi finanzjarja li seħħet fl-2007-2008 u jirriflettu standards maqbula internazzjonalment. Għalkemm ir-riformi għamlu s-sistema finanzjarja iktar stabbli u reżiljenti kontra ħafna tipi ta' xokkijiet u kriżijiet possibbli fil-futur, għadhom ma jindirizzawx b'mod komprensiv il-problemi kollha identifikati. Il-proposti preżenti għalhekk għandhom l-għan li jikkompletaw l-aġenda ta' riforma billi jindirizzaw id-dgħufijiet li jifdal u jimplimentaw xi elementi pendenti tar-riforma li huma essenzjali biex jiżguraw ir-reżiljenza tal-istituzzjonijiet iżda ġew iffinalizzati reċentement biss minn dawk li jistabbilixxu l-istandards globali (jiġifieri l-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS) u l-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja (FSB)):

proporzjon ta' ingranaġġ vinkolanti li jipprevjeni lill-istituzzjonijiet milli jżidu l-ingranaġġ b'mod eċċessiv, eż. biex jikkumpensaw għal profittabbiltà baxxa;

proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett (NSFR) vinkolanti li jibni fuq il-profili ta' finanzjament imtejba tal-istituzzjonijiet u jistabbilixxi standard armonizzat għal kemm sorsi ta' finanzjament stabbli u fit-tul teħtieġ istituzzjoni biex tegħleb perjodi ta' stress fis-suq u fil-finanzjament;

rekwiżiti iktar sensittivi għar-riskju għall-fondi proprji (jiġifieri kapital) għal istituzzjonijiet li jinnegozjaw sa punt importanti f'titoli u derivattivi li jipprevjenu wisq diverġenza f'dawk ir-rekwiżiti li ma tkunx ibbażata fuq il-profili tar-riskju tal-istituzzjonijiet;

l-aħħar iżda mhux l-inqas, standards ġodda dwar il-kapaċità totali ta' assorbiment tat-telf (TLAC) ta' istituzzjonijiet globali sistematikament importanti (G-SIIs) li se jirrikjedu lil dawk l-istituzzjonijiet ikollhom iktar kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni, jittrattaw interkonnessjonijiet fis-swieq finanzjarji globali u jsaħħu iktar il-kapaċità tal-UE li ssolvi l-G-SIIs li jkunu qed ifallu filwaqt li jiġu mminimizzati r-riskji għall-kontribwenti.

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-ħtieġa għal iktar tnaqqis fir-riskju fil-Komunikazzjoni tagħha tal-24 ta' Novembru 2015 5 u impenjat ruħha li tressaq proposta leġiżlattiva li tibni fuq il-ftehimiet internazzjonali elenkati hawn fuq. Dawn il-miżuri ta' tnaqqis fir-riskju mhux biss se jsaħħu iktar ir-reżiljenza tas-sistema bankarja Ewropea u l-kunfidenza tas-swieq fiha, iżda se jipprovdu wkoll il-bażi għal iktar progress fit-tlestija tal-Unjoni Bankarja. Il-ħtieġa għal iktar passi leġiżlattivi konkreti li għandhom jittieħdu f'termini ta' tnaqqis tar-riskju fis-settur finanzjarju ġiet rikonoxxuta wkoll mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ecofin mis-17 ta' Ġunju 2016 6 . Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2016 dwar l-Unjoni Bankarja – Rapport Annwali 2015 tindika wkoll xi oqsma fil-qafas regolatorju attwali li jistgħu jiġu indirizzati iktar.

Fl-istess ħin, il-Kummissjoni kellha bżonn tqis il-qafas regolatorju eżistenti u l-iżviluppi regolatorji ġodda fil-livell internazzjonali u twieġeb għall-isfidi li jaffettwaw l-ekonomija tal-UE, b'mod speċjali l-ħtieġa li jiġu promossi t-tkabbir u l-impjiegi fi żminijiet ta' perspettiva ekonomika inċerta. Bosta inizjattivi ta' politika ewlenin, bħall-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa (FEIS) u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali ġew imnedija sabiex isaħħu l-ekonomija tal-Unjoni. Il-kapaċità tal-istituzzjonijiet li jiffinanzjaw l-ekonomija jeħtieġ li tissaħħaħ mingħajr ma taffettwa l-istabbiltà tal-qafas regolatorju. Sabiex tiżgura li r-riformi reċenti fis-settur finanzjarju jinteraġixxu bla xkiel ma' xulxin u ma' inizjattivi ta' politika ġodda, iżda wkoll ma' riformi reċenti usa' fis-settur finanzjarju, il-Kummissjoni wettqet, fuq il-bażi ta' sejħa għall-evidenza, valutazzjoni olistika bir-reqqa tal-qafas eżistenti tas-servizzi finanzjarji (inkluż is-CRR, is-CRD, il-BRRD u l-SRMR). Ir-reviżjoni li jmiss tal-istandards globali ġiet evalwata wkoll minn perspettiva usa' tal-impatt ekonomiku.

L-emendi bbażati fuq żviluppi internazzjonali jirrappreżentaw implimentazzjoni leali tal-istandards internazzjonali fid-dritt tal-Unjoni, suġġett għal aġġustamenti mmirati sabiex jirriflettu l-ispeċifiċitajiet tal-UE u kunsiderazzjonijiet usa' tal-politika. Pereżempju, id-dipendenza predominanti fuq il-finanzjament bankarju tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) tal-UE jew għal proġetti ta' infrastruttura tqanqal aġġustamenti regolatorji speċifiċi li jiżguraw li l-istituzzjonijiet jibqgħu kapaċi jiffinanzjawhom peress li jikkostitwixxu s-sinsla tas-suq uniku. Interazzjoni bla xkiel mar-rekwiżiti eżistenti, bħal dawk dwar l-ikklerjar ċentrali u l-kollateralizzazzjoni ta' skoperturi għad-derivattivi, jew it-tranżizzjoni gradwali għal xi wħud mir-rekwiżiti l-ġodda, hija meħtieġa. Dawn l-aġġustamenti, limitati f'termini ta' skop jew żmien, għalhekk ma jaffettwawx is-solidità globali tal-proposti, li huma allinjati mal-livell bażiku ta' ambizzjoni tal-istandards internazzjonali.

Barra minn hekk, fuq il-bażi tas-sejħa għall-evidenza, il-proposti għandhom l-għan li jtejbu r-regoli eżistenti. L-analiżi tal-Kummissjoni wriet li l-qafas eżistenti jista' jiġi applikat b'mod iktar proporzjonat, b'kunsiderazzjoni b'mod partikolari tas-sitwazzjoni ta' istituzzjonijiet iżgħar u inqas kumplessi fejn uħud mir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni, rappurtar u relatati mal-portafoll tan-negozjar attwali jidhru li mhumiex iġġustifikati b'kunsiderazzjonijiet prudenzjali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset ir-riskju marbut mas-self lill-SMEs u għall-finanzjament ta' proġetti tal-infrastruttura u sabet li għal xi parti minn dak is-self, ikun iġġustifikat li jiġu applikati rekwiżiti iktar baxxi għall-fondi proprji milli huma applikati fil-preżent. Għaldaqstant, il-proposti preżenti se jġibu korrezzjonijiet għal dawn ir-rekwiżiti u se jsaħħu l-proporzjonalità tal-qafas prudenzjali għall-istituzzjonijiet. B'hekk, il-kapaċità tal-istituzzjonijiet li jiffinanzjaw l-ekonomija se tissaħħaħ mingħajr ma taffettwa l-istabbiltà tal-qafas regolatorju.

Finalment, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Grupp ta' Esperti dwar is-settur Bankarju, tal-Pagamenti u tal-Assigurazzjoni vvalutat l-applikazzjoni tal-għażliet u d-diskrezzjonijiet eżistenti fis-CRD u fis-CRR. Abbażi ta' din l-analiżi, il-proposta preżenti hija maħsuba biex telimina xi għażliet u diskrezzjonijiet li jikkonċernaw id-dispożizzjonijiet dwar il-proporzjon tal-ingranaġġ, dwar skoperturi kbar u dwar il-fondi proprji. Qed jiġi propost li tintemm il-possibbiltà li jinħolqu assi ta' taxxa differita ġodda ggarantiti mill-Istat li ma jiddependux fuq il-profittabbiltà futura li tkun eżentata minn tnaqqis mill-kapital regolatorju.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta' politika eżistenti fil-qasam tal-politika

Bosta elementi tal-proposti tas-CRD u tas-CRR isegwu reviżjonijiet inerenti, filwaqt li adattamenti oħra tal-qafas regolatorju finanzjarju saru meħtieġa fid-dawl ta' żviluppi sussegwenti, bħall-adozzjoni tal-BRRD, l-istabbiliment tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku u l-ħidma mwettqa mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) u fuq livell internazzjonali.

Il-proposta tintroduċi emendi għal-leġiżlazzjoni eżistenti u tagħmilha kompletament konsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-politika eżistenti fil-qasam tar-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet, is-superviżjoni tagħhom u l-qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni.

Il-konsistenza ma' politiki oħra tal-Unjoni

Erba' snin wara li l-Kapijiet ta' Stat u Gvern Ewropej qablu li joħolqu Unjoni Bankarja, żewġ pilastri tal-Unjoni Bankarja – is-superviżjoni unika u r-riżoluzzjoni – jinsabu fis-seħħ, fuq il-bażi ta' pedament solidu ta' ġabra unika tar-regoli għall-istituzzjonijiet kollha tal-UE. Filwaqt li sar progress importanti, huma meħtieġa iktar passi biex titlesta l-Unjoni Bankarja, inkluż il-ħolqien ta' skema ta' garanzija tad-depożiti unika.

Ir-reviżjoni tas-CRR u tas-CRD hija parti mill-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li huma meħtieġa biex isaħħu iktar ir-reżiljenza tas-settur bankarju u li huma paralleli għall-introduzzjoni fi stadji tal-Iskema Ewropea ta' Assigurazzjoni tad-Depożiti (EDIS). Ir-reviżjoni għandha l-għan li fl-istess ħin tiżgura ġabra unika tar-regoli kontinwa għall-istituzzjonijiet kollha tal-UE, kemm jekk fl-Unjoni Bankarja kif ukoll jekk barra. L-objettivi globali ta' din l-inizjattiva, kif deskritti hawn fuq, huma kompletament konsistenti u koerenti mal-għanijiet fundamentali tal-UE li tippromwovi l-istabbiltà finanzjarja, tnaqqas il-probabbiltà u l-firxa tal-appoġġ lill-kontribwenti fil-każ li istituzzjoni tiġi riżolta kif ukoll tikkontribwixxi għall-finanzjament armonjuż u sostenibbli tal-attività ekonomika, li tiffavorixxi livell għoli ta' kompetittività u protezzjoni tal-konsumatur.

Dawn l-objettivi globali huma wkoll konformi mal-objettivi stabbiliti minn inizjattivi ewlenin oħra tal-UE, kif deskritt hawn fuq.

2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi legali

L-emendi proposti huma mibnija fuq l-istess bażi legali bħall-atti leġiżlattivi li qed jiġu emendati, jiġifieri l-Artikolu 114 TFUE għall-proposta għal regolament li jemenda s-CRR u l-Artikolu 53(1) TFUE għall-proposta għal direttiva li temenda s-CRD IV.

Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)

L-objettivi segwiti mill-miżuri proposti għandhom l-għan li jissupplimentaw leġiżlazzjoni tal-UE diġà eżistenti u għalhekk jistgħu jinkisbu l-aħjar fil-livell tal-UE iktar milli minn inizjattivi nazzjonali differenti. Il-miżuri nazzjonali mmirati, pereżempju, biex inaqqsu l-ingranaġġ tal-istituzzjonijiet, isaħħu l-finanzjament stabbli tagħhom u r-rekwiżiti kapitali tal-portafoll tan-negozjar ma jkunux daqshekk effettivi biex jiżguraw l-istabbiltà finanzjarja daqs ir-regoli tal-UE, minħabba l-libertà tal-istituzzjonijiet li jistabbilixxu u jipprovdu servizzi fi Stati Membri oħra u l-livell li jirriżulta ta' forniment ta' servizzi transkonfinali, flussi tal-kapital u integrazzjoni tas-suq. Għall-kuntrarju, il-miżuri nazzjonali jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni u jaffettwaw il-flussi tal-kapital. Barra minn hekk, l-adozzjoni ta' miżuri nazzjonali tkun legalment ta' sfida, billi s-CRR diġà jirregola l-materji bankarji, inkluż ir-rekwiżiti tal-ingranaġġ (rappurtar), il-likwidità (speċifikament il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità jew l-LCR) u r-rekwiżiti tal-portafoll tan-negozjar.

L-emenda tas-CRR u tas-CRD hija għalhekk meqjusa li hija l-aħjar għażla. Din toħloq il-bilanċ it-tajjeb bejn l-armonizzazzjoni tar-regoli u ż-żamma tal-flessibbiltà nazzjonali fejn essenzjali, mingħajr ma tfixkel il-ġabra unika tar-regoli. L-emendi jippromwovu iktar l-applikazzjoni uniformi ta' rekwiżiti prudenzjali, il-konverġenza ta' prattiki superviżorji u jiżguraw kundizzjonijiet ekwi fis-suq uniku kollu għas-servizzi bankarji. Dawn l-objettivi ma jistgħux jintlaħqu suffiċjentament mill-Istati Membri waħedhom. Dan hu partikolarment importanti fis-settur bankarju fejn ħafna istituzzjonijiet ta' kreditu joperaw fis-suq uniku kollu tal-UE. Il-kooperazzjoni u l-fiduċja sħaħ fil-mekkaniżmu superviżorju uniku (MSU) u fil-kulleġġi tas-superviżuri u l-awtoritajiet kompetenti barra mill-MSU huma essenzjali biex l-istituzzjonijiet ta' kreditu jiġu ssorveljati b'mod effettiv fuq bażi konsolidata. Ir-regoli nazzjonali ma jistgħux jiksbu dawn l-objettivi.

Proporzjonalità

Il-proporzjonalità kienet parti integrali mill-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta. Mhux biss l-għażliet proposti kollha f'oqsma regolatorji differenti ġew evalwati individwalment kontra l-objettiv tal-proporzjonalità, iżda wkoll in-nuqqas ta' proporzjonalità tar-regoli eżistenti ġie ppreżentat bħala problema separata u ġew analizzati għażliet speċifiċi li jimmiraw li jnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi u ta' konformità għall-istituzzjonijiet iż-żgħar (ara t-taqsimiet 2,9 u 4,9 tal-valutazzjoni tal-impatt).

L-għażla tal-istrument

Il-miżuri huma proposti biex jiġu implimentati billi jiġu emendati s-CRR u s-CRD permezz ta' Regolament u Direttiva, rispettivament. Il-miżuri proposti tabilħaqq jirreferu għal jew jiżviluppaw iktar id-dispożizzjonijiet diġà eżistenti integrati f'dawk l-istrumenti legali (likwidità, ingranaġġ, remunerazzjoni, proporzjonalità).

Fir-rigward tal-istandard maqbul ġdid tal-FSB dwar it-TLAC, qed jiġi ssuġġerit li l-biċċa l-kbira tal-istandard tiġi inkorporata fis-CRR, peress li huwa biss regolament li jista' jikseb l-applikazzjoni uniformi meħtieġa, bl-istess mod bħar-rekwiżiti eżistenti għall-fondi proprji bbażati fuq ir-riskju. It-tfassil tar-rekwiżiti prudenzjali fl-għamla ta' emenda għas-CRR jiżgura li dawk ir-rekwiżiti jkunu fil-fatt applikabbli direttament għall-G-SIIs. Dan jevita li Stati Membri jimplimentaw rekwiżiti nazzjonali diverġenti f'qasam fejn l-armonizzazzjoni sħiħa hija mixtieqa sabiex jiġu evitati kundizzjonijiet mhux ekwi. L-irfinar tad-dispożizzjonijiet legali attwali fil-BRRD se jkunu madankollu meħtieġa biex jiżguraw li r-rekwiżit tat-TLAC u r-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL) ikunu kompletament koerenti u konsistenti ma' xulxin.

Xi wħud mill-emendi proposti għas-CRD li jaffettwaw il-proporzjonalità jħallu lill-Istati Membri b'ċertu livell ta' flessibbiltà biex jinżammu regoli differenti fl-istadju tat-traspożizzjoni tagħhom fil-liġi nazzjonali. Dan jagħti lill-Istati Membri l-għażla li jimponu regoli iktar stretti fuq ċerti materji.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-Kummissjoni wettqet bosta inizjattivi sabiex tivvaluta jekk il-qafas prudenzjali eżistenti u r-reviżjonijiet li jmiss tal-istandards globali kinux l-iktar strumenti adegwati biex jiżguraw objettivi prudenzjali għall-istituzzjonijiet tal-UE u anke jekk humiex se jkomplu jipprovdu l-finanzjament meħtieġ għall-ekonomija tal-UE.

F'Lulju 2015 il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika dwar l-impatt possibbli tas-CRR u s-CRD fuq il-finanzjament bankarju tal-ekonomija tal-UE b'fokus partikolari fuq il-finanzjament tal-SMEs u tal-infrastruttura u f'Settembru 2015 ħarġet Sejħa għall-Evidenza (CfE) 7 li tkopri l-leġiżlazzjoni finanzjarja tal-UE kollha kemm hi. Iż-żewġ inizjattivi fittxew evidenza empirika u feedback konkret dwar i) regoli li jaffettwaw il-kapaċità tal-ekonomija li tiffinanzja lilha nnifisha u t-tkabbir, ii) piżijiet regolatorji mhux meħtieġa, iii) interazzjonijiet, inkonsistenzi u lakuni fir-regoli, u iv) regoli li jwasslu għal konsegwenzi mhux intenzjonati. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ġabret l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati fil-qafas ta' analiżijiet speċifiċi mwettqa dwar dispożizzjonijiet li jirregolaw ir-remunerazzjoni 8 u dwar il-proporzjonalità tar-regoli li jinsabu fis-CRR u fis-CRD. Finalment, tnediet konsultazzjoni pubblika fil-kuntest tal-istudju mogħti b'kuntratt mill-Kummissjoni biex jiġi vvalutat l-impatt tas-CRR fuq il-finanzjament bankarju tal-ekonomija 9 .

L-inizjattivi kollha msemmija hawn fuq ipprovdew evidenza ċara tal-ħtieġa li r-regoli attwali jiġu aġġornati u kkompletati sabiex i) jitnaqqsu iktar ir-riskji fis-settur bankarju u b'hekk titnaqqas id-dipendenza fuq l-għajnuna mill-Istat u fuq il-flus tal-kontribwenti fil-każ ta' kriżi, u ii) tissaħħaħ il-kapaċità tal-istituzzjonijiet li jwasslu finanzjament adegwat fl-ekonomija.

L-Annessi 1 u 2 tal-valutazzjoni tal-impatt jipprovdu sommarju tal-konsultazzjonijiet, ir-reviżjonijiet u rapporti.

Il-valutazzjoni tal-impatt

Il-valutazzjoni tal-impatt 10 ġiet diskussa mal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju u rrifjutata fis-7 ta' Settembru 2016. Wara ċ-ċaħda, il-valutazzjoni tal-impatt ġiet imsaħħa biż-żieda ta' i) spjegazzjoni aħjar dwar il-kuntest tal-politika tal-proposta (jiġifieri f'relazzjoni ma' żviluppi ta' politika internazzjonali u tal-UE), ii) iktar dettalji dwar l-opinjonijiet tal-partijiet interessati u iii) evidenza ulterjuri dwar l-impatti (kemm f'termini ta' benefiċċji u spejjeż) tad-diversi għażliet ta' politika li huma esplorati fil-valutazzjoni tal-impatt. Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ħareġ opinjoni pożittiva 11 fis-27 ta' Settembru 2016 dwar il-valutazzjoni tal-impatt ippreżentata mill-ġdid. Il-proposta hija akkumpanjata mill-valutazzjoni tal-impatt. Il-proposta tibqa' konsistenti mal-valutazzjoni tal-impatt.

Kif muri mill-analiżi ta' simulazzjoni u mill-immudellar makroekonomiku żviluppat fil-valutazzjoni tal-impatt, hemm spejjeż limitati mistennija mill-introduzzjoni tar-rekwiżiti l-ġodda, b'mod partikolari l-istandards ta' Basel il-ġodda bħall-proporzjon ta' ingranaġġ u l-portafoll tan-negozjar. L-impatt fit-tul stmat fuq il-prodott domestiku gross (PDG) ivarja bejn -0,03 % u -0,06 % filwaqt li ż-żieda fl-ispejjeż tal-finanzjament għas-settur bankarju hija stmata li se tkun taħt it-3 punti bażi fl-iktar xenarju estrem. Fuq in-naħa tal-benefiċċji, l-eżerċizzju ta' simulazzjoni wera li r-riżorsi pubbliċi meħtieġa biex jappoġġjaw is-sistema bankarja fil-każ ta' kriżi finanzjarja tad-daqs simili għall-2007 – 2008 jonqsu bi 32 % – tnaqqis minn EUR 51 biljun għal EUR 34 biljun.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Iż-żamma ta' approċċi ssimplifikati biex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji hija mistennija li tiżgura proporzjonalità kontinwa tar-regoli għal istituzzjonijiet iżgħar. Barra minn hekk, il-miżuri addizzjonali biex iżidu l-proporzjonalità ta' xi wħud mir-rekwiżiti (relatati mar-rappurtar, id-divulgazzjoni u r-remunerazzjoni) għandhom inaqqsu l-piż amministrattiv u tal-konformità għal dawk l-istituzzjonijiet.

Sa fejn huma kkonċernati l-SMEs, ir-rikalibrar propost tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi tal-banek għall-SMEs huwa mistenni li jkollu effett pożittiv fuq il-finanzjament tal-banek tal-SMEs. Dan se jaffettwa primarjament l-SMEs li attwalment għandhom skoperturi ta' iktar minn EUR 1,5 miljun peress li dawn l-iskoperturi ma jibbenefikawx mill-Fattur ta' Sostenn lill-SMEs taħt ir-regoli eżistenti.

Elementi oħra tal-proposta, b'mod partikolari dawk immirati lejn titjib fir-reżiljenza tal-istituzzjonijiet għal kriżijiet futuri, huma mistennija jżidu s-sostenibbiltà tas-self lill-SMEs.

Finalment, il-miżuri mmirati lejn tnaqqis fl-ispejjeż ta' konformità għall-istituzzjonijiet, b'mod partikolari l-istituzzjonijiet iżgħar u inqas kumplessi, huma mistennija jnaqqsu l-ispejjeż tas-self għall-SMEs.

Fir-rigward tad-dimensjoni tal-pajjiżi terzi, il-proposta se ssaħħaħ l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji tal-UE biex b'hekk tonqos il-probabbiltà u l-ispejjeż ta' effetti kollaterali negattivi potenzjali għas-swieq finanzjarji globali. Barra minn hekk, l-emendi proposti se jarmonizzaw iktar il-qafas regolatorju fl-Unjoni kollha biex b'hekk jonqsu l-ispejjeż amministrattivi b'mod sostanzjali għal istituzzjonijiet ta' pajjiżi terzi li joperaw fl-UE.

Fid-dawl tar-reviżjoni li għaddejja bħalissa tad-ditti tal-investiment taħt is-CRR u fid-dawl tar-rapport inizjali ppreżentat mill-EBA 12 , huwa meqjus raġonevoli li r-rekwiżiti introdotti ġodda japplikaw biss għal ditti tal-investiment sistematikament rilevanti, filwaqt li ditti tal-investiment oħra jibqgħu suġġetti għar-rekwiżiti ta' qabel sakemm titlesta r-reviżjoni.

Il-proposta hija konsistenti mal-prijorità tal-Kummissjoni għas-Suq Uniku Diġitali.

Drittijiet fundamentali

L-UE hija impenjata għal standards għolja ta' protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u hija firmatarja għal sett wiesa' ta' konvenzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem. F'dan il-kuntest, il-proposta mhix probabbli li jkollha impatt dirett fuq dawn id-drittijiet, kif imniżżla fil-konvenzjonijiet prinċipali tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li hija parti integrali mit-Trattati tal-UE u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB).

4. IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit tal-Unjoni.

5. ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta' implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Huwa mistenni li l-emendi proposti jibdew jidħlu fis-seħħ l-iktar kmieni fl-2019. L-emendi huma interkonnessi mill-qrib ma' dispożizzjonijiet oħra tas-CRR u tas-CRD li diġà huma fis-seħħ u li ilhom jiġu mmonitorjati mill-2014.

Il-BCBS u l-EBA se jkomplu jiġbru d-dejta meħtieġa għall-monitoraġġ tal-proporzjon ta' ingranaġġ u l-miżuri ta' likwidità ġodda sabiex jippermettu l-evalwazzjoni tal-impatt fil-futur tal-għodod ta' politika ġodda. L-eżerċizzji regolari tal-Proċess ta' Reviżjoni u Evalwazzjoni Superviżorji (SREPs) u tal-ittestjar tal-istress se jgħinu wkoll fil-monitoraġġ tal-impatt tal-miżuri proposti ġodda fuq l-istituzzjonijiet affettwati u fil-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-flessibbiltà u l-proporzjonalità previsti biex jaħsbu għall-ispeċifiċitajiet ta' istituzzjonijiet iżgħar. Barra minn hekk, is-servizzi tal-Kummissjoni se jkomplu jipparteċipaw fil-gruppi ta' ħidma tal-BCBS u fit-task force konġunta stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u mill-EBA, li jimmonitorjaw id-dinamika tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet u l-pożizzjonijiet tal-likwidità, globalment u fl-UE, rispettivament.

Is-sett ta' indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress tar-riżultati li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-għażliet preferuti jikkonsisti f'dawn li ġejjin:

Dwar il-Proporzjon ta' Ffinanzjar Stabbli Nett (NSFR):

Indikatur

NSFR għall-istituzzjonijiet tal-UE

Mira

Sa mid-data tal-applikazzjoni, 99 % tal-istituzzjonijiet li qed jieħdu sehem fl-eżerċizzju ta' monitoraġġ ta' Basel III tal-EBA jissodisfaw l-NSFR 100 % (65 % tal-grupp 1 u 89 % tal-grupp 2 tal-istituzzjonijiet ta' kreditu jissodisfaw l-NSFR sa mill-aħħar ta' Diċembru 2015)

Sors tad-dejta

Ir-rapporti ta' monitoraġġ ta' Basel III tal-EBA semi-annwali

Dwar il-proporzjon ta' ingranaġġ:

Indikatur

Proporzjon ta' ingranaġġ għall-istituzzjonijiet tal-UE

Mira

Sa mid-data tal-applikazzjoni, 99 % tal-grupp 1 u tal-grupp 2 tal-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom proporzjon ta' ingranaġġ ta' mill-inqas 3 % (93,4 % tal-istituzzjonijiet tal-grupp 1 issodisfaw il-mira sa minn Ġunju 2015)

Sors tad-dejta

Ir-rapporti ta' monitoraġġ ta' Basel III tal-EBA semi-annwali

Dwar l-SMEs

Indikatur

Id-distakk fil-finanzjament lill-SMEs fl-UE, jiġifieri d-differenza bejn il-ħtieġa għal fondi esterni u d-disponibbiltà tal-fondi

Mira

Sa minn sentejn wara d-data tal-applikazzjoni, < 13 % (l-aħħar ċifra magħrufa – 13 % mill-aħħar tal-2014)

Sors tad-dejta

L-Istħarriġ SAFE tal-Kummissjoni Ewropea / il-Bank Ċentrali Ewropew (il-kopertura tad-dejta hija limitata għaż-żona tal-euro)

Dwar TLAC:

Indikatur

TLAC fil-G-SIIs

Mira

Il-Banek kollha tal-UE li huma Globalment Sistematikament Importanti (G-SIBs) jilħqu l-mira (>16 % tal-assi mwieżna għar-riskju (RWA)/6 % tal-Miżura ta' Skopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ (LREM) sa mill-2019, > 18 % Assi Mwieżna għar-Riskju (RWA)/6,75 % LREM sa mill-2022)

Sors tad-dejta

Ir-rapporti ta' monitoraġġ ta' Basel III tal-EBA semi-annwali

Dwar il-portafoll tan-negozjar:

Indikatur

RWA għar-riskji tas-suq għall-istituzzjonijiet tal-UE

Il-varjabbiltà osservata tal-assi mwieżna għar-riskju ta' portafolli aggregati bl-applikazzjoni tal-approċċ ta' mudelli interni.

Mira

- Mill- 2023, l-istituzzjonijiet kollha tal-UE jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq taħt il-kalibrar finali adottat fl-UE.

- Mill-2021, il-varjabbiltà mhux ġustifikabbli (jiġifieri l-varjabbiltà mhux xprunata minn differenzi fir-riskji sottostanti) fir-riżultati tal-mudelli interni madwar l-istituzzjonijiet tal-UE hija iktar baxxa mill-varjabbiltà attwali* tal-mudelli interni madwar l-istituzzjonijiet tal-UE.

_______________

*Il-valuri ta' referenza għall-"varjabbiltà attwali" tal-valur fir-riskju (VaR) u fir-rekwiżiti tal-addebitament inkrimentali għar-riskju (IRC) għandhom ikunu dawk stmati mill-aħħar "Rapport dwar il-varjabbiltà tal-Assi Mwieżna għar-Riskju għall-Portafolli tar-Riskju tas-Suq" tal-EBA, ikkalkulati għal portafolli aggregati, ippubblikati qabel id-dħul fis-seħħ tal-qafas il-ġdid għar-riskju tas-suq.

Sors tad-dejta

Ir-rapporti ta' monitoraġġ ta' Basel III tal-EBA semi-annwali

Rapport tal-EBA dwar il-varjabbiltà tal-Assi Mwieżna għar-Riskju għal Portafolli tar-Riskju tas-Suq. Valuri ġodda għandhom jiġu kkalkulati skont l-istess metodoloġija.

Dwar ir-remunerazzjoni:

Indikatur

L-użu ta' strumenti ta' differiment u ħlas mill-istituzzjonijiet

Mira

99 % tal-istituzzjonijiet li mhumiex żgħar u mhux kumplessi, f'konformità mar-rekwiżiti tas-CRD, jiddeferixxu tal-inqas 40 % tar-remunerazzjoni varjabbli fuq 3 sa 5 snin u jħallsu mill-inqas 50 % tar-remunerazzjoni varjabbli fi strumenti fir-rigward tal-persunal identifikat tagħhom b'livelli materjali ta' remunerazzjoni varjabbli.

Sors tad-dejta

Rapporti tal-valutazzjoni komparattiva tar-remunerazzjoni tal-EBA

Dwar il-proporzjonalità:

Indikatur

Tnaqqis fil-piż mir-rappurtar u d-divulgazzjoni superviżorji

Mira

80 % tal-istituzzjonijiet iżgħar u inqas kumplessi jirrapportaw piż imnaqqas

Sors tad-dejta

L-istħarriġ għandu jiġi żviluppat u mwettaq mill-EBA sal-2022 - 2023

L-evalwazzjoni tal-impatti ta' din il-proposta se ssir ħames snin wara d-data tal-applikazzjoni tal-miżuri proposti fuq il-bażi tal-metodoloġija li tiġi maqbula mal-EBA ftit wara l-adozzjoni. L-EBA se tingħata mandat biex tiddefinixxi u tiġbor id-dejta meħtieġa għall-monitoraġġ tal-indikaturi msemmija hawn fuq kif ukoll indikaturi oħra meħtieġa għall-evalwazzjoni tas-CRR u s-CRD emendati. Il-metodoloġija tista' tiġi żviluppata għal għażliet individwali jew sett ta' għażliet interkonnessi skont iċ-ċirkostanzi preżenti qabel it-tnedija tal-evalwazzjoni u skont l-output tal-indikaturi tal-monitoraġġ.

Il-konformità u l-infurzar se jiġu żgurati fuq bażi kontinwa fejn meħtieġ permezz tat-tnedija mill-Kummissjoni ta' proċedimenti ta' ksur għal nuqqas ta' traspożizzjoni jew għal traspożizzjoni jew applikazzjoni inkorretta tal-miżuri leġiżlattivi. Ir-rappurtar ta' ksur tal-liġi tal-UE jista' jiġi mwassal permezz tas-Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF), inkluż l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u l-EBA, kif ukoll permezz tal-BĊE. L-EBA se tkompli wkoll tippubblika r-rapporti regolari tagħha tal-eżerċizzju ta' monitoraġġ ta' Basel III dwar is-sistema bankarja tal-UE. Dan l-eżerċizzju jimmonitorja l-impatt tar-rekwiżiti ta' Basel III (kif implimentati permezz tas-CRR u s-CRD) fuq l-istituzzjonijiet tal-UE b'mod partikolari fir-rigward tal-proporzjonijiet kapitali tal-istituzzjonijiet (ibbażati fuq ir-riskju u mhux ibbażati fuq ir-riskju) u l-proporzjonijiet ta' likwidità (LCR, NSFR). Dan isir b'mod parallel għal dak imwettaq mill-BCBS.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Rinunzji mir-rekwiżiti ta' kapital u ta' likwidità (CRR)

Il-ħtieġa li sussidjarji jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' fondi proprji u tal-likwidità fuq bażi individwali tista' tipprevjeni istituzzjonijiet milli jimmaniġġjaw dawk ir-riżorsi b'mod effiċjenti fil-livell tal-grupp. Dan huwa partikolarment rilevanti fil-kuntest attwali fejn l-iżviluppi teknoloġiċi dejjem iżjed qed jiffaċilitaw iċ-ċentralizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kapital u tal-likwidità fi grupp.

Taħt il-leġiżlazzjoni eżistenti l-awtoritajiet kompetenti għandhom il-possibbiltà li jirrinunzjaw l-applikazzjoni tar-rekwiżiti fuq livell individwali għal sussidjarji jew kumpaniji prinċipali fi Stat Membru wieħed jew parti minn sottogrupp għal-likwidità mifrux fuq bosta Stati Membri, suġġett għal salvagwardji li jiżguraw li l-kapital u l-likwidità jitqassmu b'mod adegwat bejn l-impriża prinċipali u s-sussidjarji. Bl-istabbiliment tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU), is-superviżjoni tal-grupp ġiet rinfurzata b'mod sostanzjali b'mod speċjali meta l-entitajiet tal-grupp ikunu jinsabu fl-Istati Membri li qed jipparteċipaw fil-MSU, bil-MSU jkollu għarfien aħjar u setgħat diretti fuq l-entitajiet tal-grupp li jinsabu fi Stati Membri differenti. Madankollu, sakemm isseħħ it-tlestija tal-Unjoni Bankarja, għadu jippersisti tħassib fl-Istati Membri fejn jinsabu s-sussidjarji li likwidità jew kapital insuffiċjenti fil-livell tas-sussidjarji fl-inkwiet jista' jkollu konsegwenzi fiskali għal dawn l-Istati Membri ("ospitanti"). Dan it-tħassib ġie indirizzat fil-proposta attwali permezz tas-salvagwardji ġejjin: il-kundizzjonijiet li diġà jeżistu fis-CRR huma ssupplimentati b'obbligu f'qafas ċar sabiex kumpanija prinċipali tappoġġja s-sussidjarji. Tali impenn tal-kumpanija prinċipali huwa meħtieġ li jkun iggarantit għall-ammont kollu tar-rekwiżit irrinunzjat u l-garanzija għandha tkun ikkollateralizzata għal mill-inqas nofs l-ammont garantit. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti.

Huwa meqjus li, f'dan l-istadju tal-Unjoni Bankarja, għandu jkun possibbli għall-awtorità kompetenti li tissorvelja l-kumpaniji prinċipali u s-sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri differenti fl-Unjoni Bankarja biex jirrinunzjaw l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji u tal-likwidità għal sussidjarji li jinsabu fi Stati Membri oħra mhux tal-kumpanija prinċipali, iżda biss sakemm l-impenn tal-kumpanija prinċipali li tappoġġja lil dawn is-sussidjarji huwa ggarantit għall-ammont kollu tar-rekwiżit irrinunzjat u l-garanzija hija kkollateralizzata għal mill-inqas nofs l-ammont garantit. L-Artikoli 7 u 8 tas-CRR huma emendati kif xieraq. L-istess rinunzji huma disponibbli, bħala għażla, għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri barra mill-Unjoni Bankarja, suġġett għall-qbil espliċitu tagħhom.

L-implimentazzjoni tal-istandard tal-FSB tal-kapaċità totali ta' assorbiment tat-telf (CRR, BRRD, SRM)

Fid-9 ta' Novembru 2015 l-FSB ippubblika d-Dokument dwar il-Kundizzjonijiet tal-Kapaċità Totali ta' Assorbiment tat-Telf ("l-istandard TLAC") li kien adottat ġimgħa wara fis-summit tal-G20 fit-Turkija 13 . L-istandard TLAC jeħtieġ li Banek li huma Globalment Sistematikament Importanti (G-SIBs), magħrufa bħala G-SIIs fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, ikollhom ammont suffiċjenti ta' obbligazzjonijiet li għandhom assorbiment tat-telf għoli ("kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna") biex jiżguraw assorbiment tat-telf mingħajr problemi u malajr u rikapitalizzazzjoni fir-riżoluzzjoni. L-interazzjoni tal-istandard TLAC mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni li jkollha l-istess objettivi regolatorji hija deskritta f'iktar dettall fil-memorandum ta' spjegazzjoni li jakkumpanja l-proposti għal emendi għall-BRRD u l-SRMR.

Konsistenza mal-BRRD

L-istandard TLAC huwa implimentat fl-Unjoni permezz ta' emendi għas-CRR, li jibni fuq il-qafas eżistenti tal-BRRD. Sabiex jiġu integrati ż-żewġ oqfsa li jsegwu l-istess għanijiet ta' politika, ġew introdotti definizzjonijiet ġodda, bħal entitajiet ta' riżoluzzjoni, grupp ta' riżoluzzjoni eċċ. (l-Artikolu 4 tas-CRR), u għandha tkun mandata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni (l-Artikolu 2 tas-CRR).

Fuq il-bażi tar-reviżjoni meħtieġa fl-Artikolu 518 tas-CRR u skont ir-rekwiżiti fl-Artikolu 59 tal-BRRD, il-kriterji għal strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali (l-Artikolu 52 tas-CRR) u għal strumenti tal-Grad 2 (l-Artikolu 63 tas-CRR) huma emendati biex jeħtieġu li dawk l-istrumenti jitnaqqsu fil-valur jew jinqelbu fi strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 fil-mument tan-nonvijabbiltà. Dan mhux se jbiddel l-istatus tal-istrumenti kapitali maħruġa mill-istituzzjonijiet tal-UE, filwaqt li fl-istess ħin jiżgura li jkunu biss l-istrumenti maħruġa minn sussidjarji ta' pajjiż terz tal-istituzzjonijiet tal-UE li jissodisfaw dan ir-rekwiżit addizzjonali li jistgħu jitqiesu bħala strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali jew tal-Grad 2 mill-entitajiet prinċipali tal-UE tagħhom meta jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi konsolidati proprji.

Ir-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

L-istandard TLAC huwa implimentat fl-UE bl-introduzzjoni ta' rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli magħmula minn proporzjon ibbażat fuq ir-riskju u fuq proporzjon mhux ibbażat fuq ir-riskju (l-Artikolu 92a ġdid tas-CRR). Dan ir-rekwiżit japplika biss fil-każ ta' G-SIIs, li jistgħu jkunu grupp ta' istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet awtonomi (l-Artikolu 131(1) tas-CRD). L-Artikolu 6 tas-CRR huwa emendat biex jeħtieġ li G-SIIs awtonomi li huma entitajiet ta' riżoluzzjoni jikkonformaw mar-rekwiżit ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli fuq bażi individwali, filwaqt li l-Artikolu 11 huwa emendat biex jeħtieġ li entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma parti minn gruppi ddeżinjati bħala G-SIIs jikkonformaw mar-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli fuq bażi konsolidata.

L-istandard TLAC fih ukoll rekwiżit għal TLAC interna (jiġifieri rekwiżit li l-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni titqiegħed minn qabel fil-livell ta' sussidjarji fi grupp ta' riżoluzzjoni), li huwa traspost fl-UE bl-introduzzjoni ta' rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (l-Artikolu 92b ġdid tas-CRR) li japplika għal G-SIIs mhux tal-UE (il-BRRD diġà fiha regola simili għall-G-SIIs). Dan ir-rekwiżit jirrappreżenta 90 % tar-rekwiżit applikabbli għall-G-SIIs skont l-Artikolu 92a ġdid. Ir-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal G-SII mhux tal-UE japplika għal sussidjarji materjali ta' G-SIIs mhux tal-UE fuq bażi individwali jekk la huma entitajiet ta' riżoluzzjoni u lanqas istituzzjonijiet prinċipali tal-UE, u fuq bażi konsolidata jekk huma impriżi prinċipali tal-UE iżda mhux entitajiet ta' riżoluzzjoni.

Obbligazzjonijiet eliġibbli

Kapitolu 5a ġdid (l-Artikoli 72a sa 72l ġodda) dwar obbligazzjonijiet eliġibbli huwa introdott fis-CRR wara l-kapitoli li jirregolaw il-fondi proprji. L-Artikolu 72a ġdid jelenka obbligazzjonijiet esklużi li ma jistgħux jgħoddu għas-sodisfazzjon tar-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli. L-Artikolu 72b fih il-kriterji ta' eliġibbiltà għal strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli, il-paragrafu 2 jirrifletti l-kriterji ta' eliġibbiltà għal obbligazzjonijiet subordinati, filwaqt li l-paragrafi 3 u 4 jirriflettu l-kriterji ta' eliġibbiltà għal obbligazzjonijiet li jikklassifikaw pari passu mal-obbligazzjonijiet esklużi. L-Artikolu 72c jispeċifika li strumenti jistgħu jgħoddu għal obbligazzjonijiet eliġibbli meta jkollhom maturità residwa ta' mill-inqas sena. Il-kriterji ta' eliġibbiltà jeskludu obbligazzjonijiet maħruġa permezz ta' entitajiet bi skop speċjali f'konformità mad-dokument dwar il-kundizzjonijiet tat-TLAC.

It-Taqsima 2 tal-Kapitolu 5a ġdid (l-Artikoli 72e sa 72j) tipprovdi għar-regoli ta' tnaqqis applikabbli biex jiġi ddeterminat l-ammont nett ta' obbligazzjonijiet li jistgħu jgħoddu għar-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli. L-istituzzjonijiet huma obbligati jnaqqsu l-holdings ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli proprji (l-Artikolu 72f), u l-holdings ta' obbligazzjonijiet eliġibbli ta' G-SIIs oħra (l-Artikoli 72h u 72i). L-Artikolu 72e(3) jispeċifika tnaqqis proporzjonat għal assi materjali ta' obbligazzjonijiet li jikklassifikaw pari passu ma' obbligazzjonijiet esklużi u jistgħu jgħoddu biss sa ammont limitat bħala obbligazzjonijiet eliġibbli. It-tnaqqis isir minn obbligazzjonijiet eliġibbli, u minn fondi proprji – fuq il-bażi ta' approċċ ta' tnaqqis korrispondenti (l-Artikolu 66(e) tas-CRR). L-Artikolu 72j fih l-eċċezzjoni mit-tnaqqis għal elementi fil-portafoll tan-negozjar. It-Taqsima 3 tal-Kapitolu 5a ġdid tiddefinixxi l-kunċetti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli (l-Artikolu 72k) u ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (l-Artikolu 72l).

Il-Kummissjoni se titlob lill-EBA għal parir dwar għażliet alternattivi għat-trattament ta' assi materjali ta' strumenti ta' TLAC maħruġa minn G-SIIs u dwar l-impatt ta' dawk l-għażliet. Waħda mill-għażliet li l-Kummissjoni se tfittex parir dwarhom se tkun biex timplimenta l-approċċ ippubblikat reċentement mill-BCBS għat-trattament ta' assi materjali ta' TLAC. Abbażi tal-parir, il-Kummissjoni se tikkonsidra jekk huwiex iġġustifikat tibdil għas-soluzzjoni mressqa f'din il-proposta.

Aġġustamenti għar-rekwiżiti ġenerali għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

Il-Kapitolu 6 tat-Titolu I tal-Parti II tas-CRR (l-Artikoli 73 sa 80) huwa aġġustat biex jirrifletti l-introduzzjoni tal-kategorija ta' obbligazzjonijiet eliġibbli. L-Artikoli 77 u 78 huma estiżi biex ikopru l-permess superviżorju minn qabel għat-tifdija bikrija ta' strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli. L-Artikolu 78 jintroduċi l-possibbiltà li jingħata permess ġenerali minn qabel lil istituzzjonijiet biex jagħmlu tifdija bikrija, suġġett għal kriterji li jiżguraw il-konformità mal-kundizzjonijiet għall-għoti ta' dan il-permess superviżorju. Skont l-Artikolu 80, l-EBA hija fdata bil-monitoraġġ tal-ħruġ ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli. Għall-finijiet tal-allinjament tal-kriterji ta' eliġibbiltà tal-fondi proprji mal-kriterji għall-obbligazzjonijiet eliġibbli, l-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali u tal-Grad 2 maħruġa minn entità bi skop speċjali se jkunu jistgħu jgħoddu għall-finijiet tal-fondi proprji biss sal-31 ta' Diċembru 2021.

Investimenti fil-kapital fil-fondi (CRR)

F'Diċembru 2013, il-BCBS ippubblika standard ġdid dwar it-trattament tal-investimenti fil-kapital fil-fondi. L-istandard il-ġdid kien immirat biex jiċċara t-trattament eżistenti u biex jikseb trattament ta' dawn l-iskoperturi iktar konsistenti internazzjonalment u iktar sensittiv għar-riskju (jiġifieri wieħed li jirrifletti kemm ir-riskji tal-investimenti sottostanti tal-fond kif ukoll tal-ingranaġġ tiegħu). Sabiex jiġi implimentat l-istandard il-ġdid fil-liġi tal-Unjoni, saru bosta tibdiliet fis-CRR.

L-Artikolu 128 huwa emendat biex jiżgura li d-definizzjoni ta' elementi assoċjati ma' riskju partikolarment għoli ma tiġborx fiha skoperturi fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIUs.

L-Artikolu 132 huwa emendat biex jirrifletti l-prinċipji u r-rekwiżiti ġenerali ġodda li fuqhom huwa msejjes il-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIUs għal istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ Standardizzat għar-riskju ta' kreditu.

Artikolu 132a ġdid huwa introdott biex jagħti dettalji tal-kalkoli taħt tnejn mill-approċċi previsti taħt l-Artikolu 132, jiġifieri l-approċċ taċ-ċar kristall u l-approċċ ibbażat fuq mandat.

L-Artikolu 152 huwa emendat biex jirrifletti r-rekwiżiti u l-approċċi riveduti għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIUs għal istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni għar-riskju ta' kreditu.

Approċċ Standardizzat għar-Riskju ta' Kreditu tal-Kontroparti (SA-CCR) (CRR)

F'Marzu 2014, il-BCBS ippubblika standard dwar metodu standardizzat ġdid biex jiġi kkalkulat il-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi għad-derivattivi, dak hekk imsejjaħ l-Approċċ Standardizzat għar-Riskju ta' Kreditu tal-Kontroparti (SA-CCR), biex jindirizza n-nuqqasijiet tal-metodi standardizzati eżistenti. Sabiex jiġi introdott il-metodu l-ġdid fil-liġi tal-Unjoni, filwaqt li jiġi żgurat li r-regoli l-ġodda jibqgħu proporzjonati, saru bosta tibdiliet fis-CRR.

Fl-Artikolu 273, xi definizzjonijiet ġew immodifikati u żdiedu xi definizzjonijiet ġodda biex jirriflettu l-metodi ġodda introdotti. Il-Metodu ta' Valwazzjoni skont is-Suq ġie sostitwit mill-SA-CCR (l-Artikoli 274 sa 280f). Ir-regoli relatati mal-Metodu Standardizzat tneħħew. Ġew introdotti regoli ġodda dwar SA-CCR issimplifikat (l-Artikolu 281). Ir-regoli attwali dwar il-Metodu ta' Skopertura Oriġinali ġew immodifikati (l-Artikolu 282). Il-kriterji ta' eliġibbiltà għall-użu tal-OEM ġew immodifikati u ġew introdotti l-kriterji ta' eliġibbiltà għall-użu tal-SA-CCR issimplifikat (l-Artikolu 273a u 273b). L-Artikoli 298 u 299 ġew immodifikati biex jirriflettu l-introduzzjoni tal-SA-CCR.

Skoperturi għal CCPs (CRR u EMIR)

F'April 2014, il-BCBS ippubblika standard finali dwar it-trattament ta' skoperturi għal kontropartijiet ċentrali (CCPs). L-istandard finali jindirizza n-nuqqasijiet tal-istandard interim ippubblikat sentejn qabel. Sabiex jiġi implimentat l-istandard finali fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, saru bosta tibdiliet fis-CRR u fir-Regolament (UE) 648/2012 (ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tas-Suq Ewropew jew EMIR).

Emendi għall-Artikoli 300 sa 310 u 497 tas-CRR

Bosta definizzjonijiet ġodda żdiedu mal-Artikolu 300 li jkopru termini użati fir-regoli emendati dwar rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal CCPs. L-Artikolu 301 ġie mmodifikat sabiex jintroduċi trattament speċifiku ta' skoperturi ta' istituzzjonijiet għal CCP minħabba tranżazzjonijiet fi flus, biex jispeċifika iktar it-trattament tal-marġni inizjali u biex jirrifletti l-fatt li metodu uniku jkun applikabbli għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal CCPs kwalifikanti (QCCPs). L-Artikolu 304 ġie mmodifikat sabiex jirrifletti t-tibdil fil-metodi tal-kalkolu tal-valuri ta' skopertura tad-derivattivi, u biex jiċċara t-trattament ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli (SFTs) u tal-kollateral ipprovdut mill-klijenti lill-membri tal-ikklerjar tagħhom. L-Artikolu 305 ġie mmodifikat biex jiċċara t-trattament ta' SFTs u biex jaġġusta l-kriterji ta' eliġibbiltà għat-trattament preferenzjali ta' skoperturi tal-klijenti. Kjarifika tat-trattament tal-garanziji tal-membri tal-ikklerjar lill-klijenti tagħhom kif ukoll tat-trattament tal-SFTs iddaħħlet fl-Artikolu 306. Metodu ġdid għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-kontribuzzjonijiet għal fond tal-inadempjenza prefinanzjat għal QCCP ġie introdott fl-Artikolu 308. Il-formula għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal CCP mhux kwalifikanti fl-Artikolu 309 ġiet immodifikata. Fl-Artikolu 310, il-metodu alternattiv għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal CCPs tneħħa u ġie sostitwit bi trattament ġdid għal kontribuzzjonijiet għal fond tal-inadempjenza mhux iffinanzjat. Finalment, id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fl-Artikolu 497 ġew immodifikati.

Emendi għall-Artikoli 50a sa 50d u 89 tal-EMIR

L-Artikoli 50a sa 50d ġew immodifikati biex jinkorporaw metodu ġdid għall-kalkolu tal-kapital ipotetiku ta' CCP li huwa meħtieġ minn istituzzjonijiet biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għal kontribuzzjonijiet għal fond tal-inadempjenza għal dak is-CCP. L-Artikolu 89(5a) ġie mmodifikat biex jaġġorna d-dispożizzjonijiet tranżitorji relatati ma' dak il-kalkolu.

Portafoll tan-negozjar/Riskju tas-suq (CRR)

F'Jannar 2016, il-BCBS ikkonkluda l-ħidma tiegħu fuq ir-reviżjoni fundamentali tal-portafoll tan-negozjar u ppubblika standard ġdid dwar it-trattament tar-riskju tas-suq. L-istandard indirizza d-difetti fid-disinn preżenti fil-qafas eżistenti tar-riskju tas-suq, inkluż il-kopertura insuffiċjenti tal-firxa sħiħa ta' riskji li kienu esposti għalihom l-istituzzjonijiet u l-inċertezza dwar il-konfini bejn il-portafoll tan-negozjar u mhux tan-negozjar (jiġifieri bankarju) li ħolqot opportunitajiet għal arbitraġġ regolatorju. L-istandard il-ġdid fih regoli riveduti għall-użu ta' mudelli interni għall-kalkolu tal-fondi proprji għar-riskju tas-suq, kif ukoll approċċ standardizzat ġdid li jissostitwixxi dak eżistenti. Sabiex jiġi implimentat l-istandard il-ġdid fil-liġi tal-Unjoni, filwaqt li jiġi żgurat li r-regoli jibqgħu proporzjonati, saru bosta modifiki għas-CRR.

Fit-Titolu I -Rekwiżiti ġenerali, valwazzjoni u rappurtar

L-Artikolu 94 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet riveduti biex istituzzjoni tibbenefika mid-deroga għal istituzzjonijiet b'negozju żgħir fil-portafoll tan-negozjar, li skonthom ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu ta' pożizzjonijiet fil-portafoll bankarju jistgħu jissostitwixxu r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq. L-Artikoli 102 u 103 jiċċaraw ir-rekwiżiti ġenerali għall-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar. L-Artikolu 104 u 104a jiċċaraw il-kriterji biex jiġu assenjati pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar u l-kundizzjonijiet għall-klassifikazzjoni mill-ġdid ta' pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar bħala pożizzjoni fil-portafoll bankarju u viċi versa. L-Artikolu 104b jiddefinixxi l-kunċett ġdid tal-post tan-negozjar. L-Artikolu 105 jistabbilixxi r-regoli li għandhom jiġu rrispettati biex b'mod prudenti jiġu vvalutati l-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar. L-Artikolu 106 jiddeskrivi r-rikonoxximent u t-trattament ta' pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar li huma meqjusa bħala ħħeġġjar intern ta' pożizzjonijiet fil-portafolji bankarji.

Fit-Titolu IV Kapitolu 1 – Dispożizzjonijiet ġenerali

L-Artikolu 325 jiddeskrivi l-approċċi differenti li jistgħu jintużaw mill-istituzzjonijiet biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom u kif l-użu tagħhom jista' jiġi kkombinat. L-Artikolu 325a jispeċifika f'iktar dettall il-kriterji ta' eliġibbiltà għall-użu ta' approċċ standard simplifikat għal istituzzjonijiet b'negozju ta' daqs medju fil-portafoll tan-negozjar. L-Artikolu 325b jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom l-iskoperturi għar-riskju tas-suq jistgħu jiġu nnettjati bejn entitajiet ġuridiċi differenti fi ħdan grupp għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq. L-Artikolu 325c jispeċifika l-kundizzjonijiet li taħthom il-pożizzjonijiet li istituzzjoni tkun daħlet fihom sabiex tiħħeġġja kontra l-effett ħażin ta' tibdil fir-rati tal-kambju fuq il-proporzjonijiet tal-fondi proprji tal-istituzzjoni jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżiti tar-riskju tas-suq.

Kapitolu 1a – L-approċċ standardizzat

Taqsima 1 (l-Artikolu 325d) tiddeskrivi l-komponenti differenti tal-approċċ standardizzat. Taqsima 2 (l-Artikoli 325e sa 325l) tiddeskrivi l-funzjonament tal-ewwel komponent, il-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet. Dan jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali għall-kalkolu u l-aggregazzjoni tar-riskji delta, vega u ta' kurvatura. Subtaqsima 1 tat-Taqsima 3 (l-Artikoli 325m sa 325r) tispeċifika l-fatturi ta' riskju li għandhom jiġu kkunsidrati biex jiġu kkalkulati s-sensittivitajiet tal-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar għal klassijiet differenti ta' riskju. Subtaqsima 2 ta' Taqsima 3 (l-Artikoli 325s sa 325u) tispjega kif dawn is-sensittivitajiet għandhom jiġu kkalkulati. It-Taqsima 4 (l-Artikolu 325v) tiddeskrivi l-funzjonament tat-tieni komponent tal-approċċ standardizzat, iż-żieda tar-riskju residwu. It-Taqsima 5 tiddeskrivi l-funzjonament tat-tielet komponent tal-approċċ standardizzat, l-imposta fuq ir-riskju ta' inadempjenza. L-Artikolu 325w jagħti d-definizzjonijiet prinċipali. Is-Subtaqsima 1 (l-Artikoli 325x sa 325z) tiddeskrivi kif l-imposta fuq ir-riskju ta' inadempjenza għandha tinħadem għal pożizzjonijiet mhux ta' titolizzazzjoni, filwaqt li s-subtaqsimiet 2 (l-Artikoli 325aa u 325ab) u 3 (l-Artikoli 325ac sa 325ae) jiddeskrivu l-istess kalkolu għat-titolizzazzjonijiet. Taqsima 6 (l-Artikoli 325af sa 325az) tipprovdi l-piżijiet u l-korrelazzjonijiet tar-riskji li għandhom jintużaw għal kull klassi ta' riskju f'kombinazzjoni mas-sensittivitajiet biex jiġu ddeterminati r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq taħt l-approċċ standardizzat. L-iskoperturi għas-sovrani tal-UE huma inklużi fl-ewwel barmil ta' riskji, li jiġi assenjat l-iktar piż tar-riskju baxx (l-Artikoli 325ai sa 325al). Dan it-trattament huwa konformi mat-trattament li mhux dipendenti fuq il-klassifikazzjoni li attwalment huwa pprovdut għal dawk it-tipi ta' skoperturi inklużi fil-portafoll mhux tan-negozjar. Il-piżijiet tar-riskju applikabbli għal bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet tal-UE tnaqqsu (l-Artikoli 325ai u 325al). Dan it-trattament jipprevjeni żieda sinifikanti potenzjali fir-rekwiżiti ta' kapital għal skoperturi għal bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet tal-UE, biex b'hekk iżomm l-ispejjeż tal-finanzjament iktar baxxi għal self ipotekarju għall-akkomodazzjoni u għal proprjetà mhux residenzjali.

Kapitolu 1b – L-approċċ tal-mudell intern

Taqsima 1 (l-Artikoli 325ba u 325bb) tispeċifika l-kundizzjonijiet li taħthom l-istituzzjonijiet huma permessi jużaw mudelli interni u kif ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għandhom jiġu kkalkulati għal postijiet tan-negozjar li jibbenefikaw minn dan il-permess. It-Taqsima 2 (l-Artikoli 325bc sa 325bl) tiddeskrivi kif in-nuqqasijiet mistennija u l-perjodi ta' likwidità għandhom jintużaw fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq, ir-rekwiżiti li l-mudelli interni għandhom jissodisfaw f'termini ta' ttestjar retrospettiv, attribuzzjoni ta' profitti u telf (P&L), validazzjoni interna kif ukoll rekwiżiti kwalitattivi u tal-kejl tar-riskji iktar ġenerali, u l-kejl tar-riskju f'xenarju ta' kriżi li għandu jiġi kkalkulat għall-fatturi tar-riskju mhux skont mudell. Bħal fil-każ tal-approċċ standardizzat, ġie introdott trattament vantaġġuż taħt l-approċċ tal-mudelli interni permezz ta' perjodi ta' likwidità iqsar għall-iskoperturi għal sovrani tal-UE u bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet tal-UE (l-Artikolu 325be). Taqsima 3 (l-Artikoli 325bm sa 325bq) tiddeskrivi kif l-imposta fuq ir-riskju ta' inadempjenza għandha tiġi kkalkulata għal postijiet tan-negozjar suġġetti għar-riskju ta' inadempjenza bl-użu ta' approċċ tal-mudell intern.

Kapitoli 2, 3 u 4 – L-approċċ standardizzat issimplifikat

Il-Kapitoli 2, 3 u 4 – rispettivament ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' pożizzjoni, ir-riskji tal-kambju u r-riskji tal-komoditajiet – jirriflettu l-approċċ standardizzat issimplifikat taħt il-qafas rivedut tar-riskju tas-suq. Dawn ir-regoli diġà kienu jeżistu fil-qafas attwali tar-riskju tas-suq u jibqgħu mingħajr tibdil. L-istituzzjonijiet se jkunu jistgħu jużaw dan l-approċċ sa [data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]. Wara din id-data, l-istituzzjonijiet biss li jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 325a se jkunu jistgħu jużaw l-approċċ standardizzat issimplifikat.

Kapitolu 5 – L-approċċ intern issimplifikat

Il-Kapitolu 5 jikkostitwixxi l-approċċ tal-mudelli interni ssimplifikat taħt il-qafas rivedut tar-riskju tas-suq. Dawn ir-regoli diġà kienu jeżistu fil-qafas attwali tar-riskju tas-suq u jibqgħu mingħajr tibdil. L-istituzzjonijiet se jkunu jistgħu jużaw dan l-approċċ sa [data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]. Wara din id-data, l-istituzzjonijiet mhux se jkunu jistgħu jużaw iktar l-approċċ tal-mudelli interni ssimplifikat biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq. Madankollu, il-Kapitolu 5 jibqa' fis-seħħ għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji tas-CVA taħt il-Metodu avvanzat kif stabbilit fl-Artikolu 383.

Parti Għaxra – Dispożizzjonijiet tranżizzjonali, rapporti, reviżjonijiet u emendi,

L-Artikolu 501b jiddeskrivi kif ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq, kif ikkalkulati skont il-Kapitoli 1a u 1b, se jiddaħħlu b'mod gradwali. L-Artikolu 519a jispeċifika numru ta' elementi tekniċi tal-qafas rivedut tar-riskju tas-suq li jistgħu jidhru li huma problematiċi meta jiġu implimentati. L-EBA għandha l-mandat biex tirrevedi dawk l-elementi tekniċi mhux iktar tard minn 3 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u l-Kummissjoni tista' tagħmel proposti biex tibdel ir-regoli relatati fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-EBA.

Skoperturi kbar (CRR)

Il-bażi kapitali attwali (il-"kapital eliġibbli") tkopri biss parti żgħira mill-iskoperturi kbar globali li l-istituzzjonijiet għandhom u għalhekk mhix prudenti biżżejjed biex tevita li t-telf massimu possibbli minn istituzzjoni fil-każ ta' falliment f'daqqa ta' kontroparti waħda jew ta' grupp ta' kontropartijiet jipperikola s-sopravivenza tal-istituzzjoni bħala negozju avvjat. Barra minn hekk, il-limitu attwali ma jqisx ir-riskji ogħla li jġorru l-iskoperturi li l-G-SIIs għandhom għal kontropartijiet uniċi jew gruppi ta' klijenti relatati u, b'mod partikolari, fir-rigward tal-iskoperturi għal G-SIIs oħra. Il-kriżi finanzjarja, fil-fatt, uriet li telf materjali f'G-SII waħda jista' jiskatta tħassib dwar is-solvenza ta' G-SIIs oħra b'konsegwenzi potenzjalment serji fuq l-istabbiltà finanzjarja. Finalment, il-qafas tal-iskoperturi kbar attwali jiddependi fuq metodi inqas preċiżi mill-metodoloġija l-ġdida (jiġifieri Approċċ Standardizzat għar-Riskju ta' Kreditu tal-Kontroparti, SA-CCR) li l-BCBS żviluppa biex jinħadmu l-iskoperturi tad-derivattivi tal-banek (jiġifieri l-OTCs). Il-qafas tal-iskoperturi kbar huwa emendat biex jindirizza l-lakuni identifikati. B'mod partikolari, il-kapital li jista' jitqies sabiex jiġi kkalkulat il-limitu tal-iskoperturi kbar huwa llimitat għall-kapital tal-Grad 1 (mhux iktar kapital tal-Grad 2); l-Artikolu 395(1) huwa emendat biex jintroduċi l-limitu iktar baxx ta' 15 % għall-iskoperturi tal-G-SIBs għal G-SIBs oħra u l-Artikolu 390 emendat jimponi l-użu tal-metodi tal-SA-CCR biex jiġu ddeterminati l-iskoperturi għal tranżazzjonijiet f'derivattivi OTC, anke għall-banek li jkunu ġew awtorizzati jużaw mudelli interni. Il-modifiki introdotti fil-qafas attwali se jżidu b'mod globali s-sensittività għar-riskju tar-reġim tal-iskoperturi l-kbar u jallinjaw aħjar is-sistema Ewropea mal-istandard tal-BCBS dwar skoperturi kbar maħruġa fl-2014.

L-Artikolu 507 tas-CRR irrikjeda lill-Kummissjoni tirrevedi u tirrapporta dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 400(1)(j) u l-Artikolu 400(2). Billi ma kienx possibbli li tinġabar biżżejjed dejta kwantitattiva biex jiġi vvalutat l-impatt potenzjali tat-tneħħija jew li jsiru obbligatorji l-eżenzjonijiet elenkati f'dawk id-dispożizzjonijiet, l-Artikolu 507 jipprovdi għal mandat ġdid lill-EBA biex tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-użu tal-eżenzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 400(1) u (2) u l-Artikolu 390(6).

Proporzjon ta' ingranaġġ (CRR)

Qed jiġu introdotti dispożizzjonijiet ġodda u jsiru aġġustamenti għal bosta artikoli fis-CRR sabiex jiġi introdott rekwiżit vinkolanti għall-proporzjon ta' ingranaġġ għall-istituzzjonijiet kollha suġġetti għas-CRD. Ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' ingranaġġ jikkumplimenta r-rekwiżiti attwali dwar il-monitoraġġ superviżorju tar-riskju ta' ingranaġġ eċċessiv fir-rekwiżiti tas-CRD u tas-CRR biex jiġi kkalkulat il-proporzjon ta' ingranaġġ, jiġi rrapportat lis-superviżuri u, minn Jannar 2015, li jiġi divulgat pubblikament.

Ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' ingranaġġ

Ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' ingranaġġ ta' 3% tal-kapital tal-Grad 1 – kif maqbul fil-livell internazzjonali - huwa miżjud mar-rekwiżiti ta' fondi proprji fl-Artikolu  tas-CRR li l-istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw minbarra r-rekwiżiti tagħhom ibbażati fuq ir-riskju. Għalhekk qed jiġi introdott rekwiżit vinkolanti armonizzat fl-Unjoni kollha, li jistabbilixxi garanzija ta' kontinġenza għall-istituzzjonijiet. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti jibqgħu responsabbli għall-monitoraġġ tal-politiki u l-proċessi tal-ingranaġġ ta' istituzzjonijiet individwali u jistgħu jimponu miżuri addizzjonali biex jindirizzaw ir-riskji ta' ingranaġġ eċċessiv, jekk iġġustifikat.

Aġġustamenti għall-miżura ta' skopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ

L-aġġustamenti għall-miżura ta' skopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ li kienu diġà inklużi fis-CRR attwali ġew trasferiti. Billi proporzjon ta' ingranaġġ ta' 3 % jirrestrinġi ċerti mudelli kummerċjali u linji ta' negozju iktar minn oħrajn, iktar aġġustamenti huma ġġustifikati. L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-miżura ta' skopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ għas-self pubbliku minn banek pubbliċi tal-iżvilupp (l-Artikolu 429a(1)(d)), self ittrasferit (l-Artikolu 429(1)(e)) u kreditu għall-esportazzjoni ggarantit b'mod uffiċjali (l-Artikolu 429a(1)(f)). Sabiex ma jiġix diżinċentivat l-ikklerjar tal-klijenti mill-istituzzjonijiet, l-istituzzjonijiet huma permessi jnaqqsu l-miżura ta' skopertura bil-marġni inizjali li jirċievu mingħand il-klijenti għal derivattivi kklerjati permezz ta' QCCPs (l-Artikolu 429c(4)).

Bafer għall-proporzjon ta' ingranaġġ għal G-SIBs

Bħalissa jinsabu għaddejjin diskussjonijiet internazzjonali dwar bafer possibbli għall-proporzjon ta' ingranaġġ għal G-SIBs. Meta jintlaħaq ftehim internazzjonali finali dwar il-bafer għal proporzjon ta' ingranaġġ, dan għandu jitqies għall-inklużjoni fis-CRR.

Rappurtar regolatorju (CRR)

Bosta dispożizzjonijiet ġew miżjuda jew emendati fis-CRR u fis-CRD biex isaħħu l-proporzjonalità u jnaqqsu l-ispejjeż minn fuq l-istituzzjonijiet fil-qafas ta' rappurtar regolatorju globali.

L-Artikolu 99(5) huwa emendat biex jinkludi mandat lill-EBA biex twassal rapport lill-Kummissjoni dwar l-ispiża tar-rappurtar regolatorju sal-31 ta' Diċembru 2019. Il-mandat jistabbilixxi metodoloġija preċiża ħafna għall-EBA biex tikkwantifika l-ispejjeż tar-rappurtar fuq l-istituzzjonijiet u tipprovdi għall-obbligu li tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar modi kif jiġi ssimplifikat ir-rappurtar għal istituzzjonijiet żgħar permezz ta' emendi għall-mudelli tar-rappurtar eżistenti tal-EBA.

Istituzzjonijiet żgħar kif definiti fl-Artikolu 430a se jkunu meħtieġa biss jippreżentaw rapporti regolatorji fuq bażi annwali b'kuntrast ma' semi-annwali jew iktar frekwenti għall-istituzzjonijiet l-oħra kollha (l-Artikoli 99(4), 100, 101, 394 u 430).

Ir-rappurtar dwar skoperturi kbar se jiġi ssimplifikat bit-tneħħija ta' element wieħed u l-kjarifika ta' element ieħor attwalment meħtieġ li jiġi rrappurtat skont l-Artikolu 394.

Divulgazzjoni (CRR)

Tisħiħ fil-proporzjonalità fir-rekwiżiti tad-divulgazzjoni

Jiżdiedu dispożizzjonijiet ġodda fil-Parti Tmienja biex jipprovdu għal reġim ta' divulgazzjoni iktar proporzjonat li jqis id-daqs relattiv u l-kumplessità tal-istituzzjonijiet. Dawn huma kklassifikati fi tliet kategoriji bħala sinifikanti (l-Artikolu 433a), żgħar (l-Artikolu 433b) u oħrajn (l-Artikolu 433c), b'distinzjoni ulterjuri bejn istituzzjonijiet elenkati u mhux elenkati. Ir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni se japplikaw għal kull kategorija ta' istituzzjonijiet fuq il-bażi ta' skala flessibbli, b'differenzjazzjoni fis-sustanza u fil-frekwenza tad-divulgazzjonijiet.

Fin-naħa ta' fuq tal-iskala flessibbli, l-istituzzjonijiet kbar b'titoli elenkati se jkunu meħtieġa jipprovdu divulgazzjonijiet annwali tal-informazzjoni kollha meħtieġa skont il-Parti Tmienja, flimkien ma' divulgazzjonijiet ta' informazzjoni magħżula fuq bażi semi-annwali u kull tliet xhur, inkluż fil-każ tal-aħħar tabella bil-metriċi prudenzjali ewlenin (l-Artikolu 447). Fin-naħa t'isfel, l-istituzzjonijiet mhux elenkati żgħar se jkunu meħtieġa biss jagħmlu divulgazzjonijiet magħżula ta' informazzjoni dwar il-governanza, ir-remunerazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju u t-tabella bil-metriċi ewlenin fuq bażi annwali.

L-emendi mmirati għal finijiet ta' konsistenza mal-istandards internazzjonali u rekwiżiti ġodda jew emendati tal-Pilastru 1

Saru numru ta' emendi għat-Titoli II u III tal-Parti Tmienja (l-Artikoli 435 sa 455) biex jallinjaw aħjar ir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni mal-istandards internazzjonali dwar id-divulgazzjonijiet. B'mod partikolari, żdied rekwiżit ġdid għad-divulgazzjoni ta' informazzjoni dwar investimenti sinifikanti f'impriżi tal-assigurazzjoni li awtorità kompetenti tkun awtorizzat li m'għandhomx jitnaqqsu mir-rekwiżiti ta' fondi proprji supplimentari ta' konglomerati finanzjarji (l-Artikolu 438(e) u (f)).

Emendi oħra għal dawn it-Titoli huma maħsuba biex jirriflettu rekwiżiti ġodda jew emendati tal-Pilastru 1 li għandhom jiġu introdotti bħala parti minn din il-proposta leġiżlattiva. Dan għandu jinkludi divulgazzjonijiet dwar it-TLAC (l-Artikolu 437a), ir-riskju ta' kreditu tal-kontroparti (l-Artikolu 439), ir-riskju tas-suq (l-Artikolu 445) u r-rekwiżiti ta' likwidità (l-Artikolu 451a). Finalment, qed isiru xi kjarifiki għad-divulgazzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni u qed jiġi introdott rekwiżit ta' divulgazzjoni dwar l-użu ta' derogi mir-regoli tar-remunerazzjoni tad-Direttiva 2013/36/UE (l-Artikolu 450).

L-għoti ta' setgħat lill-EBA u lill-Kummissjoni

Il-proposta tinkludi l-għoti tas-setgħa lill-EBA biex tiżviluppa formati tad-divulgazzjoni uniformi, li għandhom ikunu allinjati kemm jista' jkun possibbli mal-formati tad-divulgazzjoni internazzjonali biex jiffaċilitaw il-komparabbiltà (l-Artikolu 434a).

Għall-istess għan, il-proposta tinkludi l-għoti tas-setgħa lill-Kummissjoni biex temenda r-rekwiżiti ta' divulgazzjoni fil-Parti Tmienja biex jirriflettu l-iżviluppi jew l-emendi tal-istandards internazzjonali dwar id-divulgazzjonijiet (l-Artikolu 456(k)).

NSFR (CRR)

Jiżdied Titolu ġdid mal-Parti Sitta, u saru aġġustamenti għad-dispożizzjonijiet eżistenti biex jiġi introdott proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett (NSFR) vinkolanti għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment sistemiċi.

Dispożizzjonijiet ġenerali

Saru aġġustamenti għad-dispożizzjonijiet ġenerali fl-Ewwel Parti. Saru emendi għall-Artikolu 8 biex jiġu aġġustati l-kundizzjonijiet li taħthom l-istituzzjonijiet jistgħu jibbenefikaw minn rinunzji mir-rekwiżiti ta' likwidità fil-livell individwali, u għall-Artikoli 11 u 18 rigward ir-regoli tal-konsolidazzjoni.

Provvedimenti eżistenti ta' likwidità

Qed jiġu introdotti emendi fit-Titoli I u II tal-Parti Sitta biex jiġu aġġustati d-definizzjonijiet u l-obbligi ta' rappurtar. Id-definizzjonijiet huma aġġustati fl-Artikolu 411, filwaqt li l-obbligi ta' rappurtar huma speċifikati iktar fl-Artikoli 412, 413, 415, 416 u 422 sa 425. L-Artikolu  414 huwa mmodifikat biex jintegra r-rekwiżit il-ġdid tal-NSFR u jispeċifika l-konsegwenzi applikabbli jekk dan jinkiser.

It-Titolu IV ġdid tal-Parti Sitta: Il-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett

Kapitolu 1 Il-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett (l-Artikoli 428a u 428b)

L-Artikolu 428a jispeċifika r-regoli għal sussidjarji f'pajjiżi terzi għall-kalkolu tal-NSFR fuq bażi konsolidata.

L-Artikolu 428b jiddefinixxi d-disinn ġenerali tal-NSFR li huwa kkalkulat bħala l-proporzjon tal-ammont ta' ffinanzjar stabbli disponibbli (ASF) ta' istituzzjoni għall-ammont tagħha ta' ffinanzjar stabbli meħtieġ (RSF).

Kapitolu 2 Ir-regoli ġenerali tal-kalkolu tal-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett (l-Artikoli 428c sa 428h)

L-Artikolu 428c jiċċara r-regoli ġenerali li japplikaw għall-kalkolu tal-NSFR.

L-Artikolu 428d jispeċifika l-mod kif il-kuntratti tad-derivattivi għandhom jitqiesu għall-kalkolu tal-NSFR, filwaqt li l-Artikolu 428e jispeċifika t-tpaċija tat-tranżazzjonijiet tas-self garantit u tat-tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali.

L-Artikolu 428f jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li taħthom xi assi u obbligazzjonijiet jistgħu jitqiesu bħala interdipendenti u jislet lista ta' prodotti li l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħhom għandhom jitqiesu hekk: tfaddil ċentralizzati regolati, self promozzjonali, ħruġ ta' bonds koperti mingħajr riskju ta' finanzjament fuq medda ta' sena u attivitajiet ta' derivattivi għall-ikklerjar tal-klijenti. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att ta' delega biex tirrevedi din il-lista (il-paragrafu 3 ġdid tal-Artikolu 460).

L-Artikolu 428g jispeċifika t-trattament ta' depożiti f'netwerks kooperattivi jew skemi ta' protezzjoni istituzzjonali u l-Artikolu 428h jintroduċi diskrezzjoni għall-awtoritajiet kompetenti biex jagħtu trattament preferenzjali lil tranżazzjonijiet intragrupp taħt ċerti kundizzjonijiet.

Kapitolu 3 Finanzjament stabbli disponibbli (l-Artikoli 428i sa 428o)

It-Taqsima 1 (l-Artikoli 428i u 428j) ta' dan il-Kapitolu tiddefinixxi r-regoli ġenerali li japplikaw għall-kalkolu tal-ammont tal-ASF li jikkostitwixxi n-numeratur tal-NSFR.

It-Taqsima 2 (l-Artikoli 428k sa 428o) tiddefinixxi l-fatturi tal-ASF li japplikaw għall-kapital regolatorju u għal obbligazzjonijiet differenti skont il-karatteristiċi tagħhom, b'mod partikolari l-maturità tagħhom u n-natura tal-kontroparti.

Kapitolu 4 Finanzjament stabbli meħtieġ (l-Artikoli 428p sa 428ag)

It-Taqsima 1 (l-Artikoli 428p u 428q) ta' dan il-Kapitolu tiddefinixxi r-regoli ġenerali li japplikaw għall-kalkolu tal-ammont tal-RSF li jikkostitwixxi d-denominatur tal-NSFR.

It-Taqsima 2 (l-Artikoli 428r sa 428o) tiddefinixxi l-fatturi tal-RSF li japplikaw għal assi differenti u skoperturi barra l-karta bilanċjali skont il-karatteristiċi tagħhom, b'mod partikolari l-maturità tagħhom, il-likwidità tagħhom u n-natura tal-kontroparti.

Id-definizzjonijiet u l-fatturi tal-RSF applikati għall-kalkolu tal-NSFR jirriflettu d-definizzjonijiet u t-telf impost applikati għall-kalkolu tal-LCR tal-UE. B'mod partikolari, l-assi eliġibbli bħala assi likwidi ta' kwalità għolja (HQLA) Livell 1, bl-esklużjoni ta' bonds koperti ta' kwalità estremament għolja, huma suġġetti għal fattur tal-RSF ta' 0 % biex jiġu evitati impatti negattivi fuq il-likwidità tas-swieq tal-bonds sovrani.

L-assi li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ma' klijenti finanzjarji li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur u assigurati b'HQLA Livell 1, bl-esklużjoni ta' bonds koperti ta' kwalità estremament għolja, huma suġġetti għal fattur tal-RSF ta' 5 % (l-Artikolu 428s). Jekk ma jkunux assigurati jew assigurati b'assi oħra, dawn it-tranżazzjonijiet huma suġġetti għal fattur tal-RSF ta' 10 % (l-Artikolu 428u). Dawn l-aġġustamenti għall-fatturi tal-RSF ta' Basel (li huma ta' 10 % u 15 % rispettivament) huma maħsuba biex jimmitigaw l-impatt immedjat fuq il-likwidità tas-swieq tal-finanzjament interbankarju, fuq il-likwidità tat-titoli u fuq l-attivitajiet ta' ġenerazzjoni tas-suq. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att ta' delega biex tirrevedi dan it-trattament u t-trattament ta' tranżazzjonijiet assigurati b'mod iktar ġenerali, billi tqis il-konklużjonijiet ta' rapport imħejji mill-EBA. Jekk ma tittieħed l-ebda deċiżjoni sa 3 snin wara d-data tal-applikazzjoni tal-NSFR, dawn il-fatturi tal-RSF se jiżdiedu għal rispettivament 10 % u 15 % (il-paragrafu 7 ġdid tal-Artikolu 510 fil-Parti Għaxra).

Għal kuntratti tad-derivattivi, jekk l-assi derivattivi (bbilanċjati bil-marġnijiet ta' varjazzjoni riċevuti fil-forma ta' flus u HQLA Livell 1, bl-esklużjoni ta' bonds koperti ta' kwalità estremament għolja) huma akbar mill-obbligazzjonijiet derivattivi (bbilanċjati bil-marġnijiet ta' varjazzjoni kollha mdaħħla), id-differenza hija suġġetta għal fattur tal-RSF ta' 100 % (l-Artikolu 428ag). Barra minn hekk, l-assi mdaħħla bħala marġni inizjali jew bħala kontribuzzjoni għall-fond ta' inadempjenza ta' CCP huma suġġetti għal fattur tal-RSF ta' 85 % (l-Artikolu 428af). Barra minn hekk, approċċ sensittiv għar-riskju aġġustat meta mqabbel mal-NSFR ta' Basel huwa introdott biex ikopri r-riskju tal-finanzjament futur tad-derivattivi. Fil-każ ta' kuntratti tad-derivattivi mhux marġinati, japplika fattur tal-RSF ta' 10 % għall-obbligazzjonijiet derivattivi grossi tagħhom (l-Artikolu 428u) u, fil-każ ta' kuntratti tad-derivattivi marġinati, tiġi introdotta l-għażla li jew jiġi applikat fattur tal-RSF ta' 20 % għall-obbligazzjonijiet derivattivi grossi jew tintuża l-iskopertura futura potenzjali (PFE) kif ikkalkulata taħt l-approċċ standardizzat għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti - SA-CCR (l-Artikolu 428x). Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att ta' delega biex tirrevedi dan it-trattament, billi tqis il-konklużjonijiet ta' rapport imħejji mill-EBA. Jekk ma tittieħed l-ebda deċiżjoni sa 3 snin wara d-data tal-applikazzjoni tal-NSFR, għandu japplika fattur tal-RSF ta' 20 % fuq l-obbligazzjonijiet derivattivi grossi għall-kuntratti tad-derivattivi kollha u għall-istituzzjonijiet kollha (il-paragrafu 5 ġdid tal-Artikolu 510).

IFRS 9 (CRR)

L-Artikolu 473a jiżdied biex b'mod gradwali jiddaħħlu r-rekwiżiti l-ġodda dwar il-provvista inkrimentali għar-riskju ta' kreditu skont l-IFRS fuq perjodu li jibda mill-1 ta' Jannar 2019 u jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2023 biex jiġi mmitigat l-impatt finanzjarju fuq l-istituzzjonijiet.

Fattur ta' sostenn lill-SMEs (CRR)

Il-proposta tinkludi tibdil fir-rekwiżiti kapitali għall-iskoperturi għall-SMEs (l-Artikolu 501). It-tnaqqis tal-kapital attwali ta' 23,81 % għal skopertura għal SME, jekk ma taqbiżx il-EUR 1,5 miljun, jinżamm. Fir-rigward ta' skopertura għal SME li taqbeż il-EUR 1,5 miljun, 23,81 % tnaqqis tal-kapital huwa propost għall-ewwel EUR 1,5 miljun sehem mill-iskopertura u 15 % tnaqqis għall-parti li jibqa' tal-iskopertura 'l fuq mil-livell limitu ta' EUR 1,5 miljun. L-istituzzjonijiet se jkunu jistgħu jkomplu jimplimentaw it-tnaqqis billi jaġġustaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju għal SME partikolari.

Trattament ta' skoperturi għall-infrastruttura (CRR)

Il-promozzjoni ta' proġetti tal-infrastruttura vijabbli f'dominji bħat-trasport, l-enerġija, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni, ir-riċerka hija ta' importanza vitali għat-tkabbir ekonomiku tal-Unjoni. Flimkien ma' inizjattivi oħra tal-Kummissjoni, bħall-Unjoni tas-Swieq Kapitali u l-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa, il-proposta għandha l-għan li timmobilizza l-finanzjament privat għal proġetti tal-infrastruttura ta' kwalità għolja. Waqt li jinbena fuq l-iżviluppi reċenti fil-qafas regolatorju għall-impriżi tal-assigurazzjoni u fuq ix-xogħol għaddej imwettaq fil-kuntest tar-riforma li jmiss tal-Approċċ Standardizzat mill-BCBS, qed jiġi propost li jingħata , kemm taħt l-Approċċ Standardizzat kif ukoll taħt l-Approċċ fuq Bażi Interna għar-riskju ta' kreditu, trattament preferenzjali għal skoperturi għas-self speċjalizzat immirat lejn il-finanzjament ta' proġetti tal-infrastruttura sikuri u sodi. Dawn huma ddefiniti permezz ta' sett ta' kriterji biex jitnaqqas il-profil tar-riskju tal-iskopertura u tissaħħaħ il-kapaċità tal-istituzzjonijiet li jimmaniġġjaw dak ir-riskju. Il-kriterji huma konsistenti ma' dawk li jidentifikaw proġetti tal-infrastruttura kwalifikanti li jirċievu trattament preferenzjali fil-qafas tas-Solvibbiltà II. It-trattament propost huwa suġġett għal klawżola ta' reviżjoni sabiex possibbilment tiġi rfinuta d-dispożizzjoni fid-dawl tal-impatt tagħha fuq investimenti fl-infrastruttura fl-UE u biex jitqies kwalunkwe żvilupp rilevanti fil-livell globali. Dan jippermetti wkoll, jekk xieraq, li tiġi emendata d-dispożizzjoni fid-dawl ta' iktar flessibbiltà fir-rigward tal-istruttura ta' finanzjament ta' proġetti tal-infrastruttura, jiġifieri li jiġi estiż it-trattament għal kumpaniji tal-infrastruttura. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-EBA, se tirrapporta dwar ix-xejriet fis-suq għal investimenti fl-infrastruttura u l-profil tar-riskju effettiv ta' dawk l-investimenti u għandha tissottometti dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' kwalunkwe proposta xierqa.

Reviżjoni tad-ditti tal-investiment (CRR)

Ir-reviżjoni skont l-Artikolu 508(3) tad-ditti tal-investiment issa tinsab fit-tieni fażi tagħha. Fl-ewwel rapport ippubblikat f'Diċembru 2015, l-EBA sabet li r-regoli bħal tal-banek taħt is-CRR ma kinux adatti għall-iskop tagħhom għall-maġġoranza tad-ditti tal-investiment bl-eċċezzjoni ta' dawk iktar sistemiċi li jippreżentaw riskji simili għal dawk li jiffaċċjaw l-istituzzjonijiet ta' kreditu. Fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-EBA qed twettaq ħidma analitika addizzjonali u eżerċizzju ta' ġbir tad-dejta sabiex jiġi artikolat trattament tal-kapital iktar xieraq u proporzjonat għad-ditti tal-investiment li se jkopri l-parametri kollha ta' reġim possibbilment ġdid. L-EBA hija mistennija tagħti l-input finali tagħha lill-Kummissjoni f'Ġunju 2017. Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tippreżenta proposti leġiżlattivi li jistabbilixxu qafas prudenzjali speċifiku għal ditti tal-investiment mhux sistemiċi sal-aħħar tal-2017.

Sakemm jiġu adottati dawn il-proposti, huwa meqjus xieraq li d-ditti tal-investiment li mhumiex sistemiċi jitħallew japplikaw is-CRR fil-verżjoni kif kienet qabel daħlu fis-seħħ l-emendi. Id-ditti tal-investiment sistemiċi, min-naħa tagħhom, se jkunu suġġetti għall-verżjoni emendata tas-CRR. Dan jiżgura li ditti sistemiċi jiġu trattati b'mod xieraq filwaqt li jittaffa l-piż regolatorju għad-ditti mhux sistemiċi li mill-bqija kien ikollhom temporanjament japplikaw sett ta' regoli ġodda ddisinjati għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għad-ditti tal-investiment sistemiċi matul il-perjodu ta' qabel l-adozzjoni finali tal-qafas prudenzjali ddedikat għad-ditti tal-investiment li se jiġi propost fl-2017.

L-introduzzjoni ta' qafas modifikat għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax (CRR u CRD)

Wara l-iżviluppi fil-livell tal-BCBS dwar il-kejl tar-riskji taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax, l-Artikoli 84 u 98 tas-CRD u l-Artikolu 448 tas-CRR huma emendati sabiex jintroduċu qafas rivedut li jkopri r-riskji taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax għall-pożizzjonijiet tal-portafoll bankarju. L-emendi jinkludu l-introduzzjoni ta' approċċ standardizzat komuni li l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw biex ikopru dawn ir-riskji jew li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-istituzzjoni biex tuża meta s-sistemi żviluppati mill-istituzzjoni biex ikopru dawn ir-riskji ma jkunux sodisfaċenti, test imtejjeb għall-eċċezzjonijiet u rekwiżiti ta' divulgazzjoni. Barra minn hekk, l-EBA għandha l-mandat, fl-Artikolu 84 tas-CRD, biex telabora d-dettalji tal-metodoloġija standardizzata, il-kriterji u l-kundizzjonijiet li l-istituzzjonijiet għandhom isegwu biex jidentifikaw, jevalwaw, jimmaniġġjaw u jimmitigaw ir-riskji taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax u, fl-Artikolu 98 tas-CRD, biex tiddefinixxi s-sitt xenarji ta' xokk superviżorji applikati għar-rati tal-imgħax u l-preżunzjoni komuni li istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw għat-test tal- eċċezzjonijiet.

2016/0360 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-proporzjon ta' ingranaġġ, tal-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett, tar-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti, tar-riskju tas-suq, tal-iskoperturi għall-kontropartijiet ċentrali, tal-iskoperturi għall-impriżi ta' investiment kollettiv, tal-iskoperturi kbar, tar-rappurtar u tar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew 14 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 15 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Wara l-kriżi finanzjarja li żviluppat fl-2007-2008 l-Unjoni implimentat riforma sostanzjali fil-qafas regolatorju tas-servizzi finanzjarji biex issaħħaħ ir-reżiljenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji tagħha. Dik ir-riforma kienet ibbażata l-iktar fuq standards miftiehma internazzjonalment. Fost il-ħafna miżuri tiegħu, il-pakkett ta' riforma kien jinkludi l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 16 u tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 , li saħħew ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment.

(2)Filwaqt li r-riforma għamlet is-sistema finanzjarja iktar stabbli u reżiljenti kontra ħafna tipi ta' xokkijiet u kriżijiet possibbli fil-futur, ma indirizzatx il-problemi kollha identifikati. Raġuni importanti għal dan kienet li dawk li jiffissaw l-istandards internazzjonali, bħall-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (Kumitat ta' Basel) u l-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja (FSB), ma kinux temmew il-ħidma tagħhom fuq soluzzjonijiet miftiehma internazzjonalment biex jindirizzaw dawk il-problemi f'dak iż-żmien. Issa li tlestiet il-ħidma fuq riformi addizzjonali importanti, il-problemi pendenti għandhom jiġu indirizzati.

(3)Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-24 ta' Novembru 2015, il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-ħtieġa għal iktar tnaqqis fir-riskju u impenjat ruħha li tressaq proposta leġiżlattiva li tibni fuq l-istandards miftiehma internazzjonalment. Il-ħtieġa li jittieħdu iktar passi leġiżlattivi konkreti f'termini ta' tnaqqis tar-riskju fis-settur finanzjarju ġiet rikonoxxuta wkoll mill-Kunsill fil-Konklużjonijiet tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2016 u mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2016 18 .

(4)Il-miżuri ta' tnaqqis fir-riskju mhux biss għandhom isaħħu iktar ir-reżiljenza tas-sistema bankarja Ewropea u l-kunfidenza tas-swieq fiha, iżda jipprovdu wkoll il-bażi għal iktar progress fit-tlestija tal-Unjoni Bankarja. Dawk il-miżuri għandhom jitqiesu wkoll fl-isfond ta' sfidi usa' li jaffettwaw l-ekonomija tal-Unjoni, b'mod speċjali l-ħtieġa li jiġu promossi t-tkabbir u l-impjiegi fi żminijiet ta' perspettiva ekonomika inċerta. F'dak il-kuntest, diversi inizjattivi ta' politika ewlenin, bħall-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, ġew imnedija sabiex isaħħu l-ekonomija tal-Unjoni. Għalhekk huwa importanti li l-miżuri kollha ta' tnaqqis fir-riskju jinteraġixxu bla xkiel ma' dawk l-inizjattivi ta' politika kif ukoll ma' riformi reċenti usa' fis-settur finanzjarju.

(5)Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ta' emenda għandhom ikunu ekwivalenti għal standards miftiehma internazzjonalment u jiżguraw l-ekwivalenza kontinwa tad-Direttiva 2013/36/KE u ta' dan ir-Regolament mal-qafas ta' Basel III. L-aġġustamenti fil-mira sabiex jirriflettu l-ispeċifiċitajiet tal-Unjoni u kunsiderazzjonijiet ta' politika usa' għandhom ikunu limitati f'termini ta' skop jew żmien sabiex ma jaffettwawx is-solidità globali tal-qafas prudenzjali.

(6)Il-miżuri ta' tnaqqis fir-riskju eżistenti għandhom jitjiebu wkoll biex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jiġu applikati b'mod iktar proporzjonat u li ma joħolqux piż ta' konformità eċċessiv, b'mod speċjali għal istituzzjonijiet iżgħar u inqas kumplessi.

(7)Il-proporzjonijiet ta' ingranaġġ jikkontribwixxu għall-preservazzjoni ta' stabbiltà finanzjarja billi jaġixxu ta' garanzija ta' kontinġenza għar-rekwiżiti kapitali bbażati fuq ir-riskju u billi jirrestrinġu l-akkumulazzjoni ta' ingranaġġ eċċessiv matul irkupri ekonomiċi. Għalhekk, ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' ingranaġġ għandu jiġi introdott biex jikkumplimenta s-sistema attwali ta' rappurtar u divulgazzjoni tal-proporzjon ta' ingranaġġ.

(8)Sabiex ma jiġix ristrett bla bżonn is-self minn istituzzjonijiet lil kumpaniji u unitajiet domestiċi privati u biex jiġu evitati impatti ħżiena mhux iġġustifikati fuq il-likwidità tas-suq, ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' ingranaġġ għandu jiġi stabbilit f'livell fejn jaġixxi ta' garanzija ta' kontinġenza kredibbli għar-riskju ta' ingranaġġ eċċessiv mingħajr ma jfixkel it-tkabbir ekonomiku.

(9)L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) kkonkludiet fir-rapport tagħha lill-Kummissjoni 19 li proporzjon ta' ingranaġġ tal-kapital tal-Grad 1 ikkalibrat f'livell ta' 3 % għal kwalunkwe tip ta' istituzzjoni ta' kreditu jikkostitwixxi funzjoni ta' garanzija ta' kontinġenza kredibbli. Ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' ingranaġġ ta' 3 % sar ftehim dwaru wkoll fil-livell internazzjonali mill-Kumitat ta' Basel. Ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' ingranaġġ għandu għalhekk jiġi kkalibrat fil-livell ta' 3 %.

(10)Ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' ingranaġġ ta' 3 % madankollu jirrestrinġi ċerti mudelli kummerċjali u linji ta' negozju iktar minn oħrajn. B'mod partikolari, is-self pubbliku minn banek pubbliċi tal-iżvilupp u krediti għall-esportazzjoni ggarantiti b'mod uffiċjali jiġu milquta b'mod sproporzjonat. Il-proporzjon ta' ingranaġġ għandu għalhekk jiġi aġġustat għal dawn it-tipi ta' skoperturi.

(11)Il-proporzjon ta' ingranaġġ għandu wkoll ma jimminax il-forniment ta' servizzi ta' kklerjar ċentrali minn istituzzjonijiet lill-klijenti. Għalhekk, il-marġnijiet inizjali fuq tranżazzjonijiet tad-derivattivi kklerjati ċentralment riċevuti minn istituzzjonijiet fi flus mill-klijenti tagħhom u li huma jgħaddu lill-kontropartijiet ċentrali (CCP), għandhom jiġu esklużi mill-kejl tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ.

(12)Il-Kumitat ta' Basel irreveda l-istandard internazzjonali dwar il-proporzjon ta' ingranaġġ sabiex jispeċifika iktar ċerti aspetti tad-disinn ta' dak il-proporzjon. Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu jiġi allinjat mal-istandard rivedut sabiex isaħħaħ il-kundizzjonijiet ekwi internazzjonali għall-istituzzjonijiet tal-UE li joperaw barra mill-Unjoni, u biex jiġi żgurat li l-proporzjon ta' ingranaġġ jibqa' komplement effettiv għar-rekwiżiti ta' fondi proprji bbażati fuq ir-riskju.

(13)Il-Kumitat ta' Basel bħalissa qed iqis l-introduzzjoni ta' żieda fil-proporzjon ta' ingranaġġ għall-banek globalment sistematikament importanti (G-SIBs). Ir-riżultat finali tal-ħidma ta' kalibrazzjoni tal-Kumitat ta' Basel għandu jwassal għal diskussjoni dwar il-kalibrazzjoni xierqa tal-proporzjon ta' ingranaġġ għal istituzzjonijiet tal-UE sistematikament importanti.

(14)Fid-9 ta' Novembru 2015, l-FSB ippubblika d-Dokument dwar il-kundizzjonijiet tal-Kapaċità Totali ta' Assorbiment tat-Telf (TLAC) ("l-istandard TLAC") li ġie approvat mill-G-20 fis-summit ta' Novembru 2015 fit-Turkija. L-istandard TLAC jeħtieġ li banek li huma globalment sistematikament importanti (G-SIBs), iżommu ammont suffiċjenti ta' obbligazzjonijiet li għandhom assorbiment tat-telf għoli (kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna) biex jiżguraw assorbiment tat-telf mingħajr problemi u malajr u rikapitalizzazzjoni fir-riżoluzzjoni. Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-24 ta' Novembru 2015, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tressaq proposta leġiżlattiva sal-aħħar tal-2016 li tippermetti li jiġi implimentat l-istandard TLAC sal-iskadenza miftiehma internazzjonalment tal-2019.

(15)L-implimentazzjoni tal-istandard TLAC fl-Unjoni jeħtieġ li jqis ir-rekwiżit minimu eżistenti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL), stabbilit fid-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20 . Billi t-TLAC u l-MREL isegwu l-istess objettiv li jiżguraw li l-istituzzjonijiet ikollhom biżżejjed kapaċità ta' assorbiment tat-telf, iż-żewġ rekwiżiti huma elementi komplementari ta' qafas komuni. Operazzjonalment, il-livell minimu armonizzat tal-istandard TLAC għandu jiġi introdott fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 permezz ta' rekwiżit ġdid għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, filwaqt li ż-żieda speċifika għad-ditta għal istituzzjonijiet globalment sistematikament importanti (G-SIIs) u r-rekwiżit speċifiku għad-ditta għal dawk li mhumiex G-SIIs għandhom jiġu introdotti permezz ta' emendi mmirati għad-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 21 . Id-dispożizzjonijiet rilevanti li jintroduċu l-istandard TLAC f'dan ir-Regolament (UE) għandhom jinqraw flimkien ma' dawk fil-leġiżlazzjoni msemmija qabel u mad-Direttiva 2013/36/UE.

(16)Skont l-istandard TLAC li jkopri biss G-SIBs, ir-rekwiżit minimu għal ammont suffiċjenti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet li jassorbu ħafna t-telf introdott f'dan ir-Regolament għandu japplika biss fil-każ ta' G-SIIs. Madankollu, ir-regoli li jikkonċernaw l-obbligazzjonijiet eliġibbli introdotti f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-istituzzjonijiet kollha, f'konformità mal-aġġustamenti u r-rekwiżiti komplementari fid-Direttiva 2014/59/UE.

(17)F'konformità mal-istandard TLAC, ir-rekwiżit ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għandu japplika għal entitajiet ta' riżoluzzjoni li jew huma G-SIIs huma stess jew huma parti minn grupp identifikat bħala G-SII. Ir-rekwiżit ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għandu japplika jew fuq bażi individwali jew fuq bażi konsolidata, skont jekk dawn l-entitajiet ta' riżoluzzjoni humiex istituzzjonijiet awtonomi mingħajr sussidjarji, jew impriżi prinċipali.

(18)Id-Direttiva 2014/59/UE tippermetti li l-għodod tar-riżoluzzjoni jintużaw mhux biss għal istituzzjonijiet iżda wkoll għal kumpaniji azzjonarji finanzjarji u kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta. Il-kumpaniji azzjonarji finanzjarji prinċipali u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali għandhom għalhekk ikollhom biżżejjed kapaċità ta' assorbiment tat-telf bl-istess mod bħall-istituzzjonijiet prinċipali.

(19)Biex tiġi żgurata l-effettività tar-rekwiżit ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, huwa essenzjali li l-istrumenti li jinżammu biex jiġi ssodisfat dak ir-rekwiżit ikollhom kapaċità għolja ta' assorbiment tat-telf. L-obbligazzjonijiet li huma esklużi mill-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna msemmija fid-Direttiva 2014/59/UE m'għandhomx dik il-kapaċità, u lanqas għandhom l-obbligazzjonijiet l-oħra li, għalkemm għandhom kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna fil-prinċipju jistgħu jiltaqgħu ma' diffikultajiet biex issir ir-rikapitalizzazzjoni interna fil-prattika. Dawk l-obbligazzjonijiet għandhom għalhekk ma jitqisux eliġibbli għar-rekwiżit ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli. Min-naħa l-oħra, l-istrumenti kapitali, kif ukoll l-obbligazzjonijiet subordinati għandhom kapaċità għolja ta' assorbiment tat-telf. Ukoll, il-potenzjal għall-assorbiment tat-telf ta' obbligazzjonijiet li jikklassifikaw pari passu ma' ċerti obbligazzjonijiet esklużi għandu jiġi rikonoxxut sa ċertu punt, f'konformità mal-istandard TLAC.

(20)Biex jiġi evitat l-għadd doppju ta' obbligazzjonijiet għall-finijiet tar-rekwiżit ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, għandhom jiġu introdotti regoli għat-tnaqqis ta' assi materjali ta' elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li jirriflettu l-approċċ ta' tnaqqis korrispondenti diġà żviluppat fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal strumenti kapitali. Taħt dak l-approċċ, l-assi materjali ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli għandhom l-ewwel jitnaqqsu mill-obbligazzjonijiet eliġibbli u, fil-punt li ma jkunx hemm biżżejjed obbligazzjonijiet, għandhom jitnaqqsu mill-istrumenti kapitali tal-Grad 2.

(21)L-istandard TLAC fih xi kriterji ta' eliġibbiltà għall-obbligazzjonijiet li huma iktar stretti mill-kriterji ta' eliġibbiltà attwali għall-istrumenti kapitali. Biex tiġi żgurata l-konsistenza, il-kriterji ta' eliġibbiltà għall-istrumenti kapitali għandhom ikunu allinjati fir-rigward tan-nuqqas ta' eliġibbiltà ta' strumenti maħruġa permezz ta' entitajiet bi skop speċjali mill-1 ta' Jannar 2022.

(22)Sa mill-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istandard internazzjonali dwar it-trattament prudenzjali tal-iskoperturi tal-istituzzjonijiet għas-CCPs ġie emendat sabiex jittejjeb it-trattament tal-iskoperturi tal-istituzzjonijiet għas-CCPs kwalifikanti (QCCPs). Reviżjonijiet notevoli ta' dak l-istandard kienu jinkludu l-użu ta' metodu uniku għad-determinazzjoni tar-rekwiżit ta' fondi proprji għal skoperturi minħabba l-kontribuzzjonijiet għall-fond ta' inadempjenza, limitu massimu espliċitu fuq ir-rekwiżiti globali ta' fondi proprji applikati għal skoperturi għall-QCCPs, u approċċ iktar sensittiv għar-riskju għall-kopertura tal-valur tad-derivattivi fil-kalkolu tar-riżorsi ipotetiċi ta' QCCP. Fl-istess ħin, it-trattament ta' skoperturi għal CCPs mhux kwalifikanti baqa' ma nbidilx. Billi l-istandards internazzjonali riveduti introduċew trattament li huwa iktar adatt għall-ambjent ta' kklerjar ċentrali, il-liġi tal-Unjoni għandha tiġi emendata biex tinkorpora dawk l-istandards.

(23)Sabiex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet jimmaniġġjaw b'mod adegwat l-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew ishma f'impriżi ta' investiment kollettiv (CIUs), ir-regoli li jiddeskrivu fid-dettall it-trattament ta' dawk l-iskoperturi għandhom ikunu sensittivi għar-riskju u għandhom jippromwovu t-trasparenza fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti tas-CIUs,. Il-Kumitat ta' Basel għalhekk adotta standard rivedut li jistabbilixxi ġerarkija ċara ta' approċċi biex jiġu kkalkulati l-ammonti ta' skoperturi mwieżna għar-riskju għal dawk l-iskoperturi. Dik il-ġerarkija tirrifletti l-grad ta' trasparenza fuq l-iskoperturi sottostanti. Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu jkun allinjat ma' dawk ir-regoli miftiehma internazzjonalment.

(24)Għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura ta' tranżazzjonijiet ta' derivattivi taħt il-qafas tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 attwalment jagħti lill-istituzzjonijiet l-għażla bejn tliet approċċi standardizzati differenti: il-Metodu Standardizzat ('SM'), il-Metodu ta' Valwazzjoni Skont is-Suq ('MtMM') u l-Metodu ta' Skopertura Oriġinali ('OEM').

(25)Dawk l-approċċi standardizzati madankollu ma jirrikonoxxux b'mod xieraq in-natura tat-tnaqqis tar-riskju tal-kollateral fl-iskoperturi. Il-kalibrazzjonijiet tagħhom huma skaduti u ma jirriflettux il-livell għoli ta' volatilità osservat matul il-kriżi finanzjarja. Lanqas ma jirrikonoxxu l-benefiċċji li jinnettjaw b'mod xieraq. Biex jiġu indirizzati dawk in-nuqqasijiet, il-Kumitat ta' Basel iddeċieda li jissostitwixxi l-SM u l-MtMM b'approċċ standardizzat ġdid biex jiġi kkalkulat il-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi għad-derivattivi, dak hekk imsejjaħ l-Approċċ Standardizzat għar-Riskju ta' Kreditu tal-Kontroparti ('SA-CCR'). Billi l-istandards internazzjonali riveduti introduċew approċċ standardizzat ġdid li huwa iktar adatt għall-ambjent ta' kklerjar ċentrali, il-liġi tal-Unjoni għandha tiġi emendata biex tinkorpora dawk l-istandards.

(26)L-SA-CCR huwa iktar sensittiv għar-riskju mill-SM u l-MtM u għalhekk għandu jwassal għal rekwiżiti ta' fondi proprji li jirriflettu aħjar ir-riskji relatati ma' tranżazzjonijiet derivattivi tal-istituzzjonijiet. Fl-istess ħin, l-SA-CCR huwa iktar kumpless biex jimplimentawh l-istituzzjonijiet. Għal xi wħud mill-istituzzjonijiet li bħalissa jużaw il-metodu MtM, l-SA-CCR jista' jkun wisq kumpless u ta' piż biex jimplimentawh. Għal dawk l-istituzzjonijiet, għandha tiġi introdotta verżjoni ssimplifikata tal-SA-CCR. Billi din il-verżjoni ssimplifikata se tkun inqas sensittiva għar-riskju mill-SA-CCR, għandha tkun ikkalibrata kif xieraq sabiex tiżgura li ma tissottovalutax il-valur tal-iskopertura tat-tranżazzjonijiet derivattivi.

(27)Għal istituzzjonijiet li għandhom skoperturi għad-derivattivi limitati ħafna u li bħalissa jużaw l-OEM, kemm l-SA-CCR kif ukoll l-SA-CCR issimplifikat jistgħu jkunu wisq kumplessi biex jiġu implimentati. L-OEM għandu għalhekk jiġi riservat għal dawk l-istituzzjonijiet, iżda għandu jiġi rivedut sabiex jindirizza n-nuqqasijiet ewlenin tiegħu.

(28)Biex l-istituzzjoni tiġi ggwidata fl-għażla tagħha ta' approċċi permessi għandhom jiġu introdotti kriterji ċari. Dawk il-kriterji għandhom ikunu bbażati fuq id-daqs tal-attivitajiet derivattivi ta' istituzzjoni li jindika l-grad ta' sofistikazzjoni li istituzzjoni għandha tkun kapaċi tikkonforma miegħu biex tikkalkula l-valur tal-iskopertura.

(29)Matul il-kriżi finanzjarja, it-telf fil-portafoll tan-negozjar għal xi istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni kien sostanzjali. Għal xi wħud minnhom, il-livell ta' kapital meħtieġ kontra dak it-telf wera li ma kienx biżżejjed, u wassalhom biex ifittxu appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju. Dawk l-osservazzjonijiet wasslu lill-Kumitat ta' Basel biex ineħħi numru ta' dgħufijiet mit-trattament prudenzjali għall-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar li huma r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq.

(30)Fl-2009, l-ewwel sett ta' riformi ġie ffinalizzat fil-livell internazzjonali u ġie traspost fil-liġi tal-Unjoni bid-Direttiva 2010/76/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 .

(31)Madankollu r-riforma tal-2009 ma indirizzatx d-dgħufijiet strutturali tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-istandards tar-riskju tas-suq. In-nuqqas ta' ċarezza dwar il-konfini bejn il-portafoll tan-negozjar u dak bankarju wassal għal opportunitajiet ta' arbitraġġ regolatorju filwaqt li n-nuqqas ta' sensittività għar-riskju tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq ma ppermettiex li tiġi koperta l-firxa sħiħa ta' riskji li għalihom kienu esposti l-istituzzjonijiet.

(32)Il-Kumitat ta' Basel għalhekk beda r-Reviżjoni fundamentali tal-portafoll tan-negozjar (FRTB) biex jindirizza dawk id-dgħufijiet. Din il-ħidma ġiet konkluża f'Jannar 2016. L-istandards tal-FRTB isaħħu s-sensittività għar-riskju tal-qafas tar-riskju tas-suq billi jistabbilixxu ammont ta' rekwiżiti ta' fondi proprji li huwa iktar proporzjonat għar-riskji tal-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar u jiċċaraw id-definizzjoni tal-konfini bejn il-portafoll tan-negozjar u dak bankarju.

(33)L-implimentazzjoni tal-istandards tal-FRTB fl-Unjoni teħtieġ li tippreserva l-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni. L-istudji reċenti dwar l-impatt tal-istandards tal-FRTB juru li l-implimentazzjoni tal-istandards tal-FRTB hija mistennija twassal għal żieda qawwija fir-rekwiżit globali ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq. Biex jiġi evitat tnaqqis f'salt tan-negozji kummerċjali fl-Unjoni, għandu għalhekk jiġi introdott perjodu ta' introduzzjoni gradwali sabiex l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jirrikonoxxu l-livell globali tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq iġġenerat mit-traspożizzjoni tal-istandards tal-FRTB fl-Unjoni. Għandha tingħata attenzjoni partikolari wkoll għall-ispeċifiċitajiet tan-negozjar Ewropew u għal aġġustamenti għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal bonds sovrani u koperti, u titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u standardizzati.

(34)Trattament proporzjonali għar-riskji tas-suq għandu japplika wkoll għal istituzzjonijiet b'attivitajiet limitati fil-portafoll tan-negozjar, biex jippermetti iktar istituzzjonijiet b'attivitajiet tan-negozjar żgħar li japplikaw il-qafas tar-riskju ta' kreditu għall-pożizzjonijiet tal-portafoll bankarju kif stabbilit taħt verżjoni riveduta tad-deroga għal negozju żgħir fil-portafoll tan-negozjar. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet b'portafoll tan-negozjar ta' daqs medju għandhom jitħallew jużaw approċċ standardizzat issimplifikat għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq f'konformità mal-approċċ li qed jintuża bħalissa skont ir-Regolament (UE) 575/2013.

(35)Il-qafas ta' skoperturi kbar għandu jissaħħaħ biex tittejjeb il-kapaċità tal-istituzzjonijiet li jassorbu t-telf u biex ikun hemm konformità aħjar mal-istandards internazzjonali. Għal dak il-għan, kwalità ogħla ta' kapital għandha tintuża bħala l-bażi kapitali għall-kalkolu tal-limitu ta' skoperturi kbar u l-iskoperturi għal derivattivi tal-kreditu għandhom jiġu kkalkulati bl-SA-CCR. Barra minn hekk, il-limitu fuq l-iskoperturi li l-G-SIBs jista' jkollhom għal G-SIBs oħra għandu jitbaxxa biex jonqsu r-riskji sistemiċi relatati ma' interkonnessjonijiet bejn istituzzjonijiet kbar u l-probabbiltà li l-inadempjenza tal-kontroparti tal-G-SIBs jista' jkollha fuq l-istabbiltà finanzjarja.

(36)Filwaqt li l-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità (LCR) jiżgura li l-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment sistemiċi se jkunu kapaċi jifilħu għal stress qawwi fuq żmien qasir, ma jiżgurax li dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti tal-investiment ikollhom struttura ta' finanzjament stabbli fuq perjodu ta' żmien itwal. Għalhekk qed jidher biċ-ċar li għandu jiġi żviluppat rekwiżit iddettaljat vinkolanti ta' finanzjament stabbli fil-livell tal-UE li għandu jiġi ssodisfat il-ħin kollu bil-għan li jiġu evitati diskrepanzi fil-maturità eċċessivi bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet u dipendenza żejda fuq finanzjament tal-operaturi fuq żmien qasir.

(37)B'konsistenza mal-istandards tal-finanzjament stabbli tal-Kumitat ta' Basel, għandhom għalhekk jiġu adottati regoli biex jiddefinixxu r-rekwiżit ta' finanzjament stabbli bħala proporzjon tal-ammont ta' finanzjament stabbli disponibbli tal-istituzzjoni għall-ammont tagħha ta' finanzjament stabbli meħtieġ fuq perjodu ta' sena. Dan huwa l-proporzjon vinkolanti ta' ffinanzjar stabbli nett ('NSFR') L-ammont ta' finanzjament stabbli disponibbli għandu jiġi kkalkulat billi jiġu mmultiplikati l-obbligazzjonijiet u l-kapital regolatorju tal-istituzzjoni b'fatturi xierqa li jirriflettu l-grad ta' affidabbiltà tagħhom fuq il-perjodu ta' sena tal-NSFR. L-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ għandu jiġi kkalkulat billi jiġu mmultiplikati l-assi u l-iskoperturi barra l-karta bilanċjali tal-istituzzjoni b'fatturi xierqa li jirriflettu l-karatteristiċi tal-likwidità tagħhom u l-maturitajiet residwi fuq il-perjodu ta' sena tal-NSFR.

(38)L-NSFR għandu jiġi espress bħala perċentwal u jiġi stabbilit f'livell minimu ta' 100 %, li jindika li istituzzjoni għandha biżżejjed finanzjament stabbli biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta' finanzjament tagħha matul perjodu ta' sena taħt kundizzjonijiet kemm normali kif ukoll ta' stress. Jekk l-NSFR jaqa' taħt il-livell ta' 100 %, l-istituzzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 414 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għar-restawr f'waqtu tal-NSFR tagħha għal-livell minimu. Il-miżuri superviżorji fil-każ ta' nuqqas ta' konformità m'għandhomx ikunu awtomatiċi, iżda l-awtoritajiet kompetenti għandhom minflok jivvalutaw ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżit tal-NSFR qabel jiġu ddefiniti l-miżuri superviżorji potenzjali.

(39)Skont ir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-EBA fir-rapport tagħha tal-15 ta' Diċembru 2015 imħejji skont il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 510 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-regoli għall-kalkolu tal-NSFR għandhom ikunu allinjati mill-qrib mal-istandards tal-Kumitat ta' Basel, inkluż żviluppi f'dawk l-istandards rigward it-trattament ta' tranżazzjonijiet derivattivi. Il-ħtieġa li jitqiesu xi speċifiċitajiet Ewropej biex jiġi żgurat li l-NSFR ma jfixkilx il-finanzjament tal-ekonomija reali Ewropea madankollu jiġġustifika l-adozzjoni ta' xi aġġustamenti għall-NSFR ta' Basel għad-definizzjoni tal-NSFR Ewropew. Dawk l-aġġustamenti minħabba l-kuntest Ewropew huma rakkomandati mir-rapport tal-NSFR imħejji mill-EBA u jirrelataw prinċipalment għal trattamenti speċifiċi għal i) mudelli pass-through b'mod ġenerali u l-ħruġ ta' bonds koperti b'mod partikolari; ii) attivitajiet ta' finanzjament tal-kummerċ; iii) tfaddil regolat ċentralizzat; iv) self garantit residenzjali; u v) unjonijiet tal-kreditu. Dawn it-trattamenti speċifiċi proposti jirriflettu b'mod wiesa' t-trattament preferenzjali mogħti lil dawn l-attivitajiet fl-LCR Ewropew meta mqabbel mal-LCR ta' Basel. Billi l-NSFR jikkomplementa l-LCR, dawk iż-żewġ proporzjonijiet għandhom tabilħaqq ikunu konsistenti fid-definizzjoni u fil-kalibrazzjoni tagħhom. Dan huwa b'mod partikolari l-każ għal fatturi tal-finanzjament stabbli meħtieġ applikati għal assi likwidi ta' kwalità għolja tal-LCR għall-kalkolu tal-NSFR li għandhom jirriflettu d-definizzjonijiet u l-haircuts tal-LCR Ewropew, irrispettivament mill-konformità mar-rekwiżiti ġenerali u operazzjonali stabbiliti għall-kalkolu tal-LCR li mhumiex xierqa fil-qafas ta' sena tal-kalkolu tal-NSFR.

(40)Lil hinn mill-ispeċifiċitajiet Ewropej, it-trattament strett ta' tranżazzjonijiet derivattivi fl-NSFR ta' Basel jista' jkollu impatt importanti fuq l-attivitajiet derivattivi tal-istituzzjonijiet u, konsegwentement, fuq is-swieq finanzjarji Ewropej u fuq l-aċċess għal xi operazzjonijiet għall-utenti finali. It-tranżazzjonijiet derivattivi u xi tranżazzjonijiet interkonnessi, inkluż attivitajiet ta' kklerjar, jistgħu jkunu milquta mingħajr raġuni u b'mod sproporzjonat mill-introduzzjoni tal-NSFR ta' Basel mingħajr ma jkunu ġew suġġetti għal studji tal-impatt kwantitattivi estensivi u konsultazzjoni pubblika. Ir-rekwiżit addizzjonali biex jinżamm 20 % ta' finanzjament stabbli kontra obbligazzjonijiet derivattivi grossi huwa ġeneralment meqjus ħafna bħala miżura mhux preċiża li tevalwa żżejjed ir-riskji ta' finanzjament addizzjonali relatati maż-żieda potenzjali ta' obbligazzjonijiet derivattivi fuq perjodu ta' sena. Għalhekk jidher raġonevoli li tiġi adottata miżura alternattiva iktar sensittiva għar-riskju biex ma tfixkilx il-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji Ewropej u l-forniment ta' għodda għall-iħħeġġjar tar-riskju lil istituzzjonijiet u utenti finali, inkluż kumpaniji, biex jiġi żgurat il-finanzjament tagħhom bħala objettiv tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali.

Fil-każ ta' tranżazzjonijiet derivattivi mhux marġinati, li r-riskji futuri tal-finanzjament tagħhom huma kontinġenti fuq xi avvenimenti mhux prevedibbli, bħal skattaturi tal-klassifikazzjoni li huma meħtieġa jqiegħdu kollateral, u li huma approssimati bl-aħjar mod mill-valur tas-suq tagħhom li jkun l-ammont ta' finanzjament meħtieġ jekk iseħħ tali avveniment, għandu japplika fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ('RSF') ta' 10 % għall-obbligazzjonijiet derivattivi grossi tagħhom. Il-fattur RSF ta' 20 % jidher tabilħaqq li huwa konservattiv ħafna. Fil-każ ta' tranżazzjonijiet derivattivi marġinati, qed tiġi introdotta għażla għall-istituzzjonijiet li jużaw l-SA-CCR biex japplikaw il-fattur tal-RSF ta' 20 % kif indikat fl-istandard ta' Basel jew jużaw l-iskopertura futura potenzjali ('PFE') tagħhom kif ikkalkulata taħt l-SA-CCR. L-istituzzjonijiet li ma jużawx l-SA-CCR għandhom portafolji ta' derivattivi żgħar ħafna u għandhom jiġu eżentati minn dan ir-rekwiżit. Dak l-approċċ huwa iktar sensittiv għar-riskju u, billi huwa maħsub għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti u għall-kalkolu tal-proporzjon ta' ingranaġġ, m'għandux jikkostitwixxi piż addizzjonali għall-istituzzjonijiet biex jaħdmuh.

(41)It-trattament assimetriku ta' Basel bejn il-finanzjament fuq żmien qasir, bħal repos (il-finanzjament stabbli mhux rikonoxxut) u s-self fuq żmien qasir, bħar-retroakkwisti (xi finanzjament stabbli meħtieġ – 10 % jekk kollateralizzat b'assi likwidi ta' kwalità għolja ta' Livell 1 - HQLA - kif iddefiniti f'LCR u 15 % għal tranżazzjonijiet oħra) għal klijenti finanzjarji għandu l-għan li jiskoraġġixxi r-rabtiet estensivi ta' finanzjament fuq żmien qasir bejn klijenti finanzjarji li huma sors ta' interkonnessjoni u jagħmluha iktar diffiċli li istituzzjoni partikolari tiġi riżolta mingħajr kontaġju tar-riskju għall-bqija tas-sistema finanzjarja fil-każ ta' falliment. Madankollu, il-kalibrazzjoni tal-assimetrija hija konservattiva żżejjed u tista' taffettwa l-likwidità tat-titoli normalment użati bħala kollateral fi tranżazzjonijiet fuq medda qasira ta' żmien, b'mod partikolari l-bonds sovrani, għaliex l-istituzzjonijiet probabbilment inaqqsu l-volum tal-operazzjonijiet tagħhom fuq is-swieq ta' riakkwist. Tista' wkoll timmina l-attivitajiet ta' ġenerazzjoni tas-suq, għaliex is-swieq ta' riakkwist jiffaċilitaw il-ġestjoni tal-inventarju meħtieġ, biex b'hekk jikkontradixxu l-objettivi tal-unjoni tas-swieq kapitali. Barra minn hekk, dan jagħmilha iktar diffiċli li dawn it-titoli jiġu ttrasformati fi flus b'mod rapidu bi prezz tajjeb, li jista' jipperikola l-effikaċja tal-LCR li l-loġika tiegħu hija li jkun hemm bafer ta' assi likwidi li faċilment ikunu jistgħu jiġu ttrasformati fi flus fil-każ ta' pressjoni fuq il-likwidità. Eventwalment, il-kalibrazzjoni ta' din l-assimetrija tista' taffettwa l-likwidità tas-swieq ta' finanzjament interbankarju, b'mod partikolari għal finijiet ta' ġestjoni tal-likwidità, għaliex isir iktar għali għall-banek li jsellfu lil xulxin fuq bażi ta' terminu qasir. It-trattament assimetriku għandu jinżamm iżda l-fatturi tal-RSF għandhom jitnaqqsu għal 5 % u 10 % rispettivament (minflok ta' 10 % u 15 %).

(42)Minbarra r-rikalibrar tal-fattur tal-RSF ta' Basel li japplika għal tranżazzjonijiet ta' retroriakkwist fuq perjodu qasir ma' klijenti finanzjarji assigurati b'bonds sovrani (fattur tal-RSF ta' 5 % minflok 10 %), xi aġġustamenti oħra wrew li kienu meħtieġa biex jiżguraw li l-introduzzjoni tal-NSFR ma tfixkilx il-likwidità tas-swieq tal-bonds sovrani. Il-fattur tal-RSF ta' Basel ta' 5 % li japplika għall-HQLA ta' Livell 1, inkluż il-bonds sovrani, jimplika li istituzzjonijiet ikollhom iżommu finanzjament mhux assigurat fit-tul disponibbli faċilment f'tali perċentwal irrispettivament miż-żmien li matulu jistennew li jżommu dawn il-bonds sovrani. Dan jista' potenzjalment jinċentiva iktar lill-istituzzjonijiet jiddepożitaw flus f'banek ċentrali iktar milli jaġixxu ta' negozjanti primarji u jipprovdu likwidità fis-swieq tal-bonds sovrani. Barra minn hekk, mhuwiex konsistenti mal-LCR li jirrikonoxxi l-likwidità sħiħa ta' dawn l-assi anke fi żmien ta' stress qawwi fuq il-likwidità (telf impost ta' 0 %). Il-fattur tal-RSF tal-HQLA ta' Livell 1 kif iddefinit f'LCR tal-UE, li jeskludi bonds koperti ta' kwalità estremament għolja, għandu għalhekk jitnaqqas minn 5 % għal 0 %.

(43)Barra minn hekk, l-HQLA ta' Livell 1 kollha kif iddefiniti f'LCR tal-UE, li jeskludi bonds koperti ta' kwalità estremament għolja, riċevuti bħala marġnijiet ta' varjazzjoni f'kuntratti tad-derivattivi għandhom ipattu l-assi derivattivi filwaqt li l-istandard ta' Basel jaċċetta biss il-flus biex jirrispetta l-kundizzjonijiet tal-qafas ta' ingranaġġ għat-tpaċija ta' assi derivattivi. Dan ir-rikonoxximent usa' ta' assi riċevuti bħala marġnijiet ta' varjazzjoni se jikkontribwixxi għal-likwidità tas-swieq tal-bonds sovrani, biex jiġi evitat li jiġu ppenalizzati l-utenti finali li jżommu ammonti kbar ta' bonds sovrani iżda ftit flus (bħal fondi tal-pensjoni)u biex jiġi evitat li jiżdiedu tensjonijiet addizzjonali fuq id-domanda għall-flus fis-swieq ta' riakkwist.

(44)L-NSFR għandu japplika għal istituzzjonijiet kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi konsolidata, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jirrinunzjawx l-applikazzjoni tal-NSFR fuq bażi individwali. Dan jiddupplika l-kamp ta' applikazzjoni tal-LCR li huwa kkomplementat mill-NSFR. Meta l-applikazzjoni tal-NSFR fil-livell individwali ma tkunx ġiet irrinunzjata, it-tranżazzjonijiet bejn żewġ istituzzjonijiet li jappartjenu għall-istess grupp jew għall-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali għandhom fil-prinċipju jirċievu fatturi tal-finanzjament stabbli disponibbli b'mod simmetriku u meħtieġa biex jevitaw it-telf ta' finanzjament fis-suq intern u li ma jimpedixxux il-ġestjoni tal-likwidità effettiva fi gruppi Ewropej fejn il-likwidità hija ġestita b'mod ċentrali. Dawn it-trattamenti simmetriċi preferenzjali għandhom jingħataw biss lil tranżazzjonijiet intragrupp fejn is-salvagwardji kollha meħtieġa jkunu f'posthom, fuq il-bażi ta' kriterji addizzjonali għal tranżazzjonijiet transkonfinali, u biss bl-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti involuti għaliex m'għandux jiġi preżunt li istituzzjonijiet li qed jesperjenzaw diffikultajiet biex jilħqu l-obbligi tal-ħlas tagħhom se jirċievu dejjem l-appoġġ ta' finanzjament minn impriżi oħra li jappartjenu għall-istess grupp jew għall-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali.

(45)Il-konsolidazzjoni ta' sussidjarji f'pajjiżi terzi għandhom iqisu kif xieraq ir-rekwiżiti tal-finanzjament stabbli applikabbli f'dawk il-pajjiżi. Għaldaqstant, ir-regoli ta' konsolidazzjoni fl-Unjoni ma għandhomx jintroduċu trattament iktar favorevoli għall-finanzjament stabbli disponibbli u meħtieġ f'sussidjarji ta' pajjiżi terzi mit-trattament li huwa disponibbli skont il-liġi nazzjonali ta' dawn il-pajjiżi terzi.

(46)Skont l-Artikolu 508(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar reġim xieraq għas-superviżjoni prudenzjali ta' ditti tal-investiment u tippreżenta, fejn xieraq, proposta leġiżlattiva. Sakemm tibda tapplika dik id-dispożizzjoni, id-ditti tal-investiment għajr id-ditti tal-investiment sistemiċi għandhom jibqgħu suġġetti għal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri dwar ir-rekwiżit tal-finanzjament stabbli nett. Madankollu, id-ditti tal-investiment għajr għad-ditti tal-investiment sistemiċi għandhom ikunu suġġetti għall-NSFR stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata, meta jifformaw parti minn gruppi bankarji, biex jippermettu kalkolu xieraq tal-NSFR fuq livell konsolidat.

(47)L-istituzzjonijiet għandhom ikunu meħtieġa jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fil-munita tar-rappurtar l-NSFR dettaljat vinkolanti għall-elementi kollha u b'mod separat għal elementi ddenominati f'kull munita sinifikanti biex jiġi żgurat monitoraġġ xieraq tal-ispariġġi possibbli fil-muniti. L-NSFR m'għandux jissuġġetta lill-istituzzjonijiet għal kwalunkwe rekwiżiti ta' rappurtar doppji jew għal rekwiżiti ta' rappurtar mhux konformi mar-regoli fis-seħħ u l-istituzzjonijiet għandhom jingħataw biżżejjed żmien biex jitħejjew għad-dħul fis-seħħ ta' rekwiżiti ġodda ta' rappurtar.

(48)Peress li l-għoti ta' informazzjoni sinifikanti u komparabbli għas-suq fuq metriċi ta' riskju ewlenin komuni tal-istituzzjonijiet huwa prinċipju fundamentali ta' sistema bankarja soda, huwa essenzjali li titnaqqas l-informazzjoni asimmetrika kemm jista' jkun u tiġi ffaċilitata l-komparabbiltà tal-profili tar-riskju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu fi ħdan u madwar ġurisdizzjonijiet, il-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS) ippubblika l-istandards dwar id-divulgazzjonijiet riveduti tal-Pilastru 3 f'Jannar 2015 sabiex tittejjeb il-komparabbiltà, il-kwalità u l-konsistenza tad-divulgazzjonijiet regolatorji tal-istituzzjonijiet għas-suq. Huwa xieraq, għalhekk, li jiġu emendati r-rekwiżiti tad-divulgazzjoni eżistenti biex jiġu implimentati dawk l-istandards internazzjonali l-ġodda.

(49)Dawk li wieġbu għas-Sejħa tal-Kummissjoni għal Evidenza dwar il-qafas regolatorju tal-UE għas-servizzi finanzjarji kkunsidraw ir-rekwiżiti tad-divulgazzjoni attwali bħala sproporzjonati u ta' piż għal istituzzjonijiet iżgħar. Mingħajr preġudizzju għal allinjament tal-iskoperturi iktar mill-qrib ma' standards internazzjonali, istituzzjonijiet iżgħar u inqas kumplessi għandhom ikunu meħtieġa li jipproduċu divulgazzjonijiet inqas frekwenti u dettaljati minn sħabhom ikbar minnhom, u b'hekk jitnaqqas il-piż amministrattiv li huma suġġetti għalih.

(50)Għandhom isiru xi kjarifiki dwar id-divulgazzjonijiet tar-remunerazzjoni. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet li jibbenefikaw minn deroga minn ċerti regoli dwar ir-remunerazzjoni għandhom ikunu meħtieġa jiddivulgaw informazzjoni li tikkonċerna din id-deroga.

(51)L-applikazzjoni tal-provvediment għat-telf ta' kreditu mistenni introdott mill-istandard internazzjonali tal-kontabbiltà rivedut dwar strumenti finanzjarji, l-"IFRS9", tista' twassal għal żieda sinifikanti f'daqqa fil-proporzjonijiet kapitali tal-istituzzjonijiet. Filwaqt li għaddejjin diskussjonijiet dwar it-trattament prudenzjali xieraq tal-impatt ta' żieda fit-telf ta' kreditu mistenni u biex jiġi evitat effett detrimentali mhux iġġustifikat fuq is-self minn istituzzjonijiet ta' kreditu, il-provvediment inkrimentali għar-riskju ta' kreditu tal-IFRS9 għandu jiġi introdott b'mod gradwali.

(52)L-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) huma wieħed mill-pilastri tal-ekonomija tal-Unjoni hekk kif għandhom rwol fundamentali fil-ħolqien tat-tkabbir ekonomiku u tal-impjiegi. Minħabba l-fatt li l-SMEs għandhom riskju sistematiku iktar baxx minn kumpaniji ikbar, ir-rekwiżiti kapitali għall-iskoperturi tal-SMEs għandhom ikunu iktar baxxi minn dawk għal kumpaniji kbar biex jiġi żgurat il-finanzjament bankarju ottimali tal-SMEs. Attwalment, skoperturi tal-SMEs sa EUR 1,5 miljun huma suġġetti għal tnaqqis ta' 23,81 % fl-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju. Billi l-livell limitu ta' EUR 1,5 miljun għal skopertura tal-SMEs mhuwiex indikattiv ta' tibdil fir-riskju ta' SME, it-tnaqqis fir-rekwiżiti kapitali għandu jiġi estiż għal skoperturi tal-SMEs lil hinn mil-livell limitu ta' EUR 1,5 miljun u għal parti li taqbeż għandu jammonta għal 15 % tnaqqis fl-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju.

(53)L-investimenti fl-infrastruttura huma essenzjali biex isaħħu l-kompetittività tal-Ewropa u biex jistimulaw il-ħolqien tal-impjiegi. L-irkupru u t-tkabbir futur tal-ekonomija tal-Unjoni jiddependu ħafna mid-disponibbiltà ta' kapital għal investimenti strateġiċi ta' sinifikat Ewropew fl-infrastruttura, notevolment fin-netwerks tal-broadband u tal-enerġija, kif ukoll fl-infrastruttura tat-trasport, b'mod partikolari f'ċentri industrijali; l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni; u l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika. Il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa għandu l-għan li jippromwovi finanzjament addizzjonali għal proġetti ta' infrastruttura vijabbli permezz, inter alia, tal-mobilizzazzjoni ta' sorsi ta' finanzjament privati addizzjonali. Għal numru ta' investituri potenzjali, it-tħassib prinċipali huwa l-perċezzjoni ta' nuqqas ta' proġetti vijabbli u l-kapaċità limitata li jiġi evalwat kif xieraq ir-riskju minħabba n-natura kumplessa intrinsika tagħhom.

(54)Sabiex jiġu inkuraġġiti l-investimenti privati fi proġetti tal-infrastruttura huwa għalhekk essenzjali li jiġi stabbilit ambjent regolatorju li jkun kapaċi jippromwovi proġetti ta' infrastruttura ta' kwalità għolja u jnaqqas ir-riskji għall-investituri. B'mod partikolari l-allokazzjonijiet ta' kapital għal skoperturi għal proġetti tal-infrastruttura għandhom jitnaqqsu sakemm ikunu jikkonformaw ma' sett ta' kriterji li kapaċi jnaqqsu l-profil tar-riskju tagħhom u jsaħħu l-prevedibbiltà tal-flussi tal-flus. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-dispożizzjoni sa [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ] sabiex tivvaluta a) l-impatt tagħha fuq il-volum ta' investimenti fl-infrastruttura mill-istituzzjonijiet u l-kwalità ta' investimenti billi jitqiesu l-objettivi tal-UE li nimxu lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, reżiljenti għat-tibdil fil-klima u ċirkolari; u b) l-adegwatezza tagħha mil-lat prudenzjali. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll jekk il-kamp ta' applikazzjoni għandux jiġi estiż għal investimenti fl-infrastruttura minn kumpaniji.

(55)L-Artikolu 508(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill2 jeħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar reġim xieraq għas-superviżjoni prudenzjali ta' ditti tal-investiment u ta' ditti msemmija fil-punti (2)(b) u (c) tal-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament, u jiġi segwit, fejn xieraq, bi proposta leġiżlattiva. Dik il-proposta leġiżlattiva tista' tintroduċi rekwiżiti ġodda għal dawk id-ditti. Fl-interess li tiġi żgurata l-proporzjonalità u jiġi evitat tibdil regolatorju mhux meħtieġ u ripetittiv, id-ditti tal-investiment li mhumiex sistemiċi għandhom għalhekk jiġu preklużi mill-konformità mad-dispożizzjonijiet il-ġodda li jemendaw ir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Id-ditti tal-investiment li jippreżentaw l-istess riskju sistemiku bħal istituzzjonijiet tal-kreditu għandhom madankollu jkunu suġġetti għall-istess rekwiżiti bħal dawk li japplikaw għall-istituzzjonijiet tal-kreditu.

(56)Fid-dawl tas-superviżjoni msaħħa tal-grupp li tirriżulta mir-rinfurzar tal-qafas regolatorju prudenzjali u l-istabbiliment tal-Unjoni Bankarja, huwa mixtieq li l-istituzzjonijiet jieħdu dejjem iżjed vantaġġ mill-benefiċċji tas-suq uniku, inkluż biex jiżguraw il-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi kapitali u tal-likwidità fil-grupp kollu. Għalhekk il-possibbiltà li tiġi rrinunzjata l-applikazzjoni tar-rekwiżiti fuq livell individwali għal sussidjarji jew kumpaniji prinċipali għandha tkun disponibbli għal gruppi transkonfinali, sakemm ikun hemm salvagwardji adegwati biex jiżguraw li jkun hemm biżżejjed kapital u likwidità għad-dispożizzjoni ta' entitajiet suġġetti għar-rinunzja. Meta jiġu ssodisfati s-salvagwardji kollha, hija l-awtorità kompetenti li tiddeċiedi jekk tagħtix dawn ir-rinunzji. Id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu debitament iġġustifikati.

(57)Sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità tal-istituzzjonijiet mar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 36/2013/UE, kif ukoll mal-istandards tekniċi regolatorji, li jimplimentaw l-istandards tekniċi, il-linji gwida u l-mudelli adottati biex jiġu implimentati dawk ir-regoli, l-EBA għandha tiżviluppa għodda tal-IT immirata biex tiggwida lill-istituzzjonijiet fir-rigward tad-dispożizzjonijiet, l-istandards u l-mudelli rilevanti fir-rigward tad-daqs tagħhom u tal-mudell kummerċjali.

(58)Biex tiġi ffaċilitata l-komparabbiltà ta' divulgazzjonijiet, l-EBA għandha tingħata l-mandat biex tiżviluppa mudelli ta' divulgazzjoni standardizzati li jkopru r-rekwiżiti ta' divulgazzjoni sostanzjali kollha stabbiliti fir-Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Meta jiġu żviluppati dawn l-istandards, l-EBA għandha tqis id-daqs u l-kumplessità tal-istituzzjonijiet, kif ukoll in-natura u l-livell ta' riskju tal-attivitajiet tagħhom.

(59)Sabiex tiġi żgurata definizzjoni xierqa ta' xi dispożizzjonijiet tekniċi speċifiċi tar-Regolament (UE) Nru 573/2013 u biex jitqiesu l-iżviluppi possibbli fil-livell internazzjonali, is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-lista ta' prodotti jew servizzi li l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħhom jistgħu jitqiesu bħala interdipendenti u fir-rigward tad-definizzjoni tat-trattament ta' derivattivi, self garantit u tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali u ta' tranżazzjonijiet mhux assigurati ta' inqas minn sitt xhur ma' klijenti finanzjarji għall-kalkolu tal-NSFR.

(60)Il-Kummissjoni għandha tadotta abbozz ta' standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-EBA fl-oqsma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għal pożizzjonijiet mhux tal-portafoll tan-negozjar, strumenti esposti għal riskji residwi, kalkoli jump-to-default, il-permess għall-użu ta' mudelli interni għar-riskju tas-suq, ittestjar retrospettiv b'mudell intern, attribuzzjoni P&L, fatturi tar-riskju mhux fuq mudell u r-riskju ta' inadempjenza fl-approċċ tal-mudell intern għar-riskju tas-suq permezz ta' atti ta' delega skont l-Artikolu 290 TFUE u skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni u l-EBA għandhom jiżguraw li dawk l-istandards u r-rekwiżiti jkunu jistgħu jiġu applikati mill-istituzzjonijiet kollha kkonċernati b'mod li jkun proporzjonali man-natura, l-iskala u l-kumplessità ta' dawn l-istituzzjonijiet u l-attivitajiet tagħhom.

(61)Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' regoli dwar skoperturi kbar, il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f'liema ċirkostanzi jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-eżistenza ta' grupp ta' klijenti relatati u kif għandu jiġi kkalkulat il-valur tal-iskoperturi li jirriżultaw minn kuntratti msemmija fl-Anness II u ta' derivattivi tal-kreditu li ma jsirux direttament ma' klijent iżda jkunu sottostanti strument ta' dejn jew ekwità maħruġ minn dak il-klijent u l-każijiet u l-limitu ta' żmien li fih l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li jinqabeż il-limitu ta' skopertura. Il-Kummissjoni għandha toħroġ ukoll standard tekniku regolatorju biex tispeċifika l-format u l-frekwenza tar-rappurtar relatat ma' skoperturi kbar, kif ukoll il-kriterji għall-identifikazzjoni ta' entitajiet mhux bankarji li għalihom jirreferu l-obbligi ta' rappurtar dwar skoperturi kbar.

(62)Fir-rigward tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tad-definizzjoni ta' aspetti relatati mal-motivatur tar-riskju materjali tat-tranżazzjonijiet, id-delta superviżorja u ż-żieda tal-kategorija tar-riskju ta' komoditajiet.

(63)Qabel l-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti ta' delega, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċievuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għall-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti ta' delega.

(64)Biex twieġeb b'mod iktar effiċjenti għal żviluppi matul iż-żmien fl-istandards tad-divulgazzjoni f'livelli internazzjonali u tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha mandat biex temenda r-rekwiżiti ta' divulgazzjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 575/2013 permezz ta' att ta' delega.

(65)L-EBA għandha tirrapporta dwar fejn tista' tittejjeb il-proporzjonalità tal-pakkett ta' rappurtar superviżorju tal-Unjoni f'termini ta' ambitu, granularità jew frekwenza.

(66)Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi fil-forma ta' unitajiet jew ishma f'CIUs, il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz tal-adozzjoni ta' standard tekniku regolatorju, kif l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju taħt l-approċċ ibbażat fuq mandat fejn kwalunkwe input meħtieġ għal dak il-kalkolu ma jkunx disponibbli.

(67)Billi l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tiġi rinfurzata u rfinuta leġiżlazzjoni tal-Unjoni diġà eżistenti biex tiżgura rekwiżiti prudenzjali uniformi li japplikaw għal istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment madwar l-Unjoni, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu iktar, minħabba l-iskala jew l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f' dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(68)Fid-dawl tal-emendi għat-trattament tal-iskoperturi għal QCCPs, b'mod speċifiku għat-trattament tal-kontribuzzjonijiet tal-istituzzjonijiet għall-fondi ta' inadempjenza tal-QCCPs, id-dispożizzjonijiet rilevanti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 li ġew introdotti f'dak ir-Regolament mir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li jiddefinixxu b'mod ċar il-kalkolu tal-kapital ipotetiku tas-CCPs li mbagħad jintuża mill-istituzzjonijiet biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għandhom jiġu emendati wkoll.

(69)L-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet dwar rekwiżiti ġodda għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li jimplimentaw l-istandard TLAC għandha tkun l-1 ta' Jannar 2019 kif miftiehem fuq livell internazzjonali.

(70)Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi li jikkonċernaw rekwiżiti prudenzjali ġenerali li l-istituzzjonijiet, il-kumpaniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta sorveljati skont id-Direttiva 2013/36/UE għandhom jikkonformaw magħhom fir-rigward tal-elementi li ġejjin:

(a)rekwiżiti ta' fondi proprji li jirrelataw ma' elementi intierament kwantifikabbli, uniformi u standardizzati ta' riskju tal-kreditu, riskju tas-suq, riskju operattiv u riskju tas-saldu;

(b)rekwiżiti li jillimitaw skoperturi kbar;

(c)rekwiżiti tal-likwidità li jirrelataw ma' elementi intierament kwantifikabbli, uniformi u standardizzati ta' riskju tal-likwidità;

(d)rekwiżiti ta' rappurtar li jirrelataw mal-punti (a), (b) u (c) u mal-ingranaġġ;

(e)rekwiżiti ta' divulgazzjoni pubblika.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi li jikkonċernaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma istituzzjonijiet globalment sistematikament importanti (G-SIIs) jew parti minn G-SIIs u sussidjarji materjali ta' G-SIIs mhux tal-UE għandhom jikkonformaw magħhom.

Dan ir-Regolament ma jirregolax ir-rekwiżiti tal-pubblikazzjoni għal awtoritajiet kompetenti fil-qasam tar-regolazzjoni prudenzjali u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet kif stipulat fid-Direttiva 2013/36/UE.".

(2)L-Artikolu 2 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 2
Setgħat superviżorji

1.Għall-finijiet tal-iżgurar tal-konformità ma' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom is-setgħat u għandhom isegwu l-proċeduri stipulati fid-Direttiva 2013/36/UE u f'dan ir-Regolament.

2.Għall-finijiet tal-iżgurar tal-konformità ma' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom ikollhom is-setgħat u għandhom isegwu l-proċeduri stipulati fid-Direttiva 2014/59/UE u f'dan ir-Regolament.

3.Għall-finijiet li tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jikkooperaw.".

(3)L-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 1, il-punt (7) jinbidel b'dan li ġej:

"(7)    'impriża ta' investiment kollettiv' jew 'CIU' tfisser UCITS kif definita fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 jew AIF kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 ;”;

(b)fil-paragrafu 1, il-punt (20) jinbidel b'dan li ġej:

"(20) 'kumpanija azzjonarja finanzjarja' tfisser istituzzjoni finanzjarja, li s-sussidjarji tagħha jkunu esklużivament jew prinċipalment istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji, u li ma tkunx kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta.

Is-sussidjarji ta' istituzzjoni finanzjarja huma prinċipalment istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji fejn tal-inqas waħda minnhom tkun istituzzjoni u fejn iktar minn 50 % tal-ekwità, assi konsolidati, dħul, persunal jew indikatur ieħor ikkunsidrat rilevanti mill-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni finanzjarja huma assoċjati ma' sussidjarji li huma istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji.";

(c)fil-paragrafu 1, il-punt (26) jinbidel b'dan li ġej:

"(26) 'istituzzjoni finanzjarja' tfisser impriża għajr istituzzjoni u għajr kumpanija azzjonarja industrijali pura, li l-attività prinċipali tagħha tkun l-akkwiżizzjoni ta' assi materjali jew li ssegwi attività waħda jew iktar minn dawk elenkati fil-punti (2) sa (12) u l-punt (15) tal-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE, inkluża kumpannija azzjonarja finanzjarja, kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, istituzzjoni ta' pagament fis-sens tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 25 , u kumpannija ta' ġestjoni tal-assi, iżda esklużi kumpanniji azzjonarji tal-assigurazzjoni u kumpanniji azzjonarji tal-assigurazzjoni b'attività mħallta kif definit, rispettivament, fil-punti (f) u (g) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/KE;";

(d)fil-punt (39) tal-paragrafu 1, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

"Żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew iktar li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) jew (b) minħabba l-iskopertura diretta tagħhom għall-istess CCP għall-finijiet tal-attivitajiet ta' kklerjar mhumiex meqjusa li jikkostitwixxu grupp ta' klijenti relatati.";

(e)fil-punt (71) tal-paragrafu 1, is-sentenza introduttorja fil-punt (b) tinbidel b'dan li ġej:

"(b) għall-finijiet tal-Artikolu 97 tfisser is-somma ta' dawn li ġejjin:";

(f)fil-punt (72) tal-paragrafu 1, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a) huwa suq regolat jew suq ta' pajjiż terz li huwa meqjus ekwivalenti għal suq regolat skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25(4)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE;";

(g)fil-paragrafu 1, il-punt (86) jinbidel b'dan li ġej:

"(86) 'portafoll tan-negozjar' tfisser il-pożizzjonijiet kollha fl-istrumenti finanzjarji u fil-komoditajiet miżmuma minn istituzzjoni kemm bil-ħsieb ta' negozju, biex tiħħeġġja l-pożizzjonijiet miżmuma bil-ħsieb ta' negozju jew pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 104(2), bl-esklużjoni ta' pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 104(3);".

(h)fil-paragrafu 1, il-punt (91) jinbidel b'dan li ġej:

"(91) 'skopertura ta' negozju' tfisser skopertura attwali, inkluża marġini ta' varjazzjoni dovuta lill-membru tal-ikklerjar iżda li għadha ma ġietx riċevuta, u kwalunkwe skopertura potenzjali futura ta' membru tal-ikklerjar jew klijent, lil CCP b'riżultat ta' kuntratti u tranżazzjonijiet elenkati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 301(1), kif ukoll marġni inizjali;".

(i)fil-paragrafu 1, il-punt (96) jinbidel b'dan li ġej:

"(96) 'ħeġġ intern' tfisser pożizzjoni li materjalment tikkumpensa l-elementi tar-riskju tal-komponent bejn pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar u pożizzjoni waħda jew iktar tal-portafoll mhux tan-negozjar jew bejn żewġ postijiet tan-negozjar;".

(j)fil-paragrafu 1, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

(129) 'awtorità ta' riżoluzzjoni' tfisser awtorità ta' riżoluzzjoni kif definita fil-punt (18) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(130) 'entità ta' riżoluzzjoni' tfisser entità ta' riżoluzzjoni kif definita fil-punt (83a) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(131) 'grupp ta' riżoluzzjoni' tfisser grupp ta' riżoluzzjoni kif definit fil-punt (83b) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(132) 'istituzzjoni globali sistematikament importanti' (G-SII) tfisser G-SII li tkun ġiet identifikata skont l-Artikolu 131(1) u (2) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(133) 'istituzzjoni globali sistematikament importanti mhux tal-UE' (G-SII mhux tal-UE) tfisser gruppi bankarji jew banek globali sistematikament importanti (G-SIBs) li mhumiex G-SIIs u li huma inklużi fil-lista ta' G-SIBs ippubblikata mill-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, kif aġġornata b'mod regolari;

(134) 'sussidjarja materjali' tfisser sussidjarja li fuq bażi individwali jew konsolidata tissodisfa kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)is-sussidjarja għandha iktar minn 5 % tal-assi konsolidati mwieżna għar-riskju tal-impriża prinċipali oriġinali tagħha;

(b)is-sussidjarja tiġġenera iktar minn 5 % tal-introjtu operatorju totali tal-impriża prinċipali oriġinali tagħha;

(c)il-kejl tal-iskopertura ta' ingranaġġ totali tas-sussidjarja huwa iktar minn 5 % tal-kejl tal-iskopertura ta' ingranaġġ konsolidata tal-impriża prinċipali oriġinali tagħha;

(135) 'entità G-SII' tfisser entità b'personalità ġuridika li hija G-SII jew hija parti minn G-SII jew minn G-SII mhux tal-UE;

(136) 'għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna' tfisser l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna kif definita fil-punt (57) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(137) 'grupp' tfisser grupp ta' impriżi li minnhom tal-inqas waħda hija istituzzjoni u li jikkonsisti minn impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha, jew minn impriżi marbuta flimkien permezz ta' relazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 ;

(138) 'tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli' jew 'SFT' tfisser tranżazzjoni ta' riakkwist, tranżazzjoni ta' għoti jew teħid b'self ta' titoli jew ta' komoditajiet, jew tranżazzjoni ta' self b'marġni;

(139) 'ditta tal-investiment sistemika' tfisser ditta tal-investiment li tkun ġiet identifikata bħala G-SII jew O-SII skont l-Artikolu 131(1), (2) jew (3) tad-Direttiva 2013/36/UE";

(140) 'marġni inizjali' jew 'IM' tfisser kwalunkwe kollateral, għajr il-marġni varjabbli, miġbur minn jew mogħti lil entità biex tkopri l-iskopertura attwali u futura potenzjali ta' tranżazzjoni jew ta' portafoll ta' tranżazzjonijiet fil-perjodu ta' żmien meħtieġ biex jiġu llikwidati dawk it-tranżazzjonijiet, jew biex jiġu ħħeġġjati mill-ġdid ir-riskji tas-suq tagħhom, wara l-inadempjenza tal-kontroparti għat-tranżazzjoni jew portafoll ta' tranżazzjonijiet;

(141) 'riskju tas-suq' tfisser ir-riskju ta' telf li jirriżulta minn movimenti fil-prezzijiet tas-suq;

(142) 'riskju tal-kambju' tfisser ir-riskju ta' telf li jirriżulta minn movimenti fir-rati tal-kambju;

(143) 'riskju ta' komoditajiet' tfisser ir-riskju ta' telf li jirriżulta minn movimenti fil-prezzijiet tal-komoditajiet;

(144) 'post tan-negozjar' tfisser grupp identifikat tajjeb ta' kummerċjanti stabbiliti mill-istituzzjoni biex jimmaniġġjaw b'mod konġunt portafoll ta' pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar skont strateġija kummerċjali ddefinita tajjeb u konsistenti u li jaħdem taħt l-istess struttura ta' ġestjoni tar-riskju.".

(k)jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

"4. L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw f'liema ċirkostanzi jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu tal-punt (39).

L-EBA għandha tissottometti dan l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [sena wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.".

(4)L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)Il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"L-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Partijiet Tnejn sa Ħamsa, Sebgħa u Tmienja fuq bażi individwali.";

(b)Jiżdied il-paragrafu 1a li ġej:

"1a.    B'deroga mill-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet biss identifikati bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni, li huma wkoll G-SII jew huma parti minn G-SII u li m'għandhomx sussidjarji għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92a fuq bażi individwali.

Sussidjarji materjali biss ta' G-SII mhux tal-UE li mhumiex sussidjarji ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE, li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni u li m'għandhomx sussidjarji għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 92b fuq bażi individwali.".

(5)Fl-Artikolu 7, il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b'dawn li ġejjin:

"1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw għall-applikazzjoni tal-Artikolu 6(1) lil kwalunkwe sussidjarja, meta kemm is-sussidjarja kif ukoll l-impriża prinċipali jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fl-istess Stat Membru u s-sussidjarja tkun inkluża fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata tal-impriża prinċipali, li hija istituzzjoni, impriża azzjonarja finanzjarja jew impriża azzjonarja finanzjarja mħallta, u l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati, sabiex ikun żgurat li l-fondi proprji jkunu distribwiti b'mod adegwat bejn l-impriża prinċipali u s-sussidjarja:

(a)ma jkunx hemm impediment materjali, prattiku jew legali attwali jew mistenni għat-trasferiment immedjat ta' fondi proprji jew għar-rimborż ta' obbligazzjonijiet mill-impriża prinċipali lis-sussidjarja;

(b)l-impriża prinċipali tissodisfa lill-awtorità kompetenti rigward l-immaniġġjar prudenti tas-sussidjarja u tkun iddikjarat, bil-permess tal-awtorità kompetenti, li tiggarantixxi l-impenji li daħlet għalihom is-sussidjarja, jew ir-riskji fis-sussidjarja jkunu ta' interess negliġibbli;

(c)il-proċeduri tal-evalwazzjoni, il-kalkolu u l-kontroll tar-riskju tal-impriża prinċipali jkunu jkopru s-sussidjarja;

(d)l-impriża prinċipali jkollha iktar minn 50 % tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma fil-kapital tas-sussidjarja jew ikollha d-dritt li taħtar jew tneħħi il-maġġoranza tal-membri tal-korp maniġerjali tas-sussidjarja.

2. Wara li tkun ikkonsultat lis-superviżur tal-konsolidazzjoni, l-awtorità kompetenti tista' tirrinunzja l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(1) lil sussidjarja li jkollha l-uffiċċju prinċipali li jinsab fi Stat Membru differenti mill-uffiċċju prinċipali tal-impriża prinċipali tagħha u inkluż fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata ta' dik l-impriża prinċipali, li hija istituzzjoni, impriża azzjonarja finanzjarja jew impriża azzjonarja finanzjarja mħallta, sakemm il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a)il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1;

(b)l-istituzzjoni tagħti garanzija lis-sussidjarja tagħha, li dejjem tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(I)il-garanzija tingħata għal tal-inqas ammont ekwivalenti għall-ammont tar-rekwiżit ta' fondi proprji tas-sussidjarja li ġie rrinunzjat;

(II)il-garanzija tiskatta meta s-sussidjarja ma tkunx tista' tħallas id-dejn jew obbligazzjonijiet oħra tagħha meta jsiru dovuti jew meta tkun saret determinazzjoni skont l-Artikolu 59(3) tad-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tas-sussidjarja, skont liema tkun l-ewwel;

(III)il-garanzija hija kompletament ikkollateralizzata għal tal-inqas 50 % tal-ammont tagħha permezz ta' arranġament finanzjarju kollaterali kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 27 ;

(IV)il-garanzija u l-arranġament finanzjarju kollaterali huma rregolati mil-liġijiet tal-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju prinċipali tas-sussidjarja, sakemm mhux speċifikat mod ieħor mill-awtorità kompetenti tas-sussidjarja;

(V)il-kollateral li jsostni l-garanzija huwa kollateral eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 197, li, wara haircuts konservattivi xierqa, ikun biżżejjed biex ikopri bis-sħiħ l-ammont imsemmi fil-punt (iii);

(VI)il-kollateral li jsostni l-garanzija ma jkunx gravat u ma jintużax bħala kollateral biex isostni kwalunkwe garanzija oħra;

(VII)m'hemmx ostakli legali, regolatorji jew operazzjonali għat-trasferiment tal-kollateral mill-impriża prinċipali għas-sussidjarja rilevanti.".

(6)L-Artikolu 8 hu ssostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 8
Rinunzja mill-applikazzjoni ta' rekwiżiti tal-likwidità fuq bażi individwali

1.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw totalment jew parzjalment l-applikazzjoni tal-Parti Sitta lil istituzzjoni u lis-sussidjarji tagħha kollha jew uħud minnhom li jkollhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom jinsabu fl-istess Stat Membru bħall-uffiċċju prinċipali tal-istituzzjoni u jissorveljawhom bħala sottogrupp tal-likwidità waħdieni, fejn jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)l-istituzzjoni prinċipali fuq bażi konsolidata jew sussidjarja fuq bażi subkonsolidata tikkonforma mal-Parti Sitta;

(b)l-istituzzjoni prinċipali fuq bażi konsolidata jew l-istituzzjoni sussidjarja fuq bażi subkonsolidata timmonitorja l-ħin kollu l-pożizzjonijiet ta' likwidità tal-istituzzjonijiet kollha fi ħdan is-sottogrupp ta' likwidità li jkunu suġġetti għar-rinunzja skont dan il-paragrafu u tiżgura livell suffiċjenti ta' likwidità għal dawk l-istituzzjonijiet kollha;

(c)l-istituzzjonijiet fis-sottogrupp ta' likwidità jkunu daħlu f'kuntratti li, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, jipprovdu għall-moviment liberu tal-fondi bejniethom sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom individwali u konġunti meta jsiru dovuti;

(d)ma jkunx hemm impediment attwali jew mistenni materjali prattiku jew legali għall-eżekuzzjoni tal-kuntratti msemmija fil-punt (c).

2.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw totalment jew parzjalment l-applikazzjoni tal-Parti Sitta lil istituzzjoni u lis-sussidjarji tagħha kollha jew uħud minnhom li jkollhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom jinsabu fi Stati Membri differenti mill-uffiċċju prinċipali tal-istituzzjoni u jissorveljawhom bħala sottogrupp ta' likwidità waħdieni, biss wara li jsegwu l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21 u biss lill-istituzzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu ftehmu dwar dawn l-elementi li ġejjin:

(a)il-valutazzjoni tagħhom tal-konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1;

(b)il-valutazzjoni tagħhom tal-konformità tal-organizzazzjoni u tat-trattament tar-riskju tal-likwidità mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 86 tad-Direttiva 2013/36/UE fis-sottogrupp ta' likwidità waħdieni;

(c)id-distribuzzjoni tal-ammonti, il-post u s-sjieda tal-assi likwidi meħtieġa li jridu jinżammu fi ħdan is-sottogrupp ta' likwidità waħdieni;

(d)id-determinazzjoni tal-ammonti minimi ta' assi likwidi li jridu jinżammu mill-istituzzjonijiet li għalihom ser tiġi rrinunzjata l-applikazzjoni tal-Parti Sitta;

(e)il-ħtieġa għal parametri iktar stretti minn dawk stabbiliti fil-Parti Sitta;

(f)kondiviżjoni bla restrizzjoni tal-informazzjoni kollha bejn awtoritajiet kompetenti;

(g)fehim sħiħ tal-implikazzjonijiet ta' tali rinunzja.

3.Awtorità li hija kompetenti biex tissorvelja fuq bażi individwali istituzzjoni u s-sussidjarji tagħha kollha jew uħud minnhom li jkollhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom jinsabu fi Stati Membri differenti mill-uffiċċju prinċipali tal-istituzzjoni tista' tirrinunzja kompletament jew parzjalment l-applikazzjoni tal-Parti Sitta lil dik l-istituzzjoni u lis-sussidjarji tagħha kollha jew uħud minnhom u tissorveljahom bħala sottogrupp ta' likwidità waħdieni, sakemm jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u fil-punt (b) tal-paragrafu 2;

(b)l-istituzzjoni prinċipali fuq bażi konsolidata jew istituzzjoni sussidjarja fuq bażi subkonsolidata tagħti lill-istituzzjoni jew grupp ta' istituzzjonijiet li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom jinsab fi Stat Membru ieħor garanzija li tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(I)il-garanzija hija pprovduta għal ammont tal-inqas ekwivalenti għall-ammont ta' flussi netti ta' ħruġ tal-likwidità li tissostitwixxi l-garanzija u li jiġi kkalkulat skont ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/61 28 fuq bażi individwali għall-istituzzjoni jew fuq bażi subkonsolidata għall-grupp ta' istituzzjonijiet suġġetti għar-rinunzja u li jibbenefikaw mill-garanzija, mingħajr ma jitqies kwalunkwe trattament preferenzjali;

(II)il-garanzija tiskatta meta l-istituzzjoni jew il-grupp ta' istituzzjonijiet suġġetti għar-rinunzja u li jibbenefikaw mill-garanzija ma jkunux jistgħu jħallsu d-dejn jew obbligazzjonijiet oħra tagħhom meta jsiru dovuti jew meta tkun saret determinazzjoni skont l-Artikolu 59(3) tad-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-istituzzjoni jew grupp ta' istituzzjonijiet suġġetti għar-rinunzja, skont liema tkun l-ewwel;

(III)il-garanzija hija kompletament ikkollateralizzata permezz ta' arranġament finanzjarju kollaterali kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2002/47/KE;

(IV)il-garanzija u l-arranġament finanzjarju kollaterali huma rregolati mil-liġijiet tal-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju prinċipali tal-istituzzjoni jew tal-grupp ta' istituzzjonijiet suġġetti għar-rinunzja u li jibbenefikaw mill-garanzija, sakemm mhux speċifikat mod ieħor mill-awtorità kompetenti ta' dawk l-istituzzjonijiet;

(V)il-kollateral li jsostni l-garanzija huwa eliġibbli bħala assi likwidu ta' kwalità għolja kif definit fl-Artikoli 10 sa 13 u 15 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/61 u, wara l-applikazzjoni tal-haircuts imsemmija fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II ta' dak ir-Regolament, ikopri tal-inqas 50 % tal-ammont tal-fluss ta' ħruġ nett tal-likwidità kkalkulat skont dak ir-Regolament fuq bażi individwali għall-istituzzjoni jew fuq bażi subkonsolidata għall-grupp ta' istituzzjonijiet suġġetti għar-rinunzja u li jibbenefikaw mill-garanzija, mingħajr ma jitqies kwalunkwe trattament preferenzjali;

(VI)il-kollateral li jsostni l-garanzija ma jkunx gravat u ma jintużax bħala kollateral biex isostni kwalunkwe tranżazzjoni oħra;

(VII)m'hemmx impedimenti attwali jew mistennija legali, regolatorji jew prattiċi għat-trasferiment tal-kollateral mill-istituzzjoni li tagħti l-garanzija lill-istituzzjoni jew grupp ta' istituzzjonijiet suġġetti għar-rinunzja u li jibbenefikaw mill-garanzija.

4.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw ukoll il-paragrafi 1, 2 u 3 għal waħda jew xi wħud mis-sussidjarji ta' impriża azzjonarja finanzjarja jew impriża azzjonarja finanzjarja mħallta u jissorveljaw bħala sottogrupp ta' likwidità waħdieni l-impriża azzjonarja finanzjarja jew l-impriża azzjonarja finanzjarja mħallta u s-sussidjarji li huma suġġetti għal rinunzja jew is-sussidjarji li huma suġġetti għal rinunzja biss. Ir-referenzi fil-paragrafi 1, 2 u 3 għall-istituzzjoni prinċipali għandhom jinftiehmu li jkopru l-impriża azzjonarja finanzjarja jew l-impriża azzjonarja finanzjarja mħallta.

5.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw ukoll il-paragrafi 1, 2 u 3 għall-istituzzjonijiet li jkunu membri tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7), sakemm dawk l-istituzzjonijiet ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fih, u għal istituzzjonijiet oħra marbuta b'relazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 113(6), sakemm dawk l-istituzzjonijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fih. L-awtoritajiet kompetenti għandhom f'dak il-każ jiddeterminaw waħda mill-istituzzjonijiet suġġetta għar-rinunzja li tissodisfa l-Parti Sitta fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-istituzzjonijiet kollha tas-sottogrupp ta' likwidità waħdieni.

6.Meta rinunzja tkun ingħatat skont il-paragrafi 1 sa 5, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu ukoll japplikaw l-Artikolu 86 tad-Direttiva 2013/36/UE, jew partijiet minnha, fil-livell tas-sottogrupp ta' likwidità waħdieni u jirrinunzjaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 86 tad-Direttiva 2013/36/UE, jew partijiet minnha, fuq bażi individwali.

Meta rinunzja tkun ingħatat skont il-paragrafi 1 sa 5, għall-partijiet tal-Parti Sitta li huma irrinunzjati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw l-obbligi ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 415 ta' dan ir-Regolament fil-livell tas-sottogrupp ta' likwidità waħdieni u jirrinunzjaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 415 fuq bażi individwali.

7.Fejn ma tingħatax rinunzja skont il-paragrafi 1 sa 5 lill-istituzzjonijiet li lilhom tkun ingħatat rinunzja qabel fuq bażi individwali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu ż-żmien meħtieġ għal dawk l-istituzzjonijiet biex jitħejjew għall-applikazzjoni tal-Parti Sitta jew parti minnha u jipprovdu għal perjodu tranżitorju xieraq qabel japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet għal dawk l-istituzzjonijiet.".

(7)L-Artikolu 11 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 11
Trattament ġenerali

1.Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata, it-termini 'istituzzjonijiet', 'istituzzjonijiet prinċipali fi Stat Membru', 'istituzzjoni prinċipali tal-UE' u 'impriża prinċipali', skont il-każ, għandhom jirreferu wkoll għal impriżi azzjonarji finanzjarji u impriżi azzjonarji finanzjarji mħallta awtorizzati skont l-Artikolu 21a tad-Direttiva 2013/36/UE.

2.L-istituzzjonijiet prinċipali fi Stat Membru għandhom jikkonformaw, sal-punt u bil-mod preskritt fl-Artikolu 18, mal-obbligi stabbiliti fil-Partijiet Tnejn sa Erbgħa u fil-Parti Sebgħa fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom. L-impriżi prinċipali u s-sussidjarji tagħhom li huma suġġetti għal dan ir-Regolament għandhom jistabbilixxu struttura organizzattiva tajba u mekkaniżmi ta' kontroll intern adatti sabiex ikun żgurat li d-data meħtieġa għall-konsolidazzjoni tiġi debitament ipproċessata u mibgħuta. B'mod partikolari, huma għandhom jiżguraw li s-sussidjarji li ma jkunux suġġetti għal dan ir-Regolament jimplimentaw l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi biex jiżguraw konsolidazzjoni korretta.

3.B'deroga mill-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet prinċipali biss identifikati bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni, li huma G-SIIs jew parti minn G-SIIs jew parti minn G-SIIs mhux tal-UE għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 92a fuq bażi konsolidata, sal-punt u bil-mod preskritt mill-Artikolu 18.

Impriżi prinċipali tal-UE biss li huma sussidjarji materjali ta' G-SIIs mhux tal-UE u li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 92b fuq bażi konsolidata sal-punt u bil-mod preskritt mill-Artikolu 18.

4.L-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE għandhom jikkonformaw mal-Parti Sitta fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom, meta l-grupp jinkludi istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment waħda jew iktar li huma awtorizzati li jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment elenkati fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE. Sakemm ikun lest ir-rapport mill-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 508(2) ta' dan ir-Regolament, u meta l-grupp jinkludi biss ditti ta' investiment, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw lill-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE mill-konformità mal-Parti Sitta fuq bażi konsolidata, b'kont meħud tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditta ta' investiment.

Meta rinunzja tkun ingħatat skont il-paragrafi 1 sa 5 tal-Artikolu 8, l-istituzzjonijiet u, fejn applikabbli, l-impriżi azzjonarji finanzjarji jew l-impriżi azzjonarji finanzjarji mħallta li huma parti minn sottogrupp ta' likwidità għandhom jikkonformaw mal-Parti Sitta fuq bażi konsolidata jew fuq il-bażi subkonsolidata tas-sottogrupp ta' likwidità."

5.Meta jiġi applikat l-Artikolu 10, il-korp ċentrali msemmi f'dak l-Artikolu għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Partijiet Tnejn sa Tmienja fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-korp ċentrali kollu kif ikkostitwit flimkien mal-istituzzjonijiet affiljati tiegħu.

6.Minbarra r-rekwiżiti fil-paragrafu 1 sa 4, u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra ta' dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE, meta jkun ġustifikat għal fini ta' superviżjoni mill-ispeċifiċitajiet tar-riskju jew tal-istruttura kapitali ta' istituzzjoni jew fejn Stati Membri jadottaw liġijiet nazzjonali li jirrikjedu s-separazzjoni strutturali ta' attivitajiet fi ħdan grupp bankarju, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni tikkonforma mal-obbligi stipulati fil-Partijiet Tnejn sa Erbgħa u fil-Partijiet Sitta sa Tmienja ta' dan ir-Regolament u fit-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE fuq bażi subkonsolidata.

L-applikazzjoni tal-approċċ stipulat fl-ewwel subparagrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għal superviżjoni effettiva fuq bażi konsolidata u ma għandha la timplika effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew partijiet minnha, fi Stati Membri oħra jew fl-Unjoni fl-intier tagħha u lanqas tifforma jew toħloq ostaklu għall-funzjonament tas-suq intern. ".

(8)L-Artikolu 12 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 12
Kalkolu kkonsolidat għal G-SIIs b'entitajiet ta' riżoluzzjoni multipli

Meta iktar minn entità G-SII waħda li tappartjeni għall-istess G-SII hija entità ta' riżoluzzjoni, l-istituzzjoni prinċipali tal-UE ta' dik il-G-SII għandha tikkalkula l-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 92a(1). Dak il-kalkolu għandu jitwettaq fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE daqslikieku kienet l-unika entità ta' riżoluzzjoni tal-G-SII.

Meta l-ammont ikkalkulat skont l-ewwel subparagrafu jkun iktar baxx mis-somma tal-ammonti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 92a(1)(a) tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni kollha li jappartjenu għal dik il-G-SII, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jaġixxu skont l-Artikolu 45d(3) u 45h(2) tad-Direttiva 2014/59/UE.

Meta l-ammont ikkalkulat skont l-ewwel subparagrafu jkun ogħla mis-somma tal-ammonti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 92a(1)(a) tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni kollha li jappartjenu għal dik il-G-SII, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jaġixxu skont l-Artikolu 45d(3) u 45h(2) tad-Direttiva 2014/59/UE.".

(9)L-Artikolu 13 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 13
Applikazzjoni ta' rekwiżiti ta' divulgazzjoni fuq bażi kkonsolidata

1.L-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE għandhom jikkonformaw mal-Parti Tmienja fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom.

Sussidjarji kbar ta' istituzzjonijiet prinċipali tal-UE għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni speċifikata fl-Artikoli 437, 438, 440, 442, 450, 451, 451a, 451d u 453 fuq bażi individwali jew, fejn applikabbli skont dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE, fuq bażi subkonsolidata.

2.L-istituzzjonijiet identifikati bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma G-SII jew huma parti minn G-SIIs għandhom jikkonformaw mal-Parti Tmienja fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom.

3.L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 m'għandux japplika għall-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE, impriżi azzjonarji finanzjarji prinċipali tal-UE, impriżi azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali tal-UE jew entitajiet ta' riżoluzzjoni meta jkunu inklużi f'divulgazzjonijiet ekwivalenti fuq bażi konsolidata pprovduti minn impriża prinċipali stabbilita f'pajjiż terz.

It-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu japplika għal sussidjarji ta' impriżi prinċipali stabbiliti f'pajjiż terz fejn dawk is-sussidjarji jikkwalifikaw bħala sussidjarji kbar.

4.Meta jiġi applikat l-Artikolu 10, il-korp ċentrali msemmi f'dak l-Artikolu għandu jikkonforma mal-Parti Tmienja fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-korp ċentrali. L-Artikolu 18(1) għandu japplika għall-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet affiljati għandhom jiġu ttrattati bħala sussidjarji tal-korp ċentrali.".

(10)L-Artikolu 18 jinbidel b'dan li ġej:

Artikolu 18
Metodi ta' konsolidazzjoni prudenzjali

1.L-istituzzjonijiet, l-impriżi azzjonarji finanzjarji u l-impriżi azzjonarji finanzjarji mħallta li huma meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fit-Taqsima 1 ta' dan il-Kapitolu abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom għandhom iwettqu konsolidazzjoni sħiħa tal-istituzzjonijiet u l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li jkunu s-sussidjarji tagħhom. Il-paragrafi 3 sa 7 ta' dan l-Artikolu m'għandhomx japplikaw meta tapplika l-Parti Sitta fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta' istituzzjoni, impriża azzjonarja finanzjarja jew impriża azzjonarja finanzjarja mħallta jew fuq is-sitwazzjoni subkonsolidata ta' sottogrupp ta' likwidità kif stabbilit fl-Artikoli 8 u 10.

L-istituzzjonijiet li huma meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 92a jew 92b fuq bażi konsolidata għandhom iwettqu konsolidazzjoni sħiħa tal-istituzzjonijiet u l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li jkunu s-sussidjarji tagħhom fil-gruppi ta' riżoluzzjoni rilevanti.

2.Meta hija meħtieġa superviżjoni konsolidata skont l-Artikolu 111 tad-Direttiva 2013/36/UE, impriżi ta' servizzi anċillari għandhom ikunu inklużi f'konsolidazzjoni fil-każijiet, u skont il-metodi, stabbiliti f'dan l-Artikolu.

3.Fejn l-impriżi jkunu konnessi b'relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw dwar kif titwettaq il-konsolidazzjoni.

4.Is-superviżur konsolidanti għandu jeħtieġ il-konsolidazzjoni proporzjonali skont is-sehem tal-kapital miżmum tal-holdings fl-istituzzjonijiet u l-istituzzjonijiet finanzjarji mmaniġġjati minn impriża, inkluż fil-konsolidazzjoni flimkien ma' impriża waħda jew iktar mhux inklużi fil-konsolidazzjoni, meta l-obbligazzjoni ta' dawk l-impriżi tkun limitata għas-sehem tal-kapital li għandhom.

5.Fil-każ tal-holdings jew rabtiet kapitali għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 4, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk għandhiex titwettaq konsolidazzjoni u kif għandha titwettaq. B'mod partikolari, huma jistgħu jippermettu jew jeħtieġu l-użu tal-metodu tal-ekwità. Dak il-metodu ma għandux, madankollu, jikkostitwixxi inklużjoni tal-impriżi konċernati f'superviżjoni fuq bażi konsolidata.

6.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk għandhiex titwettaq konsolidazzjoni u kif din għandha titwettaq fil-każijiet li ġejjin:

(a)    fejn, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti, istituzzjoni teżerċita influwenza sinifikanti fuq istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja waħda jew iktar, iżda ma jkollhiex parteċipazzjoni jew rabtiet kapitali oħra f'dawn l-istituzzjonijiet; u

(b)    fejn żewġ istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji jew iktar jitpoġġew taħt maniġment waħdieni differenti minn dak skont il-kuntratt jew klawżoli tal-memoranda jew l-Artikoli ta' assoċjazzjoni tagħhom.

B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu jew jeħtieġu l-użu tal-metodu previst fl-Artikolu 22(7) sa (9) tad-Direttiva 2013/34/UE. Dak il-metodu m'għandux, madankollu, jikkostitwixxi inklużjoni tal-impriżi konċernati f'superviżjoni konsolidata.

7.L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kundizzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom għandha titwettaq il-konsolidazzjoni fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 2 sa 6 ta' dan l-Artikolu.

L-EBA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2016.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.".

(11)L-Artikolu 22 jinbidel b'dan li ġej

"Artikolu 22
Subkonsolidazzjoni fil-każ ta' entitajiet f'pajjiżi terzi

1.L-istituzzjonijiet sussidjarji għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 89 sa 91 u l-Partijiet Tlieta u Erbgħa fuq il-bażi tas-sitwazzjoni subkonsolidata tagħhom jekk dawk l-istituzzjonijiet għandhom istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja bħala sussidjarja f'pajjiż terz, jew ikollhom parteċipazzjoni f'tali impriża.

2.B'deroga mill-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet sussidjarji ma jistgħux japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 89 sa 91 u l-Partijiet Tlieta u Erbgħa fuq il-bażi tas-sitwazzjoni subkonsolidata tagħhom meta l-assi totali tas-sussidjarja tagħhom fil-pajjiż terz ikunu inqas minn 10 % tal-ammont totali tal-assi u tal-elementi li ma jidhrux fil-karta bilanċjali tal-istituzzjoni sussidjarja."

(12)It-titolu tal-Parti Tnejn jinbidel b'dan li ġej:

"FONDI PROPRJI U OBBLIGAZZJONIJIET ELIĠIBBLI".

(13)Fl-Artikolu 33(1), il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

"(c) profitt u telf tal-valur ġust fuq obbligazzjonijiet derivattivi tal-istituzzjoni li jirriżultaw minn tibdil fir-riskju ta' kreditu proprju tal-istituzzjoni.".

(14)Fl-Artikolu 36, il-punt (j) jinbidel b'dan li ġej:

"(j) l-ammont tal-elementi meħtieġa li jitnaqqsu mill-elementi ta' Grad 1 Addizzjonali skont l-Artikolu 56 li jeċċedi l-elementi ta' Grad 1 Addizzjonali tal-istituzzjoni;".

(15)Fl-Artikolu 37, jiżdied il-punt (c) li ġej:

"(c) l-ammont li għandu jitnaqqas għandu jitnaqqas bl-ammont tar-rivalutazzjoni kontabilistika tal-assi intanġibbli tas-sussidjarji derivati mill-konsolidazzjoni ta' sussidjarji attribwibbli għal persuni għajr l-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.".

(16)Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 39(2), il-frażi introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

"Assi ta' taxxa differita li ma jiddependux fuq il-profittabbiltà futura għandhom ikunu limitati għal assi ta' taxxa differita li jirriżultaw minn differenzi temporanji, maħluqa qabel [id-data tal-adozzjoni mill-Kulleġġ tar-Regolament ta' emenda], meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:".

(17)Fl-Artikolu 45, il-punt (i) tal-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

"(i) id-data tal-maturità tal-pożizzjoni qasira tkun l-istess bħal, jew iktar tard mid-data tal-maturità tal-pożizzjoni twila jew il-maturità residwa tal-pożizzjoni twila tkun tal-inqas 365 ġurnata;"

(18)Fl-Artikolu 49, is-subparagrafu li ġej jiżdied fl-aħħar tal-paragrafu 2:

"Dan il-paragrafu m'għandux japplika meta jiġu kkalkulati l-fondi proprji għall-finijiet tar-rekwiżiti fl-Artikoli 92a u 92b.".

(19)L-Artikolu 52(1) huwa emendat kif ġej:

(a)il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej

"(a) l-istrumenti jinħarġu direttament minn istituzzjoni u jkunu mħallsa kompletament";

(b)il-punt (p) jinbidel b'dan li ġej:

"(p) il-liġi jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-istrumenti jkunu jeħtieġu li, meta tittieħed deċiżjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni biex teżerċita s-setgħa msemmija fl-Artikolu 59 tad-Direttiva 2014/59/UE, l-ammont prinċipali tal-istrumenti għandu jitniżżel fil-valur fuq bażi permanenti jew l-istrumenti għandhom jinqalbu għal strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1;";

(c)fil-paragrafu 1, għandhom jiżdiedu l-punti (q) u (r) li ġejjin:

"(q) l-istrumenti jistgħu jinħarġu biss taħt, jew inkella jkunu suġġetti għal-liġijiet ta' pajjiż terz meta, taħt dawk il-liġijiet, l-eżerċizzju tas-setgħa tat-tnaqqis fil-valur u tal-konverżjoni msemmi fl-Artikolu 59 tad-Direttiva 2014/59/UE huwa effettiv u infurzabbli fuq il-bażi ta' dispożizzjonijiet statutorji jew dispożizzjonijiet kuntrattwali infurzabbli legalment li jirrikonoxxu r-riżoluzzjoni jew azzjonijiet oħra ta' tnaqqis fil-valur jew konverżjoni;

(r) l-istrumenti mhumiex suġġetti għal kwalunkwe arranġamenti ta' tpaċija jew drittijiet ta' nnettjar li jimminaw il-kapaċità tagħhom li jassorbu t-telf.".

(20)Fl-Artikolu 56, il-punt (e) jinbidel b'dan li ġej:

"(e) l-ammont ta' elementi meħtieġa li jitnaqqsu minn elementi ta' Grad 2 skont l-Artikolu 66 li jaqbeż l-elementi ta' Grad 2 tal-istituzzjoni;".

(21)Fl-Artikolu 59, il-punt (i) tal-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

"(i) id-data tal-maturità tal-pożizzjoni qasira tkun l-istess bħal, jew iktar tard mid-data tal-maturità tal-pożizzjoni twila jew il-maturità residwa tal-pożizzjoni twila tkun tal-inqas 365 ġurnata;".

(22)Fl-Artikolu 62, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

"(a) strumenti ta' kapital u self subordinat fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 ikunu ssodisfati, u sal-punt speċifikat fl-Artikolu 64;".

(23)L-Artikolu 63 huwa emendat kif ġej:

(a)il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

"(a) l-istrumenti jkunu nħarġu direttament jew ikun ingħata s-self subordinat b'mod dirett, kif applikabbli, minn istituzzjoni u jkunu tħallsu kompletament;"

(b)il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:

"(d) il-pretensjoni fuq l-ammont prinċipali tal-istrumenti skont id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jew il-pretensjoni tal-ammont prinċipali tas-self subordinat skont id-dispożizzjonijiet li jirregolaw is-self subordinat, kif applikabbli, tikklassifika taħt kwalunkwe pretensjoni minn strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli;".

(c)il-punt (n) jinbidel b'dan li ġej:

"(n) il-liġi jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-istrumenti jkunu jeħtieġu li, meta tittieħed deċiżjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni biex teżerċita s-setgħa msemmija fl-Artikolu 59 tad-Direttiva 2014/59/UE, l-ammont prinċipali tal-istrumenti għandu jitniżżel fil-valur fuq bażi permanenti jew l-istrumenti għandhom jinqalbu għal strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1;

(d)jiżdiedu l-punti (o) u (p) li ġejjin:

"(o) l-istrumenti jistgħu jinħarġu biss skont il-liġijiet ta' pajjiż terz, jew inkella jkunu suġġetti għalihom, meta skont l-eżerċizzju tas-setgħa tat-tnaqqis fil-valur u tal-konverżjoni msemmi fl-Artikolu 59 tad-Direttiva 2014/59/UE huwa effettiv u infurzabbli fuq il-bażi ta' dispożizzjonijiet statutorji jew dispożizzjonijiet kuntrattwali infurzabbli legalment li jirrikonoxxu r-riżoluzzjoni jew azzjonijiet oħra ta' tnaqqis fil-valur jew konverżjoni;

(p) l-istrumenti mhumiex suġġetti għal kwalunkwe arranġamenti ta' tpaċija jew drittijiet ta' nnettjar li jimminaw il-kapaċità tagħhom li jassorbu t-telf.".

(24)L-Artikolu 64 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 64
Amortizzazzjoni tal-istrumenti ta' Grad 2

1.L-ammont sħiħ tal-istrumenti ta' Grad 2 b'maturità residwa ta' iktar minn ħames snin għandu jikkwalifika bħala elementi ta' Grad 2.

2.Il-punt sa fejn strumenti ta' Grad 2 jikkwalifikaw bħala elementi ta' Grad 2 matul l-aħħar ħames snin ta' maturità tal-istrumenti jiġi kkalkulat billi r-riżultat derivat mill-kalkolu fil-punt (a) jiġi mmultiplikat bl-ammont imsemmi fil-punt (b) kif ġej:

(a)    l-ammont irrappurtat tal-istrumenti jew is-self subordinat fl-ewwel ġurnata tal-perjodu finali ta' ħames snin tal-maturità kuntrattwali tagħhom diviż bin-numru ta' jiem kalendarji f'dak il-perjodu;

(b)    in-numru ta' jiem kalendarji ta' maturità kuntrattwali li jibqa' tal-istrumenti jew tas-self subordinat.".

(25)Fl-Artikolu 66, jiżdied il-punt (e) li ġej:

"(e) l-ammont ta' elementi meħtieġa li jitnaqqsu minn elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 72e li jaqbeż l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni.".

(26)Fl-Artikolu 69, il-punt (i) tal-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

"(i) id-data tal-maturità tal-pożizzjoni qasira tkun l-istess bħal, jew iktar tard mid-data tal-maturità tal-pożizzjoni twila jew il-maturità residwa tal-pożizzjoni twila tkun tal-inqas 365 ġurnata;".

(27)Il-Kapitolu 5a li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 72:

"KAPITOLU 5a
Obbligazzjonijiet eliġibbli

Taqsima 1
Elementi u strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

Artikolu 72a
Elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

1.L-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli għandhom jikkonsistu minn dawn li ġejjin, sakemm ma jaqgħux f'kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' obbligazzjonijiet esklużi stabbiliti fil-paragrafu 2:

(a)l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 72b jiġu ssodisfati, sal-punt li ma jikkwalifikawx bħala elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, Addizzjonali ta' Grad 1 u ta' Grad 2;

(b)L-istrumenti ta' Grad 2 b'maturità residwa ta' mill-inqas sena, sal-punt li ma jikkwalifikawx bħala elementi ta' Grad 2 skont l-Artikolu 64.

2.B'deroga mill-paragrafu 1, l-obbligazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu esklużi mill-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli:

(a)depożiti koperti;

(b)depożiti ta' domanda u depożiti b'terminu qasir b'maturità oriġinali ta' inqas minn sena;

(c)il-parti ta' depożiti eliġibbli minn persuni fiżiċi u minn impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju li taqbeż il-livell ta' kopertura msemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/49/UE;

(d)depożiti li jkunu depożiti eliġibbli minn persuni fiżiċi u minn impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju jekk ma jkunux saru permezz ta' fergħat li jinsabu barra mill-Unjoni ta' istituzzjonijiet stabbiliti fi ħdan l-Unjoni;

(e)obbligazzjonijiet iggarantiti, inklużi bonds koperti u obbligazzjonijiet fil-forma ta' strumenti finanzjarji użati għal skopijiet ta' ħħeġġjar li jifformaw parti integrali mill-pool ta' kopertura u li skont il-liġi nazzjonali huma żgurati b'mod simili għall-bonds koperti, sakemm l-assi ggarantiti kollha relatati ma' pool ta' kopertura ta' bonds koperti jibqgħu mhux affettwati, segregati u b'biżżejjed finanzjament u bl-esklużjoni ta' kwalunkwe parti ta' obbligazzjoni ggarantita jew obbligazzjoni li għaliha jkun ġie ippleġġjat kollateral li jaqbeż il-valur tal-assi, tal-pleġġ, tar-rahan jew tal-kollateral li kontriha jkunu ggarantiti;

(f)kwalunkwe obbligazzjoni li tinħoloq bis-saħħa taż-żamma ta' assi ta' klijenti jew flus ta' klijenti inkluż assi ta' klijenti jew flus ta' klijenti miżmuma f'isem impriżi ta' investiment kollettiv, sakemm tali klijent ikun protett taħt il-liġi tal-insolvenza applikabbli;

(g)kwalunkwe obbligazzjoni li tinħoloq bis-saħħa ta' relazzjoni fiduċjarja bejn l-entità ta' riżoluzzjoni jew kwalunkwe sussidjarja tagħha (bħala fiduċjarja) u persuna oħra (bħala benefiċjarja) sakemm tali benefiċjarja tkun protetta taħt il-liġi tal-insolvenza jew ċivili applikabbli;

(h)obbligazzjonijiet tal-istituzzjonijiet, minbarra l-obbligazzjonijiet tal-entitajiet li huma parti mill-istess grupp, b'maturità oriġinali ta' inqas minn sebat ijiem;

(i)obbligazzjonijiet b'maturità residwa ta' inqas minn sebat ijiem, dovuti lil sistemi jew operaturi ta' sistemi deżinjati skont id-Direttiva 98/26/KE jew il-parteċipanti tagħhom u li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f'tali sistema;

(j)obbligazzjoni lejn kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(I)impjegat, fir-rigward ta' salarji, benefiċċji ta' pensjoni jew remunerazzjoni fissa oħra dovuti, ħlief għall-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni li mhux regolat bi ftehim ta' negozjar kollettiv, u ħlief għall-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni ta' dawk li jieħdu riskji sinifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 92(2) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(II)kreditur kummerċjali jew ta' negozju, meta l-obbligazzjoni tinħoloq mill-forniment lill-istituzzjoni jew lill-impriża prinċipali ta' oġġetti jew servizzi li huma kritiċi għall-funzjonament ta' kuljum tal-operazzjonijiet tal-istituzzjoni jew tal-impriża prinċipali, inkluż servizzi tal-IT, utilitajiet u l-kiri, il-manutenzjoni u ż-żamma ta' postijiet;

(III)awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, sakemm dawk l-obbligazzjonijiet huma ppreferuti skont il-liġi applikabbli;

(IV)skemi ta' garanzija ta' depożiti, meta l-obbligazzjoni tinħoloq minn kontribuzzjonijiet dovuti skont id-Direttiva 2014/49/UE.

(k)obbligazzjonijiet li jinħolqu minn derivattivi;

(l)obbligazzjonijiet li jinħolqu minn strumenti tad-dejn b'derivattivi inkorporati.

Artikolu 72b
Strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

1.L-obbligazzjonijiet għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli, sakemm jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u biss sal-punt speċifikat f'dan l-Artikolu.

2.L-obbligazzjonijiet għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli sakemm il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a)l-obbligazzjonijiet ikunu nħarġu jew ingħataw direttament, kif applikabbli, minn istituzzjoni u jkunu tħallsu kompletament;

(b)l-obbligazzjonijiet ma nxtrawx minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(I)l-istituzzjoni jew entità inkluża fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni;

(II) impriża li fiha l-istituzzjoni jkollha parteċipazzjoni diretta jew indiretta fil-forma ta' sjieda, diretta jew permezz ta' kontroll, ta' 20 % jew iktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta' dik l-impriża;

(c)ix-xiri tal-obbligazzjonijiet ma jkunx direttament jew indirettament iffinanzjat mill-entità ta' riżoluzzjoni;

(d)il-pretensjoni fuq l-ammont prinċipali tal-obbligazzjonijiet skont id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti tkun totalment subordinata għal pretensjonijiet li jinħolqu mill-obbligazzjonijiet esklużi msemmija fl-Artikolu 72a(2). Dan ir-rekwiżit ta' subordinazzjoni għandu jitqies li ġie ssodisfat fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(I)id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-obbligazzjonijiet jispeċifikaw li fil-każ ta' proċedimenti ta' insolvenza normali kif definiti fil-punt 47 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, il-pretensjoni fuq l-ammont prinċipali tal-istrumenti tikklassifika taħt pretensjonijiet li jinħolqu minn kwalunkwe obbligazzjoni eskluża msemmija fl-Artikolu 72a(2);

(II)il-liġi li tirregola l-obbligazzjonijiet tispeċifika li fil-każ ta' proċedimenti ta' insolvenza normali kif definiti fil-punt 47 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, il-pretensjoni fuq l-ammont prinċipali tal-istrumenti tikklassifika taħt pretensjonijiet li jinħolqu minn kwalunkwe obbligazzjoni eskluża msemmija fl-Artikolu 72a(2);

(e)l-istrumenti huma maħruġa minn entità ta' riżoluzzjoni li fuq il-karta bilanċjali tagħha ma jkollhiex obbligazzjonijiet esklużi kif imsemmi fl-Artikolu 72a(2) li jikklassifikaw pari passu jew inqas mill-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli;

(f)l-obbligazzjonijiet la huma ggarantiti, u lanqas suġġetti għal garanzija jew kwalunkwe arranġament ieħor li jsaħħaħ is-superjorità tal-pretensjoni minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

(I)l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;

(II)l-impriża prinċipali tal-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;

(III)kwalunkwe impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mal-entitajiet imsemmija fil-punti (i) u (ii);

(g)l-obbligazzjonijiet mhumiex suġġetti għal kwalunkwe arranġamenti ta' tpaċija jew drittijiet ta' nnettjar li jimminaw il-kapaċità tagħhom li jassorbu t-telf f'riżoluzzjoni;

(h)id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-obbligazzjonijiet ma jinkludu l-ebda inċentiv biex l-ammont prinċipali tagħhom jinxtara, jinfeda jew jinxtara mill-ġdid qabel il-maturità tagħhom jew jitħallas lura b'mod bikri mill-istituzzjoni, kif applikabbli;

(i)suġġett għall-Artikolu 72c(2), l-obbligazzjonijiet ma jistgħux jinfdew mid-detenturi tal-istrumenti qabel il-maturità tagħhom;

(j)fejn l-obbligazzjonijiet jinkludu dritt ta' xiri wieħed jew iktar jew drittijiet ta' ħlas lura bikri, kif applikabbli, id-drittijiet huma eżerċitabbli fid-diskrezzjoni totali tal-emittent;

(k)l-obbligazzjonijiet jistgħu jinxtraw, jinfdew, jinxtraw mill-ġdid jew jitħallsu lura b'mod bikri biss meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 77 u 78 jiġu ssodisfati;

(l)id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-obbligazzjonijiet ma jindikawx b'mod espliċitu jew impliċitu li l-obbligazzjonijiet ser jew jistgħu jinxtraw, jinfdew, jinxtraw mill-ġdid jew jitħallsu lura b'mod bikri, kif applikabbli, mill-entità ta' riżoluzzjoni għajr f'każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni u l-istituzzjoni ma tipprovdix b'mod ieħor tali indikazzjoni;

(m)id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-obbligazzjonijiet ma jagħtux lid-detentur id-dritt li jgħaġġel il-pagamenti skedati fil-futur tal-imgħax jew tal-prinċipal, ħlief fil-każ tal-insolvenza jew tal-likwidazzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni;

(n)il-livell ta' imgħax jew ta' pagamenti ta' dividendi, kif applikabbli, dovut fuq l-obbligazzjonijiet ma jiġix emendat abbażi tal-istatus tal-kreditu tal-entità ta' riżoluzzjoni jew tal-impriża prinċipali tagħha;

(o)id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-obbligazzjonijiet ikunu jeħtieġu li, meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni teżerċita s-setgħat tat-tnaqqis fil-valur u tal-konverżjoni skont l-Artikolu 48 tad-Direttiva 2014/59/UE, l-ammont prinċipali tal-obbligazzjonijiet għandu jitniżżel fil-valur fuq bażi permanenti jew l-obbligazzjonijiet għandhom jinqalbu għal strumenti ta' Ekwità Komuni tal-Grad 1.

3.Minbarra l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-obbligazzjonijiet għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli sa ammont aggregat li ma jaqbiżx it-3,5 % tal-ammont tal-iskopertura totali tar-riskju kkalkulat skont il-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 92, sakemm:

(a)il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 2 ħlief għall-kundizzjoni fil-punt (d) huma ssodisfati;

(b)l-obbligazzjonijiet jikklassifikaw pari passu mal-obbligazzjonijiet esklużi fl-iktar klassifikazzjoni baxxa msemmija fl-Artikolu 72a(2); u

(c)l-inklużjoni ta' dawn l-obbligazzjonijiet fl-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ma jkollhiex impatt ħażin materjali fuq ir-riżolvibbiltà tal-istituzzjoni, kif ikkonfermat mill-awtorità ta' riżoluzzjoni wara li tkun ivvalutat l-elementi msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 45b(3) tad-Direttiva 2014/59/UE.

Istituzzjoni tista' tiddeċiedi li ma tinkludix fl-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli l-obbligazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

4.Meta l-istituzzjoni tieħu deċiżjoni kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, l-obbligazzjonijiet għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli flimkien mal-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, sakemm:

(a)id-deċiżjoni mill-istituzzjoni li ma tinkludix fl-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli l-obbligazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 hija effettiva, skont il-paragrafu 5;

(b)il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 2, ħlief għall-kundizzjoni fil-punt (d) ta' dak il-paragrafu, huma ssodisfati;

(c)l-obbligazzjonijiet jikklassifikaw pari passu jew huma superjuri għall-obbligazzjonijiet esklużi fl-iktar klassifikazzjoni baxxa msemmija fl-Artikolu 72a(2);

(d)fuq il-karta bilanċjali tal-istituzzjoni, l-ammont tal-obbligazzjonijiet esklużi msemmija fl-Artikolu 72a(2) li jikklassifikaw pari passu jew taħt dawk l-obbligazzjonijiet fl-insolvenza ma jaqbiżx il-5 % tal-ammont tal-fondi proprja u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni;

(e)l-inklużjoni ta' dawk l-obbligazzjonijiet fl-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ma jkollhiex impatt ħażin materjali fuq ir-riżolvibbiltà tal-istituzzjoni, kif ikkonfermat mill-awtorità ta' riżoluzzjoni wara li tkun ivvalutat l-elementi msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 45b(3) tad-Direttiva 2014/59/UE.

5.Id-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 għandha tispeċifika jekk l-istituzzjoni għandhiex il-ħsieb li tinkludi l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 fl-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli jew li ma tinkludi l-ebda obbligazzjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4. Istituzzjoni ma tistax tiddeċiedi li tinkludi l-obbligazzjonijiet imsemmija kemm fil-paragrafu 3 kif ukoll fil-paragrafu 4 fl-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli.

Id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fir-rapport annwali u għandha ssir effettiva 6 xhur wara l-pubblikazzjoni ta' dak ir-rapport. Id-deċiżjoni għandha tkun effettiva għal mill-inqas sena.

6.L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtorità ta' riżoluzzjoni meta teżamina jekk il-kundizzjonijiet ta' dan l-Artikolu ġewx issodisfati.

Artikolu 72c
Amortizzazzjoni ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

1.L-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli b'maturità residwa ta' mill-inqas sena għandhom jikkwalifikaw bis-sħiħ bħala elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli.

L-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli b'maturità residwa ta' inqas minn sena m'għandhomx jikkwalifikaw bħala elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli. 

2.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, meta strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli jinkludu għażla ta' tifdija għad-detentur eżerċitabbli qabel il-maturità oriġinali ddikjarata tal-istrument, il-maturità tal-istrument għandha tiġi ddefinita bħala l-iktar data kmieni possibbli li fiha d-detentur jista' jeżerċita l-għażla tat-tifdija u jitlob it-tifdija jew ir-ripagament tal-istrument.

Artikolu 72d
Il-konsegwenzi jekk il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà ma jibqgħux jiġu ssodisfati

Meta fil-każ ta' strument ta' obbligazzjonijiet eliġibbli l-kundizzjonijiet applikabbli stabbiliti fl-Artikolu 72b ma jibqgħux jiġu ssodisfati, l-obbligazzjonijiet għandhom jieqfu immedjatament jikkwalifikaw bħala strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli.

L-obbligazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 72b(2) jistgħu jibqgħu jgħoddu bħala strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli sakemm jikkwalifikaw bħala strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 72b(3) jew l-Artikolu 72b(4).

Taqsima 2
tnaqqis minn elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

Artikolu 72e
Tnaqqis minn elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

1.L-istituzzjonijiet li huma suġġetti għall-Artikolu 92a għandhom inaqqsu dawn li ġejjin mill-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli:

(a)holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti proprji ta' obbligazzjonijiet eliġibbli, inkluż obbligazzjonijiet proprji li dik l-istituzzjoni tista' tkun obbligata li tixtri bħala riżultat ta' obbligi kuntrattwali eżistenti;

(b)holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII li magħhom l-istituzzjoni għandha assi materjali inkroċjati reċiproċi li l-awtorità kompetenti tikkunsidra li jkunu ġew iddisinjati biex artifiċjalment ikabbru l-kapaċità tal-entità ta' riżoluzzjoni tal-assorbiment tat-telf u tar-rikapitalizzazzjoni;

(c)l-ammont applikabbli ddeterminat skont l-Artikolu 72i ta' assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi ta' strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII, meta l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f'dawk l-entitajiet;

(d)holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII, meta l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f'dawk l-entitajiet, esklużi pożizzjonijiet ta' sottoskrizzjoni miżmuma għal inqas minn ħamest ijiem tax-xogħol.

2.Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, l-istrumenti kollha li jikklassifikaw pari passu mal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli għandhom jiġu trattati bħala strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli, bl-eċċezzjoni ta' strumenti li jikklassifikaw pari passu ma' strumenti rikonoxxuti bħala obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 72b(3) u (4).

3.Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-ammont ta' assi materjali ta' strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 72b(3) kif ġej:

fejn

h    = l-ammont ta' assi materjali tal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 72b(3);

i    = l-indiċi li juri l-istituzzjoni emittenti;

Hi    = l-ammont totali ta' assi materjali ta' obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni emittenti i msemmija fl-Artikolu 72b(3);

li    = l-ammont ta' obbligazzjonijiet inklużi fl-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli mill-istituzzjoni emittenti i fil-limiti speċifikati fl-Artikolu 72b(3) skont l-aħħar divulgazzjonijiet mill-istituzzjoni emittenti;

Li    = l-ammont totali tal-obbligazzjonijiet pendenti tal-istituzzjoni emittenti i msemmija fl-Artikolu 72b(3) skont l-aħħar divulgazzjonijiet mill-emittent.

4.Meta istituzzjoni prinċipali tal-UE jew istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru li hija suġġetta għall-Artikolu 92a jkollha assi materjali diretti, indiretti jew sintetiċi ta' strumenti ta' fondi proprji jew strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' sussidjarja waħda jew iktar li ma jappartjenux għall-istess grupp ta' riżoluzzjoni bħal dik l-istituzzjoni prinċipali, l-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' dik l-istituzzjoni prinċipali, wara li tikkonsulta mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' kwalunkwe sussidjarja kkonċernata, tista' tippermetti lill-istituzzjoni prinċipali tidderoga mill-paragrafi 1(c), 1(d) u 2 billi tnaqqas ammont iktar baxx speċifikat mill-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' domiċilju. Dak l-ammont iktar baxx għandu jkun tal-inqas daqs l-ammont (m) ikkalkulat kif ġej:

Fejn

i    = l-indiċi li juri s-sussidjarja;

Oi    = l-ammont ta' strumenti ta' fondi proprji maħruġa mis-sussidjarja i li hija rikonoxxuta f'fondi proprji kkonsolidati mill-istituzzjoni prinċipali;

Pi     = l-ammont ta' strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa mis-sussidjarja i u miżmuma mill-istituzzjoni prinċipali;

rRG     = il-proporzjon applikabbli għall-grupp ta' riżoluzzjoni rispettiv skont il-punt (a) tal-Artikolu 92a(1) u l-Artikolu 45d tad-Direttiva 2014/59/UE;

Ri     = l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju tal-entità G-SII i kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) u (4).

Meta l-istituzzjoni prinċipali tkun permessa tnaqqas l-ammont iktar baxx skont l-ewwel subparagrafu, id-differenza bejn l-ammont ikkalkulat skont il-paragrafi 1(c), 1(d) u 2 u dan l-ammont iktar baxx għandha titnaqqas mis-sussidjarja mill-element korrispondenti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli.

Artikolu 72f
Tnaqqis ta' assi materjali ta' strumenti proprji ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 72e(1), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw assi materjali abbażi tal-pożizzjonijiet grossi twal suġġetti għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a)istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-holdings fuq il-bażi tal-pożizzjoni twila netta dment li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(I)il-pożizzjonijiet twal u qosra jkunu qegħdin fl-istess skopertura sottostanti u l-pożizzjonijiet qosra ma jinvolvux riskju għall-kontroparti;

(II)jew kemm il-pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra jinżammu fil-portafoll ta' negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar;

(b)l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi ta' titoli tal-indiċi bil-kalkolu tal-iskopertura sottostanti għall-istrumenti proprji ta' obbligazzjonijiet eliġibbli f'dawk l-indiċi;

(c)l-istituzzjonijiet jistgħu jikkumpensaw il-pożizzjonijiet grossi twal fl-istrumenti proprji tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li jirriżultaw minn assi materjali ta' titoli tal-indiċi kontra pożizzjonijiet qosra fl-istrumenti proprji tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li jirriżultaw minn pożizzjonijiet qosra fl-indiċi sottostanti, inkluż fejn dawk il-pożizzjonijiet qosra jinvolvu riskju għall-kontroparti, dment li jiġu ssodisfatti dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(I)il-pożizzjonijiet twal u qosra jkunu qegħdin fl-istess indiċi sottostanti;

(II)jew kemm il-pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra jinżammu fil-portafoll ta' negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar.

Artikolu 72g
Bażi ta' tnaqqis għal elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

Għall-finijiet tal-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 72e(1), l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu l-pożizzjonijiet grossi twal suġġett għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 72h sa 72i.

Artikolu 72h
Tnaqqis ta' assi materjali ta' obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII oħra

L-istituzzjonijiet li ma jkunux qed jagħmlu użu mill-eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 72j, għandhom jagħmlu t-tnaqqis imsemmi fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 72e(1) skont dawn li ġejjin:

(a)huma jistgħu jikkalkulaw assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi ta' strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli abbażi tal-pożizzjoni netta twila fl-istess skopertura sottostanti dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(I)il-maturità tal-pożizzjoni qasira tkun taqbel mal-maturità tal-pożizzjoni t-twila jew ikollha maturità residwa ta' mill-inqas sena;

(II)jew kemm il-pożizzjoni twila kif ukoll dik qasira jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar

(b)huma għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi ta' titoli tal-indiċi billi jikkalkulaw l-iskopertura sottostanti għall-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli f'dawk l-indiċi.

Artikolu 72i
Tnaqqis ta' obbligazzjonijiet eliġibbli meta l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f'entitajiet G-SII

1.Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 72e(1), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas billi jimmultiplikaw l-ammont imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bil-fattur derivat mill-kalkolu msemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

(a)l-ammont aggregat li bih l-assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju u strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII li fl-ebda minnhom l-istituzzjoni ma għandha investiment sinifikanti jaqbeż l-10 % tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni wara li jiġu applikati dawn li ġejjin:

(I)Artikoli 32 sa 35;

(II)il-punti (a) sa (g), il-punti (k)(ii) sa (v) u l-punt (l) tal-Artikolu 36(1), eskluż l-ammont li jrid jitnaqqas bħala assi ta' taxxa differita li jiddependi fuq profittabbiltà futura u jirriżulta minn differenzi temporanji;

(III)Artikoli 44 u 45;

(b)l-ammont ta' assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII li fihom l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti diviż bl-ammont aggregat tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali u ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju u strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII li fl-ebda minnhom l-entità ta' riżoluzzjoni ma għandha investiment sinifikanti.

2.L-istituzzjonijiet għandhom jeskludu pożizzjonijiet ta' sottoskrizzjoni miżmuma għal ħamest ijiem tax-xogħol jew inqas mill-ammonti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u mill-kalkolu tal-fattur imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

3.L-ammont li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 għandu jitqassam fuq kull strument tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entità G-SII miżmum mill-istituzzjoni. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta' kull strument tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li jitnaqqas skont il-paragrafu 1 billi l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu jiġi mmultiplikat bil-proporzjon speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

(a)l-ammont ta' assi materjali li jeħtieġ jitnaqqas skont il-paragrafu 1;

(b)il-proporzjon tal-ammont aggregat ta' assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII li fihom l-istituzzjoni ma għandhiex investiment sinifikanti rappreżentat minn kull strument tal-obbligazzjonijiet eliġibbli miżmum mill-istituzzjoni.

4.L-ammont ta' assi materjali imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 72e(1) li jkun ugwali għal jew inqas minn 10 % tal-elementi ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni wara l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a)(i), (ii) u (iii) tal-paragrafu 1 m'għandux jitnaqqas u għandu jkun suġġett għall-ippeżar tar-riskji applikabbli skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u r-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif ikun applikabbli.

5.L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta' kull strument tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li huwa mwieżen għar-riskji skont il-paragrafu 4 billi l-ammont ta' assi materjali meħtieġa li jkunu mwieżna għar-riskji skont il-paragrafu 4 jiġi mmultiplikat bil-proporzjon li jirriżulta mill-kalkolu fil-punt (b) tal-paragrafu 3.

Artikolu 72j
Eċċezzjoni tal-portafoll tan-negozjar mit-tnaqqis minn elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

1.L-istituzzjonijiet jistgħu jiddeċiedu li ma jnaqqsux parti deżinjata mill-holdings diretti, indiretti u sintetiċi tagħhom ta' strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli, li bħala aggregat u mkejla fuq bażi twila grossa tkun ugwali għal jew inqas minn 5 % tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni wara l-applikazzjoni tal-Artikoli 32 sa 36, dment li dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a)l-assi materjali ikunu fil-portafoll tan-negozjar;

(b)l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli jinżammu għal mhux iktar minn 30 ġurnata ta' negozju.

2.L-ammonti tal-elementi li ma jitnaqqsux skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal elementi fil-portafoll tan-negozjar.

3.Meta fil-każ ta' assi materjali imnaqqsa skont il-paragrafu 1 il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak il-paragrafu ma jibqgħux jiġu ssodisfati, l-assi materjali għandhom jitnaqqsu skont l-Artikolu 72g mingħajr l-applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet stipulati fl-Artikoli 72h u 72i.

Taqsima 3
Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

Artikolu 72k
Obbligazzjonijiet Eliġibbli

L-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' istituzzjoni għandu jikkonsisti mill-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni wara t-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 72e.

Artikolu 72l
Fondi Proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

Il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' istituzzjoni għandhom jikkonsistu mis-somma tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tagħha.".

(28)Fil-Parti Tnejn, it-Titolu I, it-titolu tal-Kapitolu 6 jinbidel b'dan li ġej:

"Rekwiżiti ġenerali għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli"

(29)L-Artikolu 73 jiġi emendat kif ġej:

(a)it-titolu jinbidel b'dan li ġej:

"Distribuzzjonijiet fuq strumenti";

(b)il-paragrafi 1, 2, 3 u 4 jinbidlu b'dan li ġej:

"1. Strumenti kapitali u obbligazzjonijiet li dwarhom istituzzjoni jkollha diskrezzjoni esklużiva biex tiddeċiedi tħallas distribuzzjonijiet f'forma li ma tkunx fi flus kontanti jew strumenti ta' fondi proprji m'għandhomx ikunu jistgħu jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 jew tal-obbligazzjonijiet eliġibbli, sakemm l-istituzzjoni ma tkunx irċeviet minn qabel permess mill-awtorità kompetenti.

2. Awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-permess imsemmi fil-paragrafu 1 unikament meta jikkunsidraw li l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ġew issodisfati:

(a)l-kapaċità tal-istituzzjoni tikkanċella pagamenti skont l-istrument ma tkunx affettwata ħażin mid-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew il-forma li biha jistgħu jsiru d-distribuzzjonijiet;

(b)l-ħila tal-istrument jew tal-obbligazzjoni li tassorbi t-telf ma tkunx affettwata ħażin mid-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew mill-forma li biha jistgħu jsiru d-distribuzzjonijiet;

(c)l-kwalità tal-istrument kapitali jew tal-obbligazzjoni ma tonqosx b'xi mod ieħor minħabba d-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew minħabba l-forma li biha jistgħu jsiru d-distribuzzjonijiet.

L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta mal-awtorità ta' riżoluzzjoni rigward il-konformità tal-istituzzjoni ma' dawk il-kundizzjonijiet qabel tagħti l-permess imsemmi fil-paragrafu 1.

3. L-istrumenti kapitali u l-obbligazzjonijiet li dwarhom persuna ġuridika għajr l-istituzzjoni li tkun ħarġithom ikollha d-diskrezzjoni biex tiddeċiedi jew tesiġi li l-pagament ta' distribuzzjonijiet rigward dawk l-istrumenti jew obbligazzjonijiet għandhom isiru f'forma li ma tkunx fi flus jew strumenti ta' fondi proprji m'għandhomx ikunu jistgħu jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 jew ta' obbligazzjonijiet eliġibbli.

4. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw indiċi wiesa' tas-suq bħala waħda mill-bażijiet biex jiġi ddeterminat il-livell tad-distribuzzjonijiet fuq l-istrumenti ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli.";

(c)il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej:

"6. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw u jiddivulgaw l-indiċi wesgħin tas-suq li jiddependu fuqhom l-istrumenti tal-kapital u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli tagħhom.".

(30)Fl-Artikolu 75 il-frażi ta' introduzzjoni tinbidel b'dan li ġej:

"Ir-rekwiżiti ta' maturità għal pożizzjonijiet qosra msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 45, fil-punt (a) tal-Artikolu 59, fil-punt (a) tal-Artikolu 69 u fil-punt (a) tal-Artikolu 72h għandhom jitqiesu li ntlaħqu fir-rigward ta' pożizzjonijiet miżmuma meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:".

(31)Fl-Artikolu 76, il-paragrafi 1, 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej:

"1. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 42, tal-punt (a) tal-Artikolu 45, tal-punt (a) tal-Artikolu 57, tal-punt (a) tal-Artikolu 59, tal-punt (a) tal-Artikolu 67, tal-punt (a) tal-Artikolu 69 u tal-punt (a) tal-Artikolu 72h, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-ammont ta' pożizzjoni twila fi strument kapitali bil-porzjon ta' indiċi li hu magħmul mill-istess skopertura sottostanti li qed tiġi ħħeġġjata, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)jew kemm il-pożizzjoni twila li qed tiġi ħħeġġjata kif ukoll il-pożizzjoni qasira f'indiċi użat biex jiħħeġġja dik il-pożizzjoni twila jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafolli mhux ta' negozjar;

(b)il-pożizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) jinżammu bil-valur ġust fuq il-karta bilanċjali tal-istituzzjoni.

2. Fejn l-awtorità kompetenti tkun tat il-permess minn qabel tagħha, istituzzjoni tista' tuża stima konservattiva tal-iskopertura sottostanti tal-istituzzjoni għall-istrumenti inklużi fl-indiċi bħala alternattiva għal istituzzjoni li tikkalkula l-iskopertura tagħha għall-elementi msemmija f'wieħed jew iktar minn dawn il-punti li ġejjin:

(a)l-istrumenti proprji ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 u ta' obbligazzjonijiet eliġibbli inklużi fl-indiċi;

(b)l-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali u ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju, inklużi fl-indiċi;

(c)strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' istituzzjonijiet, inklużi fl-indiċi.

3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-permess imsemmi fil-paragrafu 2 biss meta l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tagħhom li jkun operattivament ta' piż għall-istituzzjoni li timmonitorja l-iskopertura sottostanti tagħha għall-elementi msemmija f'wieħed jew iktar mill-punti tal-paragrafu 2, kif applikabbli.".

(32)L-Artikolu 77 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 77
Kundizzjonijiet għat-tnaqqis ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

Istituzzjoni għandha tikseb il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti biex tagħmel dawn li ġejjin jew waħda minnhom:

(a)tnaqqas, tifdi jew tixtri mill-ġdid strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 maħruġa mill-istituzzjoni f'mod li jkun permess skont id-dritt nazzjonali applikabbli;

(b)twettaq ix-xiri, il-fidi, il-pagament lura jew ix-xiri mill-ġdid ta' strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 jew ta' obbligazzjonijiet eliġibbli kif applikabbli, qabel id-data tal-maturità kuntrattwali tagħhom.".

(33)L-Artikolu 78 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 78
Permess superviżorju għat-tnaqqis tal-fondi proprji u ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

1.L-awtorità kompetenti għandha tagħti permess biex istituzzjoni tnaqqas, tixtri mill-ġdid, tixtri jew tifdi strumenti ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni, ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 jew ta' obbligazzjonijiet eliġibbli meta xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfata:

(a)    qabel jew fl-istess ħin tal-azzjoni msemmija fl-Artikolu 77, l-istituzzjoni tissostitwixxi l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 77 bi strumenti ta' fondi proprji jew ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li jkunu ta' kwalità ugwali jew ogħla f'termini li jkunu sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni;

(b)l-istituzzjoni wriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni sejrin, wara l-azzjoni inkwistjoni, jeċċedu r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, fid-Direttiva 2013/36/UE u fid-Direttiva 2014/59/UE b'marġni li l-awtorità kompetenti tqis meħtieġ.

L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta mal-awtorità ta' riżoluzzjoni qabel tagħti dak il-permess.

Meta l-istituzzjoni tipprovdi biżżejjed salvagwardji dwar il-kapaċità tagħha li topera bil-fondi proprji billi teċċedi l-ammont tar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, fid-Direttiva 2013/36/UE u fid-Direttiva 2014/59/UE, l-awtorità ta' riżoluzzjoni, wara li tikkonsulta lill-awtorità kompetenti, tista' tagħti permess ġenerali minn qabel lil dik l-istituzzjoni biex twettaq ix-xiri, il-fidi, il-pagamenti lura jew ix-xiri mill-ġdid ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli, suġġett għall-kriterji li jiżguraw li kwalunkwe azzjoni futura bħal din tkun skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu. Dan il-permess ġenerali minn qabel għandu jingħata biss għal ċertu perjodu ta' żmien, li ma għandux jaqbeż is-sena, u wara jista' jiġi mġedded. Dan il-permess ġenerali minn qabel għandu jingħata biss għal ċertu ammont predeterminat, li għandu jiġi stabbilit mill-awtorità ta' riżoluzzjoni. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar kwalunkwe permess ġenerali mogħti minn qabel.

Meta l-istituzzjoni tipprovdi biżżejjed salvagwardji dwar il-kapaċità tagħha li topera b'fondi proprji li jeċċedu l-ammont tar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, fid-Direttiva 2013/36/UE u fid-Direttiva 2014/59/UE, l-awtorità kompetenti, wara li tikkonsulta lill-awtorità ta' riżoluzzjoni, tista' tagħti permess ġenerali minn qabel lil dik l-istituzzjoni biex twettaq ix-xiri, il-fidi, il-pagamenti lura jew ix-xiri mill-ġdid ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli, suġġett għall-kriterji li jiżguraw li kwalunkwe azzjoni futura bħal din tkun skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu. Dan il-permess ġenerali minn qabel għandu jingħata biss għal ċertu perjodu ta' żmien, li ma għandux jaqbeż is-sena, u wara jista' jiġi mġedded. Dan il-permess ġenerali minn qabel għandu jingħata għal ċertu ammont predeterminat, li għandu jiġi stabbilit mill-awtorità kompetenti. Fil-każ ta' strumenti ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni, dak l-ammont predeterminat m'għandux jaqbeż it-3 % tal-ħruġ rilevanti u m'għandux jaqbeż l-10 % tal-ammont li bih il-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni jeċċedi s-somma tar-rekwiżiti tal-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni stabbiliti f'dan ir-Regolament, fid-Direttiva 2013/36/UE u fid-Direttiva 2014/59/UE b'marġni li l-awtorità kompetenti tqis meħtieġ. Fil-każ ta' strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali jew ta' strumenti tal-Grad 2, dak l-ammont predeterminat m'għandux jaqbeż l-10 % tal-ħruġ rilevanti u m'għandux jaqbeż it-3 % tal-ammont totali ta' strumenti pendenti tal-Grad 1 addizzjonali jew tal-Grad 2, kif applikabbli. Fil-każ ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli, l-ammont predeterminat għandu jiġi stabbilit mill-awtorità ta' riżoluzzjoni wara li tkun ikkonsultat lill-awtorità kompetenti.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirtiraw il-permess ġenerali minn qabel meta l-istituzzjoni tikser kwalunkwe kriterju pprovdut għall-finijiet ta' dak il-permess.

2.Meta skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 tkun qed tiġi vvalutata s-sostenibbiltà tal-istrumenti ta' sostituzzjoni għall-kapaċità ta' introjtu tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-grad sa fejn dawk l-istrumenti kapitali ta' sostituzzjoni u obbligazzjonijiet ikunu ta' spiża akbar għall-istituzzjoni milli dawk li jissostitwixxu.

3.Meta istituzzjoni tieħu azzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 77 u r-rifjut ta' tifdija ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 msemmija fl-Artikolu 27 ikun projbit mid-dritt nazzjonali applikabbli, l-awtorità kompetenti tista' teżenta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu sakemm l-awtorità kompetenti teħtieġ li l-istituzzjoni tillimita t-tifdija ta' dawn l-istrumenti fuq bażi xierqa.

4.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu permess lill-istituzzjonijiet li jixtru, jifdu, jħallsu lura jew jixtru mill-ġdid strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali jew ta' Grad 2 matul il-ħames snin wara d-data tal-ħruġ tagħhom meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 huma milħuqa u kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)ikun hemm bidla fil-klassifika regolatorja ta' dawk l-istrumenti li tkun x'aktarx tirriżulta fl-esklużjoni tagħhom mill-fondi proprji jew fl-ikklassifikar mill-ġdid bħala forma ta' kwalità inferjuri ta' fondi proprji, u jiġu ssodisfatti ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(I)l-awtorità kompetenti tikkunsidra li tali bidla hi suffiċjentament ċerta;

(II)l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-ikklassifikar mill-ġdid regolatorju ta' dawk l-istrumenti ma kienx raġonevolment prevedibbli fil-ħin tal-ħruġ tagħhom;

(b)ikun hemm bidla fit-trattament applikabbli tat-taxxa ta' dawk l-istrumenti li l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li tkun materjali u ma kinitx raġonevolment prevedibbli fil-ħin tal-ħruġ tagħhom;

(c)l-istrumenti għandhom anterjorità skont l-Artikolu 484 tas-CRR;

(d)qabel jew fl-istess ħin tal-azzjoni msemmija fl-Artikolu 77, l-istituzzjoni tissostitwixxi l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 77 bi strumenti ta' fondi proprji jew ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li jkunu ta' kwalità ugwali jew ogħla f'termini li jkunu sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni u l-awtorità kompetenti tkun ippermettiet dik l-azzjoni abbażi tad-determinazzjoni li tkun ta' benefiċċju mil-lat prudenzjali u ġġustifikata b'ċirkostanzi eċċezzjonali;

(e) l-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali jew tal-Grad 2 jinxtraw mill-ġdid għall-finijiet tal-ġenerazzjoni tas-suq.

L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta mal-awtorità ta' riżoluzzjoni dwar dawk il-kundizzjonijiet qabel tagħti l-permess.

5.L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a)    it-tifsira ta' 'sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni';

(b)    il-bażijiet xierqa għal-limitazzjoni tat-tifdija msemmija fil-paragrafu 3;

(c)    il-proċess li jinkludi l-limiti u l-proċeduri għall-għoti ta' approvazzjoni bil-quddiem mill-awtoritajiet kompetenti għal azzjoni elenkata fl-Artikolu 77, u r-rekwiżiti ta' data biex istituzzjoni tapplika għall-permess tal-awtorità kompetenti biex twettaq azzjoni msemmija fl-Artikolu 77, inkluż il-proċess li jiġi applikat f'każ ta' fidi ta' ishma maħruġa lil membri ta' soċjetajiet kooperattivi u l-perijodu ta' żmien għall-ipproċessar ta' tali applikazzjoni;

(d)iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 4;

(e) it-tifsira tat-terminu 'ġenerazzjoni tas-suq' imsemmija fil-paragrafu 4.

L-EBA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [3 xhur wara d-dħul fis-seħħ].

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.".

(34)L-Artikolu 79 huwa emendat b'dan li ġej:

(a)It-titolu jinbidel b'dan li ġej:

"Rinunzja temporanja mit-tnaqqis mill-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli";

(b)il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"1. Meta istituzzjoni jkollha strumenti kapitali jew obbligazzjonijiet jew tkun tat self subordinat, kif applikabbli, li jikkwalifikaw temporanjament bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 f'entità tas-settur finanzjarju jew bħala strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli f'istituzzjoni u fejn l-awtorità kompetenti tqis li dawk l-assi materjali ikunu għall-finijiet ta' operazzjoni ta' assistenza finanzjarja maħsuba biex jirriorganizzaw u jsalvaw dik l-entità jew dik l-istituzzjoni, l-awtorità kompetenti tista' teżenta fuq bażi temporanja d-dispożizzjonijiet fuq tnaqqis li kieku japplikaw għal dawk l-istrumenti.".

(35)L-Artikolu 80 huwa emendat b'dan li ġej:

(a)It-titolu jinbidel b'dan li ġej:

"Analiżi kontinwa tal-kwalità ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli";

(b)il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"1. L-EBA għandha timmonitorja l-kwalità tal-istrumenti tal-fondi proprji u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa minn istituzzjonijiet madwar l-Unjoni u għandha minnufih tinnotifika lill-Kummissjoni fejn ikun hemm evidenza sinifikanti li dawk l-istrumenti ma jilħqux il-kriterji tal-eliġibbiltà rispettivi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom, bla dewmien u fuq talba tal-EBA, jibagħtu l-informazzjoni kollha lill-EBA li l-EBA tqis bħala rilevanti rigward l-istrumenti kapitali ġodda jew tipi ġodda ta' obbligazzjonijiet maħruġa sabiex l-EBA tkun tista' tissorvelja l-kwalità tal-istrumenti tal-fondi proprji u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa minn istituzzjonijiet madwar l-Unjoni.";

(c)fil-paragrafu 3, il-frażi introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

"3. L-EBA għandha tipprovdi parir tekniku lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tibdil sinifikanti li tikkunsidra li jkun meħtieġ għad-definizzjoni tal-fondi proprji u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli bħala riżultat ta' xi waħda minn dawn li ġejjin:".

(36)Fl-Artikolu 81, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"1. Interessi minoritarji għandhom jinkludu s-somma tal-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 meta l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a)is-sussidjarja tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(I)istituzzjoni;

(II)impriża li skont id-dritt nazzjonali applikabbli tkun suġġetta għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2013/36/UE;

(III)impriża azzjonarja finanzjarja intermedjarja f'pajjiż terz li hija suġġetta għall-istess regoli bħal istituzzjonijiet ta' kreditu ta' dak il-pajjiż terz u fejn il-Kummissjoni tkun iddeċidiet skont l-Artikolu 107(4) li dawk ir-regoli huma tal-inqas ekwivalenti għal dawk ta' dan ir-Regolament;

(b)is-sussidjarja tkun inkluża totalment fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed;

(c)il-kapital tal-Ekwità Komuni ta' Grad 1, imsemmi fil-parti introduttorja ta' dan il-paragrafu, ikun proprjetà ta' persuni minbarra mill-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.".

(37)L-Artikolu 82 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 82
Kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 1, ta' Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi

Kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 1, ta' Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi għandhom jinkludu l-interess minoritarju, l-istrumenti Addizzjonali ta' Grad 1 jew ta' Grad 2, kif applikabbli, flimkien mal-profitt miżmum u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati, ta' sussidjarja meta l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a)is-sussidjarja tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(I)istituzzjoni;

(II)impriża li skont id-dritt nazzjonali applikabbli tkun suġġetta għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2013/36/UE;

(III)impriża azzjonarja finanzjarja intermedjarja f'pajjiż terz li hija suġġetta għall-istess regoli bħal istituzzjonijiet ta' kreditu ta' dak il-pajjiż terz u fejn il-Kummissjoni tkun iddeċidiet skont l-Artikolu 107(4) li dawk ir-regoli huma tal-inqas ekwivalenti għal dawk ta' dan ir-Regolament;

(b)is-sussidjarja tkun inkluża totalment fl-ambitu tal-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed;

(c)dawk l-istrumenti jkunu proprjetà ta' persuni minbarra mill-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.".

(38)Fl-Artikolu 83, il-frażi introduttorja tal-paragrafu 1 tinbidel b'dan li ġej:

"1. Strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali u ta' Grad 2 maħruġa minn entità b'għan speċjali, u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati, ikunu inklużi sal-31 ta' Diċembru 2021 fil-kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 Addizzjonali, Grad 1 jew ta' Grad 2 jew fil-fondi proprji kwalifikattivi, kif applikabbli, biss meta l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:".

(39)L-Artikolu 92 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 1, jiddaħħal il-punt (d) li ġej:

"(d)    proporzjon ta' ingranaġġ ta' 3 %.".

(b)fil-paragrafu 3, il-punti (b), (c) u (d) jinbidlu b'dan li ġej:

"(b)    ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għan-negozju fil-portafoll tan-negozjar ta' istituzzjoni għal dawn li ġejjin:

(IV)ir-riskji tas-suq kif determinati skont it-Titolu IV ta' din il-Parti;

(V)skoperturi kbar li jeċċedu l-limiti speċifikati fl-Artikoli 395 sa 401, sal-limitu li istituzzjoni titħalla taqbeż dawk il-limiti, kif determinat skont il-Parti Erbgħa.

(c) ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq kif determinati fit-Titolu IV ta' din il-Parti għall-attivitajiet tan-negozju kollha li jiġġeneraw riskji tal-kambju jew tal-komoditajiet;

(d) ir-rekwiżiti ta' fondi proprji ddeterminati skont it-Titolu V, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 379 għar-riskju ta' saldu.".

(40)L-Artikoli 92a u 92b li ġejjin huma mdaħħlin:

"Artikolu 92a
Rekwiżit tal-G-SII għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

1.Suġġett għall-Artikoli 93 u 94 u għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet identifikati bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni u li huma G-SII jew huma parti minn G-SII għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli:

(a)proporzjon ibbażat fuq ir-riskju ta' 18 %, li jirrappreżenta l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat skont il-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 92(3) u (4);

(b)proporzjon mhux ibbażat fuq ir-riskju ta' 6,75 %, li jirrappreżenta l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-kejl totali tal-iskopertura msemmi fl-Artikolu 429(4).

2.Ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1 m'għandux japplika fil-każijiet li ġejjin:

(a)fit-tliet snin ta' wara d-data li fiha l-istituzzjoni jew il-grupp li tagħmel parti minnu l-istituzzjoni jkun ġie identifikat bħala G-SII;

(b)fis-sentejn ta' wara d-data li fiha l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun applikat l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna skont id-Direttiva 2014/59/UE;

(c)fis-sentejn ta' wara d-data li fiha l-entità ta' riżoluzzjoni tkun daħħlet fis-seħħ miżura alternattiva għas-settur privat imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2014/59/UE li permezz tagħha strumenti kapitali u obbligazzjonijiet oħra jkunu tnaqqsu fil-valur jew ġew ikkonvertiti f'Ekwità Komuni tal-Grad 1 sabiex jikkapitalizzaw mill-ġdid l-entità ta' riżoluzzjoni mingħajr l-applikazzjoni tal-għodda ta' riżoluzzjoni.

3.Meta l-aggregat li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għal kull entità ta' riżoluzzjoni tal-istess G-SII jaqbeż ir-rekwiżit ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli kkalkulati skont l-Artikolu 12, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE tista', wara li tkun ikkonsultat l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni l-oħra rilevanti, taġixxi skont l-Artikoli 45d(3) jew 45h(1) tad-Direttiva 2014/59/UE.

Artikolu 92b
Rekwiżit tal-G-SII mhux tal-UE għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

L-istituzzjonijiet li huma sussidjarji materjali ta' G-SIIs mhux tal-UE u li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni għandhom dejjem jissodisfaw rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ugwali għal 90 % tar-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 92a.

Għall-finijiet ta' konformità mal-paragrafu 1, l-istrumenti ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli għandhom jgħoddu biss meta jinżammu mill-impriża prinċipali tal-istituzzjoni f'pajjiż terz.".

(41)L-Artikolu 94 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 94
Deroga għal negozji żgħar fil-portafoll tan-negozjar

1.B'deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 92(3), istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħhom skont il-paragrafu 2 sakemm id-daqs tan-negozju fil-portafoll tan-negozjar fil-karta bilanċjali u barra l-karta bilanċjali tal-istituzzjonijiet huwa daqs jew inqas mil-livelli limitu li ġejjin abbażi ta' valutazzjoni mwettqa fuq bażi ta' kull xahar:

(a)5 % tal-assi totali tal-istituzzjoni;

(b)EUR 50 miljun.

2.Fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ikunu ssodisfati, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħhom kif ġej:

(a)għall-kuntratti mniżżla fil-punt 1 tal-Anness II, il-kuntratti relatati mal-ekwitajiet li huma msemmija fil-punt 3 tal-Anness II u mad-derivattivi ta' kreditu, l-istituzzjonijiet jistgħu jeżentaw dawk il-pożizzjonijiet mir-rekwiżit ta' fondi proprji msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 92(3);

(b)għal pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar għajr dawk imsemmija fil-punt (a), l-istituzzjonijiet jistgħu jissostitwixxu r-rekwiżit ta' fondi proprji msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 92(3) bir-rekwiżit ikkalkulat skont il-punt (a) tal-Artikolu 92(3).

3.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-daqs tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar fil-karta bilanċjali u barra l-karta bilanċjali tagħhom f'data partikolari għall-finijiet tal-paragrafu 1 skont ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)il-pożizzjonijiet kollha assenjati fil-portafoll tan-negozjar skont l-Artikolu 104 għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu ħlief għal dawn li ġejjin:

(I)pożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kambju u l-komoditajiet;

(II)id-derivattivi ta' kreditu li huma rikonoxxuti bħala ħħeġġjar intern kontra l-iskoperturi għar-riskju ta' kreditu ta' portafoll mhux tan-negozjar jew skoperturi għar-riskju tal-kontroparti;

(b)il-pożizzjonijiet kollha għandhom jiġu vvalutati bil-prezzijiet tas-suq tagħhom f'dik id-data partikolari; meta l-prezz tas-suq ta' pożizzjoni ma jkunx disponibbli f'dik id-data, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur tas-suq l-iktar riċenti għal dik il-pożizzjoni.

(c)il-valur assolut ta' pożizzjonijiet twal għandu jingħadd mal-valur assolut ta' pożizzjonijiet qosra.

4.L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti meta jikkalkulaw, jew jieqfu jikkalkulaw, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħhom skont dan il-paragrafu 2.

5.Istituzzjoni li ma tibqa tissodisfa l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandha tinnotifika mill-ewwel lill-awtorità kompetenti dwar dan.

6.Istituzzjoni għandha tieqaf tiddetermina r-rekwiżiti ta' fondi proprji tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħha skont dan il-paragrafu 2 fi żmien tliet xhur f'wieħed minn dawn il-każijiet li ġejjin:

(a)l-istituzzjoni ma tissodisfax xi waħda mill-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 għal tliet xhur konsekuttivi;

(b)l-istituzzjoni ma tissodisfa l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 matul iktar minn 6 xhur mill-aħħar 12-il xahar.

7.Meta istituzzjoni ma tibqax tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħha skont dan l-Artikolu, għandha tkun permessa biss tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħha skont dan l-Artikolu meta turi lill-awtorità kompetenti li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 għal perjodu sħiħ mhux interrott ta' sena.

8.L-istituzzjonijiet ma għandhomx jidħlu f'pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar bl-uniku skop li jikkonformaw ma' waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 matul il-valutazzjoni ta' kull xahar.".

(42)L-Artikolu 99 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 99
Rappurtar dwar ir-rekwiżiti ta' fondi proprji u informazzjoni finanzjarja

1.L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 92 skont dan l-Artikolu.

L-entitajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 92a u 92b mill-inqas fuq bażi semi-annwali.

2.Minbarra r-rappurtar ta' fondi proprji msemmi fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw informazzjoni finanzjarja lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom meta jkunu waħda minn dawn li ġejjin:

(a)istituzzjoni suġġetta għall-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002;

(b)istituzzjoni tal-kreditu li tħejji l-kontijiet ikkonsolidati tagħha skont l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà skont l-Artikolu 5(b) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

3.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu li dawk l-istituzzjonijiet tal-kreditu li jiddeterminaw il-fondi proprji tagħhom fuq bażi kkonsolidata skont l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà skont l-Artikolu 24(2) ta' dan ir-Regolament, li jirrapportaw informazzjoni finanzjarja skont dan l-Artikolu.

4.Ir-rapporti meħtieġa skont il-paragrafi 1 sa 3 għandhom jiġu sottomessi fuq bażi annwali minn istituzzjonijiet żgħar kif definiti fl-Artikolu 430a u, suġġett għall-paragrafu 6, semi-annwali jew iktar frekwenti mill-istituzzjonijiet l-oħra kollha.

5.Ir-rappurtar dwar informazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 u 3 għandu jinkludi biss informazzjoni li hija meħtieġa biex tiġi pprovduta stampa komprensiva tal-profil ta' riskju tal-istituzzjoni u tar-riskji sistemiċi li joħolqu l-istituzzjonijiet lis-settur finanzjarju jew l-ekonomija reali kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

6.L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi biex tispeċifika l-formati uniformi, il-frekwenza, id-dati tar-rappurtar, id-definizzjonijiet u s-soluzzjonijiet tal-IT għar-rappurtar imsemmi fil-paragrafi 1 sa 3 u fl-Artikolu 100.

Ir-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti f'dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati għall-istituzzjonijiet b'mod proporzjonat, wara li jiġu kkunsidrati d-daqs, il-kumplessità u n-natura tagħhom u l-livell ta' riskju tal-attivitajiet tagħhom.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

7.L-EBA għandha tivvaluta l-impatt finanzjarju fuq l-istituzzjonijiet tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 29 f'termini ta' spejjeż ta' konformità u tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-[31 ta' Diċembru 2019]. Dak ir-rapport għandu b'mod partikolari jeżamina jekk ir-rekwiżiti tar-rapportar ġewx applikati b'mod proporzjonat biżżejjed. Għal dawk l-għanijiet, ir-rapport għandu:

(a)jikklassifika l-istituzzjonijiet f'kategoriji abbażi tad-daqs, il-kumplessità u n-natura tagħhom u l-livell ta' riskju tal-attivitajiet tagħhom. Ir-rapport għandu b'mod partikolari jinkludi kategorija ta' istituzzjonijiet żgħar kif definit fl-Artikolu 430a;

(b)jkejjel il-piż ta' rapportar imġarrab minn kull kategorija ta' istituzzjonijiet matul il-perjodu rilevanti biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' rapportar stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014, b'kont meħud tal-prinċipji li ġejjin:

(I)il-piż tar-rapportar għandu jitkejjel bħala l-proporzjon tal-ispejjeż tal-konformità relattivi għad-dħul nett tal-istituzzjonijiet matul il-perjodu rilevanti;

(II)l-ispejjeż tal-konformità għandhom jinkludu l-infiq kollu direttament jew indirettament relatat mal-implimentazzjoni u l-operazzjoni fuq bażi kontinwa tas-sistemi tar-rapportar, inkluż l-infiq fuq persunal, sistemi tal-IT, servizzi legali, ta' kontabbiltà, ta' awditjar u ta' konsulenza;

(III)il-perjodu rilevanti għandu jirreferi għal kull perjodu annwali li matulu l-istituzzjonijiet ġarrbu spejjeż ta' konformità biex iħejju għall-implimentazzjoni tal-obbligi ta' rapportar stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 u biex ikomplu jħaddmu s-sistemi ta' rapportar fuq bażi kontinwa;

(c)jivvaluta jekk u sa liema punt l-ispejjeż ta' konformità ma ħallewx b'mod sostanzjali lill-istituzzjonijiet li għadhom kif jiġu inkorporati jidħlu fis-suq;

(d)jivvaluta l-impatt tal-ispejjeż ta' konformità, kif imsemmi fil-punt (b)(ii), fuq kull kategorija ta' istituzzjonijiet f'termini ta' kostijiet tal-opportunità; u

(e)jirrakkomanda emendi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 biex jitnaqqas il-piż ta' rapportar fuq l-istituzzjonijiet jew kategoriji speċifiċi ta' istituzzjonijiet fejn xieraq, filwaqt li jitqiesu l-objettivi ta' dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2013/36/UE. Ir-rapport għandu, tal-inqas, jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kif għandu jitnaqqas il-livell ta' granularità tal-obbligi ta' rapportar għal istituzzjonijiet żgħar kif definiti fl-Artikolu 430a.

8.Għall-finijiet tal-punt (d) tal-paragrafu 7, 'kostijiet tal-opportunità' għandha tfisser il-valur mitluf lill-istituzzjonijiet għal servizzi mhux ipprovduti lill-konsumaturi minħabba spejjeż ta' konformità.

9.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lill-EBA dwar il-fatt jekk l-istituzzjonijiet, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, għandhomx jirrappurtaw dwar l-informazzjoni finanzjarja fuq bażi konsolidata skont il-paragrafu 2, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)l-istituzzjonijiet rilevanti mhumiex diġà qegħdin jirrappurtaw fuq bażi konsolidata;

(b)l-istituzzjonijiet rilevanti huma suġġetti għal qafas ta' kontabbiltà skont id-Direttiva 86/653/KEE;

(c)ir-rapportar finanzjarju huwa kkunsidrat meħtieġ biex tiġi pprovduta stampa globali tal-profil ta' riskju ta' dawk l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u tar-riskji sistemiċi li joħolqu għas-settur finanzjarju jew l-ekonomija reali kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-formati li l-istituzzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jużaw għall-finijiet stabbiliti fih.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

10.Fejn awtorità kompetenti tqis l-informazzjoni mhux koperta mill-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 bħala neċessarja għall-finijiet stabbiliti fil-paragrafu 5, hija għandha tinnotifika lill-EBA u lill-BERS dwar l-informazzjoni addizzjonali li jkun jidhrilha li hija meħtieġa li tiġi inkluża fl-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija f'dak il-paragrafu.

11.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw għall-obbligi ta' rappurtar tal-attributi speċifikati fl-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu u fl-Artikoli 100, 101, 394, 415 u 430 fejn dawk l-attributi huma diġà disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti permezz ta' mezzi oħra minbarra dawk speċifikati fl-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija hawn fuq, inkluż fejn dik l-informazzjoni hija disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti f'formati jew livelli ta' granularità differenti.".

(43)L-Artikolu 100 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 100
Rekwiżiti ta' rappurtar dwar rahan ta' assijiet

1.L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar il-livell ta' rahan ta' assijiet tagħhom.

2.Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jipprovdi għal tqassim skont it-tip ta' rahan ta' assijiet, bħal ftehimiet ta' riakkwist, self ta' titoli, espożizzjonijiet titolizzati jew self marbut bħala kollateral għal bonds koperti.".

(44)Fl-Artikolu 101(1), il-frażi introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

"1.    L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fuq bażi semi-annwali d-data aggregata li ġejja għal kull suq ta' proprjetà immobbli nazzjonali li huma esposti għalih:”.

(45)Fl-Artikolu 101, il-paragrafi 4 u 5 jinbidlu b'dan li ġej:

"4.    L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-formati uniformi għal, definizzjonijiet ta' u l-frekwenzi u d-dati ta' rapportar tad-data aggregata msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll is-soluzzjonijiet tal-IT.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

5.    Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, istituzzjonijiet żgħar kif definiti fl-Artikolu 430a għandhom jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq bażi annwali.".

(46)L-Artikolu 102 huwa emendat kif ġej:

(a)Il-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

"2. L-intenzjoni ta' negozjar għandha tintwera fuq il-bażi tal-istrateġiji, il-politiki u l-proċeduri stabbiliti mill-istituzzjoni biex timmaniġġja l-pożizzjoni jew il-portafoll skont l-Artikolu 104.

3. L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu u jżommu sistemi u kontrolli biex jimmaniġġjaw il-portafoll tan-negozjar tagħhom skont l-Artikolu 103.

4. Il-postijiet tan-negozjar stabbiliti mill-istituzzjoni skont l-Artikolu 104b għandhom jiġu attribwiti pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar, sakemm l-istituzzjoni ma tkunx eliġibbli għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 94 jew tkun ingħatat id-deroga msemmija fl-Artikolu 104b(3).”

(b)Jiżdiedu l-paragrafi 5 u 6 li ġejjin:

"5. Il-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżiti ta' valwazzjoni prudenti speċifikati fl-Artikolu 105.

6. L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw l-iħħeġġjar intern skont l-Artikolu 106.".

(47)L-Artikolu 103 huwa emendat kif ġej:

(a)Il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"1. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ politiki u proċeduri definiti b'mod ċar għall-immaniġġjar globali tal-portafoll tan-negozjar. Dawn il-politiki u proċeduri għandhom mill-inqas jindirizzaw:

(a)    liema attivitajiet l-istituzzjoni tikkunsidra bħala negozjar kummerċjali u bħala parti kostitwenti tal-portafoll tan-negozjar għall-finijiet tar-rekwiżit ta' fondi proprji;

(b)    il-punt sa fejn pożizzjoni tista' tiġi vvalutata kuljum skont il-valur tas-suq b'riferiment għal suq likwidu, attiv u bidirezzjonali;

(c)    fil-każ ta' pożizzjonijiet li jingħatalhom valur skont mudell, il-punt sa fejn l-istituzzjoni tista':

(I)tidentifika r-riskji materjali kollha tal-pożizzjoni;

(II)tiħħeġġja r-riskji materjali kollha tal-pożizzjoni bi strumenti li għalihom jeżisti suq attiv, likwidu u bidirezzjonali;

(III)tikseb stimi affidabbli għas-suppożizzjonijiet u l-parametri ewlenin użati fil-mudell.

(d)    il-punt sa fejn l-istituzzjoni tista', u tkun obbligata li, tiġġenera valwazzjonijiet għall-pożizzjoni li jistgħu jiġu vvalidati esternament b'mod konsistenti;

(e)    il-punt sa fejn ir-restrizzjonijiet legali jew rekwiżiti operazzjonali oħra jipprekludu l-abbiltà tal-istituzzjoni li teffettwa likwidazzjoni jew ħeġġ tal-pożizzjoni fuq terminu qasir;

(f)    il-punt sa fejn l-istituzzjoni tista', u tkun obbligata li, timmaniġġja b'mod attiv ir-riskji ta' pożizzjonijiet fl-operat tan-negozjar tagħha;

(g)    il-punt sa fejn l-istituzzjoni tista' tittrasferixxi riskji jew pożizzjonijiet bejn il-portafolli mhux tan-negozjar u l-portafolli tan-negozjar u l-kriterji għal dawn it-trasferimenti kif imsemmi fl-Artikolu 104b.";

(b)fil-paragrafu 2, il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

"2. Fl-immaniġġjar tal-pożizzjonijiet jew tal-portafolli ta' pożizzjonijiet tagħha fil-portafoll tan-negozjar, l-istituzzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:";

(c)Fil-paragrafu 2, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

"(a)    l-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ strateġija tan-negozjar dokumentata b'mod ċar għall-pożizzjoni jew portafolli fil-portafoll tan-negozjar, li għandha tkun approvata mill-maniġment superjuri u tinkludi l-perjodu ta' parteċipazzjoni mistenni;";

(d)Fil-paragrafu 2, il-parti introduttorja tal-punt (b) hija emendata kif ġej:

"(b)    l-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ politiki u proċeduri definiti b'mod ċar għall-ġestjoni attiva ta' pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar. Dawn il-politiki u proċeduri għandhom jinkludu dan li ġej:";

(e)fil-paragrafu 2, il-punt (b)(i) huwa emendat kif ġej:

“(i) liema pożizzjonijiet jew portafolli ta' pożizzjonijiet jista' jidħol fihom kull post tan-negozjar jew, kif jista' jkun il-każ, minn negozjanti magħżula;”.

(48)L-Artikolu 104 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 104
Inklużjoni fil-portafoll tan-negozjar

1.L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ politiki u proċeduri definiti b'mod ċar biex jiddeterminaw liema pożizzjonijiet għandhom jinkludu fil-portafoll tan-negozjar għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' kapital tagħhom, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 102, id-definizzjoni ta' portafoll tan-negozjar skont il-punt (86) tal-Artikolu 4(1), u d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, b'kont meħud tal-kapaċitajiet u l-prattiki għall-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni. L-istituzzjoni għandha tiddokumenta b'mod sħiħ il-konformità tagħha ma' dawn il-politiki u l-proċeduri, għandha tissottomettihom għal awditjar intern tal-inqas fuq bażi annwali u tagħmel ir-riżultati ta' dak l-awditjar disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti.

2.Il-portafoll tan-negozjar għandu jiġi assenjat b'pożizzjonijiet fl-istrumenti li ġejjin:

(a)l-istrumenti li jissodisfaw il-kriterji għall-inklużjoni fil-portafoll ta' negozjar ta' korrelazzjoni ('PNK'), kif imsemmi fil-paragrafi 6 sa 9;

(b)l-istrumenti finanzjarji li huma ġestiti f'post tan-negozjar stabbilit skont l-Artikolu 104b;

(c)l-istrumenti finanzjarji li jwasslu għal pożizzjoni qasira netta ta' ekwità jew ta' kreditu;

(d)l-istrumenti li jirriżultaw minn impenji ta' sottoskrizzjoni;

(e)l-assi jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji mkejla b'valur ġust;

(f)l-istrumenti li jirriżultaw minn attivitajiet ta' ġenerazzjoni tas-suq;

(g)l-impriżi ta' investiment kollettiv, sakemm jissodisfaw il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu;

(h)ekwitajiet kwotati;

(i)tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli relatati man-negozjar;

(j)opzjonijiet li jinkludu derivattivi inkorporati maqsuma fi tnejn minn strumenti fil-portafoll mhux tan-negozjar li jirrelataw ma' riskju ta' kreditu jew ta' ekwità;

Għall-finijiet tal-punt (c) ta' dan il-paragrafu, istituzzjoni għandu jkollha pożizzjoni qasira netta ta' ekwità meta tnaqqis fil-prezz ta' ekwità jirriżulta fi profitt għall-istituzzjoni. Bl-istess mod, istituzzjoni għandu jkollha pożizzjoni qasira netta ta' kreditu fejn żieda fil-firxa tal-kreditu jew deterjorazzjoni fl-affidabbiltà kreditizja ta' emittent jew grupp ta' emittenti jirriżultaw fi profitt għall-istituzzjoni.

3.Il-portafoll tan-negozjar ma għandux jiġi assenjat b'pożizzjonijiet fl-istrumenti li ġejjin:

(a)l-istrumenti magħżula għad-depożitu tat-titolizzazzjonijiet;

(b)il-parteċipazzjonijiet fil-proprjetà immobbli;

(c)kreditu għall-bejgħ bl-imnut u għall-SMEs;

(d)impriżi ta' investiment kollettiv oħra minbarra dawk speċifikati fil-punt (g) tal-paragrafu 2 li fihom l-istituzzjoni ma tistax tirreferi għall-fond fuq bażi ta' kuljum jew meta l-istituzzjoni ma tistax tikseb prezzijiet reali għall-investiment fil-kapital tagħha fil-fond fuq bażi ta' kuljum;

(e)il-kuntratti tad-derivattivi bi strumenti finanzjarji sottostanti msemmija fil-punt (a) sa (d);

(f)l-istrumenti miżmuma għall-finijiet ta' ħħeġġjar ta' riskju partikolari ta' pożizzjoni fi strument imsemmi fil-punt (a) sa (e).

4.Minkejja l-paragrafu 2, istituzzjoni ma tistax tassenja pożizzjoni fi strument imsemmi fil-punti (e) sa (i) tal-paragrafu 2 lill-portafoll tan-negozjar meta dik l-istituzzjoni tkun tista' tissodisfa lill-awtoritajiet kompetenti li l-pożizzjoni mhijiex miżmuma b'intenzjoni ta' negozjar jew ma tiħħeġġjax pożizzjonijiet miżmuma b'intenzjoni ta' negozjar.

5.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu lil istituzzjoni tipprovdi evidenza li l-portafoll tan-negozjar se ġie assenjat b'pożizzjoni li mhijiex imsemmija fil-paragrafu 3. Fin-nuqqas ta' evidenza xierqa, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu lill-istituzzjoni terġa' talloka dik il-pożizzjoni lill-portafoll mhux tan-negozjar, ħlief għall-pożizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 2.

6.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu lil istituzzjoni tipprovdi evidenza li l-portafoll mhux tan-negozjar se jiġi assenjat b'pożizzjoni li mhijiex imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 2. Fin-nuqqas ta' evidenza xierqa, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu lill-istituzzjoni terġa' talloka dik il-pożizzjoni lill-portafoll tan-negozjar, sakemm dik il-pożizzjoni ma ssirx referenza għaliha fil-paragrafu 3.

7.Il-PNK għandu jiġi assenjat b'pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni PNK u d-derivattivi ta' kreditu n-eżmu inadempjenti li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(a)il-pożizzjonijiet la jkunu pożizzjonijiet ta' rititolizzazzjoni, la opzjonijiet fuq segment ta' titolizzazzjoni, u lanqas xi derivati oħra ta' skoperturi ta' titolizzazzjoni li ma jipprovdux sehem pro rata fir-rikavat ta' segment ta' titolizzazzjoni;

(b)l-istrumenti sottostanti kollha tagħhom huma:

(I)strumenti b'isem wieħed, inklużi derivattivi ta' kreditu b'isem wieħed, li għalihom ikun jeżisti suq likwidu bidirezzjonali;

(II)indiċijiet negozjati spiss ibbażati fuq l-istrumenti msemmija fil-punt (i).

Suq bidirezzjonali jitqies li jeżisti meta jkun hemm offerti bona fide indipendenti għax-xiri u l-bejgħ b'tali mod li prezz relatat b'mod raġonevoli mal-aħħar prezz ta' bejgħ jew offerta kompetittiva bona fide kurrenti u kwotazzjonijiet tal-offerti jkunu jistgħu jiġu determinati fi żmien ġurnata u saldati b'dak il-prezz fi żmien relattivament qasir b'konformità mal-prattika tan-negozjar.

8.Il-pożizzjonijiet bi kwalunkwe wieħed mill-istrumenti li ġejjin ma għandhomx jiġu inklużi fil-PNK:

(a)l-istrumenti sottostanti li jagħmlu parti mill-klassijiet ta' skopertura msemmija fil-punti (h) jew (i) tal-Artikolu 112;

(b)pretensjoni fuq entità bi skop speċjali, ikkollateralizzata direttament jew indirettament, b'pożizzjoni li hija nnifisha ma tkunx eliġibbli għal inklużjoni fil-PNK skont il-paragrafu 6.

9.Fil-pożizzjonijiet tal-PNK, l-istituzzjonijiet jistgħu jinkludu pożizzjonijiet li la huma pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni u lanqas derivattivi ta' kreditu n-eżmu inadempjenti iżda li jiħħeġġjaw pożizzjonijiet oħra ta' dak il-portafoll, sakemm jeżisti suq bidirezzjonali likwidu kif deskritt fl-aħħar subparagrafu tal-paragrafu 7 għall-istrument jew l-istrumenti sottostanti tiegħu.

10.L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw pożizzjoni f'impriża ta' investiment kollettiv lill-portafoll tan-negozjar meta din tal-inqas tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)l-istituzzjonijiet tista' tirreferi għall-impriża ta' investiment kollettiv fuq bażi ta' kuljum;

(b)l-istituzzjoni tista' tikseb il-prezzijiet għall-impriża ta' investiment kollettiv fuq bażi ta' kuljum.".

(49)Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 104a u 104b li ġejjin:

"Artikolu 104a
Riklassifikazzjoni ta' pożizzjoni

1.L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ politiki definiti b'mod ċar biex jiġu identifikati liema ċirkostanzi eċċezzjonali jiġġustifikaw ir-riklassifikazzjoni ta' pożizzjoni tan-negozjar bħala portafoll mhux tan-negozjar jew għall-kuntrarju ta' pożizzjoni mhux tan-negozjar bħala portafoll mhux tan-negozjar għall-finijiet li jiġu determinati r-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti. L-istituzzjonijiet għandhom jirrevedu dawn il-politiki tal-inqas darba fis-sena.

L-EBA għandha tiżviluppa linji gwida sa [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] dwar it-tifsira ta' ċirkostanzi eċċezzjonali għall-fini ta' dan l-Artikolu.

2.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu permess biex pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar tiġi riklassifikata bħala pożizzjoni fil-portafoll mhux tan-negozjar jew għall-kuntrarju pożizzjoni fil-portafoll mhux tan-negozjar bħala portafoll mhux tan-negozjar għall-finijiet li jiġu determinati r-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom fil-każ biss meta l-istituzzjoni tkun ipprovdiet lill-awtoritajiet kompetenti b'evidenza bil-miktub li d-deċiżjoni tagħha li terġa' tikklassifika dik il-pożizzjoni hija r-riżultat ta' ċirkostanza eċċezzjonali li hija konsistenti mal-politiki stabbiliti mill-istituzzjoni skont il-paragrafu 1. Għal dan il-għan, l-istituzzjoni għandha tipprovdi biżżejjed evidenza li l-pożizzjoni ma għadhiex tissodisfa l-kundizzjoni biex tiġi kklassifikata bħala pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar jew mhux tan-negozjar skont l-Artikolu 104.

Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi approvata mill-korp maniġerjali tal-istituzzjoni.

3.Fejn l-awtoritajiet kompetenti taw il-permess tagħhom skont il-paragrafu 2, l-istituzzjoni għandha:

(a)tiddivulga lill-pubbliku fl-eqreb data ta' rapportar l-informazzjoni li l-pożizzjoni tagħha ġiet riklassifikata;

(b)suġġett għat-trattament stabbilit fil-paragrafu 4, tiddetermina sa mill-eqreb data ta' rapportar, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tal-pożizzjoni riklassifikata skont l-Artikolu 92;

4.Meta, fl-eqreb data ta' rapportar, il-bidla netta fl-ammont tar-rekwiżiti ta' fondi proprji tal-istituzzjoni li tkun ikkawżata mir-riklassifikazzjoni tar-riżultati tal-pożizzjoni tirriżulta f'tnaqqis nett tar-rekwiżiti ta' fondi proprji, l-istituzzjoni għandha żżomm fondi proprji addizzjonali għal din il-bidla netta u tiddivulga lill-pubbliku l-ammont ta' dawn il-fondi proprji addizzjonali. L-ammont ta' dawn il-fondi proprji addizzjonali għandu jibqa' kostanti sakemm il-pożizzjoni timmatura ħlief jekk, l-awtoritajiet kompetenti jippermettu lill-istituzzjoni li telimina gradwalment dan l-ammont f'data eqreb.

5.Ir-riklassifikazzjoni ta' pożizzjoni skont dan l-artikolu għandha tkun irrevokabbli.

Artikolu 104b
Rekwiżiti għall-post tan-negozjar

1.L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu postijiet tan-negozjar u jattribwixxu kull waħda mill-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar tagħhom lil wieħed minn dawn il-postijiet tan-negozjar. Il-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar għandhom jiġu attribwiti lill-istess portafoll tan-negozjar fil-każ biss meta jkunu jissodisfaw l-istrateġija tan-negozjar miftiehma għall-post tan-negozjar u huma ġestiti b'mod konsistenti u mmonitorjati skont il-paragrafu 2.

2.Il-postijiet tan-negozjar tal-istituzzjonijiet għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)kull post tan-negozjar għandu jkollu strateġija tan-negozjar u struttura tal-ġestjoni tar-riskju ċara u distintiva li hija adegwata għall-istrateġija tan-negozjar tiegħu;

(b)kull post tan-negozjar għandu jkollu struttura organizzattiva ċara; pożizzjonijiet f'post tan-negozjar partikolari għandhom jiġu amministrati minn negozjanti maħtura fi ħdan l-istituzzjoni; kull negozjant għandu jkollu funzjonijiet dedikati fil-post tan-negozjar; negozjant wieħed għandu jiġi assenjat lil post tan-negozjar wieħed biss; negozjant wieħed f'kull post tan-negozjar għandu jieħu rwol ewlieni fis-sorveljanza tal-attivitajiet u n-negozjanti l-oħrajn tal-post tan-negozjar;

(c)għandhom jiġu stabbiliti limiti tal-pożizzjoni f'kull post tan-negozjar skont l-istrateġija tan-negozjar ta' dak il-post tan-negozjar;

(d)tal-inqas darba f'ġimgħa, għandhom jiġu prodotti rapporti dwar l-attivitajiet, il-profittabbiltà, il-ġestjoni tar-riskju u r-rekwiżiti regolatorji fil-livell tal-post tan-negozjar, li għandhom jintbagħtu lill-korp maniġerjali tal-istituzzjoni fuq bażi regolari;

(e)kull post tan-negozjar għandu jkollu pjan ta' direzzjoni tan-negozju annwali ċar li jinkludi politika ta' remunerazzjoni definita sew fuq kriterji sodi użati għall-kejl tal-prestazzjoni.

3.L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-mod li bih huma jikkonformaw mal-paragrafu 2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu lil istituzzjoni tibdel l-istruttura jew l-organizzazzjoni tal-postijiet tan-negozjar tagħha biex tikkonforma ma' dan l-Artikolu.

4.B'deroga mill-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċi stabbiliti fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 325(1) sabiex jiddeterminaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq jistgħu japplikaw għal deroga mir-rekwiżiti kollha jew parti minnhom f'dan l-Artikolu. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu d-deroga meta l-istituzzjoni turi li:

(a)in-nuqqas ta' konformità mal-paragrafu 2 ma jkollux impatt materjali negattiv fuq il-kapaċità tal-istituzzjoni li timmaniġġja u timmonitorja b'mod effettiv ir-riskji tas-suq tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar tagħha;

(b)l-istituzzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti ta' ġestjoni tal-portafoll tan-negozjar ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 103.".

(50)L-Artikolu 105 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"1.    Il-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar u l-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar kollha mkejla b'valur ġust għandhom ikunu suġġetti għall-istandards ta' valwazzjoni prudenti speċifikati f'dan l-Artikolu. L-istituzzjonijiet għandhom b'mod partikolari jiżguraw li l-valwazzjoni prudenti tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar tagħhom tilħaq grad xieraq ta' ċertezza fid-dawl tan-natura dinamika tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar u l-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar imkejla b'valur ġust, id-domandi ta' solidità prudenzjali u l-mod ta' operat u l-għan tar-rekwiżiti ta' kapital fir-rigward tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar u l-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar imkejla b'valur ġust.";

(b)il-paragrafi 3 u 4 jinbidlu b'dan li ġej:

"3.    L-istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw mill-ġdid il-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar b'valur ġust tal-inqas darba kuljum. Il-bidliet fil-valur ta' dawn il-pożizzjonijiet għandhom jiġu rrapportati fir-rapport tal-introjtu tal-istituzzjoni.

4.    L-istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw il-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar u l-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom imkejla b'valur ġust għas-suq, kull meta jkun possibbli, inkluż meta jiġi applikat it-trattament tal-kapital rilevanti għal dawk il-pożizzjonijiet.";

(c)il-paragrafi 3 u 4 jinbidlu b'dan li ġej:

"6.    Fejn ma tkunx possibbli valwazzjoni skont is-suq, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu valwazzjoni skont mudell konservattiv tal-pożizzjonijiet u l-portafolli tagħhom, inkluż meta jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar imkejla b'valur ġust fil-portafoll mhux tan-negozjar.";

(d)fil-paragrafu 7, l-aħħar subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

"Għall-finijiet tal-punt (d), il-mudell għandu jiġi żviluppat jew approvat indipendentement mill-postijiet tan-negozjar u għandu jiġi ttestjat b'mod indipendenti, inkluż il-validazzjoni tal-matematika, is-suppożizzjonijiet u l-implimentazzjoni tas-softwer.";

(e)Fil-paragrafu 11, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

"(a)    l-ammont addizzjonali ta' żmien li jkun meħtieġ biex tiġi ħħeġġjata l-pożizzjoni jew ir-riskji fil-pożizzjoni lil hinn mill-orizzonti ta' likwidità li ġew assenjati lill-fatturi tar-riskju tal-pożizzjoni skont l-Artikolu 352be;".

(51)L-Artikolu 106 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej:

"2.    Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti applikabbli għall-pożizzjoni ħħeġġjata fil-portafoll mhux tan-negozjar jew il-portafoll tan-negozjar, fejn rilevanti.

3.    Meta istituzzjoni tiħħeġġja skopertura għar-riskju ta' kreditu ta' portafoll mhux tan-negozjar jew skopertura għar-riskju tal-kontroparti permezz ta' derivattiv ta' kreditu mniżżel fil-portafoll tan-negozjar tagħha, din il-pożizzjoni fid-derivattiv ta' kreditu għandha tiġi rikonoxxuta bħala ħeġġ intern tal-iskopertura għar-riskju ta' kreditu ta' portafoll mhux tan-negozjar jew skopertura għar-riskju tal-kontroparti għall-fini tal-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura b'ponderazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 92(3)(a) meta l-istituzzjoni tidħol fi tranżazzjoni derivattiva tal-kreditu oħra ma' fornitur ta' protezzjoni ta' parti terza eliġibbli li jissodisfa r-rekwiżiti għall-protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu fil-portafoll mhux tan-negozjar u jpaċi perfettament ir-riskju tas-suq tal-ħeġġ intern.

Kemm ħeġġ intern rikonoxxut skont l-ewwel subparagrafu kif ukoll id-derivattiv ta' kreditu li jiġi konkluż mal-parti terza għandhom jiġu inklużi fil-portafoll tan-negozjar għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq.";

(b)Jiżdiedu l-paragrafi 4, 5 u 6 li ġejjin:

"4.    Meta istituzzjoni tiħħeġġja skopertura għar-riskju ta' ekwità ta' portafoll mhux tan-negozjar permezz ta' derivattiv ta' ekwità mniżżel fil-portafoll tan-negozjar tagħha, din il-pożizzjoni fid-derivattiv ta' ekwità għandha tiġi rikonoxxuta bħala ħeġġ intern tal-iskopertura għar-riskju ta' ekwità ta' portafoll mhux tan-negozjar għall-fini tal-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura b'ponderazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 92(3)(a) meta l-istituzzjoni tidħol fi tranżazzjoni derivattiva tal-ekwità oħra ma' fornitur ta' protezzjoni ta' parti terza eliġibbli li jissodisfa r-rekwiżiti għall-protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu fil-portafoll mhux tan-negozjar u tpaċi perfettament ir-riskju tas-suq tal-ħeġġ intern.

Kemm ħeġġ intern rikonoxxut skont l-ewwel subparagrafu kif ukoll id-derivattiv ta' ekwità li jiġi konkluż mal-parti terza għandhom jiġu inklużi fil-portafoll tan-negozjar għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq.

5. Meta istituzzjoni tiħħeġġja skoperturi għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax ta' portafoll mhux tan-negozjar permezz ta' pożizzjoni ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax imniżżla fil-portafoll tan-negozjar tagħha, din il-pożizzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala ħeġġ intern għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riskji taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżultaw mill-pożizzjonijiet mhux tan-negozjar skont l-Artikoli 84 u 98 tad-Direttiva 2013/36/UE meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)il-pożizzjoni tkun ġiet attribwita lil post tan-negozjar stabbilit skont l-Artikolu 104b li l-istrateġija tan-negozjar tiegħu hija ddedikata unikament għall-ġestjoni u l-mitigazzjoni tar-riskju tas-suq tal-iħħeġġjar intern ta' skopertura għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax. Għal dan il-għan, dak il-post tan-negozjar jista' jidħol f'pożizzjonijiet tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax oħra ma' partijiet terzi jew postijiet tan-negozjar oħra tal-istituzzjoni, sakemm dawk il-postijiet tan-negozjar l-oħrajn ipaċu perfettament ir-riskju tas-suq ta' dawk il-pożizzjonijiet tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax l-oħra billi jidħlu f'pożizzjonijiet opposti tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax ma' partijiet terzi;

(b)l-istituzzjoni dokumentat b'mod sħiħ kif il-pożizzjoni timmitiga r-riskji taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżultaw minn pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar għall-finijiet tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 84 u 98 tad-Direttiva 2013/36/UE;

6. Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq tal-pożizzjonijiet kollha assenjati lill-post tan-negozjar jew li ġew konklużi miegħu li huma msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 għandhom jiġu kkalkulati fuq bażi awtonoma bħala portafoll separat u għandhom ikunu addizzjonali għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar l-oħra.".

(52)Fl-Artikolu 107, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

"3. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-iskoperturi għal ditti ta' investiment ta' pajjiż terz, għal istituzzjoni ta' kreditu ta' pajjiż terz u għal kambju ta' pajjiż terz għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għal istituzzjoni fil-każ biss meta l-pajjiż terz japplika rekwiżiti prudenzjali u superviżorji għal dik l-entità li huma tal-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.".

(53)Fl-Artikolu 128, il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b'dan li ġej:

"1. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw ponderazzjoni tar-riskju ta' 150 % lill-iskoperturi li huma assoċjati ma' riskji partikolarment għoljin.

2. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw il-finanzjament ta' proprjetà immobbli spekulattiv bħala skoperturi assoċjati ma' riskji partikolarment għoljin.".

(54)L-Artikolu 132 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 132
Rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet fis-CIUs

1.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU billi jimmultiplikaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tal-iskoperturi tas-CIU, ikkalkulat skont l-approċċi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, bil-perċentwal ta' unitajiet jew azzjonijiet miżmuma minn dawk l-istituzzjonijiet.

2.Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 jiġu ssodisfati, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw il-prinċipju taċ-ċar kristall skont l-Artikolu 132a(1) jew l-approċċ ibbażat fuq il-mandat skont l-Artikolu 132a(2).

Suġġett għall-Artikolu 132b(2), l-istituzzjonijiet li ma japplikawx il-prinċipju taċ-ċar kristall jew l-approċċ ibbażat fuq il-mandat għandhom jassenjaw ponderazzjoni tar-riskju ta' 1,250 % (.approċċ ta' riżerva') għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU.

L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-iskopertura mwieżna għar-riskju għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU billi jużaw kombinament tal-approċċi msemmija f'dan l-ewwel paragrafu, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-użu ta' dawk l-approċċi.

3.L-istituzzjonijiet jistgħu jiddeterminaw l-ammont ta' skopertura mwieżna għar-riskju ta' skopertura ta' CIU skont l-approċċi stabbiliti fl-Artikolu 132a meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)is-CIU hija waħda minn dawn li ġejjin:

(I)impriża ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS), irregolata mid-Direttiva 2009/65/KE;

(II)AIF tal-UE ġestit minn AIFM tal-UE rreġistrat skont l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(III)AIF ġestit minn AIFM tal-UE awtorizzat skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/61/UE;

(IV)AIF ġestit minn AIFM mhux tal-UE awtorizzat skont l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2011/61/UE;

(V)AIF mhux tal-UE ġestit minn AIFM mhux tal-UE u kkummerċjalizzat skont l-Artikolu 42 tad-Direttiva 2011/61/UE;

(b)il-prospett tas-CIU jew dokument ekwivalenti jinkludi dan li ġej:

(I)il-kategorija ta' assi li fiha s-CIU tkun awtorizzata tinvesti;

(II)fejn japplikaw limiti fuq l-investiment, il-limiti relattivi u l-metodoloġiji għall-kalkolu tagħhom;

(c)ir-rapportar mis-CIU lill-istituzzjoni jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(I)in-negozju tas-CIU huwa rrapportat mill-inqas bl-istess frekwenza bħal dak tal-istituzzjoni;

(II)il-granularità tal-informazzjoni finanzjarja hija suffiċjenti biex l-istituzzjoni tkun tista' tikkalkula l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tas-CIU skont l-approċċ magħżul mill-istituzzjoni;

(III)meta l-istituzzjoni tapplika l-prinċipju taċ-ċar kristall, l-informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti tiġi vverifikata minn parti terza indipendenti.

4.L-istituzzjonijiet li ma għandhomx data jew informazzjoni xierqa biex jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju ta' skopertura ta' CIU skont l-approċċi stabbiliti fl-Artikolu 132a jistgħu jibbażaw ruħhom fuq il-kalkoli ta' parti terzi, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)il-parti terza hija waħda minn dawn li ġejjin:

(I)id-depożitarju jew id-depożitarju finanzjarju tas-CIU, sakemm is-CIU tinvesti b'mod esklussiv f'titoli u tiddepożita t-titoli kollha f'dak depożitarju jew depożitarju finanzjarju;

(II)fil-każ ta' CIUs mhux koperti mill-punt (i), il-kumpanija maniġerjali tas-CIU, sakemm il-kumpanija tissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fil-punt (a) tal-paragrafu 3.

(b)il-parti terza twettaq il-kalkolu skont l-approċċi stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 tal-Artikolu 132a, kif applikabbli;

(c)awditur estern ikun ikkonferma l-korrettezza tal-kalkolu tal-parti terza.

L-istituzzjonijiet li jibbażaw ruħhom fuq il-kalkoli ta' parti terza għandhom jimmultiplikaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju ta' skopertura ta' CIU li tirriżulta minn dawn il-kalkoli b'fattur ta' 1,2.

Meta istituzzjoni tapplika l-approċċi msemmija fl-Artikolu 132a għall-fini li tikkalkula l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju ta' skopertura ta' CIU ('CIU ta' livell 1'), u kwalunkwe waħda mill-iskoperturi sottostanti tas-CIU ta' livell 1 hija skopertura fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU oħra ('CIU ta' livell 2'), l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tal-iskoperturi tas-CIU ta' livell 2 jista' jiġi kkalkulat permezz ta' kwalunkwe wieħed mit-tliet approċċi deskritti fil-paragrafu 2. L-istituzzjoni tista' tuża l-prinċipju taċ-ċar kristall biex tikkalkula l-ammonti tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tal-iskoperturi tas-CIU fil-livell 3 u kwalunkwe livell 3 sussegwenti, fil-każ biss fejn użat dak l-approċċ għall-kalkolu fil-livell preċedenti. Fi kwalunkwe xenarju ieħor, din għandha tuża l-approċċ ta' riżerva.

6.L-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju għall-iskoperturi ta' CIU kkalkulat skont il-prinċipju taċ-ċar kristall u l-approċċ ibbażat fuq il-mandat għandu jiġi limitat għall-ammont imwieżen għar-riskju ta' dawk l-iskoperturi ta' CIU kkalkulat skont l-approċċ ta' riżerva.”.

(55)Jiddaħħal l-Artikolu 132a li ġej:

“Artikolu 132a
Approċċi għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tas-CIUs

1.Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 132(3), l-istituzzjonijiet li għandhom biżżejjed informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti individwali ta' CIU għandhom jirreferu għal dawk l-iskoperturi biex jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tas-CIU, filwaqt li jivvalutaw ir-riskju tal-iskoperturi sottostanti kollha tas-CIU bħallikieku kienu miżmuma direttament minn dawk l-istituzzjonijiet.

2.Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 132(3), l-istituzzjonijiet li ma għandhomx biżżejjed informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti individwali ta' CIU biex jużaw il-prinċipju taċ-ċar kristall, jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju ta' dawk l-iskoperturi skont il-limiti stabbiliti fil-mandat tas-CIU u l-leġiżlazzjoni rilevanti.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-kalkoli skont is-suppożizzjoni li s-CIU l-ewwel iġġarrab l-iskoperturi sal-punt massimu permess taħt il-mandat tagħha jew leġiżlazzjoni rilevanti fl-iskoperturi li jattiraw ir-rekwiżit tal-ogħla fondi proprji u mbagħad tkompli ġġarrab l-iskoperturi f'ordni dixxendenti sakemm jintlaħaq il-limitu massimu totali tal-iskopertura.

L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu skont il-metodi stabbiliti f'dan il-Kapitolu, fil-Kapitolu 5 ta' dan it-Titolu, u fit-Taqsimiet 3, 4 jew 5 tal-Kapitolu 6 ta' dan it-Titolu.

3.B'deroga mill-punt (d) tal-Artikolu 92(3), l-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tal-iskoperturi ta' CIU skont il-paragrafi 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu jissostitwixxu r-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' valwazzjoni tal-kreditu ta' skoperturi għal derivattivi ta' dik is-CIU b'ammont ugwali għal 50 % tal-valur tal-iskopertura ta' dawk l-iskoperturi kkalkulati skont it-Taqsimiet 3, 4 jew 5 tal-Kapitolu 6 ta' dan it-Titolu, kif applikabbli.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, istituzzjoni tista' teskludi l-iskoperturi għal derivattivi ta' riskju li ma jkunux suġġetti għal dak ir-rekwiżit li kieku kienu mġarrba direttament mill-istituzzjoni, mill-kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji għall-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu.

4.L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika kif l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju msemmi fil-paragrafu 2 meta kwalunkwe wieħed mill-inputs meħtieġ għal dak il-kalkolu ma jkunx disponibbli.

L-EBA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [disa' xhur wara d-dħul fis-seħħ].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.".

(56)Għandu jiddaħħal l-Artikolu 132b li ġej:

"Artikolu 132b
Esklużjonijiet mill-approċċi għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tas-CIUs

5.L-istituzzjonijiet għandhom jeskludu l-istrumenti tal-Grad 1 ta' ekwità komuni, tal-Grad 1 addizzjonali u tal-Grad 2 miżmuma minn CIU mill-kalkoli msemmija fl-Artikolu 132 li għandhom jitnaqqsu skont l-Artikolu 36(1), l-Artikolu 56 u l-Artikolu 66, rispettivament.

6.L-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu l-iskoperturi fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet fis-CIUs fis-sens tal-punti (g) u (h) tal-Artikolu 150(1) mill-kalkoli msemmija fl-Artikolu 132 u minflok japplikaw it-trattament stabbilit fl-Artikolu 133 għal dawk l-iskoperturi.”.

(57)L-Artikolu 152 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 152
Trattament ta' skoperturi fil-forma ta' unitajiet jew ishma f'CIUs

1.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura mwieżna għar-riskju għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU billi jimmultiplikaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tas-CIU, ikkalkulat skont l-approċċi stabbiliti f'dan l-Artikolu, bil-perċentwal ta' unitajiet jew azzjonijiet miżmuma minn dawn l-istituzzjonijiet.

2.Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 132(3), l-istituzzjonijiet li għandhom biżżejjed informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti individwali ta' CIU għandhom jirreferu għal dawk l-iskoperturi sottostanti biex jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tas-CIU, filwaqt li jivvalutaw ir-riskju tal-iskoperturi sottostanti kollha tas-CIU bħallikieku kienu miżmuma direttament minn dawk l-istituzzjonijiet.

3.B'deroga mill-punt (d) tal-Artikolu 92(3), l-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tal-iskoperturi tas-CIU skont il-paragrafi 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu jissostitwixxu r-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' valwazzjoni tal-kreditu ta' skoperturi għal derivattivi ta' dik is-CIU b'ammont ugwali għal 50 % tal-valur tal-iskopertura ta' dawk l-iskoperturi kkalkulati skont it-Taqsimiet 3, 4 jew 5 tal-Kapitolu 6 ta' dan it-Titolu, kif applikabbli.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, istituzzjoni tista' teskludi l-iskoperturi għal derivattivi ta' riskju li ma jkunux suġġetti għal dak ir-rekwiżit li kieku kienu mġarrba direttament mill-istituzzjoni, mill-kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji għall-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu.

4.L-istituzzjonijiet li japplikaw l-approċċ ta' trasparenza skont il-paragrafi 2 u 3 u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-użu parzjali permanenti skont l-Artikolu 150, jew li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet għall-użu tal-metodi stabbiliti f'dan il-Kapitolu għall-iskoperturi sottostanti tas-CIU kollha jew parti minnhom, għandhom jikkalkulaw ammonti ta' skoperturi mwieżna għar-riskju u ammonti ta' telf mistennija skont il-prinċipji li ġejjin:

(a)għal skoperturi li jappartjenu għall-klassi ta' skopertura ta' ekwità msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 147(2), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-approċċ sempliċi ta' ponderazzjoni tar-riskju stabbilit fl-Artikolu 155(2);

(b)għal skoperturi li jappartjenu għall-klassi tal-iskoperturi ta' titolizzazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-metodu bbażat fuq il-klassifikazzjonijiet stabbilit fl-Artikolu 261;

(c)għall-iskoperturi sottostanti l-oħrajn kollha, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-Approċċ Standardizzat stabbilit fil-Kapitolu 2 ta' dan it-Titolu.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, meta l-istituzzjoni ma tkunx tista' tiddistingwi bejn l-iskoperturi ta' ekwità privata, l-iskoperturi negozjati f'kambju u skoperturi ta' ekwità oħra, għandha tittratta l-iskoperturi konċernati bħala skoperturi ta' ekwità oħra.

5.Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 132(3), l-istituzzjonijiet li ma għandhomx biżżejjed informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti individwali ta' CIU jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju għal dawn l-iskoperturi skont l-approċċ ibbażat fuq il-mandat stabbilit fl-Artikolu 132a(2). Madankollu, għal skoperturi elenkati fil-punt (a), (b) u (c) tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-approċċi stabbiliti fih.

6.Suġġett għall-Artikolu 132b(2), l-istituzzjonijiet li ma japplikawx il-prinċipju taċ-ċar kristall skont il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu jew l-approċċ ibbażat fuq il-mandat skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw l-approċċ ta' riżerva msemmi fl-Artikolu 132(2).

7.L-istituzzjonijiet li ma għandhomx data jew informazzjoni xierqa biex jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju ta' CIU skont l-approċċi stabbiliti fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5 jistgħu jibbażaw ruħhom fuq il-kalkoli ta' parti terzi, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)il-parti terza hija waħda minn dawn li ġejjin:

(I)id-depożitarju jew id-depożitarju finanzjarju tas-CIU, sakemm is-CIU tinvesti b'mod esklussiv f'titoli u tiddepożita t-titoli kollha f'dak depożitarju jew depożitarju finanzjarju;

(II)għal CIUs mhux koperti mill-punt (i), il-kumpanija maniġerjali tas-CIU, sakemm il-kumpanija maniġerjali tas-CIU tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 132(3);

(b)għal skoperturi oħra minbarra dawk elenkati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 4, il-parti terza twettaq il-kalkolu skont l-approċċ stabbilit fl-Artikolu 132a(1);

(c)għal skoperturi elenkati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 4, il-parti terza twettaq il-kalkolu skont l-approċċi stabbiliti fih;

(d)awditur estern ikun ikkonferma l-korrettezza tal-kalkolu tal-parti terza.

L-istituzzjonijiet li jibbażaw ruħhom fuq il-kalkoli ta' parti terza għandhom jimmultiplikaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju ta' skopertura ta' CIU li tirriżulta minn dawn il-kalkoli b'fattur ta' 1,2.

8.Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 132(5) u (6) u l-Artikolu 132b.”.

(58)Fl-Artikolu 201(1), il-punt (h) jinbidel b'dan li ġej:

"(h) kontropartijiet ċentrali li jikkwalifikaw.".

(59)Jiddaħħal l-Artikolu 204a li ġej:

"Artikolu 204a
Tipi eliġibbli ta' derivattivi ta' ekwità

1.L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw id-derivattivi ta' ekwità, li huma swaps tar-redditu totali jew effettivament simili mill-aspett ekonomiku, bħala protezzjoni ta' kreditu eliġibbli għall-unika skop li jwettqu ħħeġġjar intern.

Fejn istituzzjoni tixtri l-protezzjoni tal-kreditu permezz ta' swap tar-redditu totali u tirreġistra l-pagamenti netti rċevuti mas-swap bħala introjtu nett, iżda ma tirreġistrax id-deterjorament fit-tpaċija fil-valur tal-assi li huwa protett jew billi tnaqqas il-valur ġust jew permezz ta' żieda fir-riżervi, dik il-protezzjoni tal-kreditu ma tikkwalifikax bħala protezzjoni tal-kreditu eliġibbli.

2.Fejn istituzzjoni twettaq ħeġġ interna permezz ta' derivattiv ta' kreditu, sabiex il-ħeġġ intern jikkwalifika bħala protezzjoni tal-kreditu eliġibbli għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, ir-riskju tal-kreditu trasferit fil-portafoll tan-negozjar għandu jiġi ttrasferit lil parti terza jew partijiet terzi.

Fejn ikun twettaq ħeġġ intern skont l-ewwel subparagrafu u jkunu ntlaħqu r-rekwiżiti f'dan il-Kapitolu, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fit-Taqsimiet 4 sa 6 ta' dan il-Kapitolu għall-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura mwieżna għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistennija fejn dawn jixtru protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu.".

(60)L-Artikolu 223 huwa emendat kif ġej:

(a)Fil-paragrafu 3, l-aħħar subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

"Fil-każ ta' tranżazzjonijiet derivattivi OTC l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-EVA permezz tal-metodu stabbilit fit-Taqsima 6 tal-Kapitolu 6 kif ġej:

.".

(b)Fil-paragrafu 5, l-aħħar subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

"Fil-każ ta' tranżazzjonijiet derivattivi OTC, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-effetti tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kollateral permezz tal-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3, 4 u 5 tal-Kapitolu 6 ta' dan it-Titolu skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dawn it-Taqsimiet, kif applikabbli."

(61)Fl-Artikolu 272, il-punti (6) u (12) jinbidlu b'dan li ġej:

“(6) ‘sett ta' ħħeġġjar' tfisser grupp ta' tranżazzjonijiet fi ħdan sett tan-netting wieħed għal liema hija permessa tpaċija sħiħa jew parzjali biex tiġi determinata l-iskopertura futura potenzjali skont il-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 jew 4 ta' dan il-Kapitolu;

(12) 'Valur tas-Suq Kurrenti' jew 'CMV', għall-finijiet tat-Taqsima 3 sa Taqsima 5 ta' dan il-Kapitolu, tfisser il-valur tas-suq kurrenti tat-tranżazzjonijiet kollha fi ħdan sett tan-netting gross minn kwalunkwe kollateral miżmum jew sottomess meta l-valuri tas-suq pożittivi u negattivi jiġu kkalkulati b'mod nett biex jinħadem is-CMV;".

(62)Fl-Artikolu 272, huma mdaħħla l-punti (7a) u (12a):

"(7a) 'ftehim ta' marġni b'direzzjoni waħda' tfisser ftehim taħt liema istituzzjoni hija rikjesta tissottometti marġnijiet ta' varjazzjoni lil kontroparti iżda mhijiex intitolata tirċievi marġni ta' varjazzjoni minn dik il-kontroparti jew viċi-versa;".

"(12a) 'ammont ta' kollateral indipendenti nett' jew 'NICA' tfisser is-somma tal-valur aġġustat għall-volatilità tal-kollateral nett irċevut jew sottomess, kif applikabbli, għas-sett tan-netting minbarra l-marġni ta' varjazzjoni;".

(63)L-Artikolu 273 huwa emendat kif ġej:

(a)Il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"1.    L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura għall-kuntratti elenkati fl-Anness II fuq il-bażi ta' wieħed mill-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 ta' dan il-Kapitolu skont dan l-Artikolu.

Istituzzjoni li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 273a(2) ma għandhiex tuża l-metodu stabbilit fit-Taqsima 4 ta' dan il-Kapitolu. Istituzzjoni li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 273a(3) ma għandhiex tuża l-metodu stabbilit fit-Taqsima 5 ta' dan il-Kapitolu.

Sabiex tiddetermina l-valur tal-iskopertura għall-kuntratti elenkati fil-punt 3 tal-Anness II, istituzzjoni ma għandhiex tuża l-metodu stabbilit fit-Taqsima 5 ta' dan il-Kapitolu.

L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw f'kombinazzjoni l-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 ta' dan il-Kapitolu fuq bażi permanenti fi ħdan grupp. Istituzzjoni waħda ma għandhiex tuża f'kombinazzjoni l-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 ta' dan il-Kapitolu fuq bażi permanenti."

(b)Il-paragrafi 6, 7, 8 u 9 jinbidlu b'dan li ġej:

"6. Skont il-metodi kollha stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 ta' dan il-Kapitolu, il-valur tal-iskopertura għal kontroparti partikolari għandu jkun daqs is-somma tal-valuri tal-iskoperturi kkalkulata għal kull sett tan-netting ma' dik il-kontroparti.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn ftehim ta' marġni wieħed japplika għal settijiet tan-netting multipli ma' dik il-kontroparti u l-istituzzjoni qiegħda tuża wieħed mill-metodi stabbiliti fit-Taqsima 3 u t-Taqsima 6 ta' dan il-Kapitolu biex tikkalkula l-valur tal-iskopertura ta' dawn is-settijiet tan-netting, il-valur tal-iskopertura għandu jiġi kkalkulat skont dik it-Taqsima.

Għal kontroparti partikolari, il-valur tal-iskopertura għal sett tan-netting partikolari ta' strumenti derivattivi OTC elenkati fl-Anness II kkalkulat skont dan il-Kapitolu għandu jkun l-akbar minn żero u d-differenza bejn is-somma tal-valuri tal-iskoperturi fis-settijiet kollha tan-netting mal-kontroparti u s-somma tas-CVA għal dik il-kontroparti rikonoxxuti mill-istituzzjoni bħala tnaqqis fil-valur imġarrab. L-aġġustamenti fil-valwazzjoni tal-kreditu għandhom jiġu kkalkulati mingħajr ma jitqies ebda aġġustament tal-valwazzjoni tad-debitu ta' tpaċija attribwit għar-riskju tal-kreditu proprju tad-ditta li tkun diġà ġiet eskluża mill-fondi proprji skont il-punt (c) tal-Artikolu 33(1).

7. Fil-kalkolu tal-valur tal-iskopertura skont il-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 5 ta' dan il-Kapitolu, l-istituzzjonijiet jistgħu jittrattaw żewġ kuntratti derivattivi OTC inklużi fl-istess ftehim tan-netting li jaqblu perfettament bħallikieku kienu kuntratt wieħed bi prinċipju nozzjonali ugwali għal żero.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, żewġ kuntratti tad-derivattivi OTC jaqblu perfettament meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)il-pożizzjonijiet ta' riskju tagħhom huma opposti;

(b)il-karatteristiċi tagħhom, bl-eċċezzjoni tad-data tan-negozju, huma l-istess;

(c)il-flussi tal-flus tagħhom ipaċu kompletament lil xulxin.

8. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura għall-iskoperturi li ġejjin mit-tranżazzjonijiet ta' saldu fit-tul permezz ta' kwalunkwe wieħed mill-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 ta' dan il-Kapitolu, irrispettivament minn liema metodu tkun għażlet l-istituzzjoni għat-trattament ta' derivattivi OTC u tranżazzjonijiet ta' riakkwist, tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' titoli jew komoditajiet, u tranżazzjonijiet ta' self b'marġni. Fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal tranżazzjonijiet ta' saldu fit-tul, istituzzjoni li tuża l-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 3 tista' tassenja l-ponderazzjonijiet tar-riskju skont l-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 2 fuq bażi permanenti u irrispettivament mill-materjalità ta' dawn il-pożizzjonijiet.

9. Għall-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 ta' dan il-Kapitolu, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw tranżazzjonijiet fejn riskju speċifiku ta' korrelazzjoni negattiva (wrong-way risk) ġie identifikat skont l-Artikolu 291.".

(64)Għandhom jiddaħħlu l-Artikolu 273a u l-Artikolu 273b li ġejjin:

"Artikolu 273a
Kundizzjonijiet għall-użu ta' metodi simplifikati għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura

1.Istituzzjoni tista' tikkalkula l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet fid-derivattivi skont il-metodu stabbilit fit-Taqsima 4, sakemm id-daqs tan-negozju ta' derivattiv fil-karta bilanċjali u barra l-karta bilanċjali tiegħu huwa daqs il-livelli limitu li ġejjin jew inqas minnhom abbażi ta' valutazzjoni mwettqa fuq bażi ta' kull xahar:

(a)10 % tat-total ta' assi tal-istituzzjoni;

(b)EUR 150 miljun;

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw id-daqs tan-negozju ta' derivattiv fil-karta bilanċjali u barra l-karta bilanċjali tagħhom f'data partikolari billi jinkludu l-pożizzjonijiet fid-derivattivi kollha tagħhom ħlief derivattivi ta' kreditu li huma rikonoxxuti bħala ħħeġġjar intern kontra l-iskoperturi għar-riskju ta' kreditu ta' portafoll mhux tan-negozjar.

2.Istituzzjoni tista' tikkalkula l-valur tal-iskopertura ta' pożizzjonijiet fid-derivattivi ta' rata tal-imgħax, ta' kambju u tad-deheb skont it-Taqsima 5, sakemm id-daqs ta' negozju ta' derivattiv fil-karta bilanċjali u barra l-karta bilanċjali tagħha huwa ugwali għal-livelli limitu li ġejjin jew inqas minnhom abbażi ta' valutazzjoni mwettqa fuq bażi ta' kull xahar:

(a)5 % tal-assi totali tal-istituzzjoni;

(b)EUR 20 miljun;

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw id-daqs tan-negozju ta' derivattiv fil-karta bilanċjali u barra l-karta bilanċjali tagħhom f'data partikolari billi jinkludu l-pożizzjonijiet fid-derivattivi kollha tagħhom imsemmija fil-kuntratti fil-paragrafi 1 u 2 tal-Anness II;

3.Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-daqs tan-negozju ta' derivattiv fil-karta bilanċjali u barra l-karta bilanċjali tagħhom f'data partikolari skont ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)il-pożizzjonijiet fid-derivattivi għandhom jiġu stmati bil-prezzijiet tas-suq tagħhom f'dik id-data partikolari. Meta l-valur tas-suq ta' pożizzjoni ma jkunx disponibbli f'data partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur tas-suq l-iktar riċenti għal dik il-pożizzjoni.

(b)il-valur assolut ta' pożizzjonijiet twal għandu jingħadd mal-valur assolut ta' pożizzjonijiet qosra.

4.L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 4 jew 5 ta' dan il-Kapitolu li jużaw, jew li jieqfu jużaw, kif applikabbli, biex jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet fid-derivattivi tagħhom.

5.L-istituzzjonijiet ma għandhomx jidħlu fi tranżazzjoni derivattiva bl-unika skop li jikkonformaw ma' waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 u 2 matul il-valutazzjoni ta' kull xahar.

Artikolu 273b
Nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet għall-użu ta' metodi simplifikati għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura tad-derivattivi

1.Istituzzjoni li ma tibqax tissodisfa xi waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 273a(1) jew (2) għandha tinnotifika mill-ewwel lill-awtorità kompetenti dwar dan.

2.Istituzzjoni għandha tieqaf tapplika l-Artikolu 273a(1) jew (2) fi żmien tliet xhur minn meta jseħħ wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)l-istituzzjoni ma tissodisfax xi waħda mill-kundizzjonijiet tal-Artikolu 273a(1) jew (2) għal tliet xhur konsekuttivi;

(b)l-istituzzjoni ma tissodisfax xi waħda mill-kundizzjonijiet tal-Artikolu 273a(1) jew (2), kif applikabbli, għal iktar minn 6 xhur mill-aħħar 12-il xahar.

3.Meta istituzzjoni ma tibqax tapplika l-Artikolu 273a(1) jew (2), din għandha tkun permessa biss tiddetermina l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet fid-derivattivi tagħha stabbiliti fit-Taqsima 4 jew 5 ta' dan il-Kapitolu, kif applikabbli, meta turi lill-awtorità kompetenti li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 273a(1) jew (2) għal perjodu sħiħ mhux interrott ta' sena.".

(65)Fil-Parti Tlieta, Titolu II, Kapitolu 6, it-Taqsima 3 tinbidel b'dan li ġej:

"Taqsima 3
Approċċ Standardizzat għar-Riskju ta' Kreditu tal-Kontroparti

Artikolu 274
Valur tal-iskoperturi

1.Istituzzjoni tista' tikkalkula valur tal-iskopertura wieħed fil-livell tas-sett tan-netting għat-tranżazzjonijiet kollha koperti minn ftehim ta' netting kuntrattwali meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)il-ftehim ta' netting jappartjeni għal wieħed mit-tipi ta' ftehimiet ta' netting ta' kuntratt imsemmija fl-Artikolu 295;

(b)il-ftehim ta' netting ġie rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 296;

(c)l-istituzzjoni ssodisfat l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 297 fir-rigward tal-ftehim ta' netting.

Meta xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ma tiġix issodisfata, l-istituzzjoni għandha tittratta kull tranżazzjoni bħallikieku kienet sett tan-netting tagħha stess.

2.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura ta' sett tan-netting skont l-Approċċ Standardizzat għal Metodu tar-Riskju ta' Kreditu tal-Kontroparti kif ġej:

fejn:

RC    =    il-kost tas-sostituzzjoni kkalkulat skont l-Artikolu 275;

PFE    =    l-iskopertura futura potenzjali kkalkulata skont l-Artikolu 278;

α    =    1,4.

3.Il-valur tal-iskopertura ta' sett tan-netting suġġett għal ftehim ta' marġni kuntrattwali għandu jiġi limitat għall-valur tal-iskopertura tas-sett tan-netting li ma hu suġġett għall-ebda forma ta' ftehim ta' marġni.

4.Meta japplika iktar minn ftehim ta' marġni wieħed għall-istess sett tan-netting, l-istituzzjonijiet għandhom jallokaw kull ftehim ta' marġni lill-grupp ta' tranżazzjonijiet fis-sett tan-netting li dak il-ftehim ta' marġni japplika kuntrattwalment għalih u jikkalkulaw valur tal-iskopertura b'mod separat għal kull waħda minn dawk it-tranżazzjonijiet fi grupp.

5.L-istituzzjonijiet jistgħu jistabbilixxu l-valur tal-iskopertura ta' sett tan-netting għal żero biex b'hekk jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)is-sett tan-netting huwa magħmul biss minn opzjonijiet mibjugħa;

(b)il-valur tas-suq kurrenti tas-sett tan-netting huwa dejjem negattiv;

(c)il-primjum tal-opzjonijiet kollha inklużi fis-sett tan-netting ġie rċevut bil-quddiem mill-istituzzjoni biex tiġi ggarantita l-eżekuzzjoni tal-kuntratti;

(d)is-sett tan-netting ma hu suġġett għal ebda ftehim ta' marġni.

6.F'sett tan-netting, l-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu tranżazzjoni li hija kombinazzjoni lineari ta' opzjonijiet ta' xiri jew put bl-opzjonijiet waħdiena kollha li jiffurmaw dik il-kombinazzjoni lineari, meħuda bħala tranżazzjoni individwali, għall-fini li jiġi kkalkulat il-valur tal-iskopertura tas-sett tan-netting skont din it-taqsima.

Artikolu 275
Il-kost tas-sostituzzjoni

1.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-kost tas-sostituzzjoni (‘RC') għas-settijiet tan-netting li mhumiex suġġetti għal ftehim ta' marġni, skont il-formula li ġejja:

2.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-kost tas-sostituzzjoni għal settijiet tan-netting waħdiena suġġetti għal ftehim ta' marġni skont il-formula li ġejja:

fejn:

VM        =    il-valur aġġustat għall-volatilità tal-marġni ta' varjazzjoni nett irċevut jew sottomess, kif applikabbli, għas-sett tan-netting fuq bażi regolari biex jiġu mmitigati l-bidliet fis-CMV tas-sett tan-netting;    

TH        =    il-livell limitu ta' marġni applikabbli għas-sett tan-netting taħt il-ftehim ta' marġni taħt liema l-istituzzjoni ma tistax titlob kollateral;

MTA        =    l-ammont minimu ta' trasferiment applikabbli għas-sett tan-netting taħt il-ftehim ta' marġni.

3.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-kost tas-sostituzzjoni għal settijiet tan-netting multipli suġġetti għal ftehim ta' marġni skont il-formula li ġejja:

fejn:

i    =    l-indiċi li jindika s-settijiet tan-netting suġġetti għall-ftehim ta' marġni waħdieni;

CMVi    =    is-CMV tas-sett tan-netting 'i';

VMMA    =    is-somma tal-valur aġġustat għall-volatilità ta' kollateral irċevut jew sottomess, kif applikabbli, fuq bażi regolari għal settijiet tan-netting multipli biex jiġu mmitigati l-bidliet fis-CMV tagħhom;

NICAMA    =    is-somma tal-valur aġġustat għall-volatilità ta' kollateral irċevut jew sottomess, kif applikabbli, għal settijiet tan-netting multipli oħra minbarra l-VWMA.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-NICAMA jista' jiġi kkalkulat fil-livell tan-negozju, fil-livell tas-sett tan-netting jew fil-livell tas-settijiet tan-netting kollha li japplika għalihom il-ftehim ta' marġni skont il-livell li japplika fih il-ftehim ta' marġni.

Artikolu 276
Rikonoxximent u trattament tal-kollateral

1.Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti ta' kollateral ta' VM, VMMA, NICA u NICAMA, billi japplikaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)fejn it-tranżazzjonijiet kollha inklużi f'sett tan-netting jappartjenu għall-portafoll tan-negozjar, għandu jiġi rikonoxxut biss il-kollateral li huwa eliġibbli skont l-Artikolu 299;

(b)meta sett tan-netting jinkludi tal-inqas tranżazzjoni waħda li tappartjeni għall-portafoll mhux tan-negozjar, għandu jiġi rikonoxxut biss il-kollateral li huwa eliġibbli skont l-Artikolu 197;

(c)il-kollateral irċevut minn kontroparti għandu jingħaraf minn sinjal pożittiv u kollateral sottomess lil kontroparti għandu jingħaraf minn sinjal negattiv.

(d)il-valur aġġustat għall-volatilità ta' kwalunkwe tip ta' kollateral irċevut jew sottomess għandu jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 223. Għall-fini ta' dan il-kalkolu, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw il-metodu stabbilit fl-Artikolu 225.

(e)l-istess kollateral ma għandux jiġi inkluż kemm fil-VM kif ukoll fl-NICA fl-istess ħin;

(f)l-istess kollateral ma għandux jiġi inkluż fil-VMMA u l-NICAMA fl-istess ħin;

(g)kwalunkwe kollateral mogħti lill-kontroparti li huwa segregat mill-assi ta' dik il-kontroparti u, bħala riżultat ta' dik is-segregazzjoni, huwa falliment remot fil-każ ta' inadempjenza jew insolvenza ta' dik il-kontroparti ma għandux jiġi rikonoxxut fil-kalkolu tal-NICA u l-NICAMA.

2.Għall-kalkolu tal-valur aġġustat għall-volatilità tal-kollateral mogħti li huwa msemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu l-formula fl-Artikolu 223(2) bil-formula li ġejja:

3.Għall-fini tal-punt (d) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-perjodu ta' likwidazzjoni rilevanti għall-kalkolu tal-valur aġġustat għall-volatilità ta' kwalunkwe kollateral irċevut jew sottomess skont wieħed mill-perjodi ta' żmien li ġejjin:

(a)għas-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikolu 276(1), il-perjodu ta' żmien għandu jkun ta' sena;

(b)għas-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikoli 276(2) u (3), il-perjodu ta' żmien għandu jkunu l-perjodu ta' marġni ta' riskju determinat skont il-punt (b) tal-Artikolu 279d(1).

Artikolu 277
Immappjar ta' tranżazzjonijiet għall-kategoriji ta' riskju

1.L-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw kull tranżazzjoni ta' sett tan-netting tas-sitt kategoriji ta' riskju li ġejjin biex jiddeterminaw l-iskopertura futura potenzjali tas-sett tan-netting imsemmi fl-Artikolu 278:

(a)riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax;

(b)riskju tal-kambju;

(c)riskju ta' kreditu;

(d)riskju ta' ekwità;

(e)riskju tal-komoditajiet;

(f)riskji oħrajn.

2.L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-immappjar imsemmi fil-paragrafu 1 fuq il-bażi tal-motivatur tar-riskju primarju tat-tranżazzjoni. Għal tranżazzjonijiet oħra minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 3, il-motivatur tar-riskju primarju għandu jkun l-unika motivatur tar-riskju materjali ta' pożizzjoni fid-derivattivi.

3.Minn [id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], fil-każ ta' tranżazzjoni derivattiva allokata lill-portafoll tan-negozjar għal liema istituzzjoni tuża l-approċċi stabbiliti fil-Kapitoli 1a jew 1b biex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq, il-motivatur tar-riskju primarju għandu jkun il-fattur tar-riskju assoċjat mal-ogħla sensittività assoluta fost is-sensittivitajiet kollha għal dik it-tranżazzjoni kkalkulata skont il-Kapitolu 1b tat-Titolu IV.

4.Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-istituzzjonijiet meta jikklassifikaw it-tranżazzjonijiet għall-kategoriji tar-riskju mniżżla fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(g)meta l-motivatur tar-riskju primarju ta' tranżazzjoni huwa varjabbli tal-inflazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw it-tranżazzjoni għall-kategorija tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax;

(h)meta l-motivatur tar-riskju primarju ta' tranżazzjoni huwa varjabbli tal-kundizzjonijiet klimatiċi, l-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw it-tranżazzjoni għall-kategorija tar-riskju tal-komoditajiet.

5.B'deroga mill-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw it-tranżazzjonijiet derivattivi li għandhom iktar minn motivatur tar-riskju materjali wieħed għal iktar minn kategorija tar-riskju waħda. Meta l-motivaturi tar-riskju materjali kollha ta' waħda minn dawk it-tranżazzjonijiet jappartjenu għall-istess kategorija ta' riskju, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu rikjesti biss jikklassifikaw darba dik it-tranżazzjoni għal din il-kategorija tar-riskju fuq il-bażi tal-iktar motivatur tar-riskju materjali minnhom. Meta l-motivaturi tar-riskju materjali ta' waħda minn dawk it-tranżazzjonijiet jappartjenu għal kategoriji ta' riskju differenti, l-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw dik it-tranżazzjoni darba għal kull kategorija tar-riskju għal liema t-tranżazzjoni għandha tal-inqas motivatur tar-riskju materjali wieħed, fuq il-bażi tal-iktar motivatur tar-riskju materjali f'dik il-kategorija tar-riskju.

6.L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika f'iktar dettall:

(a)metodu biex jiġi identifikat l-unika motivatur tar-riskju materjali ta' tranżazzjonijiet oħra minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 3;

(b)metodu biex jiġu identifikati t-tranżazzjonijiet b'iktar minn motivatur tar-riskju materjali wieħed u biex jiġi identifikat l-iktar motivatur tar-riskju materjali minnhom għall-finijiet tal-paragrafu 3;

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 277a
Settijiet ta' ħħeġġjar

1.L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu s-settijiet ta' ħħeġġjar rilevanti għal kull kategorija tar-riskju ta' sett tan-netting u jassenjaw kull tranżazzjoni lil dawk is-settijiet ta' ħħeġġjar kif ġej:

(a)it-tranżazzjonijiet ikklassifikati f'kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' ħħeġġjar fil-każ biss meta l-motivatur tar-riskju primarju tagħhom huwa denominat fl-istess munita.

(b)it-tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju tal-kambju għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' ħħeġġjar fil-każ biss meta l-motivatur tar-riskju primarju tagħhom huwa bbażat fuq l-istess muniti akkoppjati;

(c)it-tranżazzjonijiet kollha kklassifikati fil-kategorija ta' riskju ta' kreditu għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' ħħeġġjar;

(d)it-tranżazzjonijiet kollha kklassifikati fil-kategorija ta' riskju ta' ekwità għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' ħħeġġjar;

(e)it-tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju tal-komoditajiet għandhom jiġu assenjati lil wieħed mill-ħames settijiet ta' ħħeġġjar li ġejjin fuq il-bażi tan-natura tal-motivatur tar-riskju primarju tagħhom:

(I)l-enerġija;

(II)il-metalli;

(III)il-prodotti agrikoli;

(IV)il-kundizzjonijiet klimatiċi;

(V)komoditajiet oħrajn.

(f)it-tranżazzjonijiet ikklassifikati f'kategorija ta' riskji oħrajn għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' ħħeġġjar fil-każ biss meta l-motivatur tar-riskju primarju tagħhom huwa identiku.

Għall-fini tal-punt (a), it-tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li għandhom varjabbli ta' inflazzjoni bħala l-motivatur tar-riskju primarju għandhom jiġu assenjati lil settijiet ta' ħħeġġjar separati, minbarra settijiet ta' ħħeġġjar stabbiliti għal tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li għandhom varjabbli ta' inflazzjoni bħala l-motivatur tar-riskju primarju. Dawn it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' ħħeġġjar meta l-motivatur tar-riskju primarju tagħhom huwa denominat fl-istess munita biss.

2.B'deroga mill-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu settijiet ta' ħħeġġjar individwali separati f'kull kategorija ta' riskju għat-tranżazzjonijiet li ġejjin:

(a)it-tranżazzjonijiet għal liema l-motivatur tar-riskju primarju huwa jew il-volatilità implikata tas-suq jew il-volatilità realizzata ta' motivatur tar-riskju jew il-korrelazzjoni bejn iż-żewġ motivaturi tar-riskju;

(b)it-tranżazzjonijiet għal liema l-motivatur tar-riskju primarju huwa d-differenza bejn iż-żewġ motivaturi tar-riskju kklassifikati fl-istess kategorija tar-riskju jew tranżazzjonijiet li jikkonsistu f'żewġ komponenti ta' pagament denominati fl-istess munita u għal liema motivatur tar-riskju mill-istess kategorija ta' riskju tal-motivatur tar-riskju primarju huwa inkluż fil-komponent tal-pagament l-ieħor minn dak li fih il-motivatur tar-riskju primarju.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw tranżazzjonijiet lill-istess sett ta' ħħeġġjar tal-kategorija ta' riskju rilevanti fil-każ biss meta l-motivatur tar-riskju tagħhom huwa identiku.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw tranżazzjonijiet lill-istess sett ta' ħħeġġjar tal-kategorija ta' riskju rilevanti fil-każ biss meta l-par motivaturi tar-riskju f'dawn it-tranżazzjonijiet kif imsemmi fil-punt (b) huwa identiku u ż-żewġ motivaturi tar-riskju inklużi f'dan il-par huma korrelatati b'mod pożittiv. Inkella, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw it-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) lil wieħed mis-settijiet ta' ħħeġġjar stabbiliti skont il-paragrafu 1, fuq il-bażi ta' wieħed biss miż-żewġ motivaturi tar-riskju msemmija fil-punt (b).

3.L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu disponibbli fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti n-numru ta' settijiet ta' ħħeġġjar stabbiliti skont il-paragrafu 2 għal kull kategorija ta' riskju, bil-motivatur tar-riskju primarju jew il-par motivaturi tar-riskju ta' kull wieħed minn dawk is-settijiet ta' ħħeġġjar u bin-numru ta' tranżazzjonijiet f'kull wieħed minn dawk is-settijiet ta' ħħeġġjar.

Artikolu 278
Skopertura futura potenzjali

1.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-iskopertura futura potenzjali ('PFE') ta' sett tan-netting kif ġej:

fejn:

a    =    l-indiċi li jindika l-kategoriji ta' riskju inklużi fil-kalkolu tal-iskopertura futura potenzjali tas-sett tan-netting;

Suppliment(a)    =    is-suppliment għall-kategorija ta' riskju 'a' ikkalkulat skont l-Artikoli 280a sa 280f, kif applikabbli;

multiplikatur    =    il-fattur ta' multiplikazzjoni kkalkulat skont il-formula msemmija fil-paragrafu 3.

Għall-finijiet ta' dan il-kalkolu, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu s-suppliment ta' kategorija ta' riskju partikolari fil-kalkolu tal-iskopertura futura potenzjali ta' sett tan-netting fejn mill-inqas tranżazzjoni waħda mis-sett tan-netting ġiet ikklassifikata f'dik il-kategorija ta' riskju.

2.L-iskopertura futura potenzjali ta' settijiet tan-netting multipli suġġetti għal ftehim ta' marġni wieħed, kif imsemmi fl-Artikolu 275(3), għandha tiġi kkalkulata bħala s-somma tas-settijiet tan-netting individwali kollha kkunsidrati bħallikieku ma kienu suġġetti għal ebda forma ta' ftehim ta' marġni.

3.Għall-fini tal-paragrafu 1, il-multiplikatur għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

fejn:

Minimum    =    5 %;

y        =    

z        =

NICAi    =    l-ammont ta' kollateral indipendenti nett ikkalkulat biss għat-tranżazzjonijiet li huma inklużi fis-sett tan-netting 'i'. L-NICAi għandu jiġi kkalkulat fil-livell ta' negozju jew fil-livell ta' sett tan-netting skont il-ftehim ta' marġni.

Artikolu 279
Kalkolu tal-pożizzjoni ta' riskju

Għall-finijiet ta' kalkolu tas-supplimenti tal-kategorija ta' riskju msemmija fl-Artikoli 280a sa 280f, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-pożizzjoni ta' riskju ta' kull tranżazzjoni ta' sett tan-netting kif ġej:

fejn:

δ        =    id-delta ta' superviżjoni tat-tranżazzjoni kkalkulata skont il-formula stabbilita fl-Artikolu 279a;

AdjNot    =    l-ammont nozzjonali aġġustat tat-tranżazzjoni kkalkulat skont l-Artikolu 279b;

MF        =    il-fattur ta' maturità tat-tranżazzjoni kkalkulat skont il-formula stabbilita fl-Artikolu 279c;

Artikolu 279a
Id-delta ta' superviżjoni

1.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-delta ta' superviżjoni (δ) kif ġej:

(a)għal opzjonijiet ta' xiri u put li jagħtu dritt lix-xerrej ta' opzjoni jixtri jew ibigħ strument sottostanti bi prezz pożittiv f'data waħda fil-futur, ħlief meta dawn l-opzjonijiet huma kklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula li ġejja:

fejn:

sinjal        =    

tip        =    

N(x)        =    il-funzjoni kumulattiva ta' distribuzzjoni għal varjabbli aleatorju normali standard jiġifieri l-probabbiltà li varjabbli aleatorju normali b'medja ta' żero u b'varjanza ta' wieħed tkun inqas minn jew ugwali għal 'x';

P        =    il-prezz spot jew forward tal-istrument sottostanti tal-opzjoni;

K        =    il-prezz tal-eżerċitar tal-opzjoni;

T        =    id-data ta' skadenza tal-opzjoni li hija l-unika data futura li l-opzjoni tista' tiġi eżerċitata fiha. Id-data ta' skadenza għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-ġurnata tax-xogħol.

σ        =    il-volatilità superviżorja tal-opzjoni determinata skont it-Tabella 1 fuq il-bażi tal-kategorija tar-riskju tat-tranżazzjoni u n-natura tal-istrument sottostanti tal-opzjoni.

Tabella 1

Kategorija tar-riskju

Strument sottostanti

Volatilità superviżorja

Kambju

Kollha

15 %

Kreditu

Strument b'isem wieħed

100 %

Strument b'għadd ta' ismijiet

80 %

Ekwità

Strument b'isem wieħed

120 %

Strument b'għadd ta' ismijiet

75 %

Komodità

Elettriku

150 %

Komoditajiet oħrajn (eskluż l-elettriku)

70 %

Oħrajn

Kollha

150 %

Istituzzjoni li tuża l-prezz forward tal-istrument sottostanti ta' opzjoni għandha tiżgura li:

(i) il-prezz forward huwa konsistenti mal-karatteristiċi tal-opzjoni;

(ii) il-prezz forward huwa kkalkulat permezz ta' rata tal-imgħax rilevanti li jkun hemm fid-data ta' rapportar;

(iii) il-prezz forward jintegra l-flussi ta' flus mistennija tal-istrument sottostanti qabel l-iskadenza tal-opzjoni.

(b)     fil-każ ta' segmenti ta' titolizzazzjonijiet sintetiċi, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula li ġejja:

fejn:

sinjal    =

A    =    il-punt ta' akkoppjament tas-segment;

D    =    il-punt ta' distakkament tas-segment.

(c)fil-każ ta' tranżazzjonijiet mhux imsemmija fil-punti (a) jew (b), l-istituzzjonijiet għandhom jużaw id-delta ta' superviżjoni li ġejja:

2.Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, pożizzjoni twila fil-motivatur tar-riskju primarju tfisser li l-valur tas-suq jiżdied meta jkun hemm żieda fil-valur tal-motivatur primarju u pożizzjoni qasira fil-motivatur tar-riskju primarju tfisser li l-valur tas-suq tat-tranżazzjoni jonqos meta jkun hemm żieda fil-valur tar-riskju primarju.

Għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), pożizzjoni twila hija tranżazzjoni għal liema s-sinjal tas-sensittività tal-motivatur tar-riskju primarju huwa pożittiv u pożizzjoni qasira hija tranżazzjoni għal liema s-sinjal tas-sensittività tal-motivatur tar-riskju primarju huwa negattiv. Għal tranżazzjonijiet oħrajn minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 227(3), l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw jekk dawk it-tranżazzjonijiet humiex pożizzjonijiet twal jew qosra fil-motivatur tar-riskju primarju fuq il-bażi ta' informazzjoni oġġettiva dwar l-istruttura ta' dawk it-tranżazzjonijiet jew l-intenzjoni tagħhom.

3.L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw jekk tranżazzjoni b'iktar minn motivatur tar-riskju materjali wieħed hijiex pożizzjoni twila jew pożizzjoni qasira f'kull wieħed mill-motivaturi tar-riskju materjali skont l-approċċ użat fil-paragrafu 2 għall-motivatur tar-riskju primarju.

4.L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a)il-formula li l-istituzzjonijiet għandhom jużaw biex jikkalkulaw id-delta ta' superviżjoni tal-opzjonijiet ta' xiri u put ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax kompatibbli mal-kundizzjonijiet tas-suq li fihom ir-rati tal-imgħax jistgħu jkunu negattivi kif ukoll il-volatilità superviżorja li hija adatta għal dik il-formula;

(b)x'informazzjoni oġġettiva dwar l-istruttura u l-intenzjoni ta' tranżazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw biex jiddeterminaw jekk tranżazzjoni li mhijiex imsemmija fl-Artikolu 277(2) hijiex pożizzjoni twila jew qasira fil-motivatur tar-riskju primarju tagħha;

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 279b
Ammont nozzjonali aġġustat

1.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali aġġustat kif ġej:

(a)għal tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax jew fil-kategorija ta' riskju ta' kreditu, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali aġġustat bħala l-prodott tal-ammont nozzjonali tal-kuntratt tad-derivattivi mmultiplikat bil-fattur ta' durata tas-superviżjoni, li għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

fejn:

R    =    ir-rata ta' skont fuq is-superviżjoni; R = 5 %;

S    =    id-data ta' bidu li hija d-data li fiha tranżazzjoni tibda tistipula jew tagħmel il-pagamenti, minbarra l-pagamenti relatati mal-kambju ta' kollateral fi ftehim ta' marġni. Meta tranżazzjoni tkun diġà qiegħda tistipula jew tagħmel pagamenti fid-data ta' rapportar, id-data ta' bidu għandha tkun 0. Id-data ta' bidu għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-ġurnata tax-xogħol.

Meta tranżazzjoni għandha data futura waħda jew iktar li fiha l-istituzzjoni jew il-kontroparti jistgħu jiddeċiedu li jtemmu t-tranżazzjoni qabel il-maturità kuntrattwali tagħha, id-data ta' bidu għandha tkun ugwali għall-eqreb data minn dawn li ġejjin:

(i) id-data jew l-eqreb data mid-dati futuri multipli li ġejjin li fiha l-istituzzjoni jew il-kontroparti jistgħu jiddeċiedu li jtemmu t-tranżazzjoni qabel il-maturità kuntrattwali tagħha;

(ii) id-data li fiha tranżazzjoni tibda tistipula jew tagħmel il-pagamenti, minbarra l-pagamenti relatati mal-kambju ta' kollateral fi ftehim ta' marġni.

Meta tranżazzjoni jkollha strument finanzjarju bħala l-istrument sottostanti li jista' jwassal għal obbligi kuntrattwali addizzjonali għal dawk tat-tranżazzjoni, id-data ta' bidu tat-tranżazzjoni għandha tkun determinata fuq il-bażi tal-eqreb data li fiha l-istrument sottostanti jibda jistipula jew jagħmel il-pagamenti.

E    =    id-data ta' tmiem li hija d-data li fiha l-valur tal-aħħar pagament kuntrattwali ta' tranżazzjoni huwa skambjat bejn l-istituzzjoni u l-kontroparti. Id-data ta' tmiem għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-ġurnata tax-xogħol.

Meta tranżazzjoni għandha strument finanzjarju bħala l-istrument sottostanti li jista' jwassal għal obbligi kuntrattwali addizzjonali għal dawk tat-tranżazzjoni, id-data ta' tmien tat-tranżazzjoni għandha tiġi determinata fuq il-bażi tal-aħħar pagament kuntrattwali tal-istrument sottostanti tat-tranżazzjoni;

(b)għal tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju tal-kambju, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali aġġustat kif ġej:

(I)meta t-tranżazzjoni tikkonsisti f'komponent ta' pagament wieħed, l-ammont nozzjonali aġġustat għandu jkun l-ammont nozzjonali tal-kuntratt tad-derivattivi;

(II)meta t-tranżazzjoni tikkonsisti f'żewġ komponenti ta' pagamenti u l-ammont nozzjonali ta' komponent ta' pagament wieħed huwa denominat fil-munita tar-rapportar tal-istituzzjoni, l-ammont nozzjonali aġġustat għandu jkun l-ammont nozzjonali tal-komponent ta' pagament l-ieħor.

(III)meta t-tranżazzjoni tikkonsisti f'żewġ komponenti ta' pagament u l-ammont nozzjonali ta' kull pagament huwa denominat f'munita differenti mill-munita tar-rapportar tal-istituzzjoni, l-ammont nozzjonali aġġustat għandu jkun l-akbar wieħed mill-ammonti nozzjonali taż-żewġ komponenti ta' pagamenti wara li dawn l-ammonti jkunu ġew ikkonvertiti fil-munita tar-rapportar tal-istituzzjoni fir-rata tal-kambju spot prevalenti.

(c)għal tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju tal-ekwità jew fil-kategorija ta' riskju tal-komoditajiet, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali aġġustat bħala l-prodott tal-prezz tas-suq ta' unità waħda tal-istrument sottostanti tat-tranżazzjoni mmultiplikat bin-numru ta' unitajiet fl-istrument sottostanti li ssir referenza għalih fit-tranżazzjoni

L-istituzzjoni għandha tuża l-ammont nozzjonali bħala l-ammont nozzjonali aġġustat meta tranżazzjoni kklassifikata fil-kategorija ta' riskju ta' ekwità jew kategorija ta' riskju tal-komoditajiet hija espressa permezz ta' kuntratt bħala ammont nozzjonali, iktar milli n-numru ta' unitajiet fl-istrument sottostanti.

2.L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont nozzjonali jew in-numru ta' unitajiet tal-istrument sottostanti għall-fini tal-kalkolu tal-ammont nozzjonali aġġustat ta' tranżazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 kif ġej:

(a)meta l-ammont nozzjonali jew in-numru ta' unitajiet tal-istrument sottostanti ta' tranżazzjoni mhuwiex stipulat sal-maturità kuntrattwali tiegħu:

(I)għal ammonti nozzjonali deterministiċi u n-numru ta' unitajiet tal-istrument sottostanti, l-ammont nozzjonali għandu jkun il-medja mwieżna tal-valuri deterministiċi kollha tal-ammonti nozzjonali jew in-numru ta' unitajiet tal-istrument sottostanti, kif applikabbli, sal-maturità kuntrattwali tat-tranżazzjoni, fejn il-ponderazzjonijiet huma l-proporzjon tal-perjodu ta' żmien li matulu japplika kull valur ta' ammont nozzjonali;

(II)għal ammonti nozzjonali stokastiċi u n-numri ta' unitajiet tal-istrument sottostanti, l-ammont nozzjonali għandu jkun l-ammont determinat mill-istipular tal-valuri tas-suq kurrenti fil-formula għall-kalkolu tal-valuri tas-suq futuri.

(b)għal opzjonijiet binarji u diġitali, l-ammont nozzjonali għandu jkun l-akbar valur tal-istati possibbli tal-ħlas tal-opzjoni fl-iskadenza tal-opzjoni.

Mingħajr preġudizzju għal-ewwel subparagrafu, jekk stat possibbli tal-ħlas tal-opzjoni huwa stokastiku, l-istituzzjoni għandha tuża l-metodu stabbilit fil-punt (ii) tal-punt (a) biex tiddetermina l-valur tal-ammont nozzjonali;

(c)għal kuntratti b'kambji multipli tal-ammont nozzjonali, l-ammont nozzjonali għandu jkun immultiplikat bin-numru ta' pagamenti li jkun għad fadal isiru skont il-kuntratti;

(d)għal kuntratti li jipprovdu għal multiplikazzjoni tal-pagamenti tal-flussi ta' flus jew għal multiplikazzjoni tas-sottostanti tal-kuntratt, l-ammont nozzjonali għandu jiġi aġġustat minn istituzzjoni biex iqis l-effetti tal-multiplikazzjoni fuq l-istruttura tar-riskju ta' dawn il-kuntratti.

3.L-istituzzjonijiet għandhom jikkonvertu l-ammont nazzjonali aġġustat ta' tranżazzjoni fil-munita tar-rapportar tagħhom bir-rata tal-kambju spot prevalenti meta l-ammont nozzjonali aġġustat huwa kkalkulat skont dan l-Artikolu minn ammont nozzjonali kuntrattwali jew prezz tas-suq tan-numru ta' unitajiet tal-istrument sottostanti denominat f'munita oħra.

Artikolu 279c
Fattur ta' Maturità

1.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-fattur ta' maturità ('MF') kif ġej:

(a)għal tranżazzjonijiet inklużi fis-settijiet tan-netting kif imsemmi fl-Artikolu 275(1), l-istituzzjoni għandha tuża l-formula li ġejja:

fejn:

M            =    il-maturità li jifdal tat-tranżazzjoni li hija ugwali għall-perjodu ta' żmien meħtieġ għat-terminazzjoni tal-obbligi kuntrattwali kollha tat-tranżazzjoni. Għal dak il-għan, kwalunkwe dritt ta' għażla ta' kuntratt tad-derivattivi għandu jiġi kkunsidrat bħala obbligu kuntrattwali. Il-maturità li jifdal għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-ġurnata tax-xogħol.

Meta tranżazzjoni għandha kuntratt tad-derivattivi ieħor bħala strument sottostanti li jista' jwassal għal obbligi kuntrattwali addizzjonali lil hinn mill-obbligi kuntrattwali tat-tranżazzjoni, il-maturità li jifdal tat-tranżazzjoni għandha tkun ugwali għall-perjodu meħtieġ għat-terminazzjoni tal-obbligi kuntrattwali kollha tal-istrument sottostanti.

Sena Waħda tan-Negozju    =    sena waħda espressa f'ġranet tax-xogħol permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-ġurnata tax-xogħol.

(b)għal tranżazzjonijiet inklużi fis-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikolu 275(2) u (3), il-fattur ta' maturità huwa definit bħala:

fejn:

MPOR        =    il-perjodu ta' marġni ta' riskju tas-sett tan-netting determinat skont l-Artikolu 285(2) sa (5).

Meta tiddetermina l-perjodu ta' marġni tar-riskji għat-tranżazzjonijiet bejn klijent u membru tal-ikklerjar, istituzzjoni li taġixxi jew bħala l-klijent jew bħala l-membru tal-ikklerjar għandha tissostitwixxi l-perjodu minimu stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 285(2) b'5 ġranet tax-xogħol.

2.Għall-fini tal-paragrafu 1, il-maturità li jifdal għandha tkun ugwali għall-perjodu ta' żmien sad-data tar-risettjar li jmiss għal tranżazzjonijiet li huma strutturati biex tiġi saldata skopertura pendenti wara dati ta' pagament speċifikati u fejn it-termini huma ssettjati mill-ġdid b'tali mod li l-valur tas-suq tal-kuntratt ikun żero f'dawk id-dati ta' pagamenti speċifikati.

Artikolu 280
Koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' ħħeġġjar

Għall-finijiet tal-kalkolu tas-suppliment ta' sett ta' ħħeġġjar kif imsemmi fl-Artikoli 280a sa 280f, il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni ta' sett ta' ħħeġġjar 'ϵ' għandu jkun dan li ġej:

Artikolu 280a
Suppliment tal-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax

1.Għall-finijiet tal-Artikolu 278, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment tal-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax għal sett tan-netting partikolari kif ġej:

fejn:

j        = l-indiċi li jindika s-settijiet kollha ta' ħħeġġjar ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax stabbiliti skont il-punt (a) tal-Artikolu 277a(1) u l-Artikolu 277a(2) għas-sett tan-netting;

SupplimentIRj    = is-suppliment tas-sett ta' ħħeġġjar 'j' tal-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax ikkalkulat skont il-paragrafu 2.

2.Is-suppliment tas-sett ta' ħħeġġjar 'j' tal-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

fejn:

ϵj            =    il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' ħħeġġjar 'j 'determinat skont il-valur applikabbli speċifikat fl-Artikolu 280;

SFIR             =    il-fattur ta' superviżjoni għall-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax b'valur ugwali għal 0,5 %;

EffNotIRj    =    l-ammont nozzjonali effettiv tas-sett ta' ħħeġġjar 'j' ikkalkulat skont il-paragrafi 3 u 4.

3.Għall-fini tal-kalkolu tal-ammont nozzjonali effettiv tas-sett ta' ħħeġġjar 'j', l-istituzzjonijiet għandhom l-ewwel jallokaw kull tranżazzjoni tas-sett ta' ħħeġġjar lill-bucket ix-xieraq fit-Tabella 2. Dawn għandhom jagħmlu hekk fuq il-bażi tad-data ta' tmiem ta' kull tranżazzjoni kif determinat skont il-punt (a) tal-Artikolu 279b(1):

Tabella 2

Bucket

Data tat-tmiem

(fi snin)

1

>0 u <=1

2

>1 u <= 5

3

> 5

Sussegwentement, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw in-nozzjonali effettiv tas-sett ta' ħħeġġjar 'j' skont il-formula li ġejja:

fejn:

l    =    l-indiċi li jindika l-pożizzjoni ta' riskju;

Dj,k     =    l-ammont nozzjonali effettiv tal-bucket 'k' tas-sett ta' ħħeġġjar 'j' huwa kkalkulat kif ġej:

Artikolu 280b
Suppliment tal-kategorija ta' riskju tal-kambju

1.Għall-finijiet tal-Artikolu 278, is-suppliment tal-kategorija ta' riskju tal-kambju għal sett tan-netting partikolari għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

fejn:

j    =l-indiċi li jindika s-settijiet ta' ħħeġġjar tar-riskju tal-kambju stabbiliti skont l-Artikolu 277a(1)(b) u l-Artikolu 277a(2) għas-sett tan-netting;

SupplimentFXj     =    is-suppliment tas-sett ta' ħħeġġjar 'j' tal-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax ikkalkulat skont il-paragrafu 2.

2.Is-suppliment tas-sett ta' ħħeġġjar 'j' tal-kategorija tal-kambju għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

fejn:

ϵj        =    il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' ħħeġġjar 'j' ikkalkulat skont l-Artikolu 280;

SFFX        =    il-fattur ta' superviżjoni għall-kategorija ta' riskju tal-kambju b'valur ugwali għal 4 %;

EffNotIRj    =    l-ammont nozzjonali effettiv tas-sett ta' ħħeġġjar 'j' ikkalkulat kif ġej:

Artikolu 280c
Suppliment tal-kategorija ta' riskju ta' kreditu

1.Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-entitajiet referenzjarji tal-kreditu rilevanti tas-sett tan-netting skont dan li ġej:

(a) Għandu jkun hemm entità referenzjarja tal-kreditu waħda għal kull emittent ta' strument ta' dejn ta' referenza sottostanti għal tranżazzjoni b'isem wieħed allokata lill-kategorija ta' riskju ta' kreditu. It-tranżazzjonijiet b'isem wieħed għandhom jiġu assenjati lill-istess entità referenzjarja ta' kreditu fil-każ biss meta l-istrument ta' dejn ta' referenza sottostanti ta' dawk it-tranżazzjonijiet jinħareġ mill-istess emittent;

(b)Għandu jkun hemm entità referenzjarja ta' kreditu waħda għal kull grupp ta' strumenti ta' dejn ta' referenza jew derivattivi ta' kreditu b'isem wieħed sottostanti għal tranżazzjoni b'ħafna ismijiet allokata lill-kategorija ta' riskju ta' kreditu. It-tranżazzjonijiet b'ħafna ismijiet għandhom jiġu assenjati lill-istess entità referenzjarja ta' kreditu fil-każ biss meta l-grupp ta' strumenti ta' dejn ta' referenza sottostanti jew derivattivi ta' kreditu b'isem wieħed, ta' dawk it-tranżazzjoni għandu l-istess kostitwenti.

2.Għall-finijiet tal-Artikolu 278, istituzzjoni għandha tikkalkula s-suppliment għall-kategorija ta' riskju ta' kreditu għal sett tan-netting partikolari kif ġej:

fejn:

j        =    l-indiċi li jindika s-settijiet kollha ta' ħħeġġjar ta' riskju ta' kreditu stabbiliti skont il-punt (c) tal-Artikolu 277a(1) u l-Artikolu 277a(2) għas-sett tan-netting;

SupplimentKredituj    =    is-suppliment ta' kategorija ta' riskju ta' kreditu għal sett ta' ħħeġġjar 'j' ikkalkulat skont il-paragrafu 2.

3.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskju ta' kreditu ta' sett ta' ħħeġġjar 'j' kif ġej:

fejn:

j            =    l-indiċi li jindika li l-entitajiet referenzjarji ta' kreditu tas-sett tan-netting stabbiliti skont il-paragrafu 1;

ϵj            =    il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' ħħeġġjar 'j' determinat skont l-Artikolu 280(3);

Suppliment(Entitàj)    =    is-suppliment għall-entità referenzjarja ta' kreditu 'j' determinat skont il-paragrafu 4;

ρjKreditu         =    il-fattur ta' korrelazzjoni tal-entità 'j'. Meta l-entità referenzjarja ta' kreditu 'j' tkun ġiet stabbilita skont il-paragrafu 1(a), ρjKreditu = 50 %. Meta l-entità referenzjarja ta' kreditu 'j' tkun ġiet stabbilita skont il-paragrafu 1(b), ρjKreditu = 80 %

4.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment għall-entità referenzjarja ta' kreditu 'j' kif ġej:

fejn:

EffNotKredituj    =    in-nozzjonali effettiv ta' entità referenzjarja ta' kreditu 'j' ikkalkulat kif ġej:

fejn:

l        =    l-indiċi li jindika l-pożizzjoni ta' riskju;

SFj,lKreditu    =    il-fattur ta' superviżjoni applikabbli għall-entità referenzjarja ta' kreditu 'j' determinat skont il-paragrafu 5.

5.Għall-finijiet tal-paragrafu 4, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-fattur ta' superviżjoni applikabbli għall-entità referenzjarja ta' kreditu 'j' kif ġej:

(a)Għall-entità referenzjarja ta' kreditu 'j' stabbilita skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, SFj,lKreditu għandu jiġi kklassifikat f'wieħed mis-sitt fatturi ta' superviżjoni stabbiliti fit-Tabella 3 ta' dan l-Artikolu fuq il-bażi ta' valutazzjoni ta' kreditu esterna minn ECAI nominata tal-mittent individwali korrispondenti. Għal mittent individwali għal liema valutazzjoni ta' kreditu minn ECAI nominata mhijiex disponibbli:

(I) istituzzjoni li tuża l-approċċ imsemmi fil-Kapitolu 3 tat-Titolu II għandha tikklassifika l-klassifikazzjoni interna tal-mittent individwali f'waħda mill-valutazzjonijiet tal-kreditu esterni;

(II) istituzzjoni li tuża l-approċċ imsemmi fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II għandha tassenja l-SFj,lKreditu = 0,54 % lil din l-entità referenzjarja ta' kreditu. Madankollu, meta istituzzjoni tapplika l-Artikolu 128 għal skoperturi għar-riskju ta' kreditu ta' kontroparti għall-ponderazzjoni tar-riskju għal dan il-mittent individwali, għandu jiġi assenjat l-SFj,lKreditu = 1,6 %;

(b)Għal entitajiet referenzjarji ta' kreditu 'j' stabbiliti skont il-punt (b) tal-paragrafu 1;

(I)meta pożizzjoni 'l' assenjata lill-entità referenzjarja ta' kreditu 'j' hija indiċi ta' kreditu elenkata f'kambju rikonoxxut, l-SFj,lKreditu għandu jiġi kklassifikat f'wieħed miż-żewġ fatturi ta' superviżjoni stabbiliti fit-Tabella 4 ta' dan l-Artikolu fuq il-bażi tal-maġġoranza tal-kwalità kreditizja tal-kostitwenti individwali tagħha;

(II)meta pożizzjoni 'l' assenjata lill-entità referenzjarja ta' kreditu 'j' mhijiex imsemmija fil-punt (i) ta' dan il-punt, SFj,lKreditu għandu jkun il-medja mwieżna tal-fatturi ta' superviżjoni kklassifikati f'kull kostitwent skont il-metodu stabbilit fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, meta l-ponderazzjonijiet huma definiti mill-proporzjon ta' nozzjonali tal-kostitwenti f'dik il-pożizzjoni.

Tabella 3

Skala tal-kwalità kreditizja

Fattur ta' superviżjoni għal tranżazzjonijiet b'isem wieħed

1

0,38 %

2

0,42 %

3

0,54%

4

1,06 %

5

1,6 %

6

6,0 %

Tabella 4

Kwalità kreditizja dominanti

Fattur ta' superviżjoni għal indiċijiet ikkwotati

Grad ta' investiment

0,38 %

Grad mhux ta' investiment

1,06 %

Artikolu 280d
Suppliment tal-kategorija ta' riskju ta' ekwità

1.Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-entitajiet referenzjarji ta' ekwità rilevanti tas-sett tan-netting skont dan li ġej:

(a)għandu jkun hemm entità referenzjarja ta' ekwità waħda għal kull emittent ta' strument ta' ekwità referenzjarja sottostanti għal tranżazzjoni b'isem wieħed allokata lill-kategorija ta' riskju ta' ekwità. It-tranżazzjonijiet b'isem wieħed għandhom jiġu assenjati lill-istess entità referenzjarja ta' ekwità fil-każ biss meta l-istrument ta' ekwità referenzjarja sottostanti ta' dawk it-tranżazzjonijiet jinħareġ mill-istess emittent;

(b)għandu jkun hemm entità referenzjarja ta' ekwità waħda għal kull grupp ta' strumenti ta' ekwità referenzjarja jew derivattivi ta' ekwità b'isem wieħed sottostanti għal tranżazzjoni b'ħafna ismijiet allokata lill-kategorija ta' riskju ta' ekwità. It-tranżazzjonijiet b'ħafna ismijiet għandhom jiġu assenjati lill-istess entità referenzjarja ta' ekwità fil-każ biss meta l-grupp ta' strumenti ta' ekwità referenzjarja sottostanti jew derivattivi ta' ekwità b'isem wieħed, kif applikabbli, ta' dawk it-tranżazzjonijiet għandu l-istess kostitwenti.

2.Għall-finijiet tal-Artikolu 278, għal sett tan-netting partikolari, l-istituzzjoni għandha tikkalkula s-suppliment ta' kategorija ta' riskju ta' ekwità kif ġej:

fejn:

j        =    l-indiċi li jindika s-settijiet kollha ta' ħħeġġjar ta' riskju ta' kreditu stabbiliti skont il-punt (d) tal-Artikolu 277a(1) u l-Artikolu 277a(2) għas-sett tan-netting;

SupplimentEkwitàj    =    suppliment ta' sett ta' ħħeġġjar 'j' tal-kategorija ta' riskju ta' kreditu determinat skont il-paragrafu 3.

3.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskju għal ekwità ta' sett ta' ħħeġġjar 'j' kif ġej:

      fejn:

j     =    l-indiċi li jindika li l-entitajiet referenzjarji ta' ekwità tas-sett tan-netting stabbiliti skont il-paragrafu 1;

ϵj         =    il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' ħħeġġjar 'j' determinat skont l-Artikolu 280;

Suppliment(Entitàj) =    is-suppliment għall-entità referenzjarja ta' kreditu 'j' determinat skont il-paragrafu 4;

ρjEkwità      =    il-fattur ta' korrelazzjoni tal-entità 'j'. Meta l-entità referenzjarja ta' ekwità j tkun ġiet stabbilita skont il-paragrafu 1(a), ρjEkwità =50 %. Meta l-entità referenzjarja ta' ekwità j tkun ġiet stabbilita skont il-paragrafu 1(b), ρjEkwità =80 %.

4.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' entità referenzjarja ta' ekwità 'j' kif ġej:

fejn:

SFjEkwità     =    il-fattur ta' superviżjoni applikabbli għall-entità referenzjarja ta' ekwità 'j'. Meta l-entità referenzjarja ta' kreditu 'j' tkun ġiet stabbilita skont il-paragrafu 1(a), SFjEkwità = 32 %; meta l-entità referenzjarja ta' kreditu 'j' tkun ġiet stabbilita skont il-paragrafu 1(b), SFjEkwità = 20 %

EffNotEkwitàj    =    in-nozzjonali effettiv ta' entità referenzjarja ta' kreditu 'j' ikkalkulat kif ġej:

Artikolu 280e
Suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-komoditajiet

1.Għall-finijiet tal-Artikolu 278, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-komoditajiet għal sett tan-netting partikolari kif ġej:

j        =    l-indiċi li jindika s-settijiet kollha ta' ħħeġġjar tal-komoditajiet stabbiliti skont il-punt (e) tal-Artikolu 277a(1) u l-Artikolu 277a(2) għas-sett tan-netting;

SupplimentComj    = is-suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-komoditajiet għal sett ta' ħħeġġjar 'j' iddeterminat skont il-paragrafu 4.

2.Għall-fini tal-kalkolu tas-suppliment ta' sett ta' ħħeġġjar tal-komoditajiet ta' sett tan-netting partikolari skont il-paragrafu 4, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu t-tipi referenzjarji ta' komoditajiet rilevanti ta' kull sett ta' ħħeġġjar. It-tranżazzjonijiet derivattivi tal-komoditajiet għandhom jiġu assenjati lill-istess tip referenzjarju ta' komoditajiet fil-każ biss meta l-istrument tal-komoditajiet sottostanti ta' dawk it-tranżazzjonijiet għandu l-istess natura.

3.B'deroga mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu lil istituzzjoni b'portafolli ta' derivattivi tal-komoditajiet kbar u kkonċentrati biex jikkunsidraw karatteristiċi addizzjonali oħra minbarra n-natura tal-istrument tal-komoditajiet sottostanti sabiex jistabbilixxu t-tipi referenzjarji tal-komoditajiet ta' sett ta' ħħeġġjar tal-komoditajiet skont il-paragrafu 2.

L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika f'iktar dettall x'jikkostitwixxi portafoll ta' derivattivi tal-komoditajiet kbir u kkonċentrat kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [15-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

4.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskju għal ekwità ta' sett ta' ħħeġġjar 'j' kif ġej:

fejn:

k            =    l-indiċi li jindika t-tipi referenzjarji tal-komoditajiet tas-sett tan-netting stabbilit skont il-paragrafu 2;

ϵj             =    il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' ħħeġġjar 'j' ikkalkulat skont l-Artikolu 280;

Suppliment(Tipjk)    =    is-suppliment ta' tip referenzjarju ta' komoditajiet 'k' ikkalkulat skont il-paragrafu 5;

ρCom            =    il-fattur ta' korrelazzjoni tal-kategorija ta' riskju tal-komoditajiet b'valur ugwali għal 40 %.

5.L-istituzzjoni għandha tikkalkula s-suppliment għat-tip referenzjarju tal-komoditajiet 'k' kif ġej:

fejn:

SFkCom     =    il-fattur ta' superviżjoni applikabbli għat-tip referenzjarju tal-komoditajiet 'k'.

Meta t-tip referenzjarju tal-komoditajiet 'k' jikkorrispondi għat-tranżazzjonijiet allokati lis-sett ta' ħħeġġjar imsemmi fil-punt (i) tal-punt (e) tal-Artikolu 277b(1), SFkCom = 40 %; inkella, SFkCom = 18 %.

EffNotComk    =    l-ammont nozzjonali effettiv tat-tip referenzjarju tal-komoditajiet 'k' ikkalkulat kif ġej:

Artikolu 280f
Suppliment tal-kategorija ta' riskji oħrajn

1.Għall-finijiet tal-Artikolu 278, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskji oħrajn għal sett tan-netting partikolari kif ġej:

fejn:

j        =    l-indiċi li jindika s-settijiet ta' ħħeġġjar ta' riskji oħrajn stabbiliti skont il-punt (f) tal-Artikolu 277a(1) u l-Artikolu 277a(2) għas-sett tan-netting;

SupplimentIeħorj    =    is-suppliment ta' kategorija ta' riskji oħrajn għal sett ta' ħħeġġjar 'j' iddeterminat skont il-paragrafu 2.

2.Istituzzjoni għandha tikkalkula s-suppliment ta' kategorija ta' riskji oħrajn għas-sett ta' ħħeġġjar 'j' kif ġej:

fejn:    

ϵj         =    il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' ħħeġġjar 'j' ikkalkulat skont l-Artikolu 280;

SFIeħor     =    il-fattur ta' superviżjoni għall-kategorija ta' riskji oħrajn b'valur ugwali għal 8 %;

EffNotIeħorj = l-ammont nozzjonali effettiv tas-sett ta' ħħeġġjar 'j' ikkalkulat kif ġej:

"

(66)Fil-Parti Tlieta, Titolu II, Kapitolu 6, it-Taqsima 4 tinbidel b'dan li ġej:

"Taqsima 4
Approċċ Standardizzat Simplifikat għal Metodu ta' Riskju ta' Kreditu tal-Kontroparti

Artikolu 281
Kalkolu tal-valur tal-iskopertura

1.L-istituzzjoni għandha tikkalkula valur tal-iskopertura uniku fil-livell ta' sett tan-netting skont it-Taqsima 3 ta' dan il-Kapitolu, suġġett għall-paragrafu 2.

2.Il-valur tal-iskopertura ta' sett tan-netting għandu jiġi kkalkulat skont ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)l-istituzzjonijiet ma għandhomx japplikaw it-trattament imsemmi fl-Artikolu 274(6);

(b)b'deroga mill-Artikolu 275(1), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej:

Għas-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikolu 275(2), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-kost tas-sostituzzjoni skont il-formula li ġejja:

;

(c)b'deroga mill-Artikolu 275(2), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej:

Għal settijiet tan-netting ta' tranżazzjonijiet li huma negozjati fuq kambju rikonoxxut, is-settijiet tan-netting ta' tranżazzjonijiet li huma kklerjati ċentralment minn kontroparti ċentrali awtorizzata skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 648/2012 jew rikonoxxuta skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew is-settijiet tan-netting ta' tranżazzjonijiet għal liema l-kollateral huwa skambjat bilateralment mal-kontroparti skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 648/2012, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-kost tas-sostituzzjoni skont il-formula li ġejja:

fejn:

TH    =    il-livell limitu ta' marġni applikabbli għas-sett tan-netting taħt il-ftehim ta' marġni taħt liema l-istituzzjoni ma tistax titlob kollateral;

MTA    =    l-ammont minimu ta' trasferiment applikabbli għas-sett tan-netting taħt il-ftehim ta' marġni.

(d)b'deroga mill-Artikolu 275(3), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej:

Għal settijiet tan-netting suġġetti għal ftehim ta' marġni, meta l-ftehim ta' marġni japplika għal settijiet tan-netting multipli, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-kost tas-sostituzzjoni bħala s-somma tal-kost tas-sostituzzjoni ta' kull sett tan-netting individwali kkalkulat skont il-paragrafu 1 bħallikieku ma kinux marġinalizzati.

(e)is-settijiet ta' ħħeġġjar kollha għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 277a(1).

(f)l-istituzzjonijiet għandhom jissettjaw għal 1, il-multiplikatur fil-formula użata biex jikkalkulaw l-iskopertura futura potenzjali fl-Artikolu 278(1), kif ġej:

;

(g)B'deroga mill-Artikolu 279a(1), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej:

Għat-tranżazzjonijiet kollha, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-delta ta' superviżjoni kif ġej:

;

(h) Il-formula użata biex jiġi kkalkulat il-fattur ta' durata tas-superviżjoni fil-punt (a) tal-Artikolu 279b(1) għandha taqra kif ġej:

;

(i)Il-fattur ta' maturità msemmi fl-Artikolu 279c(1) għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

(III) (a) fil-każ ta' tranżazzjonijiet inklużi fis-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikolu 275(1), MF = 1;

(b) fil-każ ta' tranżazzjonijiet inklużi fis-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikolu 275(2) u (3), MF = 0,42;

(j)Il-formula użata biex jiġi kkalkulat in-nozzjonali effettiv ta' sett ta' ħħeġġjar 'j 'fl-Artikolu 280a(3) għandha taqra kif ġej:

(k)Il-formula użata biex jiġi kkalkulat is-suppliment ta' kategorija ta' riskju ta' kreditu għas-sett ta' ħħeġġjar 'j 'tal-kategorija ta' riskju ta' kreditu fl-Artikolu 280c(3) għandha taqra kif ġej:

(l)Il-formula użata biex jiġi kkalkulat is-suppliment ta' kategorija ta' riskju ta' ekwità għas-sett ta' ħħeġġjar 'j 'tal-kategorija ta' riskju ta' ekwità fl-Artikolu 280d(3) għandha taqra kif ġej:

(m)Il-formula użata biex jiġi kkalkulat is-suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-komoditajiet għas-sett ta' ħħeġġjar 'j' tal-kategorija ta' riskju tal-komoditajiet fl-Artikolu 280e(3) għandha taqra kif ġej:

"

(67)Fil-Parti Tlieta, Titolu II, Kapitolu 6, it-Taqsima 5 tinbidel b'dan li ġej:

"Taqsima 5
Metodu ta' Skopertura Oriġinali

Artikolu 282
Kalkolu tal-valur tal-iskopertura

1.L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw valur tal-iskopertura wieħed għat-tranżazzjonijiet kollha fi ftehim tan-netting kuntrattwali meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 274(1). Inkella, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw valur tal-iskopertura b'mod separat għal kull tranżazzjoni ttrattata bħala s-sett tan-netting tagħha stess.

2.Il-valur tal-iskopertura ta' sett tan-netting jew ta' tranżazzjoni għandu jkun il-prodott ta' 1,4 drabi s-somma tal-kost tas-sostituzzjoni kurrenti u l-iskopertura futura potenzjali.

3.Il-kost tas-sostituzzjoni kurrenti msemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

(a)għal settijiet tan-netting ta' tranżazzjonijiet li huma negozjati fuq kambju rikonoxxut, jew settijiet tan-netting ta' tranżazzjonijiet li huma kklerjati ċentralment minn kontroparti ċentrali awtorizzata skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 648/2012 jew rikonoxxuta skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew is-settijiet tan-netting ta' tranżazzjonijiet għal liema l-kollateral huwa skambjat bilateralment mal-kontroparti skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 648/2012, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-kost tas-sostituzzjoni attwali msemmi fil-paragrafu 2 kif ġej:

fejn:

TH    =    il-livell limitu ta' marġni applikabbli għas-sett tan-netting taħt il-ftehim ta' marġni taħt liema l-istituzzjoni ma tistax titlob kollateral;

MTA    =    l-ammont minimu ta' trasferiment applikabbli għas-sett tan-netting taħt il-ftehim ta' marġni

(b)għas-settijiet tan-netting l-oħrajn kollha jew it-tranżazzjonijiet individwali, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-kost tas-sostituzzjoni kurrenti msemmi fil-paragrafu 2 kif ġej:

Sabiex jikkalkulaw il-kost tas-sostituzzjoni kurrenti, l-istituzzjonijiet għandhom jaġġornaw il-valuri tas-suq kurrenti tal-inqas darba f'xahar.

4.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-iskopertura futura potenzjali msemmija fil-paragrafu 2 kif ġej:

(a)l-iskopertura futura potenzjali ta' sett tan-netting hija s-somma tal-iskopertura futura potenzjali tat-tranżazzjonijiet kollha inklużi fis-sett tan-netting, kif ikkalkulat skont il-punt (b);

(b)l-iskopertura futura potenzjali ta' tranżazzjoni waħda hija l-ammont nozzjonali tagħha multiplikat bi:

(I)il-prodott ta' 0,5 % immultiplikat bil-maturità residwa tat-tranżazzjoni għall-kuntratti tar-rata tal-imgħax;

(II)4 % għall-kuntratti li jikkonċernaw kuntratti tal-kambju;

(III)18 % għal kuntratti li jikkonċernaw id-deheb;

(c)l-ammont nozzjonali msemmi fil-punt (b) għandu jiġi determinat skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 279b(1) u l-Artikolu 279b(2) u (3), kif applikabbli;

(d)l-iskopertura futura potenzjali tas-settijiet tan-netting imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 għandha tiġi mmultiplikata b'0,42.

Għall-kalkolu tal-iskopertura potenzjali tal-kuntratti tar-rata tal-imgħax skont il-punt (b)(ii), istituzzjoni tista' tagħżel li tuża l-maturità oriġinali minflok il-maturità residwa tal-kuntratti.".

(68)Fl-Artikolu 283, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

"4. Għat-tranżazzjonijiet derivati OTC kollha u għat-tranżazzjonijiet b'saldu fit-tul li għalihom l-istituzzjoni ma rċevietx permess skont il-paragrafu 1 sabiex tuża l-IMM, l-istituzzjoni għandha tuża l-metodi stabbiliti fit-Taqsima 3 jew fit-Taqsima 5. Dawn il-metodi jistgħu jintużaw f'kombinazzjoni fuq bażi permanenti fi ħdan grupp." .

(69)L-Artikolu 298 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 298
Effetti tar-rikonoxximent tan-netting bħala tnaqqis tar-riskju

In-netting għall-finijiet tat-Taqsima 3 sa 6 għandu jiġi rikonoxxut kif stabbilit f'dawk it-Taqsimiet.".

(70)Fl-Artikolu 299, il-punt (a) tal-paragrafu 2 huwa mħassar.

(71)L-Artikolu 300 huwa emendat kif ġej:

(a)is-sentenza tal-bidu hija sostitwita bit-test li ġej:

"Għall-finijiet ta' din it-Taqsima u tal-Parti Sebgħa, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:";

(b)jiżdiedu l-punti (5) sa (11) li ġejjin:

"(5) 'tranżazzjonijiet fi flus' tfisser tranżazzjonijiet fi flus, strumenti ta' dejn u ekwitajiet kif ukoll kambju spot u tranżazzjonijiet ta' komoditajiet spot; tranżazzjonijiet ta' riakkwist u tranżazzjonijiet ta' għoti b'self ta' titoli jew komoditajiet u ta' teħid b'self ta' titoli jew komoditajiet mhumiex tranżazzjonijiet fi flus;

(6) 'arranġament ta' kklerjar indirett' tfisser arranġament li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(7) 'struttura tal-klijenti b'ħafna livelli' tfisser arranġament ta' kklerjar indirett taħt liema jiġu pprovduti servizz tal-ikklerjar lil istituzzjoni minn entità li mhijiex membru tal-ikklerjar, iżda hija hi stess klijent ta' membru tal-ikklerjar jew ta' klijent ta' livell superjuri;

(8) 'klijent ta' livell superjuri' tfisser l-entità li tipprovdi servizzi tal-ikklerjar lil klijent ta' livell inferjuri;

(9) 'klijent ta' livell inferjuri' tfisser l-entità li taċċessa s-servizzi ta' CCP permezz ta' klijent ta' livell superjuri;

(10) 'kontribuzzjoni mhux iffinanzjata għal fond tal-inadempjenza' tfisser kontribuzzjoni li istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar ħadet l-impenn kuntrattwali li tipprovdi lil CCP wara li s-CCP eżawrit il-fond tal-inadempjenza tagħha biex tkopri t-telf li ġarrbet wara l-inadempjenza ta' wieħed jew iktar mill-membri tal-ikklerjar tagħha;

(11) 'tranżazzjoni ta' għoti jew teħid b'self ta' depożiti ggarantita għalkollox' tfisser tranżazzjoni tas-suq tal-flus kollateralizzata għalkollox li fiha żewġ kontropartijiet jiskambjaw id-depożiti u CCP tpoġġi lilha nnifisha bejniethom biex tiżgura l-eżekuzzjoni ta' dawk l-obbligi ta' pagament ta-kontropartijiet.";

(72)L-Artikolu 301 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 301
Kamp ta' applikazzjoni materjali

1.Din it-Taqsima tapplika għall-kuntratti u t-tranżazzjonijiet li ġejjin sakemm ikunu pendenti ma' CCP:

(a)il-kuntratti elenkati fl-Anness II u d-derivattivi ta' kreditu;

(b)SFTs u tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' depożiti ggarantiti għalkollox;

(c)tranżazzjonijiet ta' saldu fit-tul.

Din it-Taqsima ma tapplikax għal skoperturi li jirriżultaw mis-saldu ta' tranżazzjonijiet fi flus. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit fit-Titolu V ta' din il-Parti għal skoperturi ta' negozju li jirriżultaw minn dawk it-tranżazzjonijiet u ponderazzjoni tar-riskju ta' 0 % għal kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza li jkopru dawk it-tranżazzjonijiet biss. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit fl-Artikolu 307 għal kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza li jkopru kwalunkwe kuntratt imniżżel fl-ewwel subparagrafu flimkien mat-tranżazzjonijiet fi flus.

2.Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, għandu japplika dan li ġej:

(a)il-marġni inizjali ma għandux jinkludi kontribuzzjonijiet għal CCP għal arranġamenti tal-kondiviżjoni tat-telf mutwalizzat;

(b)il-marġni inizjali għandu jinkludi kollateral depożitat minn istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar jew minn klijent li jisboq l-ammont minimu meħtieġ rispettivament mis-CCP jew mill-istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar, sakemm is-CCP jew l-istituzzjoni li taġixxi bħala l-membru tal-ikklerjar tista', f'każijiet xierqa, twaqqaf lill-istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar jew il-klijent milli tirtira tali kollateral eċċessiv;

(c)meta CCP tuża l-marġni inizjali biex timmutwalizza t-telf fost il-membri tal-ikklerjar tagħha, l-istituzzjonijiet li jaġixxu bħala membri tal-ikklerjar għandhom jittrattaw dak il-marġni inizjali bħala kontribuzzjoni tal-fond tal-inadempjenza.".

(73)Fl-Artikolu 302, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

"2. L-istituzzjonijiet, permezz ta' analiżi tax-xenarji u ttestjar tal-istress xieraq, għandhom jivvalutaw jekk il-livell ta' fondi proprji miżmuma kontra l-iskoperturi għal CCP, inklużi l-iskoperturi futuri potenzjali jew ta' kreditu kontinġenti, l-iskoperturi minn kontribuzzjonijiet tal-fondi proprji u, meta l-istituzzjoni qiegħda taġixxi bħala membru tal-ikklerjar, l-iskoperturi li jirriżultaw minn arranġamenti kuntrattwali kif stabbiliti fl-Artikolu 304, jirrelatax b'mod adegwat mar-riskji inerenti ta' dawk l-iskoperturi.".

(74)L-Artikolu 303 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 303
Trattament ta' skoperturi tal-membri tal-ikklerjar għal CCPs

1.Istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar kemm għal finijiet tagħha stess kif ukoll bħala intermedjarju finanzjarju bejn klijent u CCP, għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-iskoperturi tagħha għal CCP kif ġej:

(a)hija għandha tapplika t-trattament stabbilit fl-Artikolu 306 għall-iskoperturi ta' negozju tagħha mas-CCP;

(b)hija għandha tapplika t-trattament stabbilit fl-Artikolu 307 għall-kontribuzzjonijiet tal-fond inadempjenza tagħha għas-CCP.

2.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, is-somma ta' rekwiżiti ta' fondi proprji ta' istituzzjoni għall-iskoperturi tagħha għal QCCP minħabba skoperturi ta' negozju u kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza għandha tkun suġġetta għal limitu massimu ugwali għas-somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji li tkun applikata għal dawk l-istess skoperturi jekk is-CCP kienu CCP mhux kwalifikati.".

(75)L-Artikolu 304 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"1. Istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar u, f'dik il-kapaċità, taġixxi bħala intermedjarju finanzjarju bejn klijent u CCP, għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għat-tranżazzjonijiet relatati mas-CCP tagħha mal-klijent skont it-Taqsimiet 1 sa 8 ta' dan il-Kapitolu, mat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 4 ta' dan it-Titolu u mat-Titolu VI ta' din il-Parti, kif applikabbli.";

(b)il-paragrafi 3, 4 u 5 jinbidlu b'dan li ġej:

"3. Meta istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar tuża l-metodi stabbiliti fit-Taqsima 3 jew 8 ta' dan il-Kapitolu biex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-iskoperturi tagħha, għandu japplika dan li ġej:

(a)b'deroga mill-Artikolu 285(2), l-istituzzjoni tista' tuża perjodu ta' marġni ta' riskju ta' mill-inqas ħames ġranet tax-xogħol għall-iskoperturi tagħha fil-konfront ta' klijent;

(b)l-istituzzjoni għandha tapplika perjodu ta' marġni ta' riskju ta' mill-inqas 10 ġranet tax-xogħol għall-iskoperturi tagħha fil-konfront ta' CCP;

(c)b'deroga mill-Artikolu 285(3), meta sett tan-netting inkluż fil-kalkolu jissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fil-punt (a) ta' dak il-paragrafu, l-istituzzjoni tista' tinjora l-limitu stabbilit f'dak il-punt, sakemm is-sett tan-netting ma jissodisfax il-kundizzjoni fil-punt (b) ta' dak il-paragrafu u ma jinkludi l-ebda negozju kkontestat;

(d)meta CCP iżżomm il-marġni ta' varjazzjoni fil-konfront ta' tranżazzjoni u l-kollateral tal-istituzzjoni mhuwiex protett kontra l-insolvenza tas-CCP, l-istituzzjoni għandha tapplika perjodu ta' marġni ta' riskju li huwa inferjuri bejn sena u l-maturità li jifdal tat-tranżazzjoni, b'minimu ta' 10 ġranet tax-xogħol.

4. B'deroga mill-punt (h) tal-Artikolu 281(2), meta istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar tuża l-metodu stabbilit fit-Taqsima 4 ta' dan il-Kapitolu biex tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji għall-iskoperturi tagħha fil-konfront ta' klijent, l-istituzzjoni tista' tuża fattur ta' maturità ugwali għal 0,21 għall-kalkolu tagħha.

5. B'deroga mill-punt (d) tal-Artikolu 282(4), meta istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar tuża l-metodu stabbilit fit-Taqsima 5 ta' dan il-Kapitolu biex tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji għall-iskoperturi tagħha fil-konfront ta' klijent, din tista' tuża fattur ta' maturità ugwali għal 0,21 f'dak il-kalkolu.";

(c)il-paragrafi 6 u 7 li ġejjin huma miżjuda:

"6. Istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar tista' tuża l-iskopertura mnaqqsa fil-mument tal-inadempjenza li tirriżulta mill-kalkoli fil-paragrafi 3, 4 u 5 għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħha għal riskju CVA skont it-Titolu VI.

7. Istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar li jiġbor kollateral minn klijent għal tranżazzjoni relatata mas-CCP u jgħaddi l-kollateral lis-CCP tista' tirrikonoxxi dak il-kollateral biex tnaqqas l-iskopertura tagħha fil-konfront tal-klijent għal dik it-tranżazzjoni relatata mas-CCP.

F'każ ta' struttura ta' klijenti b'ħafna livelli, it-trattament stabbilit fl-ewwel subparagrafu jista' jiġi applikat f'kull livell ta' dik l-istruttura.".

(76)L-Artikolu 305 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"1. Istituzzjoni li hija klijent għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għat-tranżazzjonijiet tagħha relatati mas-CCP mal-membru tal-ikklerjar tagħha skont it-Taqsimiet 1 sa 8 ta' dan il-Kapitolu, mat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 4 ta' dan it-Titolu u mat-Titolu VI ta' din il-Parti, kif applikabbli.";

(b)fil-paragrafu 2, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

"(c) il-klijent ikun wettaq reviżjoni legali bir-reqqa biżżejjed, li żammha aġġornata, li tissostanzja li l-arranġamenti li jiżguraw li l-kundizzjoni fil punt (b) hija sodisfatta, huma legali, validi, vinkolanti u infurzabbli skont il-liġijiet rilevanti tal-ġuriżdizzjoni jew il-ġuriżdizzjonijiet rilevanti;";

(c)Fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Istituzzjoni tista' tqis kwalunkwe preċedent ċar ta' trasferimenti ta' pożizzjonijiet tal-klijent u ta' kollateral korrispondenti f'CCP, u kwalunkwe intenzjoni tal-industrija li tkompli b'din il-prattika, meta l-istituzzjoni tivvaluta l-konformità tagħha mal-kundizzjoni fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu.";

(d)il-paragrafi 3 u 4 jinbidlu b'dan li ġej:

"3. B'deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, meta istituzzjoni li hija klijent tonqos milli tissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fil-punt (a) ta' dak il-paragrafu minħabba li dik l-istituzzjoni mhijiex protetta minn telf fil-każ li l-membri tal-ikklerjar u klijent ieħor tal-membru tal-ikklerjar ikunu inadempjenti b'mod konġunt, iżda l-kundizzjonijiet l-oħrajn kollha stabbiliti fil-punt (a) ta' dak il-paragrafu u fil-punti l-oħrajn ta' dak il-paragrafu huma sodisfatti, l-istituzzjoni tista' tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-iskoperturi ta' negozju tagħha għal tranżazzjonijiet relatati mas-CCP mal-membru tal-ikklerjar tagħha skont l-Artikolu 306, suġġett għas-sostituzzjoni tal-ponderazzjoni ta' riskju ta' 2 % fil-punt (a) tal-Artikolu 306(1) b'ponderazzjoni tar-riskju ta' 4 %.

4. Fil-każ ta' struttura ta' klijenti b'ħafna livelli, istituzzjoni li hija klijent ta' livell inferjuri li taċċessa s-servizzi ta' CCP permezz ta' klijent ta' livell superjuri tista' tapplika t-trattament stabbilit fil-paragrafu 2 jew 3 fil-każ biss meta l-kundizzjonijiet f'dawk il-paragrafi jiġu ssodisfati f'kull livell ta' dik l-istruttura.".

(77)L-Artikolu 306 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 1, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

"(c) meta l-istituzzjoni taġixxi bħala intermedjarju finanzjarju bejn klijent u CCP u t-termini tat-tranżazzjoni relatata mas-CCP jistipulaw li l-istituzzjoni ma hi meħtieġa tirrimborża lill-klijent l-ebda telf li jkun ġarrab minħabba kambjamenti fil-valur ta' dik it-tranżazzjoni fil-każ ta' inadempjenzi ta' CCP, din tista' tistabbilixxi l-valur tal-iskopertura ta' negozju mas-CCP li tikkorrispondi għal dik it-tranżazzjoni relatata mas-CCP għal żero;";

(b)fil-paragrafu 1, jiddaħħal il-punt (d) li ġej:

"(d) meta istituzzjoni taġixxi bħala intermedjarju finanzjarju bejn klijent u CCP u t-termini tat-tranżazzjoni relatata mas-CCP jistipulaw li l-istituzzjoni hija meħtieġa tirrimborża lill-klijent kwalunkwe telf li jkun ġarrab minħabba kambjamenti fil-valur ta' dik it-tranżazzjoni f'każ ta' inadempjenzi ta' CCP, hija għandha tapplika t-trattament fil-punt (a) jew (b), kif applikabbli, għall-iskopertura ta' negozju mas-CCP li tikkorrispondi għal dik it-tranżazzjoni relatata mas-CCP.";

(c)il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej:

"2. B'deroga mill-paragrafu 1, fejn assi depożitati bħala kollateral għal CCP jew għal membru tal-ikklerjar huma falliment remot fil-każ li s-CCP, il-membru tal-ikklerjar jew wieħed jew iktar mill-klijenti l-oħrajn tal-membru tal-ikklerjar isiru insolventi, istituzzjoni tista' tattribwixxi valur tal-iskopertura ta' żero għall-iskoperturi għar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti għal dawk l-assi.

3. Istituzzjoni għandha tikkalkula l-valuri tal-iskopertura ta' negozju tagħha ma' CCP skont it-Taqsimiet 1 sa 8 ta' dan il-Kapitolu u t-Taqsim 4 tal-Kapitolu 4 ta' dan it-Titolu, kif applikabbli.".

(78)L-Artikolu 307 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 307
Rekwiżiti ta' fondi proprji għal kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza ta' CCP

Istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar għandha tapplika t-trattament li ġej għall-iskoperturi tagħha li jirriżultaw mill-kontribuzzjonijiet tagħha għall-fond tal-inadempjenza ta' CCP:

(a)hija għandha tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji għall-kontribuzzjonijiet prefinanzjati tagħha għall-fond tal-inadempjenza ta' QCCP skont l-approċċ stabbilit fl-Artikolu 308;

(b)hija għandha tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji għall-kontribuzzjonijiet prefinanzjati u ffinanzjati tagħha għall-fond tal-inadempjenza ta' CCP mhux kwalifikanti skont l-approċċ stabbilit fl-Artikolu 309;

(c)hija għandha tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji għall-kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati tagħha għall-fond tal-inadempjenza ta' QCCP skont it-trattament stabbilit fl-Artikolu 310.".

(79)L-Artikolu 308 huwa emendat kif ġej:

(a)Il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej:

"2. Istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji (Ki) sabiex tkopri l-iskopertura li tirriżulta mill-kontribuzzjoni prefinanzjata (DFi) tagħha kif ġej:

fejn:

i =    l-indiċi li jindika l-membru tal-ikklerjar;

KCCP    = il-kapital ipotetiku tal-QCCP ikkomunikat lill-istituzzjoni mill-QCCP skont l-Artikolu 50c tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

DFCM     = is-somma tal-kontribuzzjonijiet prefinanzjati tal-membri tal-ikklerjar kollha tal-QCCP ikkomunikata lill-istituzzjoni mill-QCCP skont l-Artikolu 50c tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

DFCCP    = ir-riżorsi finanzjarji prefinanzjati tas-CCP ikkomunikati lill-istituzzjoni mis-CCP skont l-Artikolu 50c tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

3. Istituzzjoni għandha tikkalkula l-ammonti ta' skoperturi mwieżna għar-riskju għal skoperturi li jirriżultaw mill-kontribuzzjoni prefinanzjata ta' dik l-istituzzjoni għall-fond tal-inadempjenza ta' QCCP għall-finijiet tal-Artikolu 92(3) bħala r-rekwiżit ta' fondi proprji (KCMi), determinati skont il-paragrafu 2, immultiplikati bi 12,5.";

(b)il-paragrafi 4 u 5 jitħassru.

(80)L-Artikolu 309 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 309
Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal kontribuzzjonijiet prefinanzjati għall-fond tal-inadempjenza ta' CCP mhux kwalifikanti u għal kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati għal CCP mhux kwalifikanti

1.Istituzzjoni għandha tapplika l-formula li ġejja biex tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji (K) għall-iskoperturi li jirriżultaw mill-kontribuzzjonijiet prefinanzjati tagħha għall-fond tal-inadempjenza ta' CCP mhux kwalifikanti (DF) u minn kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati (UC) għal tali CCP:

2.Istituzzjoni għandha tikkalkula l-ammonti ta' skoperturi mwieżna għar-riskju għall-iskoperturi li jirriżultaw mill-kontribuzzjoni ta' dik l-istituzzjoni għall-fond tal-inadempjenza ta' CCP mhux kwalifikanti għall-finijiet tal-Artikolu 92(3) bħala r-rekwiżit ta' fondi proprji (K), determinati skont il-paragrafu 1, immultiplikati bi 12,5.".

(81)L-Artikolu 310 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 310
Rekwiżit ta' fondi proprji għal kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati għall-fond tal-inadempjenza ta' QCCP

Istituzzjoni għandha ponderazzjoni ta' riskju ta' 0 % għall-kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati tagħha għall-fond tal-inadempjenza ta' QCCP.".

(82)L-Artikolu 311 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 311
Rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi fil-konfront ta' CCPs li ma jibqgħux jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet

3.L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit f'dan l-Artikolu fejn isiru saru jafu, wara tħabbira jew notifika pubblika mill-awtorità kompetenti ta' CCP użata minn dawk l-istituzzjonijiet jew minn dik is-CCP innifisha, li s-CCP mhijiex se tikkonforma iktar mal-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni jew rikonoxximent, kif applikabbli.

4.Meta tiġi ssodisfata l-kundizzjoni fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet, fi żmien tliet xhur minn meta sseħħ iċ-ċirkostanza stabbilita f'dak il-paragrafu, jew qabel meta l-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-istituzzjoni jeħtieġu hekk, jagħmlu dan li ġej fir-rigward tal-iskoperturi tagħhom fil-konfront ta' dik is-CCP:

(a)japplikaw it-trattament stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 306(1) għall-iskoperturi kummerċjali tagħhom għal dik is-CCP;

(b)japplikaw it-trattament stipulat fl-Artikolu 309 għall-kontribuzzjonijiet prefinanzjati tagħhom għall-fond tal-inadempjenza ta' dik is-CCP u għall-kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati tagħhom fil-konfront ta' dik is-CCP;

(c)jittrattaw l-iskoperturi tagħhom għal dik is-CCP, minbarra dawk l-iskoperturi mniżżla fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu bħala skoperturi fil-konfront ta' korporattiva skont l-Approċċ Standardizzat għar-riskju ta' kreditu fil-Kapitolu 2 ta' dan it-Titolu.".

(83)Fil-Parti Tlieta, Titolu IV, il-Kapitolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"Kapitolu 1
Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 325
Approċċi għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq

1.Istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq ta' kull pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar u pożizzjoni fil-portafoll mhux tan-negozjar suġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet skont l-approċċi li ġejjin:

(a)minn [id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], l-approċċ standardizzat stabbilit fil-Kapitolu 1a ta' dan it-Titolu;

(b)minn [id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], l-approċċ ta' mudell intern stabbilit fil-Kapitolu 1b ta' dan it-Titolu fil-każ biss ta' dawk il-pożizzjonijiet assenjati lill-postijiet tan-negozjar għal liema l-istituzzjoni ngħatat permess mill-awtoritajiet kompetenti biex tuża dak l-approċċ kif stabbiliti fl-Artikolu 325ba;

(c)wara [id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], huma biss l-istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet definiti fl-Artikolu 325a(1) li jistgħu jużaw l-approċċ standardizzat imsemmi fil-paragrafu 4 biex jiddeterminaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għar-riskji tas-suq;

(d)sa [id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], l-approċċ ta' mudell intern simplifikat stabbilit fil-Kapitolu 5 ta' dan it-Titolu għal dawk il-kategoriji tar-riskju għal liema l-istituzzjoni tkun ingħatat il-permess skont l-Artikolu 363 biex tuża dak l-approċċ skont l-Artikolu 363. Wara [id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], l-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw iktar l-approċċ ta' mudell intern simplifikat stabbilit fil-Kapitolu 5 biex jiddeterminaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq;

2.Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq ikkalkulati bl-approċċ standardizzat simplifikat imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ifissru s-somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji li ġejjin, kif applikabbli:

(a)ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji fil-pożizzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu 2 ta' dan it-Titolu;

(b)ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji tal-kambju msemmija fil-Kapitolu 3 ta' dan it-Titolu;

(c)ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji tal-komoditajiet imsemmija fil-Kapitolu 4 ta' dan it-Titolu;

3.Istituzzjoni tista' tuża f'kombinazzjoni l-approċċi stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 fuq bażi permanenti fi ħdan grupp, sakemm ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq ikkalkulati skont l-approċċ stabbilit fil-punt (a) ma jaqbżux 90 % tat-total ta' rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq. Inkella, l-istituzzjoni għandha tuża l-approċċ stabbilit fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għall-pożizzjonijiet kollha suġġetti għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq.

4.Istituzzjoni tista' tuża f'kombinazzjoni l-approċċi stabbiliti fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1 fuq bażi permanenti fi ħdan grupp skont l-Artikolu 363.

5.Istituzzjoni ma għandha tuża l-ebda wieħed mill-approċċi stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 flimkien mal-approċċ stabbilit fil-punt (c).

6.L-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw l-approċċ stabbilit fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għall-istrumenti fil-portafoll tan-negozjar li huma pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni jew pożizzjonijiet inklużi fis-CTP kif definit fil-paragrafi 7 sa 9 tal-Artikolu 104.

7.Għal-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji ta' CVA permezz tal-metodu avvanzat stabbilit fl-Artikolu 383, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu jużaw l-approċċ ta' mudell intern simplifikat stabbilit fil-Kapitolu 5 ta' dan it-Titolu wara [id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] f'liema data l-istituzzjonijiet għandhom jieqfu jużaw dak l-approċċ għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq.

8.L-EBA għandha tiżviluppa standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika f'iktar dettall kif l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq għal pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar suġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet skont l-approċċi stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 325a
Kundizzjonijiet għall-użu tal-Approċċ Standardizzat Simplifikat

1.Istituzzjoni tista' tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq bl-approċċ imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 325(1), sakemm id-daqs tan-negozju fil-karta bilanċjali u barra l-karta bilanċjali suġġett għar-riskji tas-suq ikun ugwali għal-livelli limitu li ġejjin jew inqas minnhom abbażi ta' valutazzjoni mwettqa kull xahar:

(a)10 % tal-assi totali tal-istituzzjoni;

(b)EUR 300 miljun.

2.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-daqs fil-karta bilanċjali u barra l-karta bilanċjali tagħhom suġġett għar-riskji tas-suq f'data partikolari skont ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)il-pożizzjonijiet kollha assenjati lill-portafoll tan-negozjar għandhom ikunu inklużi, minbarra d-derivattivi ta' kreditu li huma rikonoxxuti bħala ħħeġġjar intern kontra l-iskoperturi għar-riskju ta' kreditu fil-portafoll mhux tan-negozjar;

(b)il-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar li jiġġeneraw riskji tal-kambju u tal-komoditajiet għandhom jiġu inklużi;

(c)il-pożizzjonijiet kollha għandhom jiġu stmati bil-prezzijiet tas-suq tagħhom f'dik id-data, ħlief il-pożizzjonijiet imsemmija fil-punt (b). Jekk il-prezz tas-suq ta' pożizzjoni ma jkunx disponibbli f'data partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur tas-suq l-iktar riċenti għal dik il-pożizzjoni;

(d)il-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar li jiġġeneraw riskji tal-komoditajiet għandhom jiġu kkunsidrati bħala pożizzjoni tal-kambju netta globali u stmati skont l-Artikolu 352

(e)il-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar li jiġġeneraw riskji tal-komoditajiet għandhom jiġu stmati permezz tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 357 sa 358;

(f)il-valur assolut ta' pożizzjonijiet twal għandu jingħadd mal-valur assolut ta' pożizzjonijiet qosra.

3.L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti meta jikkalkulaw, jew jieqfu jikkalkulaw, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għar-riskji tas-suq skont dan l-Artikolu.

4.Istituzzjoni li ma tibqax tissodisfa xi waħda mill-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandha immedjatament tinnotifika lill-awtorità kompetenti.

5.L-istituzzjonijiet għandhom jieqfu jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq skont il-paragrafu 1 fi żmien tliet xhur minn wieħed minn dawn il-każijiet li ġejjin:

(a)l-istituzzjoni ma tissodisfax xi waħda mill-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 għal tliet xhur konsekuttivi;

(b)l-istituzzjoni ma tissodisfax xi waħda mill-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 għal iktar minn 6 xhur mill-aħħar 12-il xahar;

6.Meta istituzzjoni tieqaf tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq skont il-paragrafu 1, din għandha tkun permessa biss tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq skont il-paragrafu 1, meta turi lill-awtorità kompetenti li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 ġew issodisfati għal perjodu ta' sena sħiħa mhux interrott.

7.L-istituzzjonijiet ma għandhomx jidħlu f'pożizzjoni bl-unika skop li jikkonformaw ma' waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 matul il-valutazzjoni ta' kull xahar.

Artikolu 325b
Provvedimenti għar-rekwiżiti konsolidati

1.Suġġett għall-paragrafu 2 u bl-unika skop li jiġu kkalkulati l-pożizzjonijiet netti u r-rekwiżiti ta' fondi proprji skont dan it-Titolu fuq bażi konsolidata, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-pożizzjonijiet f'istituzzjoni jew impriża partikolari biex ipaċu l-pożizzjonijiet f'istituzzjoni jew impriża oħra.

2.L-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw il-paragrafu 1, suġġett biss għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, li għandu jingħata jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)ikun hemm allokazzjoni sodisfaċenti ta' fondi proprji fi ħdan il-grupp;

(b)il-qafas regolatorju, legali jew kuntrattwali li fih joperaw l-istituzzjonijiet ikun tali li jiggarantixxi appoġġ finanzjarju reċiproku fi ħdan il-grupp.

3.Minbarra l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 2, meta jkun hemm impriżi li jinsabu f'pajjiżi terzi għandhom jiġu ssodisfati wkoll il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)dawn l-impriżi jkunu ġew awtorizzati f'pajjiż terz u jew jissodisfaw id-definizzjoni ta' istituzzjoni ta' kreditu jew huma rikonoxxuti bħala impriżi ta' investiment ta' pajjiż terz;

(b)dawn l-impriżi jkunu konformi, fuq bażi individwali, ma' rekwiżiti ta' fondi proprji ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament;

(c)ma jkun jeżisti l-ebda regolament fil-pajjiżi terzi inkwistjoni li jista' jaffettwa b'mod sinifikanti t-trasferiment ta' fondi fi ħdan il-grupp.

Artikolu 325c
Iħħeġġjar strutturali ta' riskju tal-kambju

1.Kwalunkwe pożizzjoni li istituzzjoni ħadet b'mod deliberat sabiex tiħħeġġja kontra l-effett ħażin tar-rati tal-kambju fuq il-proporzjonijiet tagħha msemmija fl-Artikolu 92(1) tista', suġġetta għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, tiġi eskluża mill-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)l-esklużjoni hija limitata għall-akbar ammont minn dawn li ġejjin:

(I)l-ammont ta' investiment f'entitajiet affiljati denominat f'muniti barranin iżda li mhumiex konsolidati mal-istituzzjoni;

(II)l-ammont ta' investiment f'sussidjarji konsolidati denominat f'muniti barranin.

(b)l-esklużjoni mill-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq issir għal tal-inqas sitt xhur;

(c)l-istituzzjoni pprovdiet lill-awtoritajiet kompetenti d-dettalji ta' dik il-pożizzjoni, issostanzjat li hija daħlet f'dik il-pożizzjoni għall-fini ta' ħħeġġjar parzjali jew totali kontra l-effett negattiv tar-rata tal-kambju fuq il-proporzjonijiet tagħha definiti skont l-Artikolu 92(1) u l-ammonti ta' dik il-pożizzjoni li huma esklużi mir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq kif imsemmi fil-punt (a).

2.Kwalunkwe esklużjoni ta' pożizzjonijiet mir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq skont il-paragrafu 1 għandha tiġi applikata b'mod konsistenti u tibqa' fis-seħħ għall-ħajja tal-assi jew ta' oġġetti oħra.

3.L-awtoritajiet kompetenti għandhom japprovaw kwalunkwe bidla sussegwenti mill-istituzzjoni fl-ammonti li għandhom jiġu esklużi mir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq skont il-paragrafu 1.".

(84)Fil-Parti 3, Titolu IV, jiżdiedu l-Kapitoli 1a u 1b li ġejjin:

"Kapitolu 1a
L-approċċ standardizzat

Taqsima 1
Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 325d
Kamp ta' applikazzjoni u struttura tal-approċċ standardizzat

Istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq bl-approċċ standardizzat għal portafoll ta' pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar jew pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar li jiġġeneraw skambju barranija u r-riskji tal-komoditajiet bħala s-somma tat-tliet komponenti li ġejjin:

(a)ir-rekwiżit ta' fondi proprji taħt il-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet stabbilit fit-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu;

(b)ir-rekwiżit ta' riskju ta' inadempjenza ta' fondi proprji stabbilit fit-Taqsima 5 ta' dan il-Kapitolu li huwa applikabbli biss għall-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar imsemmi f'dik it-Taqsima;

(c)ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji residwi stabbiliti fit-Taqsima 4 ta' dan il-Kapitolu li huma applikabbli biss għall-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar imsemmija f'dik it-Taqsima.

Taqsima 2
Rekwiżit ta' fondi proprji tal-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet

Artikolu 325e
Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin::

(1) 'klassi ta' riskju' tfisser waħda mis-seba' kategoriji li ġejjin: (i) riskju ġenerali taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax; (ii) riskju ta' firxiet ta' kreditu mhux ta' titolizzazzjoni; (iii) riskju ta' firxiet ta' kreditu ta' titolizzazzjoni (mhux CTP); (iv) riskju ta' firxiet ta' kreditu ta' titolizzazzjoni (CTP); (v) riskju ta' ekwità; (vi) riskju ta' komodità; u (vii) riskju tal-kambju.

(2) 'sensittività' tfisser il-bidla relattiva fil-valur ta' pożizzjoni, ikkalkulata bil-mudell ta' pprezzar tal-istituzzjoni, bħala riżultat ta' bidla fil-valur ta' wieħed mill-fatturi tar-riskju rilevanti tal-pożizzjoni.

(3) 'bucket' tfisser subkategorija ta' pożizzjonijiet fi ħdan klassi ta' riskju waħda bi profil ta' riskju simili għal liema hija assenjata ponderazzjoni tar-riskju kif definita fis-subtaqsima 1 tat-Taqsima 3 ta' dan il-Kapitolu.

Artikolu 325f
Komponenti tal-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet

1.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq skont il-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet bl-aggregazzjoni tat-tliet tipi li ġejjin ta' rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-Artikolu 325i:

(a)rekwiżiti ta' fond proprju għal riskju delta, li jaqbad ir-riskju ta' bidliet fil-valur ta' strument minħabba l-movimenti fil-fatturi ta' riskju mhux relatati mal-volatilità tiegħu u li jassumi funzjoni ta' pprezzar lineari;

(b)rekwiżiti ta' fond proprju għal riskju vega li jaqbad ir-riskju ta' bidliet fil-valur ta' strument minħabba l-movimenti fil-fatturi ta' riskju relatati mal-volatilità tiegħu;

(c)rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju kurvatura li jaqbad ir-riskju ta' bidliet fil-valur ta' strument minħabba l-movimenti fil-fatturi ta' riskju ewlenin mhux relatati mal-volatilità li mhumiex koperti mir-riskju delta.

2.Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1:

(d)il-pożizzjonijiet kollha tal-istrumenti b'opzjonalità għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżiti ta' fondi proprji msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1.

(e)il-pożizzjonijiet kollha ta' strumenti mingħajr opzjonalità għandhom ikunu suġġetti biss għar-rekwiżiti ta' fondi proprji msemmija fil-punti (a) tal-paragrafu 1.

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, l-istrumenti bi dritt ta' għażla jinkludu, fost l-oħrajn: opzjonijiet, opzjonijiet put, limiti minimi, swapzjonijiet, opzjonijiet ta' barriera u opzjonijiet eżotiċi. L-opzjonijiet integrati, bħal prepagamenti jew opzjonijiet attitudinali, għandhom jiġu kkunsidrati bħala opzjonijiet awtonomi għall-fini li jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq.

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, l-istrumenti li l-flussi ta' flus tagħhom jistgħu jiġu vvalutati bħala funzjoni lineari tal-valur nozzjonali ta' sottostanti għandhom jiġu kkunsidrati bħala strumenti mingħajr dritt ta' għażla.

Artikolu 325g
Rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju delta u vega

1.L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi ta' riskju delta u vega deskritti fis-subtaqsima 1 tat-Taqsima 3 ta' dan il-Kapitolu biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji delta u vega.

2.L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-proċess stabbilit fil-paragrafi 3 sa 8 biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji delta u vega.

3.Għal kull klassi ta' riskju, is-sensittività tal-istrumenti kollha li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji delta jew vega għal kull wieħed mill-fatturi ta' riskju delta jew vega applikabbli inklużi f'din il-klassi ta' riskju għandha tiġi kkalkulata permezz tal-formuli korrispondenti fis-subtaqsima 2 tat-Taqsima 3 ta' dan il-Kapitolu. Jekk il-valur ta' strument jiddependi fuq diversi fatturi ta' riskju, is-sensittività għandha tiġi determinata b'mod separat għal kull fattur ta' riskju.

4.Għandhom jiġu assenjati sensittivitajiet lil wieħed mill-buckets 'b' fi ħdan kull klassi ta' riskju.

5.Fi ħdan kull bucket 'b', is-sensittivitajiet pożittivi u negattivi għall-istess fattur ta' riskju għandhom jiġu kkalkulati b'mod nett, u dan jagħti lok għal sensittivitajiet netti ( għal kull fattur ta' riskju k fi ħdan bucket.

6.Is-sensittivitajiet netti għal kull fattur ta' riskju () fi ħdan kull bucket għandhom jiġu mmultiplikati bil-ponderazzjonijiet tar-riskju korrispondenti (RWk) stipulati fit-Taqsima 6, u dan jagħti lok għal sensittivitajiet mwieżna (WSk) għal kull fattur ta' riskju fi ħdan dak il-bucket skont il-formula li ġejja:

7.Is-sensittivitajiet mwieżna għall-fatturi ta' riskju differenti fi ħdan kull bucket għandhom jiġu aggregati skont il-formula ta' hawn taħt, fejn il-kwantità fi ħdan il-funzjoni ta' għerq kwadrat hija limitata għal żero, u dan jagħti lok għal sensittività speċifika għall-bucket (Kb). Għandhom jintużaw il-korrelazzjonijiet korrispondenti għal sensittivitajiet mwieżna fi ħdan l-istess bucket (), stabbiliti fit-Taqsima 6.

8.Is-sensittività speċifika għall-bucket (Kb) għandha tiġi kkalkulata għal kull bucket fi ħdan klassi ta' riskju skont il-paragrafi 5 sa 7. Ladarba s-sensittività speċifika għall-bucket tkun ġiet ikkalkulata għall-buckets kollha, is-sensittivitajiet mwieżna għal kull fattur ta' ponderazzjoni fil-buckets għandhom jiġu aggregati skont il-formula ta' hawn taħt, permezz tal-korrelazzjonijiet korrispondenti γbc għal sensittivitajiet mwieżna f'buckets differenti stabbiliti fil-paragrafu 6, u dan jagħti lok għal rekwiżiti ta' fondi proprji delta jew vega speċifiċi għall-klassi ta' riskju:

fejngħall-fatturi ta' riskju kollha fil-bucket b u fil-bucket c. Fejn dawk il-valuri għal u jagħtu somma totali ta' , l-istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji delta jew vega speċifiċi għall-klassi ta' riskju permezz ta' speċifikazzjoni alternattiva fejn għall-fatturi ta' riskju kollha fil-bucket b u għall-fatturi ta' riskju kollha fil-bucket c. 

Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tar-riskju delta jew vega speċifiċi għall-klassi ta' riskju għandhom jiġu kkalkulati għal kull klassi ta' riskju skont il-paragrafi (1) sa (8).

Artikolu 325h
Rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju kurvatura

1.L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-proċess stabbilit fil-paragrafi 2 sa 6 biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju kurvatura.

2.Permezz tas-sensittivitajiet ikkalkulati skont l-Artikolu 325g(4) għal kull klassi ta' riskju, għandu jiġi kkalkulat rekwiżit ta' riskju kurvatura nett għall kull fattur ta' riskju (k) inkluż f'dik il-klassi ta' riskju skont il-formula ta' hawn taħt.

fejn:

i = l-indiċi li jindika strument suġġett għal riskji kurvatura assoċjati mal-fattur ta' riskju k;

= il-livell kurrenti tal-fattur ta' riskju k;

= il-valur ta' strument i kif stmat mill-mudell ta' pprezzar tal-istituzzjoni permezz tal-valur kurrenti tal-fattur ta' riskju k;

u = il-valur ta' strument i wara li jiċċaqlaq 'il fuq jew 'l isfel rispettivament skont il-ponderazzjonjiet tar-riskju korrispondenti;

= il-ponderazzjoni tar-riskju għall-fattur ta' riskju kurvatura k għall-istrument i determinata skont it-Taqsima 6.

= is-sensittività delta tal-instrument i fir-rigward tal-fattur tar-riskju delta li tikkorrispondi għall-fattur tar-riskju kurvatura k.

3.Għal kull klassi ta' riskju, ir-rekwiżiti ta' riskju kurvatura nett ikkalkulati skont il-paragrafu 2 għandhom jiġu assenjati lil wieħed mill-buckets (b) fi ħdan dik il-klassi ta' riskju.

4.Ir-rekwiżiti ta' riskju kurvatura nett kollha fi ħdan kull bucket (b) għandhom jiġu aggregati skont il-formula ta' hawn taħt, fejn għandhom jintużaw il-korrelazzjonijiet korrispondenti stipulati kl fost il-pari ta' fatturi ta' riskju k,l fi ħdan kull bucket, li jagħti lok għar-rekwiżiti ta' fondi proprji ta' riskju kurvatura speċifiċi għall-bucket:

fejn:

ψ = funzjoni li tieħu l-valur ta' 0 jekk u it-tnejn għandhom sinjali negattivi. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, ψgħandu jieħu l-valur ta' 1.

5.Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji ta' riskju kurvatura nett għandhom jiġu aggregati fil-buckets kollha fi ħdan kull klassi ta' riskju skont il-formula ta' hawn taħt, fejn għandhom jintużaw il-korrelazzjonijiet korrispondenti stipulati γbc għal settijiet ta' rekwiżiti ta' riskju kurvatura nett li jagħmlu parti minn buckets differenti. Dan jagħti lok għar-rekwiżiti ta' fondi proprji ta' riskju kurvatura speċifiku għall-klassi ta' riskju.

fejn:

għall-fatturi ta' riskju kollha fil-bucket b, u fil-bucket c;

hija funzjoni li tieħu l-valur ta' 0 jekk u it-tnejn għandhom sinjali negattivi. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, jieħu l-valur ta' 1.

Fejn dawn il-valuri għal u jagħtu numru negattiv għas-somma totali ta'

l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-addebitament ta' riskju kurvatura permezz ta' speċifikazzjoni alternattiva fejn għall-fatturi ta' riskju kollha fil-bucket b u għall-fatturi ta' riskju kollha fil-bucket c.

6.Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji ta' riskju kurvatura speċifiku għall-klassi ta' riskju għandhom jiġu kkalkulati għal kull klassi ta' riskju skont il-paragrafi 2 sa 5.

Artikolu 325i
Aggregazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji speċifiċi għall-klassi tar-riskju għal riskji delta, vega u kurvatura

1.L-istituzzjonijiet għandhom jaggregaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji speċifiċi għall-klassi ta' riskju għal riskji delta, vega u kurvatura skont il-proċess stabbilit fil-paragrafi 2 sa 5.

2.Il-proċess biex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji speċifiċi għall-klassi ta' riskju delta, vega u kurvatura deskritti fl-Artikoli 325g u 325h għandu jitwettaq tliet darbiet għal kull klassi ta' riskju, kull darba permezz ta' sett differenti ta' parametri ta' korrelazzjoni (korrelazzjoni bejn il-fatturi ta' riskju fi ħdan bucket) u (korrelazzjoni bejn buckets fi ħdan klassi ta' riskju). Kull wieħed minn dawn it-tliet settijiet għandu jikkorrispondi għal xenarju differenti, kif ġej:

(a)ix-xenarju 'korrelazzjonijiet medji', fejn il-parametri ta' korrelazzjoni u jibqgħu l-istess bħal dawk speċifikati fit-Taqsima 6.

(b)ix-xenarju ta' 'korrelazzjonijiet għoljin', fejn il-parametri ta' korrelazzjoni u li huma speċifikati fit-Taqsima 6 għandhom jiġu mmultiplikati b'1,25, b' u suġġett għal limitu massimu ta' 100 %.

(c)ix-xenarju ta' 'korrelazzjonijiet baxxi', fejn il-korrelazzjonijiet korrispondenti stipulati li huma speċifikati fit-Taqsima 6 għandhom jiġu mmultiplikati b'mod uniformi b'0,75.

3.Ir-rekwiżiti kollha ta' fondi proprji speċifiċi għall-klassi ta' riskju li jirriżultaw minn kull xenarju għandhom jiġu aggregati b'mod separat għar-riskju delta, vega u kurvatura, u dan jagħti lok għal tliet rekwiżiti ta' fondi proprji differenti speċifiċi għax-xenarju għal riskju delta, vega u kurvatura.

4.Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji delta, vega jew kurvatura finali għandhom ikunu l-akbar wieħed mit-tliet rekwiżiti ta' fondi proprji speċifiċi għax-xenarju għal riskju delta, vega jew kurvatura skont il-paragrafu 3.

5.Ir-rekwiżit ta' fondi proprji tal-metodu bbażat fuq s-sensittivitajiet għandu jkun is-somma tat-tliet rekwiżiti finali ta' fondi proprji delta, vega u curvature.

Artikolu 325j
Trattament ta' strument indiċi, opzjonijiet b'ħafna strumenti sottostanti

1.L-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-prinċipju taċ-ċar kristall għal strumenti indiċi u opzjonijiet b'ħafna strumenti sottostanti meta l-kostitwenti kollha tal-indiċi jew l-opzjoni għandhom sensittivitajiet għar-riskju delta tal-istess sinjal. Is-sensittivitajiet għall-fatturi tar-riskju kostitwenti mill-istrumenti indiċi u l-opzjonijiet b'ħafna strumenti sottostanti huma permessi li jiġu kkalkulati b'mod nett mas-sensittivitajiet għall-istrumenti b'isem wieħed mingħajr restrizzjonijiet, ħlief għal pożizzjonijiet tas-CTP.

2.Opzjonijiet b'ħafna strumenti sottostanti b'sensittivitajiet għar-riskju delta ta' sinjali differenti għandhom jiġu eżentati mir-riskju delta u vega iżda għandhom ikunu suġġetti għas-suppliment ta' riskju residwu msemmi fit-Taqsima 4 ta' dan il-Kapitolu.

Artikolu 325k
Trattament ta' impriżi ta' investiment kollettiv

1.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' pożizzjoni f'impriża ta' investiment kollettiv ('CIU') bl-użu ta' wieħed minn dawn l-approċċi li ġejjin:

(a)Istituzzjoni li tkun kapaċi tidentifika l-investimenti sottostanti tas-CIU jew l-istrument tal-indiċi fuq bażi ta' kuljum għandha tħares direttament lejn dawk l-investimenti sottostanti u tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għal din il-pożizzjoni skont l-approċċ stabbilit fl-Artikolu 325j(1);

(b)Meta l-prezzijiet ta' kuljum għas-CIU jistgħu jinkisbu iżda l-istituzzjoni hija konxja mill-mandat tas-CIU, dik l-istituzzjoni għandha tqis il-pożizzjoni tas-CIU bħala strument ta' ekwità għall-finijiet tal-metodu bbażat fuq sensittivitajiet;

(c)Meta l-prezzijiet ta' kuljum għas-CIU jistgħu jinkisbu iżda l-istituzzjoni mhix konxja mill-mandat tas-CIU, dik l-istituzzjoni għandha tqis il-pożizzjoni tas-CIU bħala strument ta' ekwità għall-finijiet tal-metodu bbażat fuq sensittivitajiet u tassenja lil dik il-pożizzjoni tas-CIU l-piż tar-riskju tal-bucket tar-riskju ta' ekwità "settur ieħor".

2.L-istituzzjonijiet jistgħu jiddependu fuq il-partijiet terzi li ġejjin sabiex jikkalkulaw u jirrappurtaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għar-riskju tas-suq għal pożizzjonijiet fis-CIUs, skont il-metodi stabbiliti f'dan il-Kapitolu:

(a)id-depożitarju tas-CIU sakemm is-CIU jinvesti b'mod esklużiv f'titoli u jiddepożita dawk it-titoli kollha ma' dak id-depożitarju;

(b)għal CIUs oħra, il-kumpannija tal-ġestjoni tas-CIU, jekk il-kumpannija tal-ġestjoni tas-CIU tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 132(3).

3.L-EBA għandha tiżviluppa standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika f'iktar dettall liema piżijiet tar-riskju għandhom jiġu assenjati għal pożizzjonijiet fis-CIU msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [ħmistax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 325l
Pożizzjonijiet sottoskritti

1.L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-proċess stabbilit f'dan l-Artikolu għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq ta' pożizzjonijiet sottoskritti ta' strumenti ta' dejn jew ta' ekwità.

2.L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw wieħed mill-fatturi multiplikanti xierqa elenkati fit-Tabella 1 għas-sensittivitajiet netti tal-pożizzjonijiet sottoskritti kollha f'kull emittent individwali, bl-esklużjoni tal-pożizzjonijiet sottoskritti li huma sottoskritti jew sotto-sottoskritti minn partijiet terzi fuq il-bażi ta' ftehimiet formali, u jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq skont l-approċċ stabbilit f'dan il-Kapitolu fuq il-bażi tas-sensittivitajiet netti aġġustati.

Tabella 1

jum tax-xogħol 0

100 %

jum tax-xogħol 1

90 %

jiem tax-xogħol 2 sa 3

75 %

jum tax-xogħol 4

50 %

jum tax-xogħol 5

25 %

wara jum tax-xogħol 5

0 %

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, 'jum tax-xogħol 0' tfisser il-jum tax-xogħol li fih l-istituzzjoni tieħu l-impenn mingħajr kundizzjonijiet li taċċetta kwantità magħrufa ta' titoli bi prezz miftiehem.

3.L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-applikazzjoni tal-proċess stabbilit f'dan l-Artikolu.

Taqsima 3
Fattur ta' riskju u definizzjonijiet tas-sensittività

Subtaqsima 1
Definizzjonijiet tal-fattur ta' riskju

Artikolu 325m
Fatturi ta' riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax

1.Għall-fatturi ta' riskju ġenerali kollha tar-rata tal-imgħax, inkluż ir-riskju ta' inflazzjoni u r-riskju bażi ta' bejn il-muniti, għandu jkun hemm bucket wieħed għal kull munita, b'kull waħda tinkludi tipi ta' fatturi ta' riskju differenti.

Il-fatturi delta ta' riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax applikabbli għal strumenti sensittivi għar-rata tal-imgħax għandhom ikunu r-rati mingħajr riskju rilevanti għal kull munita u għal kull waħda mill-maturitajiet li ġejjin: 0,25 sena, 0,5 sena, sena, sentejn, 3 snin, 5 snin, 10 snin, 15-il sena, 20 sena, 30 sena. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw fatturi ta' riskju lill-punti speċifikati b'interpolazzjoni lineari jew billi jużaw metodu li huwa l-iktar konsistenti mal-funzjonijiet tal-ipprezzar użati mill-funzjoni ta' kontroll tar-riskju indipendenti tal-istituzzjoni biex tirrapporta r-riskji tas-suq jew il-profitti u t-telf lill-maniġment superjuri.

2.L-istituzzjonijiet għandhom jiksbu r-rati mingħajr riskju għal kull munita mill-istrumenti tas-suq monetarju miżmuma fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni li għandhom l-iktar riskju ta' kreditu baxx, bħal swaps tal-indiċi mil-lum għall-għada.

3.Meta l-istituzzjonijiet ma jkunux jistgħu japplikaw l-approċċ imsemmi fil-paragrafu 2, ir-rati mingħajr riskju għandhom ikunu bbażati fuq kurva ta' swaps implikata mis-suq waħda jew iktar użati mill-istituzzjoni biex tipprezza l-pożizzjonijiet skont il-valur tas-suq, bħall-kurvi ta' swaps ta' rati interbankarji offruti.

Meta d-data dwar kurvi ta' swaps implikati mis-suq deskritti fil-paragrafu 2 u fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu hija insuffiċjenti, ir-rati mingħajr riskju jistgħu jiġu derivati mill-kurva tal-bonds sovrani l-iktar xierqa għal munita partikolari.

Meta l-istituzzjonijiet jużaw il-fatturi ta' riskju derivati skont il-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu għal strumenti tad-dejn sovran, l-istrumenti tad-dejn sovran m'għandhomx ikunu eżenti mir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-firxa ta' kreditu. F'dawk il-każijiet, fejn ma jkunx possibbli li tifred ir-rata mingħajr riskju mill-komponent tal-firxa ta' kreditu, is-sensittività għal dan il-fattur ta' riskju għandu jiġi allokat kemm għar-riskju ġenerali tar-rati tal-imgħax kif ukoll għall-klassijiet tar-riskju tal-firxa ta' kreditu.

4.Fil-każ ta' fatturi ta' riskju ġenerali tar-rati tal-imgħax, kull munita għandha tikkostitwixxi bucket separat. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw fatturi ta' riskju fl-istess bucket, iżda b'maturitajiet differenti, piż ta' riskju differenti, skont it-Taqsima 6.

L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fatturi ta' riskju addizzjonali għar-riskju tal-inflazzjoni għal strumenti tad-dejn li l-flussi tal-flus tagħhom huma funzjonalment dipendenti fuq ir-rati tal-inflazzjoni. Dawk il-fatturi ta' riskju addizzjonali għandhom jikkonsistu f'vettur wieħed ta' rati tal-inflazzjoni implikati mis-suq ta' maturitajiet differenti għal kull munita. Għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm rati tal-inflazzjoni użati bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument.

5.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività tal-istrument għall-fattur ta' riskju addizzjonali għar-riskju tal-inflazzjoni msemmi fil-paragrafu 4 bħala l-bidla fil-valur tal-istrument, skont il-mudell tal-ipprezzar tiegħu, bħala riżultat ta' ċaqliq ta' punt bażi f'kull wieħed mill-komponenti tal-vettur. Kull munita għandha tikkostitwixxi bucket separat. F'kull bucket, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw l-inflazzjoni bħala fattur ta' riskju uniku, irrispettivament min-numru ta' komponenti ta' kull vettur. L-istituzzjonijiet għandhom ipaċu s-sensittivitajiet kollha għall-inflazzjoni f'bucket, ikkalkulati kif deskritt hawn fuq, sabiex tirriżulta f'sensittività netta waħda għal kull bucket.

6.L-istrumenti tad-dejn li jinvolvu ħlasijiet f'muniti differenti wkoll għandhom ikunu suġġetti għal riskju bażi bejn il-muniti bejn dawk il-muniti. Għall-finijiet tal-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet, il-fatturi ta' riskju li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għandhom ikunu r-riskju bażi bejn il-muniti ta' kull munita kontra d-dollaru Amerikan jew l-EUR. L-istituzzjonijiet għandhom jaħdmu l-bażijiet ta' bejn il-muniti li ma jirrelatawx mal-bażi kontra l-USD jew il-bażi kontra l-EUR bħala 'bażi kontra d-dollaru Amerikan' jew 'bażi kontra l-EUR'.

Kull fattur ta' riskju bażi bejn il-muniti għandu jikkonsisti f'vettur wieħed ta' bażi bejn il-muniti ta' maturitajiet differenti għal kull munita. Għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm bażijiet bejn il-muniti użati bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument. Kull munita għandha tikkostitwixxi bucket differenti.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività tal-istrument għal dan il-fattur ta' riskju bħala l-bidla fil-valur tal-istrument, skont il-mudell tal-ipprezzar tiegħu, bħala riżultat ta' ċaqliq ta' punt bażi f'kull wieħed mill-komponenti tal-vettur. Kull munita għandha tikkostitwixxi bucket separat. Fi ħdan kull bucket għandu jkun hemm żewġ fatturi tar-riskju distinti possibbli: bażi kontra l-EUR u bażi kontra l-USD, irrispettivament min-numru ta' komponenti li jkun hemm f'kull vettur bażi bejn il-muniti. In-numru massimu ta' sensittivitajiet netti għal kull bucket għandu jkun tnejn.

7.Il-fatturi vega ta' riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax applikabbli għal opzjonijiet b'sottostanti li huma sensittivi għar-riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tar-rati mingħajr riskju rilevanti kif deskritt fil-paragrafu 2 u 3, li għandhom jiġu assenjati għal buckets skont il-munita u mmappjati għal dawn il-maturitajiet li ġejjin f'kull bucket: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin. Għandu jkun hemm bucket wieħed għal kull munita.

Għall-finijiet tal-innettjar, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-volatilitajiet implikati marbuta mal-istess rati mingħajr riskju u mmappjati għall-istess maturitajiet biex jikkostitwixxu l-istess fattur ta' riskju.

Meta l-istituzzjonijiet jimmappjaw il-volatilitajiet implikati għall-maturitajiet kif imsemmi f'dan il-paragrafu, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a)fejn     il-maturità tal-opzjoni hija allinjata mal-maturità tas-sottostanti, għandu jitqies fattur ta' riskju wieħed, li għandu jkun immappjat skont dik il-maturità.

(b)fejn il-maturità tal-opzjoni hija iqsar mill-maturità tas-sottostanti, il-fatturi ta' riskju li ġejjin għandhom jitqiesu kif ġej:

(I)l-ewwel fattur ta' riskju għandu jiġi mmappjat skont il-maturità tal-opzjoni;

(II)it-tieni fattur ta' riskju għandu jiġi mmappjat skont il-maturità residwa tas-sottostanti tal-opzjoni fid-data ta' skadenza tal-opzjoni.

8.Il-fatturi ta' riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax tal-kurvatura li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għandhom jikkonsistu minn vettur wieħed ta' rati mingħajr riskju, li jirrappreżentaw kurva tar-rendiment mingħajr riskju speċifika, għal kull munita. Kull munita għandha tikkostitwixxi bucket differenti. Għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm maturitajiet differenti ta' rati mingħajr riskju użati bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument.

9.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività tal-istrument għal kull fattur ta' riskju użat fil-formola tar-riskju tal-kurvatura skont l-Artikolu 325h. Għall-finijiet tar-riskju ta' kurvatura, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw vetturi li jikkorrispondu għal kurvi tar-rendiment differenti u b'numru differenti ta' komponenti bħall-istess fattur ta' riskju, sakemm dawk il-vetturi jikkorrispondu għall-istess munita. L-istituzzjonijiet għandhom ipaċu s-sensittivitajiet għall-istess fattur ta' riskju. Għandu jkun hemm sensittività netta waħda għal kull bucket.

M'għandux ikun hemm imposta għar-riskju tal-kurvatura għall-inflazzjoni u għar-riskji bażi bejn il-muniti.

Artikolu 325n
Fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu
għal nontitolizzazzjoni

1.Il-fatturi delta ta' riskju tal-firxa tal-kreditu li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal strumenti mhux ta' titolizzazzjoni li huma sensittivi għall-firxa tal-kreditu għandhom ikunu r-rati tal-firxa tal-kreditu tal-emittent tagħhom, inferiti mill-istrumenti tad-dejn u mis-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu rilevanti, u mmappjati għal kull waħda mill-maturitajiet li ġejjin: 0,25 sena, 0,5 sena, sena, sentejn, 3 snin, 5 snin, 10 snin, 15-il sena, 20 sena, 30 sena. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fattur ta' riskju wieħed għal kull emittent u maturità, irrispettivament minn jekk dawk ir-rati ta' firxa tal-kreditu tal-emittent humiex inferiti mill-istrumenti tad-dejn jew mis-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu. Il-buckets għandhom ikunu buckets settorjali, kif imsemmi fit-Taqsima 6, u kull bucket għandu jinkludi l-fatturi ta' riskju kollha allokati għas-settur rilevanti.

2.Il-fatturi vega ta' riskju tal-firxa tal-kreditu li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal opzjonijiet b'sottostanti mhux ta' titolizzazzjoni li huma sensittivi għall-firxa tal-kreditu għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tar-rati tal-firxa tal-kreditu tal-emittent tas-sottostanti inferiti kif stabbilit fil-paragrafu 1, li għandhom jiġu mmappjati għall-maturitajiet li ġejjin skont il-maturità tal-opzjoni suġġetta għar-rekwiżiti ta' fondi proprji: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin. L-istess buckets għandhom jintużaw bħall-buckets li ntużaw għar-riskju delta tal-firxa tal-kreditu għan-nontitolizzazzjoni.

3.Il-fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu tal-kurvatura li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għall-istrumenti mhux ta' titolizzazzjoni għandhom jikkonsistu minn vettur wieħed ta' rati tal-firxa tal-kreditu, li jirrappreżentaw kurva tal-firxa tal-kreditu ta' emittent speċifiku. Għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm maturitajiet differenti ta' rati tal-firxa tal-kreditu użati bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument. L-istess buckets għandhom jintużaw bħall-buckets li ntużaw għar-riskju delta tal-firxa tal-kreditu għan-nontitolizzazzjoni.

4.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività tal-istrument għal kull fattur ta' riskju użat fil-formola tar-riskju tal-kurvatura skont l-Artikolu 325h. Għall-finijiet tar-riskju ta' kurvatura, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw vetturi inferiti mill-istrumenti tad-dejn jew mis-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu rilevanti u b'numru differenti ta' komponenti bħall-istess fattur ta' riskju sakemm dawk il-vetturi jikkorrispondu għall-istess emittent.

Artikolu 325o
Fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu
għal titolizzazzjoni

1.L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu tat-titolizzazzjonijiet tal-PNK imsemmija fil-paragrafu 3 għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li jappartjenu għall-PNK, kif imsemmi fl-Artikolu 104(7) sa (9),

L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu tat-titolizzazzjonijiet mhux tal-PNK imsemmija fil-paragrafu 5 għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li ma jappartjenux għall-PNK, kif imsemmi fl-Artikolu 104(7) sa (9).

2.Il-buckets applikabbli għar-riskju tal-firxa tal-kreditu ta' titolizzazzjonijiet li jappartjenu għall-PNK għandhom ikunu l-istess bħall-buckets applikabbli għar-riskju tal-firxa tal-kreditu ta' nontitolizzazzjonijiet, kif imsemmi fit-Taqsima 6.

Il-buckets applikabbli għar-riskju tal-firxa tal-kreditu ta' titolizzazzjonijiet li ma jappartjenux għall-PNK għandhom ikunu speċifiċi għal din il-kategorija ta' klassi tar-riskju, kif imsemmi fit-Taqsima 6.

3.Il-fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li jappartjenu għall-PNK huma dawn li ġejjin:

(a)il-fatturi delta ta' riskju għandhom ikunu r-rati kollha rilevanti tal-firxa tal-kreditu tal-emittenti tal-iskoperturi sottostanti tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni, inferiti mill-istrumenti tad-dejn u mis-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu rilevanti, u għal kull waħda mill-maturitajiet li ġejjin: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin.

(b)il-fatturi Vega ta' riskju applikabbli għal opzjonijiet b'pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li jappartjenu għall-PNK bħala sottostanti għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tal-firxiet tal-kreditu tal-emittenti tal-iskoperturi sottostanti tal-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni, inferiti kif deskritt fil-punt a ta' dan il-paragrafu, li għandhom jiġu mmappjati għall-maturitajiet li ġejjin skont il-maturità tal-opzjoni korrispondenti suġġetta għar-rekwiżiti ta' fondi proprji: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin.

(c)il-fatturi ta' riskju tal-kurvatura għandhom ikunu l-kurvi tar-rendiment rilevanti tal-firxa tal-kreditu tal-emittenti tal-iskoperturi sottostanti tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni espressi bħala vettur tar-rati tal-firxa tal-kreditu għal maturitajiet differenti, inferiti kif indikat fil-paragrafu a ta' dan il-paragrafu. Għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm maturitajiet differenti ta' rati tal-firxa tal-kreditu li jintużaw bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument.

4.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni għal kull fattur ta' riskju użat fil-formola tar-riskju tal-kurvatura kif speċifikat fl-Artikolu 325h. Għall-finijiet tar-riskju ta' kurvatura, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw vetturi inferiti mill-istrumenti tad-dejn jew mis-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu rilevanti u b'numru differenti ta' komponenti bħall-istess fattur ta' riskju sakemm dawk il-vetturi jikkorrispondu għall-istess emittent.

5.Il-fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li ma jappartjenux għall-PNK għandhom jirreferu għall-firxa tas-segment iktar milli l-firxa tal-istrumenti sottostanti u għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)il-fatturi delta ta' riskju għandhom ikunu r-rati rilevanti tal-firxa tal-kreditu tas-segment, immappjati għall-maturitajiet li ġejjin, skont il-maturità tas-segment: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin.

(b)il-fatturi vega ta' riskju applikabbli għal opzjonijiet b'pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li ma jappartjenux għall-PNK bħala sottostanti għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tal-firxiet tal-kreditu tas-segmenti, b'kull waħda mmappjata għall-maturitajiet li ġejjin skont il-maturità tal-opzjoni suġġett għar-rekwiżiti ta' fondi proprji: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin.

(c)il-fatturi ta' riskju tal-kurvatura għandhom ikunu l-istess bħal dawk deskritti fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu. Għal dawk il-fatturi ta' riskju kollha, għandu jiġi applikat piż tar-riskju komuni, kif imsemmi fit-Taqsima 6.

Artikolu 325p
Fatturi tar-riskju tal-ekwità

1.Il-buckets għall-fatturi kollha tar-riskju tal-ekwità għandhom ikunu l-buckets settorjali msemmija fit-Taqsima 6.

2.Il-fatturi delta tar-riskju tal-ekwità li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għandhom ikunu l-prezzijiet spot kollha tal-ekwità u r-rati kollha tal-ftehim ta' riakkwist tal-ekwità jew ir-rati repo tal-ekwità.

Għall-finijiet tar-riskju tal-ekwità, kurva repo tal-ekwità speċifika għandha tikkostitwixxi fattur ta' riskju uniku, li jkun espress bħala vettur ta' rati repo għal maturitajiet differenti. Għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm maturitajiet differenti ta' rati repo li jintużaw bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività tal-istrument għal dan il-fattur ta' riskju bħala l-bidla fil-valur tal-istrument, skont il-mudell tal-ipprezzar tiegħu, bħala riżultat ta' ċaqliq ta' punt bażi f'kull wieħed mill-komponenti tal-vettur. L-istituzzjonijiet għandhom ipaċu s-sensittivitajiet għall-fattur ta' riskju tar-rata repo tal-istess titolu tal-ekwità, irrispettivament min-numru ta' komponenti ta' kull vettur.

3.Il-fatturi vega ta' riskju tal-ekwità li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal opzjonijiet b'sottostanti li huma sensittivi għall-ekwità għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tal-prezzijiet spot tal-ekwità, li għandhom jiġu mmappjati għall-maturitajiet li ġejjin skont il-maturitajiet tal-opzjonijiet korrispondenti suġġett għar-rekwiżiti ta' fondi proprji: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin. M'għandux ikun hemm imposta kapitali għar-riskju vega għar-rati repo tal-ekwità.

4.Il-fatturi ta' riskju ta' kurvatura tal-ekwità li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal opzjonijiet b'sottostanti li huma sensittivi għall-ekwità huma l-prezzijiet spot kollha tal-ekwità, irrispettivament mill-maturità tal-opzjonijiet korrispondenti. M'għandux ikun hemm imposta għar-riskju tal-kurvatura għar-rati repo tal-ekwità.

Artikolu 325q
Fatturi tar-riskju tal-komoditajiet

1.Il-buckets għall-fatturi kollha tar-riskju tal-komoditajiet għandhom ikunu l-buckets settorjali msemmija fit-Taqsima 6.

2.Il-fatturi delta tar-riskju tal-komoditajiet li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għall-istrumenti sensittivi għall-komoditajiet għandhom ikunu l-prezzijiet spot kollha tal-komoditajiet għal kull tip ta' komodità u għal kull wieħed miż-żewġ gradi tal-kuntratt: bażiku jew par grade. L-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw biss żewġ prezzijiet tal-komoditajiet fuq l-istess tip ta' komodità, bl-istess maturità u bl-istess tip ta' grad ta' kuntratt biex jikkostitwixxu l-istess fattur ta' riskju meta s-sett ta' termini legali rigward il-post ta' kunsinna huma identiċi.

3.Il-fatturi vega ta' riskju tal-komoditajiet li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal opzjonijiet b'sottostanti li huma sensittivi għall-komoditajiet għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tal-prezzijiet tal-komoditajiet għal kull tip ta' komodità, li għandhom jiġu mmappjati għall-istadji tal-maturità li ġejjin skont il-maturitajiet tal-opzjonijiet korrispondenti suġġett għar-rekwiżiti ta' fondi proprji: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin. L-istituzzjonijiet għandhom iqisu s-sensittivitajiet għall-istess tip ta' komodità u allokati għall-istess maturità bħala fattur ta' riskju uniku, li l-istituzzjonijiet għandhom imbagħad ipaċu.

4.Il-fatturi ta' riskju ta' kurvatura tal-komoditajiet li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal opzjonijiet b'sottostanti li huma sensittivi għall-komoditajiet għandhom ikunu sett wieħed ta' prezzijiet tal-komoditajiet b'maturitajiet differenti għal kull tip ta' komodità, espressi bħala vettur. Għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm prezzijiet ta' dik il-komodità li jintużaw bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument. L-istituzzjonijiet m'għandhomx jiddifferenzjaw bejn il-prezzijiet ta' komoditajiet skont il-grad jew il-post ta' kunsinna.

Is-sensittività tal-istrument għal kull fattur ta' riskju użat fil-formola tar-riskju tal-kurvatura għandha tiġi kkalkulata kif speċifikat fl-Artikolu 325h. Għall-finijiet tar-riskju ta' kurvatura, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw vetturi li għandhom numru differenti ta' komponenti biex jikkostitwixxu l-istess fattur ta' riskju sakemm dawk il-vetturi jikkorrispondu għall-istess tip ta' komodità.

Artikolu 325r
Fatturi ta' riskju tar-riskju tal-kambju

1.Il-fatturi delta tar-riskju tal-kambju li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għall-istrumenti sensittivi għall-kambju għandhom ikunu r-rati tal-kambju spot kollha bejn il-munita li fiha huwa ddenominat l-istrument u l-munita tar-rappurtar tal-istituzzjoni. Għandu jkun hemm bucket wieħed għal kull sett ta' muniti akkoppjati, li jkun jinkludi fattur ta' riskju wieħed u sensittività netta waħda.

2.Il-fatturi vega ta' riskju tal-kambju li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal opzjonijiet b'sottostanti li huma sensittivi għall-kambju għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tar-rati tal-kambju bejn il-muniti akkoppjati msemmija fil-paragrafu 1. Dawk il-volatilitajiet implikati tar-rati tal-kambju għandhom jiġu mmappjati għal dawn il-maturitajiet li ġejjin skont il-maturitajiet tal-opzjonijiet korrispondenti suġġett għar-rekwiżiti ta' fondi proprji: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin.

3.Il-fatturi ta' riskju ta' kurvatura tal-kambju li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal opzjonijiet b'sottostanti li huma sensittivi għall-kambju għandhom ikunu l-istess bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 1.

4.L-istituzzjonijiet m'għandhomx jintalbu jiddistingwu bejn varjanti onshore u offshore ta' munita għall-fatturi kollha ta' riskju delta, vega u ta' kurvatura tal-kambju.

Subtaqsima 2:
Definizzjonijiet tas-sensittività

Artikolu 325s
Sensittivitajiet għar-riskju delta

1.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittivitajiet tal-GIRR delta kif ġej:

(a)is-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju li jikkonsistu f'rati mingħajr riskju għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

fejn:

= ir-rata ta' kurva mingħajr riskju k a u b'maturità t;

Vi (.) = il-funzjoni tal-ipprezzar tal-istrument i;

x,y = varjabbli oħra fil-funzjoni tal-ipprezzar.

(b)is-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju li jikkonsistu f'riskju tal-inflazzjoni u bażi bejn il-muniti () għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

fejn:

= vettur ta' komponenti m li jirrappreżenta l-kura tal-inflazzjoni implikata jew il-kurva bażi bejn il-muniti għal munita speċifika j bl-m tkun ugwali għan-numru ta' varjabbli relatati mal-inflazzjoni jew bejn il-muniti użati fil-mudell tal-ipprezzar tal-istrument i;

= il-matriċi tal-unità ta' dimensjoni (1 x m);

Vi (.) = il-funzjoni tal-ipprezzar tal-istrument i;

y,z = varjabbli oħra fil-mudell tal-ipprezzar

2.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittivitajiet delta tar-riskju tal-firxa tal-kreditu għall-pożizzjonijiet kollha ta' titolizzazzjoni u mhux ta' titolizzazzjoni ()kif ġej:

fejn:

= il-valur tar-rata tal-firxa tal-kreditu ta' emittent j fil-maturità t;

Vi (.) = il-funzjoni tal-ipprezzar tal-istrument i;

x,y = varjabbli oħra fil-funzjoni tal-ipprezzar.

3.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittivitajiet delta tal-ekwità kif ġej:

(a)is-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju k (sk) li jikkonsistu fi prezzijiet spot tal-ekwità għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

fejn:

k hija titolu ta' ekwità speċifiku;

EQk huwa l-valur tal-prezz spot ta' dak it-titolu ta' ekwità; u

Vi (.) hija l-funzjoni tal-ipprezzar tal-istrument i.

x,y huma varjabbli oħra fil-mudell tal-ipprezzar

(b)is-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju li jikkonsistu f'rati repo tal-ekwità għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

fejn:

k = l-indiċi li jindika l-ekwità;

= vettur ta' komponenti m li jirrappreżenta r-ristruttura tat-terminu tar-repo għal ekwità speċifika k bl-m tkun ugwali għan-numru ta' rati repo li jikkorrispondu għal maturitajiet differenti użati fil-mudell tal-ipprezzar tal-istrument i;

= il-matriċi tal-unità ta' dimensjoni (1 x m);

Vi (.) = il-funzjoni tal-ipprezzar tal-istrument i;

y, z = varjabbli oħra fil-mudell tal-ipprezzar tal-istrument i.

4.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittivitajiet delta tal-komoditajiet għal kull fattur ta' riskju k (sk) kif ġej:

fejn:

k = fattur ta' riskju partikolari għall-komoditajiet;

CTYk = il-valur tal-fattur ta' riskju k; 

Vi (.) = il-valur tas-suq tal-istrument i bħala funzjoni tal-fattur ta' riskju k.

5.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittivitajiet delta tal-kambju għal kull fattur ta' riskju tal-kambju k (sk) kif ġej:

fejn:

k = fattur ta' riskju partikolari tal-kambju;

FXk = il-valur tal-fattur ta' riskju;

Vi (.) = il-valur tas-suq tal-istrument i bħala funzjoni tal-fattur ta' riskju k.

Artikolu 325t
Sensittivitajiet għar-riskju vega

1.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività għar-riskju vega ta' opzjoni għal fattur ta' riskju partikolari k (sk) kif ġej:

fejn:

k = fattur ta' riskju vega speċifiku, li jikkonsisti f'volatilità implikata;

= il-valur ta' dak il-fattur ta' riskju, li għandu jkun espress bħala perċentwal;

x,y = varjabbli oħra fil-funzjoni tal-ipprezzar.

2.Fil-każ ta' klassijiet tar-riskju fejn il-fatturi ta' riskju vega għandhom dimensjoni ta' maturità, iżda fejn ir-regoli biex jiġu mmappjati l-fatturi ta' riskju mhumiex applikabbli għaliex l-opzjonijiet m'għandhomx maturità, l-istituzzjonijiet għandhom jimmappjaw dawk il-fatturi ta' riskju għall-itwal maturità preskritta. Dawk l-opzjonijiet għandhom ikunu suġġetti għaż-żieda ta' riskji residwi.

3.Fil-każ ta' opzjonijiet li m'għandhomx prezz tal-eżerċitar jew barriera u opzjonijiet li għandhom prezzijiet tal-eżerċitar u barrieri multipli, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-immappjar għall-prezzijiet tal-eżerċitar u l-maturità użati internament mill-istituzzjoni biex tipprezza l-opzjoni. Dawk l-opzjonijiet għandhom ikunu suġġetti wkoll għas-suppliment tar-riskji residwi.

4.L-istituzzjonijiet m'għandhomx jikkalkulaw ir-riskju vega għas-segmenti tat-titolizzazzjoni inklużi fil-PNK imsemmija fl-Artikolu 104(7) sa (9) li m'għandhomx volatilità implikata. L-imposti għar-riskju delta u tal-kurvatura għandhom jinħadmu għal dawk is-segmenti tat-titolizzazzjoni.

Artikolu 325u
Rekwiżiti dwar komputazzjonijiet tas-sensittività

1.L-istituzzjonijiet għandhom jidderivaw sensittivitajiet mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni użat fir-rappurtar tagħhom tal-profitt u t-telf.

2.L-istituzzjonijiet għandhom jassumu li l-volatilità implikata tibqa' kostanti meta jinħadmu s-sensittivitajiet delta għal strumenti suġġetti għall-opzjonalità.

3.L-istituzzjonijiet għandhom jassumu li s-sottostanti tal-opzjoni jsegwi distribuzzjoni lognormali jew normali fil-mudelli tal-ipprezzar li minnhom jiġu derivati s-sensittivitajiet meta tinħadem is-sensittività tar-riskju vega ġenerali tar-rata tal-imgħax jew tar-riskju tal-firxa tal-kreditu. L-istituzzjonijiet għandhom jassumu li s-sottostanti jsegwi distribuzzjoni lognormali jew normali fil-mudelli tal-ipprezzar li minnhom jiġu derivati s-sensittivitajiet meta tinħadem is-sensittività vega tal-ekwità, tal-komoditajiet jew tal-kambju.

4.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittivitajiet kollha bl-esklużjoni tal-aġġustamenti tal-valwazzjoni tal-kreditu.

Taqsima 4
Suppliment tar-Riskju Residwu

Artikolu 325v
Rekwiżiti ta' fondi proprji għar-Riskji Residwi

1.Minbarra r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq stabbiliti fit-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali skont dan l-Artikolu għal strumenti esposti għal riskji residwi.

2.L-istrumenti jkunu esposti għal riskji residwi meta jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)l-istrument jirreferi għal sottostanti eżotiku;

(b)l-istrument għandu riskji residwi oħra.

3.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 bħala s-somma tal-ammonti nozzjonali grossi tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 2 multiplikata b'dawn il-piżijiet tar-riskju li ġejjin:

(a)1,0 % fil-każ ta' strumenti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2;

(b)0,1 % fil-każ ta' strumenti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2.

4.B'deroga mill-paragrafu 1, l-istituzzjoni m'għandhiex tapplika r-rekwiżit ta' fondi proprji għal riskji residwi għal strument li jissodisfa kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)l-istrument ikun elenkat fuq borża rikonoxxuta;

(b)l-istrument huwa eliġibbli għall-ikklerjar ċentrali skont ir-Regolament (UE) 648/2012;

(c)l-istrument ipaċi b'mod perfett ir-riskji tas-suq ta' pożizzjoni oħra tal-portafoll tan-negozju, f'liema każ iż-żewġ pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar li jaqblu perfettament għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżit ta' fondi proprji għal riskji residwi.

5.L-EBA għandha tiżviluppa standards tekniċi regolatorji biex jiġi speċifikat f'iktar dettall x'inhu sottostanti eżotiku u liema strumenti huma esposti għal riskji residwi oħra għall-finijiet tal-paragrafu 2.

Meta tiżviluppa dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji, l-EBA għandha tqis dawn l-elementi li ġejjin:

(d)Is-sottostanti eżotiku għandu jinkludi skoperturi li mhumiex fl-ambitu tat-trattamenti tar-riskju delta, vega jew tal-kurvatura taħt il-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet stabbilit fit-Taqsima 2 jew l-imposta għar-riskju ta' inadempjenza stabbilita fit-Taqsima 5. L-EBA għandha tal-inqas teżamina jekk ir-riskju ta' lonġevità, it-temp, id-diżastri naturali u l-volatilità rrealizzata fil-futur għandhomx jitqiesu bħala skoperturi sottostanti eżotiċi.

(e)Meta tiddefinixxi liema strumenti huma esposti għal riskji residwi oħra, l-EBA għandha tal-inqas teżamina strumenti li jissodisfaw kwalunkwe wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(I)L-istrument huwa suġġett għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju vega u tal-kurvatura fil-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet stabbilit fit-Taqsima 2 u jiġġenera gwadanji li ma jistgħux jiġu replikati bħala kombinazzjoni lineari definita ta' opzjonijiet vanilla;

(II)L-istrument huwa pożizzjoni ta' titolizzazzjoni li tappartjeni għall-PNK, kif imsemmi fl-Artikolu 104(7) sa (9). L-iħħeġġjar mhux tat-titolizzazzjoni li jappartjeni għall-PNK m'għandux jiġi kkunsidrat.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [ħmistax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Taqsima 5
L-Imposta għar-Riskju ta' Inadempjenza

Artikolu 325w
Definizzjonijiet u dispożizzjonijiet ġenerali

1.Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għandhom japplikaw għal strumenti tad-dejn u tal-ekwità, għal strumenti derivattivi li jkollhom l-istrumenti ta' qabel bħala sottostanti u għal derivattivi li l-gwadanji tagħhom jew il-valuri ġusti huma affettwati mill-event ta' inadempjenza ta' obbligant għajr il-kontroparti għall-istrument derivattiv innifsu. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' riskju ta' inadempjenza b'mod separat għal kull wieħed mit-tipi ta' strumenti li ġejjin: mhux ta' titolizzazzjoni, titolizzazzjonijiet li ma jappartjenux għall-PNK u titolizzazzjonijiet li jappartjenu għall-PNK. Ir-rekwiżiti finali ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għal istituzzjoni għandhom ikunu l-addizzjoni ta' dawn it-tliet komponenti.

2.Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)'skopertura qasira' tfisser li l-inadempjenza ta' emittent jew grupp ta' emittenti twassal għal gwadann għall-istituzzjoni, irrispettivament mit-tip ta' strument jew tranżazzjoni li toħloq l-iskopertura.

(b)'skopertura twila' tfisser li l-inadempjenza ta' emittent jew grupp ta' emittenti twassal għal telf għall-istituzzjoni, irrispettivament mit-tip ta' strument jew tranżazzjoni li toħloq l-iskopertura.

(c)l-ammont gross ta' inadempjenza immedjata (JTD) tfisser id-daqs stmat tat-telf jew tal-profitt li l-inadempjenza tal-obbligant tipproduċi fuq skopertura speċifika.

(d)l-ammont nett ta' inadempjenza immedjata (JTD) tfisser id-daqs stmat tat-telf jew tal-profitt li l-inadempjenza tal-obbligant tipproduċi fuq istituzzjoni speċifika, wara li tkun saret it-tpaċija bejn l-ammonti grossi ta' JTD.

(e)LGD huwa t-telf fil-każ ta' inadempjenza tal-obbligant fuq strument maħruġ minn dan l-obbligant espress bħala sehem tan-nozzjonali tal-istrument.

(f)piżijiet tar-riskju ta' inadempjenza tfisser il-perċentwal li jirrappreżenta l-probabbiltajiet stmati ta' inadempjenza ta' kull obbligant, skont l-affidabbiltà kreditizja ta' dak l-obbligant.

subtaqsima 1
l-imposta għar-riskju ta' inadempjenza għal
nontitolizzazzjonijiet

Artikolu 325x
Ammonti grossi ta' inadempjenza immedjata

1.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti grossi ta' JTD għal kull skopertura twila għall-istrumenti tad-dejn skont il-formuli li ġejjin:

fejn:

Vnozzjonali = il-valur nozzjonali tal-istrument;

P&Ltwil = terminu li jaġġusta għall-profitt jew it-telf diġà meqjusa mill-istituzzjoni minħabba tibdil fil-valur ġust tal-istrument li joħloq l-iskopertura twila. Il-profitt għandu jidħol fil-formula b'sinjal pożittiv u t-telf b'sinjal negattiv.

Aġġustamenttwil = l-ammont li bih, minħabba l-istruttura tal-istrument derivattiv, it-telf tal-istituzzjoni fil-każ ta' inadempjenza jiżdied jew jitnaqqas b'mod relattiv għat-telf sħiħ fuq l-istrument sottostanti. Iż-żidiet għandhom jidħlu fl-Aġġustamenttwil b'sinjal pożittiv u t-tnaqqis b'sinjal negattiv.

2.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ammonti grossi ta' JTD għal kull skopertura qasira għall-istrumenti tad-dejn skont il-formuli li ġejjin:

fejn:

Vnozzjonali = il-valur nozzjonali tal-istrument li għandu jidħol fil-formula b'sinjal negattiv;

P&Lqasir = terminu li jaġġusta għall-profitt jew it-telf diġà meqjusa mill-istituzzjoni minħabba tibdil fil-valur ġust tal-istrument li joħloq l-iskopertura qasira. Il-profitt għandu jidħol fil-formula b'sinjal pożittiv u t-telf b'sinjal negattiv.

Aġġustamentqasir = l-ammont li bih, minħabba l-istruttura tal-istrument derivattiv, il-profitt tal-istituzzjoni fil-każ ta' inadempjenza jiżdied jew jitnaqqas b'mod relattiv għat-telf sħiħ fuq l-istrument sottostanti. It-tnaqqis għandu jidħol fl-Aġġustamentqasir b'sinjal pożittiv u ż-żidiet b'sinjal negattiv.

3.L-LGD għall-istrumenti tad-dejn li għandu jiġi applikat mill-istituzzjonijiet għall-finijiet tal-kalkolu stabbilit fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun dan li ġej:

(a)skoperturi għal strumenti tad-dejn mhux superjuri għandhom jiġu assenjati LGD ta' 100 %;

(b)skoperturi għal strumenti tad-dejn superjuri għandhom jiġu assenjati LGD ta' 75 %;

(c)skoperturi għal bonds koperti, kif imsemmi fl-Artikolu 129, għandhom jiġu assenjati LGD ta' 25 %.

4.Għall-finijiet tal-kalkoli stabbiliti fil-paragrafu 1 u 2, il-valuri nozzjonali fil-każ ta' strumenti tad-dejn għandhom ikunu l-valur nominali tal-istrument tad-dejn. Għall-finijiet tal-kalkoli stabbiliti fil-paragrafu 1 u 2, il-valuri nozzjonali fil-każ ta' strumenti derivattivi fuq titolu tad-dejn sottostanti għandhom ikunu l-valur nominali tal-istrument tad-dejn sottostanti.

5.Għall-iskoperturi għal strumenti tal-ekwità, l-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-ammonti grossi ta' JTD kif ġej, minflok dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u 2:

fejn

V = il-valur ġust tal-ekwità jew, fil-każ ta' strumenti derivattivi fuq l-ekwitajiet, il-valur ġust tal-ekwità sottostanti tal-istrument derivattiv.

6.L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw LGD ta' 100 % għal strumenti tal-ekwità għall-finijiet tal-kalkolu stabbilit fil-paragrafu 6.

7.Fil-każ ta' skoperturi għar-riskju ta' inadempjenza li jirriżulta minn strumenti derivattivi li l-gwadanji tagħhom fil-każ ta' inadempjenza tal-obbligant mhumiex relatati mal-valur nozzjonali ta' strument speċifiku maħruġ minn dan l-obbligant jew għal-LGD tal-obbligant jew strument maħruġ minn dan l-obbligant, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw metodoloġiji alternattivi biex jistmaw l-ammonti grossi ta' JTD, li għandhom jissodisfaw id-definizzjoni ta' JTD gross fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 325t.

8.L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika f'iktar dettall kif l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti ta' JTD għal tipi differenti ta' strumenti skont dan l-Artikolu, u liema metodoloġiji alternattivi l-istituzzjonijiet għandhom jużaw għall-finijiet tal-istima tal-ammonti grossi ta' JTD imsemmija fil-paragrafu 7.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [ħmistax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 325y
Ammonti netti ta' inadempjenza immedjata

1.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti netti ta' inadempjenza immedjata billi jpaċu l-ammonti grossi ta' JTD ta' skoperturi qosra u twal. It-tpaċija għandha tkun possibbli biss fost skoperturi għall-istess obbligant meta l-iskoperturi qosra jkollhom l-istess superjorità jew superjorità iktar baxxa mill-iskoperturi twal.

2.It-tpaċija għandha tkun sħiħa jew parzjali skont il-maturitajiet tal-iskoperturi ta' tpaċija:

(a)it-tpaċija għandha tkun sħiħa meta l-iskoperturi kollha ta' tpaċija jkollhom maturitajiet ta' sena jew iktar;

(b)it-tpaċija għandha tkun parzjali meta tal-inqas waħda mill-iskoperturi ta' tpaċija jkollha maturità ta' inqas minn sena, f'liema każ, id-daqs tal-ammont ta' JTD ta' kull skopertura b'maturità ta' inqas minn sena għandu jitnaqqas bil-proporzjon tal-maturità tal-iskopertura relattiv għal sena.

3.Meta t-tpaċija ma tkunx possibbli l-ammonti grossi ta' JTD għandhom ikunu ugwali għall-ammonti netti ta' JTD fil-każ ta' skoperturi b'maturitajiet ta' sena jew iktar. L-ammonti grossi ta' JTD b'maturitajiet ta' inqas minn sena għandhom jitnaqqsu biex jiġu kkalkulati l-ammonti netti ta' JTD.

Il-fattur ta' gradazzjoni għal dawk l-iskoperturi għandu jkun il-proporzjon tal-maturità tal-iskopertura relattiv għal sena, b'minimu ta' 3 xhur.

4.Għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3, il-maturitajiet tal-kuntratti derivattivi, u mhux dawk tas-sottostanti tagħhom, għandhom jitqiesu. L-iskoperturi għall-ekwità ta' flus għandhom jiġu assenjati maturità ta' sena jew ta' tliet xhur, skont id-diskrezzjoni tal-istituzzjoni.

Artikolu 325z
Kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza

1.L-ammonti netti ta' JTD, irrispettivament mit-tip ta' kontroparti, għandhom jiġu mmultiplikati bil-piżijiet tar-riskju ta' inadempjenza korrispondenti skont il-kwalità kreditizja tagħhom kif speċifikat fit-Tabella 2:

Tabella 2

Kategorija tal-kwalità kreditizja

Piż tar-riskju ta' inadempjenza

L-ewwel skala tal-kwalità kreditizja

0,5 %

It-tieni skala tal-kwalità kreditizja

3 %

It-tielet skala tal-kwalità kreditizja

6 %

Ir-raba' skala tal-kwalità kreditizja

15 %

Il-ħames skala tal-kwalità kreditizja

30 %

Is-sitt skala tal-kwalità kreditizja

50 %

Mhux klassifikati

15 %

Inadempjenti

100 %

2.L-iskoperturi li kienu jirċievu piż tar-riskju ta' 0 % skont l-Approċċ standardizzat għar-riskju ta' kreditu skont il-Parti III, it-Titolu II, il-Kapitolu 2 għandhom jirċievu piż tar-riskju ta' inadempjenza ta' 0 % għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza.

3.Il-JTD netta mwieżna għandha tkun allokata għall-buckets li ġejjin: tal-kumpaniji, sovrani, u tal-gvernijiet lokali/muniċipalitajiet.

4.L-ammonti netti ta' JTD imwieżna għandhom jiġu aggregati f'kull bucket skont il-formula li ġejja:

fejn

i = għall-indiċi li jindika strument li jappartjeni għall-bucket b;

= ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għall-bucket b;

= il-proporzjon li jirrikonoxxi benefiċċju għar-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar f'bucket, li għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

L-addizzjoni tal-pożizzjonijiet twal u qosra għall-finijiet ta' u għandha ssir għall-pożizzjonijiet kollha f'bucket irrispettivament mill-iskala tal-kwalità kreditizja li għaliha jkunu ġew allokati dawk il-pożizzjonijiet, li tirriżulta fir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza speċifiċi għall-bucket.

5.Ir-rekwiżit finali ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għan-nontitolizzazzjonijiet għandu jiġi kkalkulat bħala somma sempliċi tar-rekwiżiti ta' fondi proprji fil-livell tal-bucket.

Subtaqsima 2
Imposta għar-Riskju ta' Inadempjenza għal titolizzazzjonijiet (mhux PNK)

Artikolu 325aa
Ammonti ta' inadempjenza immedjata

1.L-ammonti grossi ta' inadempjenza immedjata għall-iskoperturi ta' titolizzazzjoni għandhom ikunu l-valuri ġusti tal-iskoperturi ta' titolizzazzjoni.

2.L-ammonti netti ta' inadempjenza immedjata għandhom jiġu ddeterminati bit-tpaċija ta' ammonti grossi twal ta' inadempjenza immedjata u ammonti grossi qosra ta' inadempjenza immedjata. It-tpaċija għandha tkun possibbli biss fost skoperturi ta' titolizzazzjoni bl-istess pool ta' assi sottostanti u li jappartjenu għall-istess segment. M'għandha tkun permessa l-ebda tpaċija bejn skoperturi ta' titolizzazzjoni b'pools ta' assi sottostanti differenti, anke meta l-punti ta' attakkament u ta' distakkament huma l-istess.

3.Meta, permezz ta' skoperturi ta' titolizzazzjoni eżistenti li jitqassmu jew li jiġu kkombinati, skoperturi ta' titolizzazzjoni eżistenti oħra jistgħu jiġu rreplikati b'mod perfett, ħlief għall-maturità, l-iskoperturi li jirriżultaw mit-tqassim jew mil-kombinament jistgħu jintużaw minflok dawk oriġinali għall-finijiet tat-tpaċija.

4.Meta, permezz ta' skoperturi eżistenti f'ismijiet sottostanti li jitqassmu jew li jiġu kkombinati, l-istruttura kollha tas-segment ta' skopertura ta' titolizzazzjoni eżistenti tista' tiġi rreplikata b'mod perfett, l-iskoperturi li jirriżultaw mit-tqassim jew mill-kombinament jistgħu jintużaw għall-finijiet tat-tpaċija. Meta l-ismijiet sottostanti jintużaw b'dan il-mod, dawn għandhom jitneħħew mit-trattament ta' riskju ta' inadempjenza tan-nontitolizzazzjoni.

5.L-Artikolu 325y għandu japplika kemm għall-iskoperturi ta' titolizzazzjoni oriġinali kif ukoll dawk replikati. Il-maturitajiet rilevanti għandhom ikunu dawk tas-segmenti ta' titolizzazzjoni.

Artikolu 325ab
Kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għat-titolizzazzjonijiet

1.L-ammonti netti ta' JTD għall-iskoperturi ta' titolizzazzjoni għandhom jiġu mmultiplikati bi 8 % tal-piż tar-riskju li japplika għall-iskopertura ta' titolizzazzjoni rilevanti, inkluż it-titolizzazzjonijiet STS, fil-portafoll mhux tan-negozjar skont il-ġerarkija ta' approċċi stabbiliti fit-Titolu II, il-Kapitolu 5, it-Taqsima 3, u irrispettivament mit-tip ta' kontroparti.

2.Maturità ta' sena għandha tiġi applikata għas-segmenti kollha fejn il-piżijiet ta' riskju huma kkalkulati skont is-SEC-IRBA u s-SEC-ERBA.

3.L-ammonti ta' JTD imwieżna għar-riskju għal skoperturi ta' titolizzazzjoni ta' flus individwali għandhom ikunu limitati għall-valur ġust tal-pożizzjoni.

4.L-ammonti netti ta' JTD imwieżna għar-riskju għandhom jiġu assenjati għall-buckets li ġejjin:

(a)bucket komuni wieħed għall-kumpaniji kollha, irrispettivament mir-reġjun.

(b)44 buckets differenti li jikkorrispondu għal bucket wieħed għal kull reġjun għal kull waħda mill-ħdax-il klassi tal-assi ddefiniti. Il-ħdax-il klassi tal-assi huma ABCP, Self/Lokazzjonijiet għal Karozzi, RMBS, Karti tal-Kreditu, CMBS, Obbligi Kollateralizzati ta' Self, CDO kwadrat, Intrapriżi Żgħar u Medji, Self lill-istudenti, bl-Imnut oħrajn, bl-Ingrossa oħrajn. L-erba' reġjuni huma l-Asja, l-Ewropa, l-Amerika ta' Fuq, u reġjuni oħrajn.

5.Sabiex tiġi assenjata skopertura ta' titolizzazzjoni għal bucket, l-istituzzjonijiet għandhom jiddependu fuq klassifikazzjoni użata b'mod komuni fis-suq. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kull skopertura ta' titolizzazzjoni għal bucket wieħed biss minn dawn ta' hawn fuq. Kwalunkwe skopertura ta' titolizzazzjoni li l-istituzzjoni ma tkunx tista' tassenja għal tip jew reġjun ta' sottostanti għandha tiġi assenjata għall-kategoriji 'bl-imnut oħrajn', 'bl-ingrossa oħrajn' jew 'reġjuni oħrajn' rispettivament.

6.L-ammonti netti mwieżna ta' JTD għandhom jiġu aggregati f'kull bucket bl-istess mod bħar-riskju ta' inadempjenza ta' skoperturi mhux ta' titolizzazzjoni, bl-użu tal-formula fl-Artikolu 325z(4), li tirriżulta fir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għal kull bucket.

7.Ir-rekwiżit finali ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għan-nontitolizzazzjonijiet għandu jiġi kkalkulat bħala somma sempliċi tar-rekwiżiti ta' fondi proprji fil-livell tal-bucket.

Subtaqsima 3
Imposta għar-Riskju ta' Inadempjenza għal titolizzazzjonijiet (PNK)

Artikolu 325ac
Kamp ta' applikazzjoni

1.Għall-PNK, l-imposta kapitali għandha tinkludi r-riskju ta' inadempjenza għall-iskoperturi ta' titolizzazzjoni u għall-iħħeġġjar mhux tat-titolizzazzjoni. Dan l-iħħeġġjar għandu jitneħħa mill-kalkoli tan-nontitolizzazzjoni tar-riskju ta' inadempjenza. M'għandux ikun hemm benefiċċju ta' diversifikazzjoni bejn l-imposta għar-riskju ta' inadempjenza għan-nontitolizzazzjonijiet, l-imposta għar-riskju ta' inadempjenza għat-titolizzazzjonijiet (mhux PNK) u l-imposta għar-riskju ta' inadempjenza għall-PNK ta' titolizzazzjoni.

2.Għal derivattivi tal-kreditu u tal-ekwità mhux ta' titolizzazzjoni nnegozjati, l-ammonti ta' JTD skont l-entità ġuridika tal-emittent kostitwenti individwali għandhom jiġu ddeterminati bl-applikazzjoni ta' approċċ taċ-ċar kristall.

Artikolu 325ad
Ammonti ta' inadempjenza immedjata għall-PNK

1.L-ammonti grossi ta' inadempjenza immedjata għall-iskoperturi ta' titolizzazzjoni u għall-iskoperturi mhux ta' titolizzazzjoni fil-PNK għandhom ikunu l-valuri ġusti ta' dawk l-iskoperturi.

2.Il-prodotti li fihom ikun hemm nuqqas "n" tal-obbligi għandhom jiġu ttrattati bħala prodotti ssegmentati bil-punti ta' attakkament u distakkament li ġejjin:

(a)punt ta' attakkament = (N – 1) / Ismijiet Totali

(b)punt ta' distakkament = N / Ismijiet Totali

fejn "Ismijiet Totali" għandu jkun in-numru totali ta' ismijiet fil-basket jew fil-pool sottostanti.

3.L-ammonti netti ta' inadempjenza immedjata għandhom jiġu ddeterminati bit-tpaċija ta' ammonti grossi twal u qosra ta' inadempjenza immedjata. It-tpaċija għandha tkun possibbli biss fost skoperturi li mill-bqija huma identiċi ħlief għall-maturità. It-tpaċija għandha tkun possibbli biss fil-każijiet li ġejjin:

(a)għal prodotti tal-indiċi, it-tpaċija għandha tkun possibbli bejn maturitajiet fl-istess familja tal-indiċi, serje u segment, suġġett għall-ispeċifikazzjonijiet għall-iskoperturi ta' inqas minn sena stabbiliti fl-Artikolu 325y. L-ammonti grossi twal u qosra tal-inadempjenza immedjata li huma repliki perfetti jistgħu jkunu paċuti permezz ta' tqassim fi skoperturi ekwivalenti b'isem uniku bl-użu ta' mudell tal-valutazzjoni. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, it-tqassim permezz ta' mudell tal-valutazzjoni tfisser li kostitwent b'isem uniku ta' titolizzazzjoni huwa vvalutat bħala d-differenza bejn il-valur mhux kundizzjonat tat-titolizzazzjoni u l-valur kundizzjonat tat-titolizzazzjoni fuq is-suppożizzjoni li dak l-isem uniku jfalli b'LGD ta' 100 %. F'każijiet bħal dawn, is-somma tal-ammonti grossi ta' inadempjenza immedjata ta' skoperturi ekwivalenti b'isem uniku miksuba permezz tat-tqassim għandha tkun ugwali għall-ammont gross ta' inadempjenza immedjata tal-iskopertura mhux imqassma.

(b)It-tpaċija permezz ta' tqassim kif stabbilit fil-punt (a) m'għandux ikun permess għar-rititolizzazzjonijiet.

(c)Għall-indiċi u s-segmenti tal-indiċi, it-tpaċija għandha tkun possibbli bejn maturitajiet fl-istess familja tal-indiċi, serje u segment permezz ta' replikazzjoni jew tqassim. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu:

(I)replikazzjoni tfisser li l-kombinament ta' segmenti individwali tal-indiċi ta' titolizzazzjoni huma kkombinati biex jirreplikaw segment ieħor tal-istess serje tal-indiċi, jew biex jirreplikaw pożizzjoni mhux segmentata fis-serje tal-indiċi.

(II)tqassim tfisser ir-replikazzjoni ta' indiċi b'titolizzazzjoni li tagħha l-iskoperturi sottostanti fil-pool huma identiċi għall-iskoperturi ta' isem uniku li jagħmlu l-indiċi.

Meta l-iskoperturi twal u qosra huma mill-bqija ekwivalenti ħlief għal komponent residwu wieħed, it-tpaċija għandha tkun permessa u l-ammont nett ta' inadempjenza immedjata għandu jirrifletti l-iskopertura residwa.

(d)Segmenti differenti tal-istess serje tal-indiċi, serje differenti tal-istess indiċi u familji tal-indiċi differenti ma jistgħux ikunu paċuti.

Artikolu 325ae
Kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għall-PNK

1.L-ammonti netti ta' JTD għandhom jiġu mmultiplikati bi:

(a)għal prodotti ssegmentati, il-piżijiet tar-riskju ta' inadempjenza li jikkorrispondu għall-kwalità kreditizja tagħhom kif speċifikat fl-Artikolu 348(1) u (2);

(b)għal prodotti mhux ssegmentati, skont il-piżijiet tar-riskju ta' inadempjenza msemmija fl-Artikolu 325y (1).

2.L-ammonti netti ta' JTD imwieżna għar-riskju għandhom jiġu assenjati għal buckets li jikkorrispondu għal indiċi.

3.L-ammonti netti ta' JTD imwieżna għandhom jiġu aggregati f'kull bucket skont il-formula li ġejja:

fejn

i = strument li jappartjeni għall-bucket b;

= ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għall-bucket b;

pnk = il-proporzjon li jirrikonoxxi benefiċċju għar-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar f'bucket, li għandu jiġi kkalkulat skont il-formula stabbilita fl-Artikolu 325z(4), iżda bl-użu ta' pożizzjonijiet twal u qosra fil-PNK kollu u mhux biss il-pożizzjonijiet fil-bucket partikolari.

4.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza tal-PNK (DRCCTP) bl-użu tal-formula li ġejja:

Taqsima 6
Piżijiet tar-riskju u Korrelazzjonijiet

Subtaqsima 1
Piżijiet tar-riskju delta u korrelazzjonijiet

Artikolu 325af
Piżijiet tar-riskju għar-riskju ġenerali tar-rati tal-imgħax

1.Għal muniti mhux inklużi fl-iktar subkategorija likwida tal-muniti kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 325be(5), il-piżijiet tar-riskju tal-fatturi ta' riskju tar-rata mingħajr riskju għandhom ikunu dawn li ġejjin:

Tabella 3

Maturità

0,25 ta' sena

0,5 ta' sena

Sena

Sentejn

3 snin

Piż tar-riskju (punti perċentwali)

2,4 %

2,4 %

2,25 %

1,88 %

1,73 %

Maturità

5 snin

10 snin

15-il sena

20 sena

30 sena

Piż tar-riskju (punti perċentwali)

1,5 %

1,5 %

1,5 %

1,5 %

1,5 %

2.Piż tar-riskju komuni ta' 2,25 % għandu jiġi stabbilit għall-fatturi ta' riskju kollha tal-inflazzjoni u tal-bażi bejn il-muniti.

3.Għall-muniti inklużi fl-iktar subkategorija likwida tal-muniti kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 325be(5)u l-munita lokali tal-istituzzjoni, il-piżijiet tar-riskju tal-fatturi tar-riskju tar-rata mingħajr riskju għandhom ikunu l-piżijiet tar-riskju msemmija fit-Tabella 3 ta' dan l-Artikolu diviżi bi

Artikolu 325ag
Korrelazzjonijiet intra bucket għar-riskju ġenerali tar-rati tal-imgħax

1.Bejn il-fatturi ta' riskju tar-rati tal-imgħax fl-istess bucket, l-istess maturità assenjata iżda li tikkorrispondi għal korrelazzjoni tal-kurvi differenti kl għandha tiġi stabbilita għal 99,90 %.

2.Bejn il-fatturi ta' riskju tar-rati tal-imgħax fl-istess bucket, li jikkorrispondu għall-istess kurva, iżda li għandhom maturitajiet differenti, il-korrelazzjoni għandha tiġi stabbilita skont din il-formula li ġejja:

fejn:

(rispettivament ) = il-maturità li tirrelata għar-rata mingħajr riskju;

=

3.Bejn il-fatturi ta' riskju tar-rati tal-imgħax fl-istess bucket, li jikkorrispondu għal kurvi differenti u li għandhom maturitajiet differenti, il-korrelazzjoni kl għandha tkun ugwali għall-parametru ta' korrelazzjoni speċifikat fil-paragrafu 2 mmultiplikat b'99,90 %.

4.Bejn il-fatturi ta' riskju tar-rati mingħajr riskju u l-fatturi ta' riskju tal-inflazzjoni, il-korrelazzjoni għandha tiġi stabbilita għal 40 %.

5.Bejn il-fatturi ta' riskju tal-bażi ta' bejn il-muniti u kwalunkwe fattur ta' riskju ġenerali tar-rati tal-imgħax, inkluż fattur ta' riskju ieħor tal-bażi ta' bejn il-muniti, il-korrelazzjoni għandha tiġi stabbilita għal 0 %.

Artikolu 325ah
Korrelazzjonijiet bejn buckets għar-riskju ġenerali tar-rati tal-imgħax

Il-parametru γbc = 50 % għandu jintuża biex jaggrega l-fatturi ta' riskju li jappartjenu għal buckets differenti.

Artikolu 325ai
Il-piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-firxa tal-kreditu (mhux titolizzazzjonijiet)

1.Il-piżijiet ta' riskju għandhom ikunu l-istess għall-maturitajiet kollha (0,5 ta' sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin) f'kull bucket.

Tabella 4

Numru tal-bucket

Kwalità kreditizja

Settur

Piż tar-riskju
(punti perċentwali)

1

Kollha

Il-gvern ċentrali, inklużi l-banek ċentrali, ta' Stat Membru

0,50 %

2

L-ewwel sat-tielet skala tal-kwalità kreditizja

Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta' pajjiż terz, il-banek ta' żvilupp multilaterali u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 117(2) u 118

0,5 %

3

L-awtorità reġjonali jew lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku

1,0 %

4

L-entitajiet tas-settur finanzjarju inkluż l-istituzzjonijiet ta' kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali u mutwanti ta' self promozzjonali

5,0 %

5

Materjal bażiku, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, xogħol fil-minjieri u fil-barrieri

3,0 %

6

Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta' servizz amministrattiv u ta' sostenn

3,0 %

7

Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet

2,0 %

8

Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi

1,5 %

9

Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu fl-Istati Membri

2,0 %

10

Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu f'pajjiżi terzi

4,0 %

11

Ir-raba' sas-sitt skala tal-kwalità kreditizja

Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta' pajjiż terz, il-banek ta' żvilupp multilaterali u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 117(2) u 118

3,0 %

12

L-awtorità reġjonali jew lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku

4,0 %

13

L-entitajiet tas-settur finanzjarju inkluż l-istituzzjonijiet ta' kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali u mutwanti ta' self promozzjonali

12,0 %

14

Materjal bażiku, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, xogħol fil-minjieri u fil-barrieri

7,0 %

15

Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta' servizz amministrattiv u ta' sostenn

8,5 %

16

Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet

5,5 %

17

Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi

5,0 %

18

Settur ieħor

12,0 %

2.Biex tiġi assenjata skopertura ta' riskju għal settur, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jiddependu fuq klassifikazzjoni użata b'mod komuni fis-suq għar-raggruppament ta' emittenti skont is-settur tal-industrija. L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jassenjaw kull emittent għal taqsima waħda biss tas-settur fit-tabella taħt il-paragrafu 1. Il-pożizzjonijiet ta' riskju minn kwalunkwe emittent li istituzzjoni ta' kreditu ma tistax tassenja għal settur b'dan il-mod għandhom jiġu assenjati għall-bucket 18.

Artikolu 325aj
Korrelazzjonijiet intra bucket għar-riskju tal-firxa tal-kreditu (mhux titolizzazzjonijiet)

1.Bejn żewġ sensittivitajiet S and S fl-istess bucket, il-parametru ta' korrelazzjoni l għandu jiġi stabbilit kif ġej:

l= l (isem)l (terminu)l (bażi)

fejn:

l (isem) għandu jkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ ismijiet tas-sensittivitajiet k u l huma identiċi, u inkella 35 %;

l (terminu) għandu jkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ punti tas-sensittivitajiet k u l huma identiċi, u inkella għal 65 %;

l (bażi) għandu jkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ sensittivitajiet huma relatati għall-istess kurvi, u inkella 99,90 %.

2.Il-korrelazzjonijiet ta' hawn fuq ma japplikawx għall-bucket 18 imsemmi fl-Artikolu 325ai(1). Ir-rekwiżit kapitali għall-formula tal-aggregazzjoni tar-riskju delta fil-bucket 18 għandu jkun ugwali għas-somma tal-valuri assoluti tas-sensittivitajiet imwieżna netti allokati għal-bucket 18:

Artikolu 325ak
Korrelazzjonijiet bejn il-buckets għar-riskju tal-firxa tal-kreditu (mhux titolizzazzjonijiet)

1.Il-parametru tal-korrelazzjoni γbc li japplika għall-aggregazzjoni ta' sensittivitajiet bejn buckets differenti għandu jiġi stabbilit kif ġej:

c=c(klassifikazzjoni)c(settur)

fejn:

c(klassifikazzjoni) huwa ugwali għal 1 meta ż-żewġ buckets ikollhom l-istess kategorija ta' kwalità kreditizja (skala 1 sa 3 ta' kwalità kreditizja jew skala 4 sa 6 ta' kwalità kreditizja), u inkella 50 %. Għall-finijiet ta' dan il-kalkolu, il-bucket 1 għandu jitqies li għandu l-istess kategorija ta' kwalità kreditizja bħall-buckets li għandhom skala 1 sa 3 ta' kwalità kreditizja;

c(settur) għandu jkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ buckets ikollhom l-istess settur, u inkella għall-perċentwali li ġejjin:

Tabella 5

Bucket

1,2 u 11

3 u 12

4 u 13

5 u 14

6 u 15

7 u 16

8 u 17

9 u 10

1,2 u 11

 

75 %

10 %

20 %

25 %

20 %

15 %

10 %

3 u 12

 

 

5 %

15 %

20 %

15 %

10 %

10 %

4 u 13

 

 

 

5 %

15 %

20 %

5 %

20 %

5 u 14

 

 

 

 

20 %

25 %

5 %

5 %

6 u 15

 

 

 

 

 

25 %

5 %

15 %

7 u 16

 

 

 

 

 

 

5 %

20 %

8 u 17

 

 

 

 

 

 

 

5 %

9 u 10

 

 

 

 

 

 

 

 

2.Ir-rekwiżit kapitali għall-bucket 18 għandu jiżdied mal-kapital globali tal-livell tal-klassi tar-riskju, bl-ebda diversifikazzjoni jew effetti ta' ħħeġġjar rikonoxxuti ma' kwalunkwe bucket ieħor.

Artikolu 325al
Il-piżijiet tar-riskju għat-titolizzazzjonijiet tar-riskju tal-firxa tal-kreditu (PNK)

Il-piżijiet ta' riskju għandhom ikunu l-istess għall-maturitajiet kollha (0,5 ta' sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin) f'kull bucket.

Tabella 6

Numru tal-bucket

Kwalità kreditizja

Settur

Piż tar-riskju
(punti perċentwali)

1

Kollha

Il-gvern ċentrali, inklużi l-banek ċentrali, ta' Stati Membri tal-Unjoni

4 %

2

L-ewwel sat-tielet skala tal-kwalità kreditizja

Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta' pajjiż terz, il-banek ta' żvilupp multilaterali u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 117(2) u 118

4 %

3

L-awtorità reġjonali jew lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku

4 %

4

L-entitajiet tas-settur finanzjarju inkluż l-istituzzjonijiet ta' kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali u mutwanti ta' self promozzjonali

8 %

5

Materjal bażiku, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, xogħol fil-minjieri u fil-barrieri

5 %

6

Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta' servizz amministrattiv u ta' sostenn

4 %

7

Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet

3 %

8

Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi

2 %

9

Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fl-Istati Membri tal-Unjoni

3 %

10

Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu f'pajjiżi terzi

6 %

11

Ir-raba' sas-sitt skala tal-kwalità kreditizja

Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta' pajjiż terz, il-banek ta' żvilupp multilaterali u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 117(2) u 118

13 %

12

L-awtorità reġjonali jew lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku

13 %

13

L-entitajiet tas-settur finanzjarju inkluż l-istituzzjonijiet ta' kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali u mutwanti ta' self promozzjonali

16 %

14

Materjal bażiku, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, xogħol fil-minjieri u fil-barrieri

10 %

15

Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta' servizz amministrattiv u ta' sostenn

12 %

16

Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet

12 %

17

Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi

12 %

18

Settur ieħor

13 %

Artikolu 325am
Korrelazzjonijiet għal titolizzazzjonijiet ta' riskju ta' firxiet tal-kreditu (PNK)

1.Il-korrelazzjoni tar-riskju delta l għandha tiġi derivata skont l-Artikolu 325aj, ħlief li, għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l (bażi) għandha tkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ sensittivitajiet huma relatati għall-istess kurvi, u inkella 99,00 %.

2.Il-korrelazzjoni c għandha tiġi derivata skont l-Artikolu 325ak.

Artikolu 325an
Il-piżijiet tar-riskju għat-titolizzazzjonijiet tar-riskju tal-firxa tal-kreditu (mhux PNK)

1.Il-piżijiet tar-riskju għandhom ikunu l-istess għall-maturitajiet kollha (0,5 ta' sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin) f'kull bucket.

Tabella 7

Numru tal-bucket

Kwalità kreditizja

Settur

Piż tar-riskju
(punti perċentwali)

1

Superjuri & l-ewwel sat-tielet skala tal-Kwalità kreditizja

RMBS - Prima

0,9 %

2

RMBS - Nofs-Prima

1,5 %

3

RMBS - Sub-Prima

2,0 %

4

CMBS

2,0 %

5

ABS - Self lill-istudenti

0,8 %

6

ABS - Karti tal-kreditu

1,2 %

7

ABS - Karozzi

1,2 %

8

CLO mhux PNK

1,4 %

9

Mhux superjuri & l-ewwel sat-tielet skala tal-Kwalità kreditizja

RMBS - Prima

1,125 %

10

RMBS - Nofs-Prima

1,875 %

11

RMBS - Sub-Prima

2,5 %

12

CMBS

2,5 %

13

ABS - Self lill-istudenti

1 %

14

ABS - Karti tal-kreditu

1,5 %

15

ABS - Karozzi

1,5 %

16

CLO mhux PNK

1,75 %

17

Ir-raba' sas-sitt skala tal-kwalità kreditizja

RMBS - Prima

1,575 %

18

RMBS - Nofs-Prima

2,625 %

19

RMBS - Sub-Prima

3,5 %

20

CMBS

3,5 %

21

ABS - Self lill-istudenti

1,4 %

22

ABS - Karti tal-kreditu

2,1 %

23

ABS - Karozzi

2,1 %

24

CLO mhux PNK

2,45 %

25

Settur ieħor

3,5 %

2.Biex tiġi assenjata skopertura ta' riskju għal settur, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jiddependu fuq klassifikazzjoni użata b'mod komuni fis-suq għar-raggruppament ta' emittenti skont is-settur tal-industrija. L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jassenjaw kull segment għal waħda mill-buckets tas-settur fit-tabella taħt il-paragrafu 1. Il-pożizzjonijiet ta' riskju minn kwalunkwe segment li istituzzjoni ta' kreditu ma tistax tassenja għal settur b'dan il-mod għandhom jiġu assenjati għal bucket 25.

Artikolu 325ao
Korrelazzjonijiet intra bucket għat-titolizzazzjonijiet tar-riskju tal-firxa tal-kreditu (mhux PNK)

1.Bejn żewġ sensittivitajiet S u S fl-istess bucket, il-parametru ta' korrelazzjoni l għandu jiġi stabbilit kif ġej:

l= l (segment)l (terminu)l (bażi)

fejn:

l (segment) għandu jkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ ismijiet tas-sensittivitajiet k u l ikunu fl-istess bucket u relatati għall-istess segment ta' titolizzazzjoni (iktar minn 80 % trikkib f'termini nozzjonali), u inkella għal 40 %;

l (terminu) għandu jkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ punti tas-sensittivitajiet k u l huma identiċi, u inkella għal 80 %;

l (bażi) għandu jkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ sensittivitajiet huma relatati għall-istess kurvi, u inkella 99,90 %.

2.Il-korrelazzjonijiet t'hawn fuq m'għandhomx japplikaw għall-bucket 25. Ir-rekwiżit kapitali għall-formula tal-aggregazzjoni tar-riskju delta fil-bucket 25 għandu jkun ugwali għas-somma tal-valuri assoluti tas-sensittivitajiet imwieżna netti allokati għal dak il-bucket:

Artikolu 325ap
Korrelazzjonijiet bejn il-buckets għat-titolizzazzjonijiet tar-riskju tal-firxa tal-kreditu (mhux PNK)

1.Il-parametru ta' korrelazzjoni c għandu japplika għall-aggregazzjoni ta' sensittivitajiet bejn buckets differenti u għandu jiġi stabbilit għal 0 %.

2.Ir-rekwiżit kapitali għall-bucket 25 għandu jiżdied mal-kapital globali tal-livell tal-klassi tar-riskju, bl-ebda diversifikazzjoni jew effetti ta' ħħeġġjar rikonoxxuti ma' kwalunkwe bucket ieħor.

Artikolu 325aq
Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-ekwità

1.Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet għall-ekwità u għar-rati repo tal-ekwità huma stabbiliti fit-tabella li ġejja:

Tabella 8

Numru tal-bucket

Kapitalizzazzjoni tas-suq

Ekonomija

Settur

Piż tar-riskju għall-prezz spot tal-ekwità
(punti perċentwali)

Piż tar-riskju għal ekwità ta' rata repo
(punti perċentwali)

1

Kbira

Ekonomija tas-suq emerġenti

Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta' servizz amministrattiv u ta' sostenn, kura tas-saħħa, utilitajiet

55 %

0,55 %

2

Telekomunikazzjonijiet, industrijali

60 %

0,60 %

3

Materjal bażiku, enerġija, agrikoltura, manifattura, xogħol fil-minjieri u fil-barrieri

45 %

0,45 %

4

Finanzjarji inkluż finanzjarji appoġġati mill-gvern, attivitajiet fil-proprjetà immobbli, teknoloġija

55 %

0,55 %

5

Ekonomija avvanzata

Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta' servizz amministrattiv u ta' sostenn, kura tas-saħħa, utilitajiet

30 %

0,30 %

6

Telekomunikazzjonijiet, industrijali

35 %

0,35 %

7

Materjal bażiku, enerġija, agrikoltura, manifattura, xogħol fil-minjieri u fil-barrieri

40 %

0,40 %

8

Finanzjarji inkluż finanzjarji appoġġati mill-gvern, attivitajiet fil-proprjetà immobbli, teknoloġija

50 %

0,50 %

9

Żgħira

Ekonomija tas-suq emerġenti

Is-setturi kollha deskritti taħt il-buckets bin-numri 1, 2, 3 u 4

70 %

0,70 %

10

Ekonomija avvanzata

Is-setturi kollha deskritti taħt il-buckets bin-numri 5, 6, 7 u 8

50 %

0,50 %

11

Settur ieħor

70 %

0,70 %

2.Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, dak li jikkostitwixxi kapitalizzazzjoni tas-suq żgħira u kbira għandu jiġi speċifikat mill-EBA skont l-Artikolu 325be.

3.L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika x'jikkostitwixxi ekonomiji ta' suq emerġenti u avvanzati għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [ħmistax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

4.Meta jassenjaw skopertura ta' riskju għal settur, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jiddependu fuq klassifikazzjoni użata b'mod komuni fis-suq għar-raggruppament ta' emittenti skont is-settur tal-industrija. L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jassenjaw kull emittent għal waħda mill-buckets tas-settur fit-tabella taħt il-paragrafu 1 u għandhom jassenjaw l-emittenti kollha mill-istess industrija għall-istess settur. Il-pożizzjonijiet ta' riskju minn kwalunkwe emittent li istituzzjoni ta' kreditu ma tistax tassenja għal settur b'dan il-mod għandhom jiġu assenjati għall-bucket 11. L-emittenti tal-ekwità multinazzjonali jew multisettorjali għandhom jiġu allokati għal bucket partikolari fuq il-bażi tal-iktar reġjun u settur materjali li fih jopera l-emittent tal-ekwità.

Artikolu 325ar
Korrelazzjonijiet intra bucket għar-riskju ta' ekwità

1.Il-parametru tal-korrelazzjoni tar-riskju delta ρkl għandu jkun stabbilit għal 99,90 % bejn żewġ sensittivitajiet S u S fl-istess bucket fejn wieħed huwa sensittività għal prezz spot tal-ekwità u l-ieħor huwa sensittività għal rata repo tal-ekwità, meta t-tnejn huma relatati għall-istess isem tal-emittent tal-ekwità.

2.F'każijiet oħra għajr il-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-parametru ta' korrelazzjoni ρkl bejn żewġ sensittivitajiet S u S għal prezz spot ta' ekwità fl-istess bucket għandu jiġi stabbilit kif ġej:

(a)15 % bejn żewġ sensittivitajiet fl-istess bucket li jaqgħu taħt kapitalizzazzjoni tas-suq kbira, ekonomija ta' suq emerġenti (bucket numru 1, 2, 3 u 4).

(b)25 % bejn żewġ sensittivitajiet fl-istess bucket li jaqgħu taħt kapitalizzazzjoni tas-suq kbira, ekonomija avvanzata (bucket numru 5, 6, 7 u 8).

(c)7,5 % bejn żewġ sensittivitajiet fl-istess bucket li jaqgħu taħt kapitalizzazzjoni tas-suq żgħira, ekonomija ta' suq emerġenti (bucket numru 9).

(d)12,5 % bejn żewġ sensittivitajiet fl-istess bucket li jaqgħu taħt kapitalizzazzjoni tas-suq żgħira, ekonomija avvanzata (bucket numru 10).

3.Il-parametru ta' korrelazzjoni ρkl bejn żewġ sensittivitajiet S u S għar-rata repo tal-ekwità fl-istess bucket għandu jiġi stabbilit skont il-paragrafu (b)

4.Bejn żewġ sensittivitajiet S u S fl-istess bucket fejn waħda hija sensittività għal prezz spot tal-ekwità u l-oħra hija sensittività għal rata repo tal-ekwità u ż-żewġ sensittivitajiet jirrelataw għal isem tal-emittent tal-ekwità differenti, il-parametru ta' korrelazzjoni ρkl għandu jiġi stabbilit bil-korrelazzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 2 immultiplikati b'99,90 %.

5.Il-korrelazzjonijiet t'hawn fuq m'għandhomx japplikaw għall-bucket 11. Ir-rekwiżit kapitali għall-formula tal-aggregazzjoni tar-riskju delta fil-bucket 11 għandu jkun ugwali għas-somma tal-valuri assoluti tas-sensittivitajiet imwieżna netti allokati għal dak il-bucket:

Artikolu 325as
Korrelazzjonijiet bejn buckets għar-riskju ta' ekwità

1.Il-parametru ta' korrelazzjoni c għandu japplika għall-aggregazzjoni ta' sensittivitajiet bejn buckets differenti. Huwa stabbilit għal 15 % meta ż-żewġ buckets jaqgħu fi ħdan il-buckets 1 sa 10.

2.Dan ir-rekwiżit kapitali għall-bucket 11 għandu jiżdied mal-kapital globali tal-livell tal-klassi tar-riskju, bl-ebda diversifikazzjoni jew effetti ta' ħħeġġjar rikonoxxuti ma' kwalunkwe bucket ieħor.

Artikolu 325at
Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-komoditajiet

Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet għall-komoditajiet huma stabbiliti fit-tabella li ġejja:

Tabella 9

Numru tal-bucket

Isem tal-bucket

Piż tar-riskju
(punti perċentwali)

1

Enerġija - Kombustibbli solidi

30 %

2

Enerġija - Kombustibbli likwidi

35 %

3

Enerġija - Elettriku u skambju tal-karbonju

60 %

4

Merkanzija

80 %

5

Metalli – mhux prezzjużi

40 %

6

Kombustibbli gassużi

45 %

7

Metalli prezzjużi (inkluż id-deheb)

20 %

8

Qmuħ u żrieragħ żejtnin

35 %

9

Bhejjem u prodotti tal-ħalib

25 %

10

Rotob u agrikoli oħra

35 %

11

Komodità oħra

50 %

Artikolu 325au
Korrelazzjonijiet intra bucket għar-riskju ta' komoditajiet

1.Għall-finijiet tar-rikonoxximent tal-korrelazzjoni, kwalunkwe żewġ komoditajiet għandhom jitqiesu komoditajiet distinti meta fis-suq jeżistu żewġ kuntratti differenzjati biss mill-komodità sottostanti li għandha titwassal skont kull kuntratt.

2.Bejn żewġ sensittivitajiet S u S fl-istess bucket, il-parametru ta' korrelazzjoni l għandu jiġi stabbilit kif ġej:

l= l (komodità)l (terminu)l (bażi)

fejn:

l (komodità) għandu jkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ komoditajiet tas-sensittivitajiet k u l huma identiċi, u inkella għall-korrelazzjonijiet intra bucket fit-tabella fil-paragrafu 3;

l (terminu) għandu jkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ punti tas-sensittivitajiet k and l identiċi, u inkella għal 99 %;

l (bażi) għandu jkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ sensittivitajiet huma identiċi kemm (i) fil-grad tal-kuntratt tal-komodità kif ukoll (ii) fil-post tat-twassil ta' komodità, u inkella għal 99,90 %.

3.Il-korrelazzjonijiet intra bucketl (komodità)  huma:

Tabella 10

Numru tal-bucket

Isem tal-bucket

Korrelazzjoni (kommodità)

1

Enerġija - Kombustibbli solidi

55 %

2

Enerġija - Kombustibbli likwidi

95 %

3

Enerġija - Elettriku u skambju tal-karbonju

40 %

4

Merkanzija

80 %

5

Metalli – mhux prezzjużi

60 %

6

Kombustibbli gassużi

65 %

7

Metalli prezzjużi (inkluż id-deheb)

55 %

8

Qmuħ u żrieragħ żejtnin

45 %

9

Bhejjem u prodotti tal-ħalib

15 %

10

Rotob u agrikoli oħra

40 %

11

Komodità oħra

15 %

Artikolu 325av
Korrelazzjonijiet bejn buckets għar-riskju ta' komoditajiet

Il-parametru ta' korrelazzjoni c li japplika għall-aggregazzjoni ta' sensittivitajiet bejn buckets differenti għandu jiġi stabbilit għal:

(a)20 % meta ż-żewġ buckets jaqgħu fi ħdan il-buckets 1 sa 10;

(b)0 % meta kwalunkwe wieħed miż-żewġ buckets ikun il-bucket numru 11.

Artikolu 325aw
Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-kambju

1.Piż tar-riskju ta' 30 % għandu japplika għas-sensittivitajiet kollha għall-kambju.

2.Il-piż tar-riskju tal-fatturi tar-riskju tal-kambju li jikkonċernaw muniti akkoppjati li huma komposti mill-Euro u mill-munita ta' Stat Membru li qed jipparteċipa fit-tieni stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja għandu jkun il-piż tar-riskju msemmi fil-paragrafu 1 diviż b' .

3.Il-piż tar-riskju tal-fatturi tar-riskju tal-kambju inklużi fl-iktar subkategorija likwida tal-muniti akkoppjati kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 325be(7) għandu jkun il-piż tar-riskju msemmi fil-paragrafu 1 diviżi bi

Artikolu 325ax
Korrelazzjonijiet għar-riskju tal-kambju

Parametru tal-korrelazzjoni uniformi c ugwali għal 60 % għandu japplika għall-aggregazzjoni ta' sensittivitajiet għall-kambju.

Subtaqsima 2
Piżijiet tar-riskju vega u ta' kurvatura u korrelazzjonijiet

Artikolu 325ay
Piżijiet tar-riskju vega u ta' kurvatura

1.Il-buckets delta msemmija fis-subtaqsima 1 għandhom jiġu applikati għall-fatturi tar-riskju vega.

2.Il-piż tar-riskju għal fattur tar-riskju vega partikolari   għandu jiġi ddeterminat bħala sehem tal-valur attwali ta' dak il-fattur tar-riskju k, li jirrappreżenta l-volatilità implikata ta' sottostanti, kif deskritt fit-Taqsima 3.

3.Is-sehem imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun dipendenti fuq il-likwidità preżunta ta' kull tip ta' fattur tar-riskju skont il-formula li ġejja:

fejn:

għandha tiġi stabbilita għal 55 %;

hija l-perjodu ta' likwidità regolatorju li għandu jiġi preskritt fid-determinazzjoni ta' kull fattur tar-riskju vega . , għandu jiġi stabbilit skont it-tabella li ġejja:

Tabella 11

Klassi tar-riskju

GIRR

60

Nontitolizzazzjonijiet CSR

120

Titolizzazzjonijiet CSR (PNK)

120

Titolizzazzjonijiet CSR (mhux PNK)

120

Ekwità (suq kbir)

20

Ekwità (suq żgħir)

60

Komodità

120

FX

40

4.Il-buckets użati fil-kuntest tar-riskju delta fis-subtaqsima 1 għandhom jintużaw fil-kuntest tar-riskju ta' kurvatura sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu.

5.Għall-fatturi ta' riskju tal-kambju u ta' kurvatura, il-piżijiet tar-riskju ta' kurvatura għandhom ikunu ċaqliq relattiv ugwali għall-piżijiet tar-riskju delta msemmija fis-subtaqsima 1.

6.Għall-fatturi ta' riskju tar-rata tal-imgħax ġenerali, tal-firxa tal-kreditu u tal-komoditajiet, il-piż tar-riskju ta' kurvatura għandu jkun iċ-ċaqliq parallel tal-punti kollha għal kull kurva abbażi tal-ogħla piż tar-riskju delta preskritt fus-subtaqsima 1 għal kull klassi ta' riskju.

Artikolu 325az
Korrelazzjonijiet tar-riskju vega u ta' kurvatura

7.Bejn is-sensittivitajiet tar-riskju vega fl-istess bucket tal-klassi ta' riskju GIRR, il-parametru ta' korrelazzjoni kl għandu jiġi stabbilit kif ġej:

fejn:

għandu jkun ugwali għal fejn għandu jiġi stabbilit għal 1 %, u għandhom ikunu l-maturitajiet tal-opzjonijiet li għalihom huma derivati s-sensittivitajiet vega, espressi bħala numru ta' snin;

huwa ugwali għal , fejn huwa stabbilit għal 1 %, u huma l-maturitajiet tas-sottostanti tal-opzjonijiet li għalihom huma derivati s-sensittivitajiet vega , bit-tnaqqis tal-maturitajiet tal-opzjonijiet korrispondenti, espressi fiż-żewġ każijiet bħala numru ta' snin.

8.Bejn is-sensittivitajiet tar-riskju vega fi ħdan bucket tal-klassijiet l-oħra ta' riskju, il- parametru ta' korrelazzjoni kl għandu jiġi stabbilit kif ġej:

fejn:

għandu jkun ugwali għall-korrelazzjoni intra bucket delta li tikkorrispondi għall-bucket li għalih jiġu allokati l-fatturi ta' riskju vega k u l.

għandu jiġi ddefinit bħal fil-paragrafu 1.

9.Fir-rigward tas-sensittivitajiet għar-riskju vega bejn buckets f'klassi ta' riskju (GIRR u mhux GIRR), l-istess parametri ta' korrelazzjoni għal γbc, kif speċifikat għall-korrelazzjonijiet delta għal kull klassi ta' riskju fit-Taqsima 4, għandhom jintużaw fil-kuntest tar-riskju vega.

10.M'għandu jkun hemm l-ebda diversifikazzjoni jew benefiċċju tal-iħħeġġjar rikonoxxut fl-approċċ standardizzat bejn il-fatturi ta' riskju vega u delta. L-imposti għar-riskju vega u delta għandhom jiġu aggregati b'addizzjoni sempliċi.

11.Il-korrelazzjonijiet tar-riskju ta' kurvatura għandhom ikunu l-kwadrat tal-korrelazzjonijiet tar-riskju delta korrispondenti  γbc imsemmi fis-subtaqsima 1.

Kapitolu 1b
L-approċċ tal-mudell intern

TAQSIMA 1
PERMESS U REKWIŻITI TA' FONDI PROPRJI

Artikolu 325ba
Permess għall-użu ta' mudelli interni

1.Wara li tiġi vverifikata l-konformità tal-istituzzjonijiet mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 325bi sa 325bk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu permess lill-istituzzjonijiet biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti tagħhom ta' fondi proprji billi jużaw il-mudelli interni tagħhom skont l-Artikolu 325bb għall-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha attribwiti għall-postijiet tan-negozjar li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)il-postijiet tan-negozjar ġew stabbiliti skont l-Artikolu 104b;

(b)il-postijiet tan-negozjar issodisfaw ir-rekwiżit tal-attribuzzjoni tal-Profitt u Telf ('attribuzzjoni P&L') stabbilit fl-Artikolu 325bh għat-12-il xahar immedjatament ta' qabel;

(c)il-postijiet tan-negozjar issodisfaw ir-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv imsemmija fl-Artikolu 325bg(1) għall-250 ġurnata ta' xogħol immedjatament ta' qabel;

(d)għall-postijiet tan-negozjar li ġew assenjati mill-inqas waħda mill-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar imsemmija fl-Artikolu 325bm, il-postijiet tan-negozjar jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 325bn għall-mudell intern tar-riskju ta' inadempjenza.

2.L-istituzzjonijiet li ngħataw il-permess imsemmi fil-paragrafu 1 li jużaw il-mudelli interni tagħhom għal kull post tan-negozjar għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti kif ġej:

(a)il-miżura ta' nuqqas mistenni mingħajr restrizzjonijiet fil-ġimgħa UESt ikkalkulata skont il-paragrafu 5 għall-pożizzjonijiet kollha fil-post tan-negozjar għandha tiġi rrapportata lill-awtoritajiet kompetenti fuq bażi ta' kull xahar.

(b)ir-rekwiżiti ta' fondi proprji ta' kull xahar għar-riskji tas-suq ikkalkulati skont il-Kapitolu 1a ta' dan it-Titolu daqslikieku l-istituzzjoni ma ngħatatx il-permess imsemmi fil-paragrafu 1 u skont il-pożizzjonijiet kollha attribwiti għall-post tan-negozjar meqjus fuq bażi awtonoma bħala portafoll separat. Dawn il-kalkoli għandhom jiġu rrappurtati lill-awtoritajiet kompetenti fuq il-bażi ta' kull xahar.

3.Istituzzjoni li tkun ingħatat il-permess imsemmi fil-paragrafu 1 għandha immedjatament tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tagħha li wieħed mill-postijiet tan-negozjar tagħha m'għadux jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1. Dik l-istituzzjoni m'għandhiex iktar titħalla tapplika dan il-Kapitolu għall-ebda waħda mill-pożizzjonijiet attribwiti għal dak il-post tan-negozjar u għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq skont l-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 1a għall-pożizzjonijiet kollha attribwiti għal dak il-post tan-negozjar fl-iktar data tar-rappurtar kmieni u sakemm l-istituzzjoni turi lill-awtoritajiet kompetenti li l-post tan-negozjar jerġa' jissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-paragrafu 1.

4.B'deroga mill-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, taħt ċirkostanzi straordinarji, jippermettu lil istituzzjoni tkompli tuża l-mudelli interni tagħha għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq ta' post tan-negozjar li ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (b) jew (c) tal-paragrafu 1. Meta l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw dik id-diskrezzjoni, huma għandhom jinnotifikaw lill-EBA u jissostanzjaw id-deċiżjoni tagħhom.

5.Għall-pożizzjonijiet attribwiti għall-postijiet tan-negozjar li għalihom l-istituzzjoni ma tkunx ingħatat il-permess imsemmi fil-paragrafu 1, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għandhom jiġu kkalkulati minn dik l-istituzzjoni skont il-Kapitolu 1a ta' dan it-Titolu. Għall-finijiet ta' dak il-kalkolu, dawk il-pożizzjonijiet kollha għandhom jitqiesu fuq bażi awtonoma bħala portafoll separat.

6.Għal post tan-negozjar partikolari, il-miżura ta' nuqqas mistenni mingħajr restrizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 għandha tfisser il-miżura ta' nuqqas mistenni mingħajr restrizzjonijiet ikkalkulata skont l-Artikolu 325bc għall-pożizzjonijiet kollha assenjati għal dak il-post tan-negozjar meqjusa fuq bażi awtonoma bħala portafoll separat. B'deroga mill-Artikolu 325bd, l-istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin meta jikkalkulaw dik il-miżura ta' nuqqas mistenni mingħajr restrizzjonijiet għal kull post tan-negozjar:

(a)il-perjodu ta' stress użat fil-kalkolu tan-numru ta' nuqqas parzjali mistenni PEStFC għal post tan-negozjar partikolari għandu jkun il-perjodu ta' stress identifikat skont il-punt (c) tal-Artikolu 325bd(1) għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-PEStFC għal postijiet tan-negozjar kollha li għalihom l-istituzzjonijiet ingħataw il-permess imsemmi fil-paragrafu 1;

(b)meta jiġu kkalkulati n-numri ta' nuqqas parzjali mistenni PEStRS u PEStRC għal post tan-negozjar partikolari, ix-xenarji ta' xokkijiet futuri għandhom jiġu applikati biss għall-fatturi ta' riskju mudellabbli ta' pożizzjonijiet assenjati għall-post tan-negozjar li huma inklużi fis-subsett ta' fatturi ta' riskju mudellabbli magħżula mill-istituzzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 325bd(1) għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-PEStRS għall-postijiet tan-negozjar li għalihom l-istituzzjonijiet ingħataw il-permess imsemmi fil-paragrafu 1.

7.Bidliet materjali fl-użu ta' mudelli interni li l-istituzzjoni tkun irċeviet permess li tuża, l-estensjoni tal-użu ta' mudelli interni li l-istituzzjoni tkun irċeviet permess li tuża u bidliet materjali fl-għażla mill-istituzzjoni tas-subsett ta' fatturi ta' riskju mudellabbli msemmija fl-Artikolu 325bd(2) għandhom jeħtieġu permess separat mill-awtoritajiet kompetenti tagħha.

L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-estensjonijiet u l-bidliet l-oħra kollha fl-użu tal-mudelli interni li għalihom l-istituzzjoni tkun irċeviet permess li tuża.

8.L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a)il-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-estensjonijiet u l-bidliet fl-użu ta' mudelli interni u bidliet fis-subsett ta' fatturi ta' riskju mudellabbli msemmija fl-Artikolu 325bd;

(b)il-metodoloġija ta' valutazzjoni li biha l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw il-konformità ta' istituzzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 325bi sa 370;

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

9.L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika f'iktar dettall iċ-ċirkostanzi straordinarji li taħthom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu istituzzjoni li tkompli tuża l-mudelli interni tagħha għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq ta' post tan-negozjar li ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (b) jew (c) tal-paragrafu 1.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 325bb
Rekwiżiti ta' fondi proprji meta jintużaw mudelli interni

1.Istituzzjoni li tuża mudell intern għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha attribwiti għall-postijiet tan-negozjar li għalihom l-istituzzjoni ngħatat il-permess imsemmi fl-Artikolu 325ba(1) bħala s-somma ta' dawn li ġejjin:

(a)    l-ogħla mill-valuri li ġejjin:

(I)il-miżura tar-riskju tan-nuqqas mistenni tal-ġurnata ta' qabel tal-istituzzjoni kkalkulata skont l-Artikolu 325bc (ESt-1);

(II)medja tal-miżura tar-riskju tan-nuqqas mistenni ta' kuljum ikkalkulata skont l-Artikolu 325bc għal kull waħda mis-sittin ġurnata ta' xogħol preċedenti (ESavg), immultiplikata bil-fattur ta' multiplikazzjoni (mc) skont l-Artikolu 325bg;

(b)    l-ogħla mill-valuri li ġejjin:

(I)il-miżura tar-riskju tax-xenarju ta' stress tal-ġurnata ta' qabel tal-istituzzjoni kkalkulata skont it-Taqsima 5 ta' dan it-Titolu (SSt-1);

(II)medja tal-miżura tar-riskju tax-xenarju ta' stress ta' kuljum ikkalkulata skont it-Taqsima 5 ta' dan it-Titolu għal kull waħda mis-sittin ġurnata ta' xogħol preċedenti (SSavg).

2.L-istituzzjonijiet li jżommu pożizzjonijiet fi strumenti ta' dejn u ekwità negozjati li huma inklużi fl-ambitu tal-mudell intern tar-riskju ta' inadempjenza u attribwiti għal postijiet tan-negozjar imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali espress bħala l-ogħla mill-valuri li ġejjin:

(a)l-iktar rekwiżit reċenti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza kkalkulat skont it-Taqsima 3;

(b)il-medja tal-ammont imsemmi fil-punt (a) matul it-12-il ġimgħa ta' qabel.

Taqsima 2
Rekwiżiti ġenerali

Artikolu 325bc
Miżura tar-riskju tan-nuqqas mistenni

1.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-miżura tar-riskju tan-nuqqas mistenni 'ESt' imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 325bb(1) għal kwalunkwe data partikolari 't' u għal kwalunkwe portafoll partikolari ta' pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar kif ġej:

fejn:

i    =    l-indiċi li jindika l-ħames kategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju elenkati fl-ewwel kolonna tat-Tabella 13 tal-Artikolu 325be;

UESt      =    il-miżura ta' nuqqas mistenni mingħajr restrizzjonijiet ikkalkulata kif ġej:

UESti     =    il-miżura ta' nuqqas mistenni mingħajr restrizzjonijiet għall-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju 'i' u kkalkulata kif ġej:

ρ        =    il-fattur ta' korrelazzjoni superviżorju fil-kategoriji wiesgħa tar-riskju; ρ = 50 %;

PEStRS    =    in-numru tan-nuqqas parzjali mistenni li għandu jiġi kkalkulat għall-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll skont l-Artikolu 325bd(2);

PEStRC     =    in-numru tan-nuqqas parzjali mistenni li għandu jiġi kkalkulat għall-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll skont l-Artikolu 325bd(3);

PEStFC     =    in-numru tan-nuqqas parzjali mistenni li għandu jiġi kkalkulat għall-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll skont l-Artikolu 325bd(4);

PEStRS,i     =    in-numru tan-nuqqas parzjali mistenni għall-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju 'i' li għandu jiġi kkalkulat għall-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll skont l-Artikolu 325bd(2);

PEStRC,i     =    in-numru tan-nuqqas parzjali mistenni għall-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju 'i' li għandu jiġi kkalkulat għall-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll skont l-Artikolu 325bd(3);

PEStFC,i     =    in-numru tan-nuqqas mistenni għall-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju 'i' li għandu jiġi kkalkulat għall-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll skont l-Artikolu 325bd(4).

2.L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw biss xenarji ta' xokkijiet futuri għas-sett speċifiku ta' fatturi ta' riskju mudellabbli applikabbli għal kull numru tan-nuqqas parzjali mistenni kif stabbilit fl-Artikolu 325bd meta jiddeterminaw kull numru tan-nuqqas parzjali mistenni għall-kalkolu tal-miżura tar-riskju tan-nuqqas mistenni skont il-paragrafu 1.

3.Meta tal-inqas tranżazzjoni waħda tal-portafoll ikollha tal-inqas fattur ta' riskju mudellabbli wieħed li jkun ġie mmappjat għall-kategorija wiesgħa tar-riskju 'i' skont l-Artikolu 325be, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-miżura ta' nuqqas mistenni mingħajr restrizzjonijiet għall-kategorija wiesgħa tal-fatturi ta' riskju 'i' u jinkluduha fil-formula tal-miżura tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmija fil-paragrafu 2;

Artikolu 325bd
Kalkoli tan-nuqqas parzjali mistenni

1.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw in-numri kollha tan-nuqqas parzjali mistenni msemmija fl-Artikolu 325bc(1) kif ġej:

(a)    kalkoli ta' kuljum tan-numri tan-nuqqas parzjali mistenni;

(b)intervall ta' fiduċja unilaterali tas-97,5 perċentil;

(c)għal portafoll partikolari ta' pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar, l-istituzzjoni għandha tikkalkula n-numru tan-nuqqas parzjali mistenni fiż-żmien 't' skont il-formula li ġejja:

j         =    indiċi li jindika l-ħames perjodi ta' likwidità elenkati fl-ewwel kolonna tat-Tabella 1;

LHj         =    it-tul tal-perjodi ta' likwidità j kif espressi fi ġranet fit-Tabella 1;

T         =    il-perjodu ta' żmien bażi, fejn T= 10 ijiem;

PESt(T)     =    in-numru tan-nuqqas parzjali mistenni li huwa ddeterminat bl-applikazzjoni ta' xenarji ta' xokkijiet futuri b'perjodu ta' żmien ta' 10 ijiem biss għas-sett speċifiku ta' fatturi ta' riskju mudellabbli tal-pożizzjonijiet fil-portafoll stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4 għal kull numru tan-nuqqas parzjali mistenni msemmi fl-Artikolu 325bc(2).

PESt(T, j)     =    in-numru tan-nuqqas parzjali mistenni li huwa ddeterminat bl-applikazzjoni ta' xenarji ta' xokkijiet futuri b'perjodu ta' żmien ta' 10 ijiem biss għas-sett speċifiku ta' fatturi ta' riskju mudellabbli tal-pożizzjonijiet fil-portafoll stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4 għal kull numru tan-nuqqas parzjali mistenni msemmi fl-Artikolu 325bc(2) u li tiegħu l-perjodu ta' likwidità effettiv, kif iddeterminat skont l-Artikolu 325be(2), huwa ugwali għal jew itwal minn LHj.

Tabella 1

Perjodu ta' likwidità

j

Tul tal-perjodu ta' likwidità j

(fi ġranet)

1

10

2

20

3

40

4

60

5

120

2.Għall-finijiet tal-kalkolu tan-numri tan-nuqqas parzjali mistenni PEStRS u PEStRS,i imsemmija fl-Artikolu 325bc(2), l-istituzzjonijiet għandhom, flimkien mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)fil-kalkolu tal-PEStRS, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw biss xenarji ta' xokkijiet futuri għal subsett ta' fatturi ta' riskju mudellabbli ta' pożizzjonijiet fil-portafoll li jkun intgħażel mill-istituzzjoni, għas-sodisfazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, sabiex il-kundizzjoni li ġejja tiġi ssodisfata fiż-żmien t, bis-somma meħuda fuq is-60 ġurnata ta' xogħol preċedenti:

Istituzzjoni li ma tibqax tissodisfa r-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt għandha immedjatament tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tagħha u taġġorna s-subsett ta' fatturi ta' riskju mudellabbli fi żmien ġimagħtejn sabiex tissodisfa dak ir-rekwiżit. Meta, wara ġimagħtejn, dik l-istituzzjoni tkun naqset li tissodisfa dak ir-rekwiżit, għandha tmur lura għall-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 1a biex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq għal xi postijiet tan-negozjar, sakemm dik l-istituzzjoni tkun tista' turi lill-awtorità kompetenti li qed tissodisfa r-rekwiżit stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt;

(b)fil-kalkolu tal-PEStRS,i l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw biss xenarji ta' xokkijiet futuri għas-subsett ta' fatturi ta' riskju mudellabbli ta' pożizzjonijiet fil-portafoll magħżul mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-punt (a) u li jkunu ġew immappjati għall-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju i skont l-Artikolu 325be;

(c)l-inputs tad-data użati biex jiġu ddeterminati x-xenarji ta' xokkijiet futuri applikati għall-fatturi ta' riskju mudellabbli msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom jiġu kkalibrati għad-data storika minn perjodu kontinwu ta' 12-il xahar ta' stress finanzjarju li għandu jiġi identifikat mill-istituzzjoni sabiex timmassimizza l-valur tal-PEStRS. L-istituzzjonijiet għandhom jirrevedu l-identifikazzjoni ta' dan il-perjodu ta' stress tal-inqas fuq bażi ta' kull xahar u għandhom jinnotifikaw ir-riżultat ta' dik ir-reviżjoni lill-awtoritajiet kompetenti.Għall-finijiet tal-identifikazzjoni ta' dak il-perjodu ta' stress, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw perjodu ta' osservazzjoni li jibda tal-inqas mill-1 ta' Jannar 2007, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti.

(d)l-inputs tal-mudell tal-PEStRS,i għandhom jiġu kkalibrati għall-perjodu ta' stress ta' 12-il xahar li jkun ġie identifikat mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-punt (c).

3.Għall-fini tal-kalkolu tan-numri tan-nuqqas parzjali mistenni PEStRC u PEStRC,i msemmija fl-Artikolu 325bc(2), l-istituzzjonijiet għandhom, flimkien mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)fil-kalkolu tal-PEStRC, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw biss xenarji ta' xokkijiet futuri għas-subsett ta' fatturi ta' riskju mudellabbli ta' pożizzjonijiet fil-portafoll imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3;

(b)fil-kalkolu tal-PEStRC,i, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw biss xenarji ta' xokkijiet futuri għas-subsett ta' fatturi ta' riskju mudellabbli ta' pożizzjonijiet fil-portafoll imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3;

(c)l-inputs tad-data użati biex jiġu ddeterminati x-xenarji ta' xokkijiet futuri applikati għall-fatturi ta' riskju mudellabbli msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom jiġu kkalibrati għad-data storika mill-perjodu ta' 12-il xahar preċedenti. Dik id-data għandha tiġi aġġornata mill-inqas fuq bażi ta' kull xahar.

4.Għall-fini tal-kalkolu tan-numri tan-nuqqas parzjali mistenni PEStFC u PEStFC,i msemmija fl-Artikolu 325bc(2), l-istituzzjonijiet għandhom, flimkien mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)fil-kalkolu tal-PEStFC , l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw xenarji ta' xokkijiet futuri għall-fatturi ta' riskju mudellabbli kollha ta' pożizzjonijiet fil-portafoll;

(b)fil-kalkolu tal-PEStFC,i, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw xenarji ta' xokkijiet futuri għall-fatturi ta' riskju mudellabbli kollha ta' pożizzjonijiet fil-portafoll li jkunu ġew immappjati għall-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju i skont l-Artikolu 325be;

(c)l-inputs tad-data użati biex jiġu ddeterminati x-xenarji ta' xokkijiet futuri applikati għall-fatturi ta' riskju mudellabbli msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom jiġu kkalibrati għad-data storika mill-perjodu ta' 12-il xahar preċedenti. Dik id-data għandha tiġi aġġornata mill-inqas fuq bażi ta' kull xahar. Meta jkun hemm żieda f'daqqa sinifikanti fil-volatilità tal-prezz ta' numru materjali ta' fatturi ta' riskju mudellabbli ta' portafoll ta' istituzzjoni li mhumiex fis-subsett tal-fatturi ta' riskju msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu istituzzjoni tuża data storika minn perjodu iqsar mit-12-il xahar preċedenti, iżda dan il-perjodu iqsar m'għandux ikun iqsar mill-perjodu ta' sitt xhur preċedenti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-EBA b'kwalunkwe deċiżjoni li tkun teħtieġ li istituzzjoni tuża data storika minn perjodu iqsar minn 12-il xahar u tissostanzjaha.

5.Sabiex jiġi kkalkulat numru partikolari ta' nuqqas parzjali mistenni msemmi fl-Artikolu 325bc(2), l-istituzzjonijiet għandhom iżommu l-valuri tal-fatturi ta' riskju mudellabbli li għalihom ma kinux meħtieġa fil-paragrafi 2,3 u 4 li japplikaw xenarji ta' xokkijiet futuri għal dan in-numru ta' nuqqas parzjali mistenni.

6.B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jiddeċiedu li jikkalkulaw in-numri ta' nuqqas parzjali mistenni PEStRS,i, PEStRC,i u PEStFC,i fuq bażi ta' kull ġimgħa.

Artikolu 325be
Perjodi ta' likwidità

1.L-istituzzjonijiet għandhom jimmappjaw kull fattur ta' riskju ta' pożizzjonijiet attribwiti għall-postijiet ta' negozjar li għalihom ikunu ngħataw il-permess imsemmi fl-Artikolu 325ba(1) jew ikunu fil-proċess li jingħataw dak il-permess għal waħda mill-kategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju elenkati fit-Tabella 2 kif ukoll għal waħda mis-subkategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju elenkati f'dik it-Tabella.

2.Il-perjodu ta' likwidità ta' fattur ta' riskju tal-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun il-perjodu ta' likwidità tas-subkategoriji wiesgħa korrispondenti ta' fatturi ta' riskju li jkun ġie mmappjat għalihom.

3.B'deroga mill-paragrafu 1, istituzzjoni tista' tiddeċiedi, għal post tan-negozjar partikolari, li tissostitwixxi l-perjodu ta' likwidità ta' subkategorija wiesgħa tar-riskju elenkata fit-Tabella 2 b'wieħed mill-perjodi itwal ta' likwidità elenkati fit-Tabella 1. Meta istituzzjoni tieħu din id-deċiżjoni, il-perjodu ta' likwidità itwal għandu japplika għall-fatturi ta' riskju mudellabbli kollha tal-pożizzjonijiet attribwiti għal dan il-post tan-negozjar immappjat għal din is-subkategorija wiesgħa tar-riskju għall-finijiet tal-kalkolu tan-numri ta' nuqqas parzjali mistenni skont il-punt (c) tal-Artikolu 325bd(1).

Istituzzjoni għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bil-postijiet tan-negozjar u bis-subkategoriji wiesgħa ta' riskju li għalihom tiddeċiedi li tapplika t-trattament imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

4.Għall-kalkolu tan-numri ta' nuqqas parzjali mistenni skont il-punt (c) tal-Artikolu 325bd(1), il-perjodu ta' likwidità effettiv 'LH Effettiv' ta' fattur ta' riskju mudellabbli partikolari ta' pożizzjoni partikolari fil-portafoll tan-negozjar għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

fejn:

Mat                =    il-maturità tal-pożizzjoni fil-portafoll ta' negozjar;

SubCatLH            =    it-tul tal-perjodu ta' likwidità tal-fattur ta' riskju mudellabbli ddeterminat skont il-paragrafu 1;

minj {LHj/LHj ≥ Mat}    =    it-tul ta' wieħed mill-perjodi ta' likwidità elenkati fit-Tabella ... li huwa l-eqreb li jaqbeż il-maturità tal-pożizzjoni fil-portafoll ta' negozjar.

5.Muniti akkoppjati li jkunu komposti mill-EUR u mill-munita ta' Stat Membru li qed jipparteċipa fit-tieni stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja, għandhom jiġu inklużi fl-iktar subkategorija likwida tal-muniti akkoppjati fil-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju tal-kambju tat-Tabella 2.

6.Istituzzjoni għandha tivverifika l-adegwatezza tal-immappjar imsemmi fil-paragrafu 1 tal-inqas fuq bażi ta' kull xahar.

7.L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika f'iktar dettall:

(a)kif l-istituzzjonijiet għandhom jimmappjaw il-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar għal kategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju u subkategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju għall-finijiet tal-paragrafu 1;

(b)il-muniti li jikkostitwixxu l-iktar subkategorija likwida tal-muniti fil-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju tar-rati tal-imgħax tat-Tabella 2;

(c)il-muniti akkoppjati li jikkostitwixxu l-iktar subkategorija likwida tal-muniti akkoppjati fil-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju tal-kambju tat-Tabella 2;

(d)id-definizzjoni ta' kapitalizzazzjoni żgħira u kbira għas-subkategorija tal-prezz tal-ekwità u tal-volatilità fil-kategorija wiesgħa tal-fatturi ta' riskju tal-ekwità tat-Tabella 2;

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Tabella 2

Kategoriji wiesgħa tal-fatturi ta' riskju

Subkategoriji wiesgħa tal-fatturi ta' riskju

Perjodi ta' likwidità

Tul tal-perjodu ta' likwidità (fi ġranet)

Rata tal-imgħax

L-iktar muniti likwidi u l-munita lokali

1

10

Muniti oħrajn (bl-esklużjoni tal-iktar muniti likwidi)

2

20

Volatilità

4

60

Tipi oħra

4

60

Firxa tal-kreditu

Il-gvern ċentrali, inklużi l-banek ċentrali, ta' Stati Membri tal-Unjoni

2

20

Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fi Stati Membri tal-Unjoni (Grad ta' Investiment)

2

20

Sovran (Grad ta' Investiment)

2

20

Sovran (Rendiment Għoli)

3

40

Kumpaniji (Grad ta' Investiment)

3

40

Kumpaniji (Rendiment Għoli)

4

60

Volatilità

5

120

Tipi oħra

5

120

Ekwità

Prezz tal-ekwità (Kapitalizzazzjoni kbira)

1

10

Prezz tal-ekwità (Kapitalizzazzjoni żgħira)

2

20

Volatilità (Kapitalizzazzjoni kbira)

2

20

Volatilità (Kapitalizzazzjoni żgħira)

4

60

Tipi oħra

4

60

Kambju

L-iktar muniti akkoppjati likwidi

1

10

Muniti oħra akkoppjati (bl-esklużjoni tal-iktar muniti akkoppjati likwidi)

2

20

Volatilità

3

40

Tipi oħra

3

40

Komodità

Prezz tal-enerġija u prezz tal-emissjonijiet tal-karbonju

2

20

Prezz tal-metall prezzjuż u prezz tal-metall mhux ferruż

2

20

Prezzijiet oħra ta' komoditajiet (bl-esklużjoni tal-Prezz tal-enerġija, il-prezz tal-emissjonijiet tal-karbonju, il-prezz tal-metall prezzjuż u l-prezz tal-metall mhux ferruż)

4

60

Volatilità tal-enerġija u volatilità tal-emissjonijiet tal-karbonju

4

60

Volatilità tal-metall prezzjuż u volatilità tal-metall mhux ferruż

4

60

Volatilitajiet oħra ta' komoditajiet (bl-esklużjoni tal-Volatilità tal-enerġija, il-volatilità tal-emissjonijiet tal-karbonju, il-volatilità tal-metall prezzjuż u l-volatilità tal-metall mhux ferruż)

5

120

Tipi oħra

5

120

Artikolu 325bf
Valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi ta' riskju

1.L-istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw, fuq il-bażi ta' kull xahar, il-mudellabbiltà tal-fatturi kollha ta' riskju tal-pożizzjonijiet attribwiti għall-postijiet ta' negozjar li għalihom ikunu ngħataw il-permess imsemmi fl-Artikolu 325ba(1) jew ikunu fil-proċess li jingħataw dak il-permess.

2.Istituzzjoni għandha tikkunsidra fattur ta' riskju ta' pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar bħala mudellabbli meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)l-istituzzjoni identifikat tal-inqas 24 prezzijiet verifikabbli li kellhom fihom dak il-fattur ta' riskju fuq il-perjodu ta' 12-il xahar preċedenti;

(b)m'hemmx iktar minn xahar bejn id-dati ta' żewġ osservazzjonijiet konsekuttivi ta' prezzijiet verifikabbli identifikati mill-istituzzjoni skont il-punt (a);

(c)hemm relazzjoni ċara u apparenti bejn il-valur tal-fattur ta' riskju u kull prezz verifikabbli identifikat mill-istituzzjoni skont il-punt (a).

3.Għall-finijiet tal-paragrafu 2, prezz verifikabbli tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)il-prezz tas-suq ta' tranżazzjoni attwali li għaliha l-istituzzjoni kienet waħda mill-partijiet;

(b)il-prezz tas-suq ta' tranżazzjoni attwali li daħlu fiha partijiet terzi u li għaliha l-prezz u d-data tan-negozju huma disponibbli pubblikament jew ġew ipprovduti minn parti terza;

(c)il-prezz miksub minn kwotazzjoni impenjata pprovduta minn parti terza.

4.Għall-finijiet tal-punti (b) u (c) tal-paragrafu 3, l-istituzzjonijiet jistgħu jqisu prezz jew kwotazzjoni impenjata pprovduta minn parti terza bħala prezz verifikabbli, sakemm il-parti terza taqbel li tipprovdi evidenza tat-tranżazzjoni jew tal-kwotazzjoni impenjata lill-awtoritajiet kompetenti fuq talba.

5.Istituzzjoni tista' tidentifika prezz verifikabbli għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 2 għal iktar minn fattur ta' riskju wieħed.

6.Istituzzjonijiet għandhom iqisu l-fatturi ta' riskju derivati minn kombinament ta' fatturi ta' riskju mudellabbli bħala mudellabbli.

7.Meta istituzzjoni tqis fattur ta' riskju li huwa mudellabbli skont il-paragrafu 1, l-istituzzjoni tista' tuża dejta għajr il-prezzijiet verifikabbli li użat biex tipprova li l-fattur ta' riskju huwa mudellabbli skont il-paragrafu 2 biex jiġu kkalkulati x-xenarji ta' xokkijiet futuri applikati għal dak il-fattur ta' riskju għall-fini tal-kalkolu tan-nuqqas parzjali mistenni msemmi fl-Artikolu 365 sakemm dawk l-inputs tad-dejta jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 325bd.

8.L-istituzzjonijiet għandhom iqisu bħala mhux mudellabbli fattur ta' riskju li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 2 u għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal dak il-fattur ta' riskju skont l-Artikolu 325bl.

9.L-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-fatturi ta' riskju derivati minn kombinament ta' fatturi ta' riskju mudellabbli u mhux mudellabbli bħala mhux mudellabbli.

10.B'deroga mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lil istituzzjoni tqis fattur ta' riskju li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha fil-paragrafu 2 bħala mhux mudellabbli, għal perjodu ta' inqas minn sena.

Artikolu 325bg
Rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv regolatorju u fatturi ta' multiplikazzjoni

1.Għal kwalunkwe data partikolari, il-post tan-negozjar ta' istituzzjoni jissodisfa r-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv imsemmija fl-Artikolu 325ba(1) fejn in-numru ta' qabżiet fil-valur kif imsemmi fil-paragrafu 2 għal dak il-post tan-negozjar li seħħew matul l-iktar 250 ġurnata tax-xogħol reċenti ma jaqbeż l-ebda waħda minn dawn li ġejjin:

(a)12-il qabża fil-valur għan-numru tal-valur fir-riskju kkalkulat f'intervall ta' fiduċja unilaterali tad-99 perċentil fuq il-bażi tal-ittestjar retrospettiv tat-tibdil ipotetiku fil-valur tal-portafoll;

(b)12-il qabża fil-valur għan-numru tal-valur fir-riskju kkalkulat f'intervall ta' fiduċja unilaterali tad-99 perċentil fuq il-bażi tal-ittestjar retrospettiv tat-tibdil reali fil-valur tal-portafoll;

(c)30 qabża fil-valur għan-numru tal-valur fir-riskju kkalkulat f'intervall ta' fiduċja unilaterali tas-97,5 perċentil fuq il-bażi tal-ittestjar retrospettiv tat-tibdil ipotetiku fil-valur tal-portafoll;

(d)30 qabża fil-valur għan-numru tal-valur fir-riskju kkalkulat f'intervall ta' fiduċja unilaterali tas-97,5 perċentil fuq il-bażi tal-ittestjar retrospettiv tat-tibdil reali fil-valur tal-portafoll;

2.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jgħoddu l-qbiż fil-valur ta' kuljum fuq il-bażi tal-ittestjar retrospettiv ta' tibdil ipotetiku u attwali fil-valur tal-portafoll magħmul mill-pożizzjonijiet kollha attribwiti għall-post tan-negozjar. Qabża fil-valur għandha tfisser bidla f'ġurnata waħda fil-valur ta' dak il-portafoll li taqbeż in-numru tal-valur fir-riskju relatat ikkalkolat mill-mudell intern tal-istituzzjoni skont ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)perjodu ta' holding ta' jum wieħed;

(b)xenarji ta' xokkijiet futuri għandhom japplikaw għall-fatturi ta' riskju tal-pożizzjonijiet tal-post tan-negozjar imsemmija fl-Artikolu 325bh(3) u li huma meqjusa mudellabbli skont l-Artikolu 325bf;

(c)inputs tad-dejta użati biex jiġu ddeterminati x-xenarji ta' xokkijiet futuri applikati għall-fatturi ta' riskju mudellabbli għandhom jiġu kkalibrati għad-dejta storika mill-perjodu ta' 12-il xahar preċedenti. Dik id-dejta għandha tiġi aġġornata tal-inqas fuq bażi ta' kull xahar;

(d)sakemm mhux iddikjarat mod ieħor f'dan l-Artikolu, il-mudell intern tal-istituzzjoni għandu jkun ibbażat fuq l-istess preżunzjonijiet ta' mudellar bħal dawk użati għall-kalkolu tal-miżura ta' riskju ta' nuqqas mistenni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 325bb(1).

3.L-istituzzjonijiet għandhom jgħoddu l-qbiż fil-valur ta' kuljum imsemmija fil-paragrafu 2 skont dan li ġej:

(a)l-ittestjar retrospettiv ta' tibdil ipotetiku fil-valur tal-portafoll għandu jkun ibbażat fuq tqabbil bejn il-valur tal-portafoll fi tmiem il-ġurnata u, bis-suppożizzjoni li l-pożizzjonijiet ma jinbidlux, il-valur tiegħu fi tmiem il-ġurnata sussegwenti;

(b)l-ittestjar retrospettiv fuq tibdil reali fil-valur tal-portafoll għandu jkun ibbażat fuq tqabbil bejn il-valur tal-portafoll fi tmiem il-ġurnata u l-valur attwali tiegħu fi tmiem il-ġurnata sussegwenti bl-esklużjoni ta' tariffi, kummissjonijiet u dħul nett ta' imgħax;

(c)għandha tingħadd qabża fil-valur kull ġurnata li fiha l-istituzzjoni ma tkunx tista' tivvaluta l-valur tal-portafoll jew ma tkunx tista' tikkalkula n-numru tal-valur fir-riskju msemmi fil-paragrafu 1;

4.L-istituzzjoni għandha tikkalkula, skont il-paragrafi 5 u 6, il-fattur tal-multiplikazzjoni (mc) imsemmi fl-Artikolu 325bb għall-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha attribwiti għall-postijiet tan-negozjar li għalihom tkun ingħatat il-permess imsemmi fl-Artikolu 325ba(1). Dak il-kalkolu għandu jiġi aġġornat mill-inqas fuq bażi ta' kull xahar.

5.Il-fattur ta' multiplikazzjoni (mc) għandu jkun is-somma tal-valur ta' 1,5 u suppliment bejn 0 u 0,5 skont it-Tabella 3. Għall-portafoll imsemmi fil-paragrafu 4, dan is-suppliment għandu jiġi kkalkulat min-numru ta' qabżiet fil-valur li jkunu seħħew matul l-iktar 250 jum tax-xogħol reċenti kif evidenzjat mill-ittestjar retrospettiv tal-istituzzjoni tan-numru tal-valur fir-riskju kkalkulat skont il-punt (a) ta' dan il-paragrafu skont dan li ġej:

(a)qabża fil-valur għandha tkun bidla f'ġurnata waħda fil-valur tal-portafoll li taqbeż in-numru tal-valur fir-riskju relatat ikkalkolat mill-mudell intern tal-istituzzjoni skont dawn li ġejjin:

(I)perjodu ta' holding ta' jum wieħed;

(II)intervall ta' fiduċja unilaterali tad-99 perċentil;

(III)xenarji ta' xokkijiet futuri għandhom japplikaw għall-fatturi ta' riskju tal-pożizzjonijiet tal-postijiet tan-negozjar imsemmija fl-Artikolu 325bh(3) u li huma meqjusa mudellabbli skont l-Artikolu 325bf;

(IV)inputs tad-dejta użati biex jiġu ddeterminati x-xenarji ta' xokkijiet futuri applikati għall-fatturi ta' riskju mudellabbli għandhom jiġu kkalibrati għad-dejta storika mill-perjodu ta' 12-il xahar preċedenti. Dik id-dejta għandha tiġi aġġornata mill-inqas fuq bażi ta' kull xahar;

(V)sakemm mhux iddikjarat mod ieħor f'dan l-Artikolu, il-mudell intern tal-istituzzjoni għandu jkun ibbażat fuq l-istess preżunzjonijiet ta' mudellar bħal dawk użati għall-kalkolu tal-miżura ta' riskju ta' nuqqas mistenni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 325bb(1);

(b)in-numru ta' qabżiet fil-valur għandu jkun daqs l-ogħla min-numru ta' qabżiet fil-valur taħt tibdiliet ipotetiċi u reali fil-valur tal-portafoll;

(c)fl-għadd tal-qabżiet fil-valur ta' kuljum, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3.

Tabella 3

Numru ta' qabżiet fil-valur

Suppliment

Inqas minn 5

0,00

5

0,20

6

0,26

7

0,33

8

0,38

9

0,42

Iktar minn 9

0,50

6.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jillimitaw l-addend għal dak li jirriżulta mill-qabżiet fil-valur taħt l-ittestjar retrospettiv ta' tibdil ipotetiku, fejn in-numru ta' qabżiet fil-valur taħt l-ittestjar retrospettiv ta' tibdil reali ma jirriżultax minn nuqqasijiet fil-mudell intern.

7.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw l-adegwatezza tal-fattur ta' multiplikazzjoni msemmi fil-paragrafu 4 jew il-konformità tal-post tan-negozjar mar-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv imsemmi fil-paragrafu 1. L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw minnufih, u fi kwalunkwe każ mhux iktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li sseħħ il-qabża fil-valur, lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-qabżiet fil-valur li jirriżultaw mill-programm tagħhom ta' ttestjar retrospettiv u jipprovdu spjega għal dawk il-qabżiet fil-valur.

8.B'deroga mill-paragrafi 2 u 5, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lil istituzzjoni ma tgħoddx qabża tal-valur meta bidla ta' ġurnata fil-valur tal-portafoll tagħha jaqbeż in-numru tal-valur fir-riskju relatat ikkalkulat mill-mudell intern ta' dik l-istituzzjoni tkun attribwibbli għal fattur ta' riskju mhux mudellabbli. Biex tagħmel dan, l-istituzzjoni għandha tissostanzja lill-awtoritajiet kompetenti li l-miżura ta' riskju tax-xenarju ta' stress ikkalkula skont l-Artikolu 325bl għal dan il-fattur tar-riskju mhux mudellabbli hija ogħla mid-differenza pożittiva bejn il-valur tal-portafoll tal-istituzzjoni u n-numru tal-valur fir-riskju relatat.

9.L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika iktar l-elementi tekniċi li għandhom jiġu inklużi fit-tibdil reali u ipotetiku fil-valur ta' portafoll għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Article 325bh
Rekwiżit ta' attribuzzjoni ta' profitti u telf

1.Għal kwalunkwe xahar partikolari, il-post tan-negozjar ta' istituzzjoni jissodisfa r-rekwiżiti tal-attribuzzjoni ta' profitti u telf (P&L) għall-finijiet tal-Artikolu 325ba meta dak il-post tan-negozjar jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.Ir-rekwiżit tal-attribuzzjoni P&L għandu jiżgura li t-tibdiliet teoretiċi fil-valur tal-portafoll ta' post tan-negozjar, fuq il-bażi tal-mudell tal-kejl tar-riskju tal-istituzzjoni, huma qrib biżżejjed għat-tibdiliet ipotetiċi fil-valur tal-portafoll tal-post tan-negozjar, fuq il-bażi tal-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni.

3.Il-konformità ta' istituzzjoni mar-rekwiżit tal-attribuzzjoni P&L għandha twassal, għal kull pożizzjoni f'post tan-negozjar partikolari, għall-identifikazzjoni ta' lista preċiża ta' fatturi ta' riskju li huma meqjusa xierqa għall-verifika tal-konformità tal-istituzzjoni mar-rekwiżit tal-ittestjar retrospettiv stabbilit fl-Artikolu 325bg.

4.L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika iktar:

(a)fid-dawl tal-iżviluppi regolatorji internazzjonali, il-kriterji tekniċi li għandhom jiżguraw li t-tibdiliet teoretiċi fil-valur tal-portafoll ta' post tan-negozjar jkunu qrib biżżejjed għat-tibdiliet ipotetiċi fil-valur tal-portafoll tal-post tan-negozjar għall-finijiet tal-paragrafu 2;

(b)l-elementi tekniċi li għandhom jiġu inklużi fit-tibdiliet teoretiċi u ipotetiċi fil-valur tal-portafoll ta' post tan-negozjar għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 325bi
Rekwiżiti għall-kejl tar-riskju

1.L-istituzzjonijiet li jużaw mudell intern għall-kalkolu tar-riskju li jintuża għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 325bb għandhom jiżguraw li dak il-mudell jissodisfa r-rekwiżiti kollha:

(a)il-mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu jkopri numru biżżejjed ta' fatturi ta' riskju, li għandhom jinkludu tal-inqas il-fatturi ta' riskju msemmija fis-subtaqsima 1 tat-taqsima 3 tal-Kapitolu 1a sakemm l-istituzzjoni ma turix lill-awtoritajiet kompetenti li l-omissjoni ta' dawk il-fatturi ta' riskju m'għandhiex impatt materjali fuq ir-riżultati tar-rekwiżit tal-attribuzzjoni P&L kif imsemmi fl-Artikolu 325bh. Istituzzjoni għandha tkun tista' tispjega lill-awtoritajiet kompetenti għaliex tkun inkorporat fattur tar-riskju fil-mudell tal-ipprezzar tagħha iżda mhux fil-mudell tal-kejl tar-riskji intern tagħha.

(b)il-mudell għall-kalkolu tar-riskju intern għandu jkopri nonlinearitajiet għal opzjonijiet u prodotti oħra kif ukoll ir-riskju tal-korrelazzjoni u r-riskju tal-bażi. Indikaturi użati għall-fatturi ta' riskju għandhom juru rekord tajjeb għall-pożizzjoni reali li jkollhom.

(c)il-mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu jinkludi sett ta' fatturi tar-riskju li jikkorrispondu mar-rati tal-imgħax f'kull munita li fiha l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet sensittivi għar-rata tal-imgħax fi jew barra l-karta tal-bilanċ. L-istituzzjoni għandha timmudella l-kurvi tar-rendiment permezz ta' wieħed mill-approċċi ġeneralment aċċettati. Għal skoperturi materjali għar-riskju fuq rati tal-imgħax fil-muniti u s-swieq ewlenin, il-kurva tar-rendiment għandha tinqasam f'minimu ta' sitt segmenti ta' maturità, biex tkopri l-varjazzjonijiet tal-volatilità tar-rati matul il-kurva tar-rendiment u n-numru ta' fatturi ta' riskju użati biex tiġi mmudellata l-kurva tar-rendiment għandu jkun proporzjonat għan-natura u l-kumplessità tal-istrateġiji tan-negozju tal-istituzzjoni. Il-mudell għandu jkopri wkoll ir-riskju ta' movimenti li mhumiex perfettament korrelatati bejn kurvi tar-rendiment differenti;

(d)il-mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu jiġbor fih il-fatturi tar-riskju li jikkorrispondu mad-deheb u mal-valuti barranin individwali li fihom ikunu denominati l-pożizzjonijiet tal-istituzzjoni. Għas-CIUs, għandhom jiġu kkunsidrati l-pożizzjonijiet reali tal-kambju tas-CIU. L-istituzzjonijiet jistgħu joqogħdu fuq rappurtar magħmul minn partijiet terzi dwar il-pożizzjoni tal-kambju tas-CIU, meta l-korrettezza ta' dak ir-rapport tkun żgurata b'mod adegwat. Pożizzjonijiet tal-kambju ta' CIU li istituzzjoni ma tkunx konxja dwarhom għandhom jitneħħew mill-approċċ tal-mudelli interni u jiġu ttrattati skont il-Kapitolu 1a ta' dan it-Titolu;

(e)il-mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu juża fattur tar-riskju separat tal-inqas għal kull wieħed mis-swieq tal-ekwità li fihom l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet sinifikanti. Is-sofistikazzjoni tat-teknika tal-immudellar għandha tkun proporzjonata mal-materjalità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet fis-swieq tal-ekwità. Il-mudell għandu jinkorpora tal-inqas fattur ta' riskju wieħed li jkopri l-movimenti sistemiċi fil-prezzijiet tal-ekwità u d-dipendenza ta' dak il-fattur ta' riskju fuq il-fatturi ta' riskju individwali għal kull suq tal-ekwità. Għal skoperturi materjali għas-swieq tal-ekwità, il-mudell għandu jinkorpora tal-inqas fattur ta' riskju idjosinkratiku wieħed għal kull skopertura għall-ekwità.

(f)il-mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu juża fattur ta' riskju separat tal-inqas għal kull komodità li fiha l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet sinifikanti sakemm l-istituzzjoni ma jkollhiex pożizzjoni aggregata żgħira fil-komodità meta mqabbla mal-attivitajiet tan-negozjar kollha tagħha, f'liema każ ikun aċċettabbli fattur ta' riskju separat għal kull tip wiesa' ta' komodità. Għal skoperturi materjali għas-swieq tal-komoditajiet, il-mudell għandu jkopri r-riskju ta' movimenti mhux perfettament korrelatati bejn komoditajiet simili, iżda mhux identiċi, l-iskopertura għall-bidliet fil-prezzijiet forward li jirriżultaw minn diskrepanzi fil-maturità u l-kurva tal-konvenjenza bejn pożizzjonijiet ta' derivattivi u ta' flus.

(g)l-indikaturi għandhom ikunu konservattivi b'mod xieraq u għandhom jintużaw biss meta d-dejta disponibbli ma tkunx biżżejjed, inkluż matul il-perjodu ta' stress.

(h)għal skoperturi materjali għal riskji ta' volatilità fi strumenti b'opzjonalità, il-mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu jkopri d-dipendenza tal-volatilitajiet implikati fil-prezzijiet tal-eżerċitar u fil-maturitajiet tal-opzjonijiet.

2.L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw korrelazzjoni empirika fil-kategoriji wiesgħa tal-fatturi ta' riskju u, għall-finijiet tal-kalkolu tal-miżura ta' nuqqas mistenni mingħajr restrizzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 325bc(1), fil-kategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju biss fejn l-approċċ tal-istituzzjoni għall-kejl ta' dawk il-korrelazzjonijiet huwa validu, konsistenti mal-perjodi ta' likwidità applikabbli, u implimentat b'integrità.

Artikolu 325bj
Rekwiżiti kwalitattivi

1.Kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern użat għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu għandu jkun konċettwalment validu u implimentat b'integrità u għandu jkun konformi ma' dawn ir-rekwiżiti kwalitattivi kollha li ġejjin:

(a)    kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għar-riskji tas-suq għandu jkun integrat mill-viċin fil-proċess tal-ġestjoni tar-riskji ta' kuljum tal-istituzzjoni u jservi bħala bażi għar-rappurtar tal-iskoperturi għar-riskju lill-ġestjoni superjuri;

(b)    l-istituzzjoni għandu jkollha unità għall-kontroll tar-riskji li tkun indipendenti mill-unitajiet tan-negozjar kummerċjali u li tirrapporta direttament lill-ġestjoni superjuri. Dik l-unità għandha tkun responsabbli mit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern. Dik l-unità għandha twettaq validazzjoni inizjali u kontinwa ta' kwalunkwe mudell intern użat għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu u għandha tkun responsabbli għas-sistema ġenerali tal-ġestjoni tar-riskju. Dik l-unità għandha tipproduċi u tanalizza rapporti ta' kuljum dwar l-output ta' kwalunkwe mudell intern użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għar-riskji tas-suq, u dwar il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu rigward il-limiti tan-negozjar;

(c)    il-korp tal-ġestjoni u l-ġestjoni superjuri tal-istituzzjoni għandhom ikunu involuti attivament fil-proċess ta' kontroll tar-riskji u r-rapporti ta' kuljum magħmulin mill-unità għall-kontroll tar-riskji għandhom jiġu analizzati minn livell ta' ġestjoni b'awtorità suffiċjenti sabiex jinforza tnaqqis fil-pożizzjonijiet li jittieħdu minn operaturi individwali u tnaqqis fl-iskopertura kumplessiva għar-riskju tal-istituzzjoni;

(d)    l-istituzzjoni għandu jkollha numru suffiċjenti ta' persunal imħarreġ f'livell xieraq għas-sofistikazzjoni ta' kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern, u jkun imħarreġ fin-negozjar, fil-kontroll tar-riskji, fil-verifika u fl-oqsma tal-back office;

(e)    l-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ sett iddokumentat ta' politiki interni, proċeduri u kontrolli għall-monitoraġġ u sabiex tiżgura l-konformità mal-operat kumplessiv ta' kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern;

(f)    kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu jkollu rekord ippruvat ta' preċiżjoni raġonevoli fil-kalkolu tar-riskji;

(g)    l-istituzzjoni għandha twettaq b'mod frekwenti programm rigoruż ta' ttestjar għal stress, inklużi testijiet għal stress bl-invers, li għandu jinkludi kwalunkwe mudell għall-kejl tar-riskju intern. Ir-riżultati ta' dawn it-testijiet tal-istress għandhom jiġu analizzati mill-maniġment superjuri tal-inqas fuq bażi ta' kull xahar u jkunu jikkonformaw mal-politiki u l-limiti approvati mill-korp ta' ġestjoni tal-istituzzjoni. L-istituzzjoni għandha tieħu azzjonijiet xierqa meta r-riżultati ta' dawk it-testijiet tal-istress juru telf eċċessiv li jirriżulta min-negozju tan-negozjar tal-istituzzjoni taħt ċerti ċirkostanzi;

(h)    l-istituzzjoni għandha twettaq analiżi indipendenti ta' kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern, bħala parti mill-proċess ta' verifika intern regolari tagħha, jew billi jingħata mandat lil impriża ta' parti terza biex twettaq dik l-analiżi, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti.

Għall-finijiet tal-punt (h), impriża ta' parti terza tfisser impriża li tipprovdi servizzi ta' verifika jew ta' konsulenza lil istituzzjonijiet u li għandha persunal li huma mħarrġa biżżejjed fil-qasam tar-riskji tas-suq fl-attivitajiet tan-negozjar.

2.L-analiżi msemmija fil-punt (h) tal- paragrafu 1 għandha tinkludi kemm l-attivitajiet tal-unitajiet ta' negozjar kummerċjali kif ukoll tal-unità indipendenti għall-kontroll tar-riskji. L-istituzzjoni għandha twettaq analiżi tal-proċess globali tal-ġestjoni tar-riskju tagħha mill-inqas darba fis-sena. Dik l-analiżi għandha tivvaluta dan li ġej:

(a)l-adegwatezza tad-dokumentazzjoni tas-sistema u l-proċess tal-ġestjoni tar-riskji u l-organizzazzjoni tal-unità għall-kontroll tar-riskji;

(b)l-integrazzjoni tal-kalkolu tar-riskju fil-ġestjoni ta' kuljum tar-riskji u l-integrità tas-sistema ta' informazzjoni ta' ġestjoni;

(c)    il-proċessi li tuża l-istituzzjoni sabiex tapprova l-mudelli ta' pprezzar tar-riskju u s-sistemi ta' valutazzjoni li jintużaw mill-persunal tal-uffiċċji prinċipali u tal-back office;

(d)    l-ambitu tar-riskji koperti mill-mudell, il-preċiżjoni u l-adegwatezza tas-sistema tal-kalkolu tar-riskju u l-validazzjoni ta' kwalunkwe bidla sinifikanti fil-mudell tal-kejl tar-riskju intern;

(e)    il-preċiżjoni u l-kompletezza tad-dejta dwar il-pożizzjoni, il-preċiżjoni u l-adegwatezza tas-suppożizzjonijiet dwar il-volatilità u l-korrelazzjoni, il-preċiżjoni tal-valutazzjoni u l-kalkoli tas-sensittività għar-riskji u l-preċiżjoni u l-adegwatezza għall-ġenerazzjoni ta' indikaturi tad-dejta fejn id-dejta disponibbli mhix biżżejjed biex tissodisfa r-rekwiżit stabbilit f'dan il-Kapitolu;

(f)    il-proċess ta' verifika li tuża l-istituzzjoni sabiex tevalwa l-konsistenza, il-prontezza u l-affidabbiltà tas-sorsi tad-dejta użati sabiex joperaw kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern tagħha, inkluża l-indipendenza ta' dawk is-sorsi tad-dejta;

(g)    il-proċess ta' verifika li tuża l-istituzzjoni sabiex tevalwa r-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv u r-rekwiżit tal-attribuzzjoni P&L li jitwettaq sabiex tiġi vvalutata l-preċiżjoni tal-mudelli tal-kejl tar-riskju interni.

(h)    meta l-analiżi titwettaq minn impriża ta' parti terza skont il-punt (h) tal-paragrafu 1, il-verifika li l-proċess ta' validazzjoni interna stabbilit fl-Artikolu 325bk jissodisfa l-objettivi tiegħu.

3.L-istituzzjonijiet għandhom jaġġornaw it-tekniki u l-prattiki li jużaw għal kwalunkwe mill-mudelli tal-kejl tar-riskju interni użati għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu f'konformità mal-evoluzzjoni ta' tekniki ġodda u l-aħjar prattiki li jiżviluppaw fir-rigward ta' dawk il-mudelli tal-kejl tar-riskju interni.

Artikolu 325bk
Validazzjoni Interna

1.L-istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw proċessi li jiżguraw li kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern użat għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu jkun ġie vvalidat adegwatament minn partijiet ikkwalifikati sewwa li jkunu indipendenti mill-proċess tal-iżvilupp sabiex jiżguraw li dawn il-mudelli huma konċettwalment validi u jkopru b'mod adegwat ir-riskji materjali kollha.

2.L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-validazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)meta kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern jiġi żviluppat l-ewwel darba u meta jsiru kwalunkwe tibdiliet sinifikanti f'dak il-mudell;

(b)fuq bażi perjodika u speċjalment meta jkunu saru bidliet strutturali sinifikanti fis-suq jew bidliet fil-kompożizzjoni tal-portafoll li jistgħu jwasslu sabiex il-mudell tal-kejl tar-riskju intern ma jibqax adegwat.

3.Il-validazzjoni ta' kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern ta' istituzzjoni m'għandhiex tkun limitata għar-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv u l-attribuzzjoni P&L, iżda għandha, bħala minimu, tinkludi dan li ġej:

(a)testijiet sabiex jiġi vverifikat jekk is-suppożizzjonijiet li saru fil-mudell intern humiex xierqa u ma jissottovalutawx jew ma jissopravalutawx ir-riskju;

(b) it-testijiet ta' validazzjoni tal-mudelli interni tagħhom, inkluż l-ittestjar retrospettiv flimkien mal-programmi tal-ittestjar retrospettiv regolatorju, fir-rigward tar-riskji u l-istrutturi tal-portafolli tagħhom;

(c)l-użu ta' portafolli ipotetiċi sabiex jiġi żgurat li l-mudell tal-kejl tar-riskju intern ikun kapaċi jqis karatteristiċi strutturali partikolari li jistgħu jinqalgħu, pereżempju riskji ta' bażi materjali u riskji ta' konċentrazzjoni jew ir-riskji assoċjati mal-użu tal-indikaturi.

Artikolu 325bl
Kalkolu tal-kejl tar-riskju ta' xenarju ta' stress

1.Fi żmien t, l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-kejl tar-riskju ta' xenarju ta' stress għall-fatturi ta' riskju mhux mudellabbli kollha tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar f'portafoll partikolari kif ġej:

Fejn:

m        = l-indiċi li jindika l-fatturi ta' riskju mhux mudellabbli kollha ta'

pożizzjonijiet fil-portafoll li jirrappreżentaw riskju idjosinkratiku li jkun ġie mmappjat għall-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu skont l-Artikolu 325be(1) u li għalih l-istituzzjoni tkun uriet, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, li dawk il-fatturi ta' riskju mhumiex korrelatati;

l        =    l-indiċi li jindika l-fatturi ta' riskju mhux mudellabbli kollha tal-pożizzjonijiet fil-portafoll għajr dawk indikati mill-indiċi 'm';

ICSStm     =    il-miżura tar-riskju tax-xenarju ta' stress, kif iddeterminat skont il-paragrafi 2 u 3, tal-fattur ta' riskju mhux mudellabbli 'm';

SStl        =    il-miżura tar-riskju tax-xenarju ta' stress, kif iddeterminat skont il-paragrafi 2 u 3, tal-fattur ta' riskju mhux mudellabbli 'l';

2.Il-kejl tar-riskju tax-xenarju ta' stress ta' fattur ta' riskju mhux mudellabbli partikolari jfisser it-telf li jsofri fil-pożizzjonijiet kollha tal-portafoll tan-negozjar li jinkludi dak il-fattur ta' riskju mhux mudellabbli fejn xenarju estrem ta' xokkijiet futuri jiġi applikat għal dak il-fattur ta' riskju.

3.L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti xenarji estremi xierqa ta' xokkijiet futuri għall-fatturi ta' riskju mudellabbli kollha.

4.L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika f'iktar dettall:

(a)kif l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw ix-xenarju estrem ta' xokkijiet futuri applikabbli għal fatturi ta' riskju mhux mudellabbli u kif għandhom japplikaw dak ix-xenarju estrem ta' xokkijiet futuri għal dawk il-fatturi ta' riskju;

(b)xenarju estrem regolatorju ta' xokkijiet futuri għal kull subkategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju elenkata fit-Tabella 2 tal-Artikolu 325be li l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw meta ma jkunux jistgħu jiddeterminaw xenarju estrem ta' xokkijiet futuri skont il-punt (a), jew li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu lill-istituzzjoni tapplika meta dawk l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux sodisfatti bix-xenarju estrem ta' xokkijiet futuri ddeterminat mill-istituzzjoni.

Fl-iżvilupp ta' dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji, l-EBA għandha tqis li l-livell ta' rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' fattur ta' riskju mhux mudellabbli kif stabbilit f'dan l-Artikolu għandu jkun għoli daqs il-livell tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq li jkun ikkalkulat taħt dan il-kapitolu li kieku dan il-fattur ta' riskju kien mudellabbli.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

TAQSIMA 2
MUDELL INTERN GĦAR-RISKJU TA' INADEMPJENZA

Artikolu 325bm
Ambitu tal-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza

5.Il-pożizzjonijiet kollha tal-istituzzjoni li jkunu ġew attribwiti għal postijiet tan-negozjar li għalihom l-istituzzjoni tkun ingħatat il-permess imsemmi fl-Artikolu 325ba(1) għandhom ikunu suġġetti għal rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza meta l-pożizzjonijiet ikun fihom tal-inqas fattur ta' riskju wieħed immappjat għall-kategoriji wiesgħa ta' riskju 'ekwità' jew 'firxa ta' kreditu' skont l-Artikolu 325be(1). Ir-rekwiżit ta' fondi proprji, li huwa inkrementali għar-riskji koperti mir-rekwiżiti ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 325bb(1), għandu jiġi kkalkulat bil-mudell intern tal-istituzzjoni għar-riskju ta' inadempjenza li għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f'din it-Taqsima

6.Għandu jkun hemm emittent wieħed ta' strumenti ta' dejn u ta' ekwità negozjati relatati ma' tal-inqas fattur ta' riskju wieħed għal kull waħda mill-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 325bn
Permess biex jintuża mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza

1.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu permess lill-istituzzjoni biex tuża l-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 325bb(2) għall-pożizzjonijiet kollha tal-portafoll tan-negozjar imsemmija fl-Artikolu 325bm u li huma attribwiti għal post tan-negozjar partikolari sakemm dak il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza jissodisfa l-Artikoli 325bo, 325bp, 325bq, l-Artikoli 325bj u 325bk għal dak il-post tan-negozjar.

2.L-EBA għandha toħroġ linji gwida dwar ir-rekwiżiti tal-Artikoli 325bo, 325bp u 325bq sa [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

3.Meta l-post tan-negozjar ta' istituzzjoni, li għalih tal-inqas waħda mill-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar imsemmija fl-Artikolu 325bm tkun ġiet assenjata jew ma tkunx tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq tal-pożizzjonijiet kollha f'dan il-post tan-negozjar għandhom jiġu kkalkulati skont l-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 1a.

Artikolu 325bo
Rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza bl-użu ta' mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza

1.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempejnza bl-użu ta' mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza għall-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 325bm kif ġej:

(a)ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għandhom ikunu ugwali għan-numru tal-valur fir-riskju li jkejjel it-telf potenzjali fil-valur tas-suq tal-portafoll ikkawżat mill-inadempjenza ta' emittenti relatat ma' dawk il-pożizzjonijiet fl-intervall ta' kunfidenza ta' 99,9 % fuq perjodu ta' żmien ta' sena;

(b)it-telf potenzjali msemmi fil-punt (a) tfisser telf dirett jew indirett fil-valur tas-suq ta' pożizzjoni kkawżat mill-inadempjenza tal-emittent u li huwa inkrementali għal kwalunkwe telf diġà meqjus fil-valutazzjoni attwali tal-pożizzjoni. L-inadempjenza tal-emittenti ta' pożizzjonijiet ta' ekwità għandha tiġi rappreżentata mit-twaqqigħ tal-prezzijiet tal-ekwità tal-emittenti għal żero.

(c)l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-korrelazzjonijiet ta' inadempjenza bejn emittenti differenti fuq il-bażi ta' metodoloġija kunċettwalment valida u bl-użu ta' dejta storika oġġettiva ta' firxiet tal-kreditu tas-suq u prezzijiet tal-ekwità li jkopru tal-inqas perjodu ta' 10 snin inkluż il-perjodu ta' stress identifikat mill-istituzzjoni skont l-Artikolu 325bd(2). Il-kalkolu tal-korrelazzjonijiet ta' inadempjenza bejn emittenti differenti għandu jkun ikkalibrat ma' perjodu ta' żmien ta' sena;

(d)il-mudell tal-kejl ta' riskju intern għandu jkun ibbażat fuq preżunzjoni ta' pożizzjoni kostanti għal sena.

2.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempejnza bl-użu ta' mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza kif imsemmi fil-paragrafu 1 tal-inqas fuq il-bażi ta' kull ġimgħa.

3.B'deroga mill-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1, istituzzjoni tista' tissostitwixxi l-perjodu ta' żmien ta' sena b'perjodu ta' żmien ta' sittin ġurnata għall-finijiet tal-kalkolu ta-riskju ta' inadempjenza ta' pożizzjonijiet ta' ekwità, f'liema każ, il-kalkolu tal-korrelazzjonijiet ta' inadempjenza bejn il-prezzijiet tal-ekwità u l-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandu jkun konsistenti ma' perjodu taż-żmien ta' sittin ġurnata u l-kalkolu tal-korrelazzjonijiet ta' inadempjenza bejn il-prezzijiet tal-ekwità u l-prezzijiet tal-bonds għandu jkun konsistenti ma' perjodu ta' żmien ta' sena.

Artikolu 325bp
Rikonoxximent tal-ħeġġijiet fil-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza

1.L-istituzzjonijiet jistgħu jinkorporaw ħeġġijiet fil-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza tagħhom u jistgħu jinnettjaw pożizzjonijiet fejn il-pożizzjonijiet twal u qosra jirreferu għall-istess strument finanzjarju.

2.L-istituzzjonijiet jistgħu, fil-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza tagħhom, jirrikonoxxu biss l-effetti tal-iħħeġġjar jew tad-diversifikazzjoni assoċjati ma' pożizzjonijiet twal u qosra li jinvolvu strumenti differenti jew titoli differenti tal-istess debitur, kif ukoll pożizzjonijiet twal u qosra f'emittenti differenti bl-immudellar espliċitu tal-pożizzjonijiet twal u qosra totali fl-istrumenti differenti, inkluż l-immudellar ta' riskji bażi bejn l-emittenti differenti.

3.L-istituzzjonijiet għandhom ikopru fil-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza tagħhom ir-riskji materjali li jistgħu jseħħu matul l-intervall bejn il-maturità tal-ħeġġ u l-perjodu ta' żmien ta' sena kif ukoll il-potenzjal għal riskji ta' bażi sinifikanti fl-istrateġiji tal-iħħeġġjar skont il-prodott, il-prijorità fl-istruttura kapitali, il-klassifikazzjoni interna jew esterna, il-maturità, il-kumulu (vintage) u differenzi oħrajn fl-istrumenti tagħhom. L-istituzzjonijiet għandhom jirrikonoxxu ħeġġ biss sakemm dan ikun jista' jinżamm anki waqt li d-debitur javviċina avveniment ta' kreditu jew avveniment ieħor.

Artikolu 325bq
Rekwiżiti partikolari għall-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza

1.Il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza msemmi fl-Artikolu 325bn(1) għandu jkun kapaċi jimmudella l-inadempjenza ta' emittenti individwali kif ukoll l-inadempjenza simultanja ta' emittenti multipli u jikkunsidra l-impatt ta' dawk l-inadempjenzi fil-valuri tas-suq tal-pożizzjonijiet inklużi fl-ambitu ta' dak il-mudell. Għal dak il-għan, l-inadempjenza ta' kull emittent individwali għandha tiġi mmudellata bl-użu ta' mill-inqas żewġ tipi ta' fatturi ta' riskju sistematiku u mill-inqas fattur ta' riskju idjosinkratiku wieħed.

2.Il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza għandu jirrifletti ċ-ċiklu ekonomiku, inkluż id-dipendenza bejn ir-rati ta' rkupru u l-fatturi ta' riskju sistematiku msemmi fil-paragrafu 1.

3.Il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza għandu jirrifletti l-impatt nonlineari ta' opzjonijiet u pożizzjonijiet oħra b'imġiba nonlineari materjali fir-rigward tal-bidliet fil-prezzijiet. L-istituzzjonijiet għandhom jagħtu kunsiderazzjoni xierqa lill-ammont ta' riskju tal-mudell inerenti fil-valutazzjoni u l-istima tar-riskji tal-prezzijiet assoċjati ma' dawk il-prodotti.

4.Il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza għandu jkun ibbażat fuq dejta li tkun oġġettiva u aġġornata.

5.Biex tiġi ssimulata l-inadempjenza tal-emittenti fil-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza, l-istimi tal-istituzzjoni tal-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)il-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandu jkollhom minimu ta' 0,03 %;

(b)il-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandhom ikunu bbażati fuq perjodu ta' żmien ta' sena, sakemm mhux iddikjarat mod ieħor f'din it-Taqsima;

(c)il-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandhom jitkejlu bl-użu, waħdu jew f'kombinament ma' prezzijiet tas-suq attwali, tad-dejta dwar l-inadempjenza minn perjodu ta' żmien storiku ta' mill-inqas ħames snin; il-probabbiltajiet ta' inadempjenza m'għandhomx ikunu implikati biss mill-prezzijiet tas-suq attwali. 

(d)istituzzjoni li tkun ingħatat il-permess li tistma l-probabbiltajiet ta' inadempjenza skont it-Taqsima 1, il-Kapitolu 3, it-Titolu II, il-Parti 3, għandha tuża l-metodoloġija stabbilita fit-Taqsima 1, il-Kapitolu 3, it-Titolu II, il-Parti 3 biex tikkalkula l-probabbiltajiet ta' inadempjenza;

(e)istituzzjoni li ma tkunx ingħatat il-permess li tistma l-probabbiltajiet ta' inadempjenza skont it-Taqsima 1, il-Kapitolu 3, it-Titolu II, il-Parti 3, għandha tiżviluppa metodoloġija interna jew tuża sorsi esterni biex tistma l-probabbiltajiet ta' inadempjenza. Fiż-żewġ sitwazzjonijiet, l-istimi tal-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandhom ikunu konsistenti mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu.

6.Biex tiġi ssimulata l-inadempjenza tal-emittenti fil-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza, l-istimi tal-istituzzjoni tat-telf fil-każ ta' inadempjenza għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)l-istimi tat-telf fil-każ ta' inadempjenza għandhom minimu ta' 0 %;

(b)l-istimi tat-telf fil-każ ta' inadempjenza għandhom jirriflettu s-superjorità ta' kull pożizzjoni;

(c)istituzzjoni li tkun ingħatat il-permess li tistma telf fil-każ ta' inadempjenza skont it-Taqsima 1, il-Kapitolu 3, it-Titolu II, il-Parti 3, għandha tuża l-metodoloġija stabbilita fit-Taqsima 1, il-Kapitolu 3, it-Titolu II, il-Parti 3 biex tikkalkula stimi ta' telf fil-każ ta' inadempjenza;

(d)istituzzjoni li ma tkunx ingħatat il-permess li tistma telf fil-każ ta' inadempjenza skont it-Taqsima 1, il-Kapitolu 3, it-Titolu II, il-Parti 3, għandha tiżviluppa metodoloġija interna jew tuża sorsi esterni biex tistma l-probabbiltajiet ta' inadempjenza. Fiż-żewġ sitwazzjonijiet, l-istimi ta' telf fil-każ ta' inadempjenza għandu jkun konsistenti mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu.

7. Bħala parti mill-analiżi u l-validazzjoni indipendenti tal-mudelli interni tagħha użati għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, inkluż is-sistema tal-kalkolu tar-riskji, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu dan kollu li ġej:

(a)    jivverifikaw li l-approċċ tal-immudellar tagħhom għall-korrelazzjonijiet u l-bidliet fil-prezzijiet ikun xieraq għall-portafoll tagħhom, inklużi l-għażla u l-piżijiet tal-fatturi sistematiċi tar-riskju tal-mudell;

(b)    iwettqu varjetà ta' testijiet għal stress, fosthom analiżi tas-sensittività u analiżi tax-xenarji, sabiex tiġi vvalutata r-raġonevolezza kwalitattiva u kwantitattiva tal-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza, b'mod partikolari fir-rigward tat-trattament tal-konċentrazzjonijiet. Dawk it-testijiet ma għandhomx ikunu limitati għall-firxa ta' avvenimenti passati esperjenzati;

(c)    tapplika validazzjoni kwantitattiva xierqa li tinkludi punti ta' riferiment interni rilevanti ta' mmudellar.

8.Il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza għandu jirrifletti kif xieraq il-konċentrazzjonijiet tal-emittent u l-konċentrazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu fi ħdan u bejn klassijiet ta' prodotti taħt kundizzjonijiet ta' stress.

9.Il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza għandu jkun konsistenti mal-metodoloġiji interni tal-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni għall-identifikazzjoni, il-kalkolu u l-ġestjoni tar-riskji tan-negozju.

10.L-istituzzjonijiet għandu jkollhom politiki u proċeduri definiti b'mod ċar biex jiddeterminaw is-suppożizzjonijiet ta' korrelazzjoni tal-inadempjenza bejn emittenti differenti skont l-Artikolu 325bo(2).

11.L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw il-mudelli interni tagħhom sabiex il-korrelazzjoni u suppożizzjonijiet oħra tal-immudellar ikunu trasparenti għall-awtoritajiet kompetenti.

12.L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika r-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-metodoloġija interna ta' istituzzjoni jew sorsi esterni biex jiġu stmati l-probabbiltajiet ta' inadempjenza u t-telf fil-każ ta' inadempjenza skont il-punt (e) tal-paragrafu 5 u l-punt (d) tal-paragrafu 6.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [15-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.".

(85)Fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, it-Titolu tal-Kapitolu 2 jinbidel b'dan li ġej:

"Kapitolu 2
Rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji ta' pożizzjonijiet taħt l-approċċ standardizzat issimplifikat".

(86)Fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, it-Titolu tal-Kapitolu 3 jinbidel b'dan li ġej:

"Kapitolu 3
Rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kambju taħt l-approċċ standardizzat issimplifikat".

(87)Fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, it-Titolu tal-Kapitolu 4 jinbidel b'dan li ġej:

"Kapitolu 4
Rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji ta' komoditajiet taħt l-approċċ standardizzat issimplifikat".

(88)Fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, it-Titolu tal-Kapitolu 5 jinbidel b'dan li ġej:

"Kapitolu 5
Rekwiżiti ta' fondi proprji bl-użu tal-approċċ ta' mudelli interni ssimplifikati".

(89)Il-parti introduttorja fl-Artikolu 384(1) tinbidel b'dan li ġej:

" 1. Istituzzjoni li ma tikkalkulax ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA għall-kontropartijiet tagħha skont l-Artikolu 383 għandha tikkalkula rekwiżiti ta' fondi proprji ta' portafoll għar-riskju ta' CVA għal kull kontroparti skont il-formula li ġejja, billi tikkunsidra l-ħeġġijiet ta' CVA li huma eliġibbli skont l-Artikolu 386:"

(90)Id-definizzjoni ta' EADitotal fl-Artikolu 384(1) tinbidel b'dan li ġej:

" EADitotal = il-valur totali ta' skopertura għar-riskju tal-kreditu ta' kontroparti 'i' (magħduda għas-settijiet ta' netting) inkluż l-effett ta' kollateral skont il-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 tat-Titolu II, il-Kapitolu 6 kif applikabbli għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti għal dik il-kontroparti."

(91)L-Artikolu 390 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 390
Kalkolu tal-valur tal-iskopertura

1.L-iskoperturi għal grupp ta' klijenti konnessi għandhom jiġu kkalkulati billi jingħaddu l-iskoperturi għall-klijenti individwali f'dak il-grupp.

2.L-iskoperturi kumplessivi għall-klijenti individwali għandhom jiġu kkalkulati billi jingħaddu l-iskoperturi tal-portafoll tan-negozjar u dawk tal-portafoll mhux tan-negozjar.

3.Għal skoperturi fil-portafoll tan-negozjar l-istituzzjonijiet jistgħu:

(a)ipaċu l-pożizzjonijiet twal u l-pożizzjonijiet qosra tagħhom fl-istess strumenti finanzjarji maħruġa minn klijent partikolari bil-pożizzjoni netta f'kull strument differenti tiġi kkalkulata skont il-metodi stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 2;

(b)ipaċu l-pożizzjonijiet twal u l-pożizzjonijiet qosra tagħhom fi strumenti finanzjarji differenti maħruġa minn klijent partikolari iżda biss meta l-pożizzjoni qasira tkun subordinata għall-pożizzjoni twila jew il-pożizzjonijiet ikunu tal-istess superjorità.

Għall-finijiet tal-punt (a) u (b), it-titoli jistgħu jiġu allokati f'buckets ibbażati fuq gradi differenti ta' superjorità sabiex tiġi ddeterminata s-superjorità relattiva tal-pożizzjonijiet.

4.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-iskoperturi li jirriżultaw mill-kuntratti msemmija fl-Anness II u mid-derivattivi ta' kreditu li jkunu daħlu fihom direttament ma' klijent skont wieħed mill-metodi stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 6, it-Taqsima 3 sat-Taqsima 5, kif applikabbli.

L-iskoperturi li jirriżultaw minn dawn il-kuntratti allokati għall-portafoll tan-negozjar għandhom jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 299.

5.L-istituzzjonijiet għandhom iżidu mal-iskoperturi għal klijent skoperturi li jirriżultaw minn kuntratti msemmija fl-Anness II u minn derivattivi ta' kreditu li ma jkunux daħlu fihom b'mod dirett ma' klijent iżda jkunu sottostanti għal strument ta' dejn jew ta' ekwità maħruġ minn dak il-klijent.

6.L-iskoperturi ma għandhom jinkludu l-ebda minn dawn li ġejjin:

(a)fil-każ ta' tranżazzjonijiet tal-kambju, skoperturi li jsiru matul il-perkors ordinarju ta' saldu matul il-jumejn ta' xogħol ta' wara l-pagament;

(b)fil-każ ta' tranżazzjonijiet għall-iskopijiet ta' xiri jew bejgħ ta' titoli, skoperturi involuti fil-perkors ordinarju ta' saldu matul il-ħamest ijiem tax-xogħol wara l-pagament jew il-wasla tat-titoli, skont liema minnhom ikun l-iktar kmieni;

(c)fil-każ tal-provvediment ta' trasmissjoni ta' flus fosthom l-eżekuzzjoni ta' servizzi ta' ħlas, l-ikklerjar u s-saldu fi kwalunkwe munita u kklerjar korrispondenti ta' strumenti bankarji jew finanzjarji, is-servizzi ta' saldu jew ta' kustodja lill-klijenti, riċevuti ttardjati fl-iffinanzjar u skoperturi oħra li jirriżultaw mill-attività tal-klijenti li ma jdumux iktar mill-jum ta' xogħol li jkun imiss;

(d)fil-każ tal-provvediment ta' trasmissjoni ta' flus li jinkludi l-eżekuzzjoni ta' servizzi ta' ħlas, l-ikklerjar u s-saldu fi kwalunkwe munita u servizzi bankarji korrispondenti, l-iskoperturi ta' dakinhar stess għall-istituzzjonijiet li jipprovdu dawk is-servizzi;

(e)l-iskoperturi mnaqqsa mill-elementi tas-CET 1 jew mill-elementi tal-Grad 1 Addizzjonali skont l-Artikoli 36 u 56 jew kwalunkwe tnaqqis ieħor minn dawk il-elementi li jnaqqas il-proporzjon tas-solvenza divulgat skont l-Artikolu 437.

7.Biex tiġi determinata l-iskopertura ġenerali lil klijent jew grupp ta' klijenti konnessi, fir-rigward ta' klijenti li għalihom l-istituzzjoni jkollha skoperturi permezz tat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punti (m) u (o) tal-Artikolu 112 jew permezz ta' tranżazzjonijiet oħrajn fejn ikun hemm skopertura għal assi sottostanti, l-istituzzjoni għandha tivvaluta l-iskoperturi sottostanti tagħha b'kont meħud tas-sustanza ekonomika tal-istruttura tat-tranżazzjoni u r-riskji inerenti fl-istruttura tat-tranżazzjoni nfisha, sabiex jiġi determinat jekk din tikkostitwixxix skopertura addizzjonali.

8.L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a)il-kundizzjonijiet u l-metodoloġiji li għandhom jiġu użati sabiex tiġi determinata l-iskopertura ġenerali għal klijent jew grupp ta' klijenti konnessi għat-tipi ta' skoperturi msemmija fil-paragrafu 7;

(b)il-kundizzjonijiet li taħthom l-istruttura tat-tranżazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 ma jikkostitwixxux skopertura addizzjonali.

L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

9.L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika, għall-finijiet tal-paragrafu 5, kif jiġu ddeterminati l-iskoperturi li jirriżultaw minn kuntratti msemmija fl-Anness II u minn derivattivi ta' kreditu li ma jkunux daħlu fihom b'mod dirett ma' klijent iżda jkunu sottostanti għal strument ta' dejn jew ta' ekwità maħruġ minn dak il-klijent għall-inklużjoni tagħhom fl-iskoperturi għall-klijent.

L-EBA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [9 xhur wara d-dħul fis-seħħ].

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.".

(92)Fl-Artikolu 391, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"Għall-finijiet tal-ewwel paragrafu, il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, deċiżjoni dwar jekk pajjiż terz japplikax rekwiżiti superviżorji u regolatorji prudenzjali li tal-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 464(2).".

(93)L-Artikolu 392 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 392
Definizzjoni ta' skopertura kbira

L-iskopertura ta' istituzzjoni għal klijent jew grupp ta' klijenti konnessi għandha tiġi kkunsidrata bħala skopertura kbira meta l-valur tagħha jkun daqs jew jaqbeż l-10 % tal-kapital tal-Grad 1 tagħha.".

(94)L-Artikolu 394 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 394
Rekwiżiti ta' rappurtar

1.L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom din l-informazzjoni li ġejja għal kull skopertura kbira li jżommu, inklużi skoperturi kbar eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1):

(a)    l-identità tal-klijent jew tal-grupp ta' klijenti konnessi li għalihom l-istituzzjoni għandha skopertura kbira;

(b)    il-valur tal-iskopertura qabel ma jittieħed kont tal-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu, meta applikabbli;

(c)    fejn tintuża, it-tip ta' protezzjoni tal-kreditu ffinanzjata jew mhux iffinanzjata;

(d)il-valur tal-iskopertura, wara li jitqies l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu kkalkulat għall-finijiet tal-Artikolu 395(1), fejn applikabbli.

L-istituzzjonijiet suġġetti għall-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3 għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom l-akbar 20 skopertura tagħhom fuq bażi kkonsolidata, bl-esklużjoni tal-iskoperturi eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1).

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom l-iskoperturi ta' valur akbar minn jew daqs EUR 300 miljun iżda inqas minn 10 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni.

2.Flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fir-rigward tal-akbar 10 skoperturi tagħhom fuq bażi kkonsolidata għal istituzzjonijiet u entitajiet bankarji paralleli li jwettqu attivitajiet bankarji barra minn qafas regolat, inklużi l-iskoperturi kbar eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1):

(a)l-identità tal-klijent jew tal-grupp ta' klijenti konnessi li għalihom istituzzjoni għandha skopertura kbira;

(b)    il-valur tal-iskopertura qabel ma jittieħed kont tal-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu, meta applikabbli;

(c)    fejn tintuża, it-tip ta' protezzjoni tal-kreditu ffinanzjata jew mhux iffinanzjata;

(d)    il-valur tal-iskopertura wara li jitqies l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu kkalkulat għall-finijiet tal-Artikolu 395(1), fejn applikabbli.

3.L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi rrappurtata lill-awtoritajiet kompetenti bil-frekwenza li ġejja:

(a)istituzzjonijiet żgħar kif definiti fl-Artikolu 430a għandhom jirrappurtaw fuq bażi annwali;

(b)suġġett għall-paragrafu 4, istituzzjonijiet oħra għandhom jirrappurtaw fuq bażi semi-annwali jew iktar frekwenti.

4.L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a)il-formati uniformi għar-rappurtar imsemmi fil-paragrafu 3 u l-istruzzjonijiet għall-użu ta' dawk il-formati;

(b)il-frekwenzi u d-dati tar-rappurtar imsemmi fil-paragrafu 3;

(c)is-soluzzjonijiet tal-IT li għandhom jiġu applikati għar-rappurtar imsemmi fil-paragrafu 3.

Ir-rekwiżiti ta' rappurtar speċifikati fl-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi għandhom ikunu proporzjonali, wara li jiġu kkunsidrati d-daqs u l-kumplessità tal-istituzzjonijiet u n-natura u l-livell ta' riskju tal-attivitajiet tagħhom.

Tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi tal-implimentazzjoni msemmija fl-ewwel Paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

5.L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji għall-identifikazzjoni ta' entitajiet bankarji paralleli msemmija fil-paragrafu 2.

Fl-iżvilupp ta' dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji, l-EBA għandha tqis l-iżviluppi internazzjonali u l-istandards maqbula internazzjonalment dwar sistema bankarja parallela u għandha tqis jekk:

(a)ir-relazzjoni ma' entità individwali jew grupp ta' entitajiet jista' jkollha riskji għas-solvenza jew il-pożizzjoni ta' likwidità tal-istituzzjoni;

(b)l-entitajiet li huma suġġetti għar-rekwiżiti ta' solvenza jew likwidità simili għal dawk imposti minn din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 għandhom ikunu totalment jew parzjalment esklużi mill-obbligi tar-rappurtar imsemmija fil-paragrafu 2 dwar entitajiet bankarji paralleli.

L-EBA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [sena wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament Emendatorju].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.".

(95)L-Artikolu 395 huwa emendat kif ġej:

(a)Il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"1. Istituzzjoni m'għandhiex iġġarrab skopertura, wara li jiġi kkunsidrat l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu skont l-Artikoli 399 sa 403, għal klijent jew grupp ta' klijenti konnessi li l-valur tagħhom jaqbeż il-25 % tal-kapital tal-Grad 1 tagħha. Fejn dak il-klijent ikun istituzzjoni jew fejn grupp ta' klijenti konnessi jinkludi istituzzjoni waħda jew iktar, dak il-valur ma għandux jaqbeż il-25 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni jew EUR 150 miljun, liema minnhom ikun l-ogħla, bil-kundizzjoni li s-somma tal-valuri tal-iskopertura, wara li jiġi kkunsidrat l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu skont l-Artikoli 399 sa 403, għall-klijenti konnessi kollha li mhumiex istituzzjonijiet ma tkunx taqbeż il-25 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni.

Fejn l-ammont ta' EUR 150 miljun ikun ogħla mill-25 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni, il-valur tal-iskopertura, wara li jkun ġie kkunsidrat l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu skont l-Artikoli 399 sa 403, ma għandux jaqbeż limitu raġonevoli f'termini tal-kapital tal-Grad 1 ta' dik l-istituzzjoni. Dak il-limitu għandu jiġi determinat mill-istituzzjoni skont il-politiki u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 81 tad-Direttiva 2013/36/UE, sabiex jiġi indirizzat u kkontrollat ir-riskju ta' konċentrazzjoni. Dak il-limitu ma għandux jaqbeż il-100 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistabbilixxu limitu iżgħar minn EUR 150 miljun u għandhom jinfurmaw b'dan lill-EBA u lill-Kummissjoni.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, istituzzjoni identifikata bħala G-SII skont l-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE m'għandhiex iġġarrab skopertura għal istituzzjoni oħra identifikata bħala G-SII li l-valur tagħha, wara li jiġi kkunsidrat l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu skont l-Artikoli 399 sa 403, jaqbeż il-15 % tal-kapital tal-Grad 1 tagħha. Istituzzjoni għandha tikkonforma ma' dan il-limitu mhux iktar tard minn f'perjodu ta' 12-il xahar sa minn meta tiġi identifikata bħala G-SII.".

(b)Il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

"5. Il-limiti stabbiliti f'dan l-Artikolu jistgħu jinqabżu għall-iskoperturi fuq il-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)l-iskopertura fuq il-portafoll mhux tan-negozjar għall-klijent jew il-grupp ta' klijenti konnessi inkwistjoni ma taqbiżx il-limitu stabbilit fil-paragrafu 1, fejn dan il-limitu jiġi kkalkulat b'referenza għall-kapital tal-Grad 1, sabiex l-eċċess jirriżulta kollu kemm hu fuq il-portafoll tan-negozjar;

(b)l-istituzzjoni tilħaq rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali fuq il-parti tal-iskopertura f'eċċess tal-limitu stabbilit fil-paragrafu 1 li hu kkalkulat skont l-Artikoli 397 u 398;

(c)meta jkunu għaddew għaxart ijiem jew inqas minn meta jkun seħħ l-eċċess imsemmi fil-punt (b), l-iskopertura fil-portafoll tan-negozjar għall-klijent jew grupp ta' klijenti konnessi inkwistjoni ma għandhiex taqbeż il-500 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni;

(d)kwalunkwe eċċess li jippersisti għal iktar minn għaxart ijiem ma għandux jaqbeż, b'mod aggregat, is-600 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni.

Kull darba li jinqabeż il-limitu, l-istituzzjoni għandha tirrapporta mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti l-ammont tal-eċċess u l-isem tal-klijent ikkonċernat u, fejn applikabbli, l-isem tal-grupp ta' klijenti konnessi kkonċernati.".

(96)L-Artikolu 396 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(I)l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Fejn ikun applikabbli l-ammont ta' EUR 150 miljun imsemmi fl-Artikolu 395(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq bażi ta' każ b'każ, jippermettu li jinqabeż il-limitu ta' 100 % f'termini tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni."

(II) jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Meta awtorità kompetenti, fil-każijiet eċċezzjonali msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu, tippermetti li istituzzjoni taqbeż il-limitu stabbilit fl-Artikolu 395(1) għal perjodu itwal minn 3 xhur, l-istituzzjoni għandha tippreżenta għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti pjan għar-ritorn f'waqtu għall-konformità ma' dak il-limitu u twettaq dak il-pjan fil-perjodu ta' żmien maqbul mal-awtorità kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjan u għandhom jesiġu r-ritorn għall-konformità iktar mgħaġġel jekk xieraq.".

(b)jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

"3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-EBA għandha toħroġ linji gwida li jispeċifikaw:

(a)il-każijiet eċċezzjonali li fihom l-awtorità kompetenti tista' tippermetti li jinqabeż il-limitu skont il-paragrafu 1;

(b)iż-żmien meqjus xieraq għar-ritorn għall-konformità;

(c)il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw ir-ritorn f'waqtu għall-konformità tal-istituzzjoni.

Dawn il-linji gwida għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.".

(1)Fl-Artikolu 397, il-Kolonna 1 tat-Tabella 1, it-terminu 'kapital eliġibbli' jinbidel bit-terminu 'kapital tal-Grad 1'.

(2)L-Artikolu 399 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"1. Istituzzjoni għandha tuża teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu fil-kalkolu ta' skopertura meta tkun użat din it-teknika biex tikkalkula r-rekwiżiti ta' kapital għar-riskju ta' kreditu skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II u sakemm tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

Għall-finijiet tal-Artikoli 400 sa 403, it-terminu 'garanzija' għandu jinkludi derivati tal-kreditu rikonoxxuti taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 4 għajr in-noti marbuta ma' kreditu.";

(b)Fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Meta istituzzjoni tuża l-approċċ standardizzat għall-finijiet tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu, il-punt (a) tal-Artikolu 194(3) m'għandux japplika għall-finijiet ta' dan il-paragrafu.".

(c)il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3. It-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu li huma disponibbli biss għall-istituzzjonijiet li jużaw wieħed mill-approċċi IRB ma għandhomx ikunu eliġibbli biex inaqqsu l-valuri tal-iskoperturi għal finijiet ta' skopertura kbira ħlief għal skoperturi assigurati bi proprjetajiet immobbli skont l-Artikolu 402.".

(3)L-Artikolu 400 huwa emendat kif ġej:

(a)l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(I)il-punt (j) jinbidel b'dan li ġej:

"(j) skoperturi kummerċjali u kontribuzzjonijiet għall-fond ta' inadempjenza għal kontropartijiet ċentrali kwalifikati;".

(II)jiżdied il-punt (l) li ġej:

"(l) L-assi materjali ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni tal-istrumenti u l-istrumenti ta' fondi proprji eliġibbli msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 45(3) tad-Direttiva 2014/59/UE maħruġa minn entitajiet oħra li jappartjenu għall-istess grupp ta' riżoluzzjoni.".

(b)fil-paragrafu 2, il-punt (k) huwa mħassar.

(c)fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-EBA dwar jekk għandhomx il-ħsieb jużaw xi waħda mill-eżenzjonijiet previsti fil-paragrafu 2 skont il-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu u jipprovdu lill-EBA bir-raġunijiet li jissostanzjaw l-użu ta' dawk l-eżenzjonijiet.".

(d)jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

"4. L-applikazzjoni simultanja ta' iktar minn eżenzjoni waħda stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għall-istess skopertura m'għandux ikun permess."

(4)L-Artikolu 401 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 401
Kalkolu tal-effett tal-użu ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu

1.Sabiex jiġi kkalkulat il-valur tal-iskoperturi għall-finijiet tal-Artikolu 395(1) istituzzjoni tista' tuża l-'valur tal-iskopertura kompletament aġġustat' (E*) kif ikkalkulat taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 4, billi tiġi kkunsidrata l-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu, l-aġġustamenti fil-volatilità, u kwalunkwe diskrepanza fil-maturità msemmija fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 4.

2.Għall-fini tal-ewwel paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju, irrispettivament mill-metodu użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu.

3.Fil-kalkolu tal-valur tal-iskoperturi għall-finijiet tal-Artikolu 395(1), l-istituzzjonijiet għandhom iwettqu testijiet perjodiċi tal-istress tal-konċentrazzjonijiet tar-riskju ta' kreditu tagħhom, inkluż fir-rigward tal-valur realizzabbli ta' kwalunkwe kollateral meħud.

Dawn it-testijiet perjodiċi għal stress imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jindirizzaw ir-riskji li jirriżultaw minn bidliet potenzjali fil-kundizzjonijiet tas-suq li jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv l-adegwatezza tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet u riskji li jirriżultaw mir-realizzazzjoni ta' kollateral f'sitwazzjonijiet ta' stress.

It-testijiet imwettqa għal stress għandhom ikunu adegwati u xierqa għall-valutazzjoni ta' dawk ir-riskji.

L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu dan li ġej fl-istrateġiji tagħhom biex jindirizzaw ir-riskju ta' konċentrazzjoni:

(a)politiki u proċeduri sabiex jindirizzaw riskji li jirriżultaw minn diskrepanzi fil-maturità bejn l-iskoperturi u kwalunkwe protezzjoni tal-kreditu fuq dawn l-iskoperturi;

(b)politiki u proċeduri relatati mar-riskju tal-konċentrazzjoni li jirriżulta mill-applikazzjoni tat-tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskji ta' kreditu u b'mod partikolari minn skoperturi kbar għall-kreditu indirett, pereżempju għal emittent uniku ta' titoli meħuda bħala kollateral.

4.Meta l-istituzzjoni tnaqqas skopertura għal klijent minħabba teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu eliġibbli skont l-Artikolu 399(1), din għandha tittratta l-parti tal-iskopertura li biha l-iskopertura għall-klijent tkun tnaqqset bħala li ġġarbet għall-fornitur tal-protezzjoni iktar milli għall-klijent.".

(5)Fl-Artikolu 403(1), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

"Meta skopertura għal klijent tkun garantita minn parti terza, jew garantita minn kollateral maħruġ minn parti terza, istituzzjoni għandha:".

(6)Fil-Parti Sitta, l-intestatura tat-Titolu I tinbidel b'dan li ġej:

" DEFINIZZJONIJIET U REKWIŻITI TAL-LIKWIDITÀ".

(7)L-Artikolu 411 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 411
Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din il-Parti, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(1) 'klijent finanzjarju' tfisser klijent, inkluż klijenti finanzjarji li jappartjenu għall-gruppi ta' kumpaniji mhux finanzjarji, li jwettaq attività waħda jew iktar minn dawk elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE bħala n-negozju ewlieni tiegħu jew huwa waħda minn dawn li ġejjin:

(a)istituzzjoni ta' kreditu;

(b)ditta tal-investiment;

(c)veikolu bi skop speċjali ta' titolizzazzjoni ('SSPE');

(d)impriża ta' investiment kollettiv ('CIU');

(e)skema ta' investiment limitat;

(f)impriża tal-assigurazzjoni;

(g)impriża tar-riassigurazzjoni;

(h)kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta;

(i)istituzzjoni finanzjarja;

(2) 'depożiti fil-livell ta' konsumatur' tfisser obbligazzjoni lejn persuna fiżika jew intrapriża żgħira jew ta' daqs medju ('SME'), fejn l-SME tkun tikkwalifika għall-klassi ta' skopertura fil-livell ta' konsumatur taħt l-approċċi standardizzati jew IRB għar-riskju tal-kreditu, jew obbligazzjoni lejn kumpanija li hija eliġibbli għat-trattament stipulat fl-Artikolu 153(4), u fejn id-depożiti aggregati minn dik l-SME jew kumpanija fuq il-bażi ta' grupp ta' klijenti konnessi kif definit fil-punt (39) tal-Artikolu 4(1) ma jkunux jaqbżu l-EUR 1 miljun;

(3) 'kumpanija ta' investiment personali' ('PIC') tfisser impriża jew fond li s-sid tiegħu jew is-sid benefiċjarju tagħhom ikun persuna fiżika jew grupp ta' persuni fiżiċi li jiġu minn xulxin mill-qrib li twaqqfu bl-għan uniku ta' ġestjoni tal-ġid tas-sidien u li ma jwettqu ebda attività kummerċjali, industrijali jew professjonali oħra. L-għan tal-PIC jista' jinkludi attivitajiet anċillari oħrajn bħal segregazzjoni tal-assi tas-sidien mill-assi korporattivi, tħaffif tat-trażmissjoni tal-assi f'familja jew il-prevenzjoni ta' qsim fl-assi wara l-mewt ta' membru tal-familja, diment li dawk l-attivitajiet ikunu marbutin mal-għan prinċipali tal-ġestjoni tal-ġid tas-sidien;

(4) 'sensar għad-depożiti' tfisser persuna fiżika jew impriża li tqiegħed id-depożiti minn partijiet terzi, inkluż depożiti fil-livell ta' konsumatur u depożiti ta' kumpaniji iżda bl-esklużjoni tad-depożiti minn istituzzjonijiet finanzjarji, ma' istituzzjonijiet tal-kreditu bi skambju għal ħlas;

(5) 'assi mhux gravati' tfisser assi li mhumiex suġġetti għal xi restrizzjoni legali, kuntrattwali, regolatorja jew xi restrizzjoni oħra li tipprevjeni lill-istituzzjoni milli tillikwida, tbigħ, tittrasferixxi, tassenja jew, b'mod ġenerali, teħles minn dawk l-assi permezz ta' bejgħ dirett attiv jew ftehim ta' riakkwist;

(6) 'sovrakollateralizzazzjoni mhux obbligatorja' tfisser kwalunkwe ammont ta' assi li l-istituzzjoni mhix obbligata torbot mal-ħruġ ta' bond kopert bis-saħħa ta' rekwiżiti legali jew regolatorji, impenji kuntrattwali jew għal raġunijiet ta' dixxiplina tas-suq, inkluż b'mod partikolari fejn:

(a)l-assi huma pprovduti f'eċċess tar-rekwiżit ta' sovrakollateralizzazzjoni minimu legali, statutorju jew regolatorju applikabbli għall-bonds koperti skont il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru jew pajjiż terz;

(b)skont il-metodoloġija tal-ECAI nominata, l-assi mhumiex meħtieġa għall-bonds koperti biex tinżamm il-valutazzjoni ta' kreditu attwali;

(c)l-assi mhumiex meħtieġa għall-finijiet tat-tisħiħ tal-kreditu materjali;

(7) 'rekwiżit ta' kopertura tal-assi' tfisser il-proporzjon tal-assi meta mqabblin mar-responsabbiltajiet kif iddeterminat skont il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru jew pajjiż terz għall-finijiet ta' titjib tal-kreditu b'rabta mal-bonds koperti;

(8) 'self ta' marġini' tfisser self kollateralizzat estiż lill-klijenti biex jieħdu pożizzjonijiet ta' nnegozjar ingranati;

(9) 'kuntratti tad-derivattivi' tfisser il-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u d-derivattivi tal-kreditu;

(10) 'stress' tfisser deterjorament f'daqqa jew gravi fil-pożizzjoni ta' solvenza jew ta' likwidità ta' istituzzjoni minħabba bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq jew fatturi idjosinkratiċi li b'riżultat tagħhom ikun hemm riskju sinifikanti li l-istituzzjoni ma tibqax kapaċi twettaq l-impenji tagħha meta jkunu dovuti fit-30 jum kalendarju li jkun imiss;

(11) 'assi tal-Livell 1' tfisser assi ta' likwidità u kwalità ta' kreditu għoljin ħafna kif inhu msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 416(1);

(12)    'assi tal-Livell 2' tfisser assi ta' likwidità u kwalità ta' kreditu għoljin ħafna kif inhu msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 416(1) ta' dan ir-Regolament. L-assi tal-Livell 2 jerġgħu jinqasmu f'assi tal-livell 2A u 2B skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61;

(13) 'marġini ta' likwidità' tfisser l-ammont ta' assi tal-Livell 1 u tal-Livell 2 li istituzzjoni jkollha skont it-Titolu II tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61;

(14) 'fluss ta' ħruġ nett tal-likwidità' tfisser l-ammont li jirriżulta mit-tnaqqis tal-flussi ta' dħul tal-likwidità ta' istituzzjoni mill-flussi ta' ħruġ tal-likwidità tagħha;

(15)    'munita tar-rappurtar' tfisser il-munita li fiha l-elementi ta' likwidità msemmija fit-Titoli II, III u IV ta' din il-Parti għandhom jiġu rrappurtati lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 415(1).".

(8)L-Artikolu 412 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

"2. L-istituzzjonijiet ma għandhomx jgħoddu għal darbtejn il-flus ta' ħruġ tal-likwidità, il-flussi ta' dħul tal-likwidità u l-assi likwidi.".

(b)il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

"4. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu II għandhom japplikaw b'mod esklussiv għall-finijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-obbligi ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 415 għad-ditti ta' investiment għajr id-ditti ta' investiment sistemiċi.".

(c)għandu jiddaħħal il-paragrafu 4a ġdid li ġej:

"4a. L-att ta' delega msemmi fl-Artikolu 460 għandu japplika għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment sistemiċi.".

(9)L-Artikolu 413 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 413
Rekwiżit ta' finanzjament stabbli

1.L-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l-obbligi fuq perjodu fit-tul jiġu sodisfatti b'mod adegwat b'varjetà ta' strumenti ta' finanzjament stabbli kemm taħt kundizzjonijiet normali kif ukoll taħt kundizzjonijiet ta' stress.

2.Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu III għandhom japplikaw b'mod esklussiv għall-fini tal-ispeċifikazzjoni tal-obbligi ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 415 għad-ditti ta' investiment għajr id-ditti ta' investiment sistemiċi u għall-istituzzjonijiet kollha sakemm l-obbligi ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 415 għall-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett stabbilit fit-Titolu IV ġew speċifikati u introdotti fl-Unjoni.

3.Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu IV għandhom japplikaw għall-fini tal-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżit ta' finanzjament stabbli stabbilit fil-paragrafu 1 u l-obbligi ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 415 għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment sistemiċi.

4.L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali fil-qasam ta' rekwiżiti ta' finanzjament stabbli qabel ma jsiru applikabbli standards minimi vinkolanti għar-rekwiżiti ta' finanzjament stabbli nett stabbiliti fil-paragrafu 1.

(10)L-Artikolu 414 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 414
Konformità mar-rekwiżiti tal-likwidità

Istituzzjoni li ma tissodisfax, jew tistenna li mhux ser tissodisfa, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 412 jew fl-Artikolu 413(1), inkluż matul żmien ta' stress, għandha tinforma mmedjatament lill-awtoritajiet kompetenti dwar dan u għandha tippreżenta mingħajr dewmien bla bżonn lill-awtoritajiet kompetenti, pjan biex terġa' sseħħ fil-waqt il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 412 jew l-Artikolu 413(1), kif xieraq. Sakemm terġa' tiġi stabbilita l-konformità, l-istituzzjoni għandha kuljum tirrapporta l-elementi msemmija fit-Titolu II, III jew IV, kif adatt, kuljum mhux iktar tard minn tmiem il-jum sakemm l-awtorità kompetenti ma tawtorizzax frekwenza inqas ta' rappurtar u skadenza itwal ta' rappurtar. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu biss dawk l-awtorizzazzjonijiet abbażi tas-sitwazzjoni individwali ta' istituzzjoni u b'kont meħud tal-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-pjan ta' stabbiliment mill-ġdid u jekk ikun meħtieġ għandhom jesiġu stabbiliment mill-ġdid iktar mgħaġġel.".

(11)Fl-Artikolu 415, il-paragrafi 1, 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej:

"1. L-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment sistemiċi għandhom jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti l-elementi msemmija fit-Titolu IV f'munita waħda li għandha tkun il-munita tal-Istat Membru fejn ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali tagħhom, irrispettivament mid-denominazzjoni attwali ta' dawk l-elementi. Sakemm l-obbligi ta' rappurtar u l-format tar-rappurtar għall-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett stabbilit fit-Titolu IV ikunu ġew speċifikati u introdotti fl-Unjoni, l-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment sistemiċi għandhom jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti l-elementi msemmija fit-Titolu III f'munita waħda li għandha tkun il-munita tal-Istat Membru fejn ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali tagħhom, irrispettivament mid-denominazzjoni attwali ta' dawk l-elementi.

Id-ditti ta' investiment għajr id-ditti ta' investiment sistemiċi għandhom jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti l-elementi msemmija fit-Titoli II u III u fl-Anness III u l-komponenti tagħhom, inkluż il-kompożizzjoni tal-assi likwidi tagħhom skont l-Artikolu 416, f'munita waħda li għandha tkun il-munita tal-Istat Membru fejn ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali tagħhom, irrispettivament mid-denominazzjoni attwali ta' dawk l-elementi.

Il-frekwenza tar-rappurtar għandha tkun mill-inqas darba fix-xahar għall-elementi msemmijin fit-Titolu II u l-Anness III u mill-inqas kull tliet xhur għall-elementi msemmija fit-Titoli III u IV.

2. Istituzzjoni għandha tirrapporta b'mod separat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, fil-munita tar-rappurtar, l-elementi msemmija fit-Titoli II, III, IV u fl-Anness III kif xieraq iddenominati fil-muniti ddetereminati skont dawn li ġejjin:

(a)meta l-istituzzjoni jkollha obbligazzjonijiet aggregati ddenominati f'munita differenti mill-munita ta' rappurtar li jammontaw għal jew jeċċedu l-5 % tal-obbligazzjonijiet totali tal-istituzzjoni jew tas-sottogrupp ta' likwidità waħdieni, bl-esklużjoni tal-kapital regolatorju u tal-elementi barra l-karta bilanċjali;

(b)meta l-istituzzjoni jkollha fergħa sinifikanti kif imsemmi l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2013/36/UE fi Stat Membru ospitanti li juża munita differenti mill-munita ta' rappurtar;

(c)fil-munita ta' rappurtar, meta l-ammont aggregat tal-obbligazzjonijiet f'muniti differenti mill-munita ta' rappurtar jammonta għal jew jeċċedu l-5 % tal-obbligazzjonijiet totali tal-istituzzjoni jew tas-sottogrupp ta' likwidità waħdieni, bl-esklużjoni tal-kapital regolatorju u tal-elementi barra l-karta bilanċjali.

3. L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a)formati uniformi ta' rappurtar u soluzzjonijiet tal-IT bi struzzjonijiet assoċjati għal frekwenzi u d-dati tar-referenza u ta' rimessa. Il-formati tar-rappurtar u l-frekwenzi għandhom ikunu proporzjonali man-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet differenti tal-istituzzjonijiet u għandhom jinkludu r-rappurtar meħtieġ skont il-paragrafi 1 u 2;

(b)metriċi addizzjonali għall-monitoraġġ tal-likwidità li huma meħtieġa sabiex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jiksbu idea komprensiva tal-profil tar-riskju tal-likwidità u li se jkunu proporzjonali man-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet ta' istituzzjoni.

L-EBA għandha tissottometti lill-Kummissjoni dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi għall-elementi speċifikati fil-punt (a) sa [sena wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament Emendatorju] u għall-elementi speċifikati fil-punt (b) sal-1 ta' Jannar 2014.

Sal-introduzzjoni sħiħa tar-rekwiżiti vinkolanti dwar il-likwidità, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkomplu jiġbru informazzjoni permezz ta' għodod ta' monitoraġġ sabiex tiġi mmonitorjata l-konformità mal-istandards tal-likwidità nazzjonali eżistenti.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.".

(12)L-Artikolu 416 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3. Skont il-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw dawk l-assi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin bħala assi likwidi:

(a) huma ħielsa minn kull irbit u jinsabu disponibbli fi ħdan aggregazzjonijiet ta' kollateral biex jintużaw għall-kisba ta' fondi addizzjonali taħt linji ta' kreditu disponibbli għall-istituzzjoni li jkunu impenjati iżda għad mhux iffinanzjati;

(b) ma jinħarġux mill-istituzzjoni nnifisha jew istituzzjonijiet prinċipali jew sussidjarji tagħha jew sussidjarja oħra tal-istituzzjonijiet prinċipali tagħha jew kumpannija holding finanzjarja prinċipali;

(c) ikun hemm qbil ġenerali bejn il-parteċipanti tas-suq dwar il-prezz tagħhom li jkun jista' faċilment jiġi osservat fis-suq, jew il-prezz tagħhom jista' jiġi determinat minn formula li tkun faċli biex tiġi kkalkulata bbażata fuq inputs pubblikament disponibbli u li ma tkunx tiddependi fuq suppożizzjonijiet solidi kif inhu tipikament il-każ għall-prodotti strutturati jew eżotiċi;

(d) huma kkwotati f'kambju rikonoxxut jew huma kummerċjabbli fuq bejgħ attiv dirett jew permezz ta' sempliċi ftehim ta' xiri mill-ġdid fi swieq ta' xiri mill-ġdid. Dawk il-kriterji jiġu vvalutati b'mod separat għal kull suq.

Il-kundizzjonijiet imsemmijin fil-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu m'għandhomx japplikaw għall-assi msemmija fil-punt(e) tal-paragrafu 1.".

(b)il-paragrafi 5 u 6 jinbidlu b'dan li ġej:

"5. L-ishma jew l-unitajiet fis-CIUs jistgħu jiġu ttrattati bħala assi likwidi sa ammont assolut ta' EUR 500 miljun fil-portafoll tal-assi likwidi ta' kull istituzzjoni bil-kundizzjoni li jintlaħqu r-rekwiżiti fl-Artikolu 132(3) u li s-CIU, minbarra d-derivati għall-mitigazzjoni tar-rata tal-imgħax jew tar-riskju tal-kreditu jew tal-valuta, tinvesti biss f'assi likwidi kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

L-użu jew l-użu potenzjali minn CIU ta' strumenti ta' derivati biex jiġu koperti r-riskji tal-investimenti permessi m'għandux iwaqqaf lil dik is-CIU milli tkun eliġibbli. Fejn il-valur tal-ishma jew tal-unitajiet tas-CIU mhux ipprezzat regolarment skont il-valur fis-suq mill-partijiet terzi msemmijin fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 418(4) u l-awtorità kompetenti ma tkunx sodisfatta li istituzzjoni tkun żviluppat metodoloġiji u proċessi robusti għal tali valutazzjoni kif imsemmi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 418(4), l-ishma jew l-unitajiet f'dik is-CIU m'għandhomx jiġu ttrattati bħala assi likwidi.

(c)6. Meta assi likwidu ma jibqax eliġibbli fl-istokk ta' assi likwidi, istituzzjoni xorta waħda tista' tkompli tqisu bħala assi likwidu għal perijodu addizzjonali ta' 30 ġurnata tal-kalendarju. Fejn assi likwidu f'CIU ma jibqax eliġibbli għat-trattament imsemmi fil-paragrafu 5, l-ishma jew l-unitajiet fis-CIU jistgħu madankollu jitqiesu bħala assi likwidu għal perijodu addizzjonali ta' 30 ġurnata dment li dawk l-assi ma jkunux iktar minn 10 % tal-assi ġenerali tas-CIU.".

(d)il-paragrafu 7 jitħassar.

(13)L-Artikolu 419 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

"2. Fejn il-ħtiġijiet ġustifikati għal assi likwidi fid-dawl tar-rekwiżit fl-Artikolu 412 ikunu jaqbżu d-disponibbiltà ta' dawk l-assi likwidi f'munita, għandha tapplika deroga waħda jew iktar minn dawn li ġejjin:

(a) b'deroga mill-punt (f) tal-Artikolu 417, id-denominazzjoni tal-assi likwidi tista' tkun inkonsistenti mad-distribuzzjoni skont il-munita tal-ħruġ tal-likwidità wara t-tnaqqis tad-dħul;

(b) għall-muniti ta' Stat Membru jew ta' pajjiżi terzi, l-assi likwidi meħtieġa jistgħu jiġu sostitwiti minn linji ta' kreditu mill-bank ċentrali ta' dak l-Istat Membru jew tal-pajjiż terz, li jkunu impenjati kuntrattwalment u b'mod irrevokabbli għat-30 ġurnata li jmiss u li jkunu pprezzati b'mod ġust, indipendentement mill-ammont attwalment miġbud, dment li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz jagħmlu l-istess u sakemm dak l-Istat Membru jew il-pajjiż terz ikollu fis-seħħ rekwiżiti ta' rappurtar komparabbli;

(c) meta jkun hemm defiċit ta' assi tal-Livell 1, jistgħu jinżammu assi addizzjonali tal-Livell 2A mill-istituzzjoni u kwalunkwe massimu applikabbli għal dawk l-assi skont l-Artikolu 17 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61 jista' jiġi emendat.".

(b)il-paragrafu 5 jinbidel b'li ġej:

"5. L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika d-derogi imsemmijin fil-paragrafu 2, inklużi l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tagħhom.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament emendatorju].

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.".

(14)L-Artikolu 422 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

"4. Is-servizzi ta' kklerjar, ta' kustodja jew ta' mmaniġġjar tal-flus jew servizzi oħra komparabbli msemmijin fil-punti (a) u (d) tal-paragrafu 3 għandhom ikopru biss dawk is-servizzi sakemm dawk is-servizzi jitwettqu fil-kuntest ta' relazzjoni stabbilita li fuqha d-depożitant ikollu dipendenza sostanzjali. Dawk is-servizzi ma għandhomx jikkonsistu sempliċiment minn servizzi bankarji korrispondenti jew ta' senserija primarja u l-istituzzjonijiet għandu jkollhom provi li l-klijent ma jistax jiġbed l-ammonti legalment dovuti fuq perjodu ta' 30 ġurnata mingħajr ma jikkomprometti l-funzjonament operattiv tagħha.

Fin-nuqqas ta' definizzjoni uniformi ta' relazzjoni operattiva stabbilita kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 3, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu huma stess il-kriterji sabiex jidentifikaw relazzjoni operattiva stabbilita skont liema jkollhom il-provi li l-klijent ma jistax jiġbed l-ammonti legalment dovuti fuq perijodu ta' 30 ġurnata mingħajr ma jikkomprometti l-funzjonament operattiv tagħha u għandhom jirrappurtaw dawk il-kriterji lill-awtoritajiet kompetenti. Fin-nuqqas ta' definizzjoni uniformi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprovdu gwida ġenerali li l-istituzzjonijiet għandhom isegwu sabiex jidentifikaw id-depożiti miżmuma mid-depożitant fil-kuntest ta' relazzjoni operattiva stabbilita.".

(b)il-paragrafu 8 jinbidel b'li ġej:

"8. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu l-permess sabiex jiġi applikat perċentwal iżgħar ta' fluss 'il barra fuq bażi każ b'każ, għall-obbligazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 7 meta jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)il-kontroparti tkun;

(I)istituzzjoni prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni jew sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali;

(II)marbut mal-istituzzjoni permezz ta' relazzjoni fis-sens tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE;

(III)istituzzjoni li taqa' fi ħdan l-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 113(7);

(IV)l-istituzzjoni ċentrali jew membru f'netwerk f'konformità mal-Artikolu 400(2)(d);

(b)ikun hemm raġunijiet għalfejn wieħed jistenna fluss 'l barra iktar baxx fuq it-30 ġurnata li jmiss anki f'xenarju kkombinat ta' stress idjosinkratiku u fis-suq kollu;

(c)b'deroga mill-Artikolu 425 il-kontroparti tapplika fluss 'il ġewwa simmetriku korrispondenti u iktar konservattiv;

(d)l-istituzzjoni u l-kontroparti huma stabbiliti fl-istess Stat Membru.".

(15)Fl-Artikolu 423, il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej:

"2. Istituzzjoni għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bil-kuntratti kollha li jkunu saru fejn il-kundizzjonijiet kuntrattwali tagħhom iwasslu, fi żmien 30 ġurnata, għal flussi 'l barra ta' likwidità jew ħtiġijiet addizzjonali ta' kollateral b'segwitu għal degradazzjoni materjali fil-kwalità tal-kreditu tagħha. Meta l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw dawk il-kuntratti materjali għall-flussi 'l barra potenzjali ta' likwidità tal-istituzzjoni, huma għandhom jeħtieġu li l-istituzzjoni żżid fluss 'il barra addizzjonali għal dawk il-kuntratti li għandu jikkorrispondi għall-ħtiġijiet kollaterali addizzjonali li jirriżultaw minn degradazzjoni materjali fil-kwalità tal-kreditu tagħha, bħal deklassament ta' tliet livelli fil-valutazzjoni tal-kreditu esterna tagħha. L-istituzzjoni għandha regolarment tirrevedi d-daqs ta' din id-degradazzjoni materjali fid-dawl ta' dak li hu rilevanti taħt il-kuntratti li tkun daħlet għalihom u għandha tinnotifika r-riżultat tar-reviżjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti.

3. L-istituzzjoni għandha żżid fluss 'il barra addizzjonali li għandha tikkorrispondi għall-ħtiġijiet kollaterali li jirriżultaw mill-impatt ta' xenarju negattiv tas-suq fuq it-tranżazzjonijiet ta' derivattivi tagħha jekk ikunu materjali.

L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw taħt liema kundizzjonijiet il-kunċett tal-materjalità jista' jiġi applikat u li jispeċifikaw il-metodi għall-kalkolu tal-fluss 'il barra addizzjonali.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament emendatorju].

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.".

(16)Fl-Artikolu 424, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

"4. L-ammont impenjat ta' faċilità ta' likwidità li jkun ġie pprovdut lil SSPE bil-għan li jippermetti lill-SSPE tixtri assi, għajr it-titoli, mingħand klijenti li mhumiex klijenti finanzjarji, jiġi mmultiplikat b'10 % sal-punt li l-ammont impenjat jaqbeż l-ammont ta' assi attwalment mixtrija mill-klijenti u li l-ammont massimu li jista' jiġi prelevat ikun kuntrattwalment limitat għall-ammont ta' assi attwalment mixtrija.".

(17)Fl-Artikolu 425(2), il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

"(c) is-self b'data ta' skadenza kuntrattwali indefinita jiġi kkunsidrat bi fluss ta' dħul ta' 20 %, diment li l-kuntratt jippermetti lill-istituzzjoni biex tirtira minn u titlob pagament fi żmien 30 jum;".

(18)Fil-Parti Sitta, it-Titolu IV ġdid li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 428 :

"TITOLU IV
IL-PROPORZJON TA' FINANZJAMENT STABBLI NETT

KAPITOLU 1
Il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett

Artikolu 428a
Applikazzjoni fuq bażi kkonsolidata

Meta l-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett stabbilit f'dan it-Titolu japplika fuq bażi kkonsolidata skont l-Artikolu 11(4), għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a)il-fatturi ta' ffinanzjar stabbli meħtieġ f'impriża sussidjarja li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f'pajjiż terz li, skont il-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz li jistabbilixxi r-rekwiżit ta' ffinanzjar stabbli nett, ikunu suġġetti għal perċentwali ogħla minn dawk speċifikati fil-Kapitolu 4 ta' dan it-Titolu, ikunu suġġetti għal konsolidazzjoni skont ir-rati ogħla speċifikati fil-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz;

(b)il-fatturi ta' ffinanzjar stabbli disponibbli f'impriża sussidjarja f'pajjiż terz li, skont il-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz li jistabbilixxi r-rekwiżit ta' ffinanzjar stabbli nett, ikunu suġġetti għal perċentwali iktar baxxi minn dawk speċifikati fil-Kapitolu 4 ta' dan it-Titolu, ikunu suġġetti għal konsolidazzjoni skont ir-rati iktar baxxi speċifikati fil-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz;

(c)l-assi ta' pajjiżi terzi li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fit-Titolu II tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61 u li jkunu miżmumin minn impriża sussidjarja li jkollha l-uffiċċju prinċipali f'pajjiż terz ma jkunux rikonoxxuti bħala assi likwidi għal finijiet ikkonsolidati meta dawn ma jikkwalifikawx bħala assi likwidi skont il-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz li jistabbilixxi r-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità;

(d)id-ditti tal-investiment għajr għad-ditti tal-investiment sistemiċi fil-grupp għandhom ikunu suġġetti għall-Artikolu 428b fuq bażi kkonsolidata u għall-Artikolu 413 għal finijiet kemm individwali kif ukoll ikkonsolidati. Ħlief kif speċifikat f'dan il-punt, id-ditti tal-investiment għajr id-ditti tal-investiment sistemiċi għandhom jibqgħu suġġetti għar-rekwiżit iddettaljat ta' ffinanzjar stabbli nett għad-ditti tal-investiment kif stabbilit fil-liġi nazzjonali ta' Stati Membri.

Artikolu 428b
Il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett

1.Ir-rekwiżit iddettaljat ta' ffinanzjar stabbli nett skont l-Artikolu 413(1) għandu jkun ugwali għall-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli disponibbli ta' istituzzjoni kif imsemmi fil-Kapitolu 3 ta' dan it-Titolu għall-iffinanzjar stabbli meħtieġ tal-istituzzjoni kif imsemmi fil-Kapitolu 4 ta' dan it-Titolu fuq perjodu ta' sena u għandu jiġi espress bħala perċentwali. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett tagħhom skont il-formula li ġejja:

2.L-istituzzjonijiet għandhom iżommu proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett ta' mill-inqas 100 %.

3.Meta f'kwalunkwe ħin il-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett ta' istituzzjoni jkun waqa' jew jista' raġonevolment ikun mistenni li se jaqa' taħt il-100 %, ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 414 għandu japplika. L-istituzzjoni għandu jkollha l-għan li tirrestawra l-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett tagħha għal-livell imsemmi fil-paragrafu 2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' konformità mal-livell imsemmi fil-paragrafu 2 qabel jieħdu, fejn ikun xieraq, kwalunkwe miżuri superviżorji.

4.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw u jimmonitorjaw il-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett tagħhom fil-munita ta' rappurtar għat-tranżazzjonijiet tagħhom kollha, irrispettivament mid-denominazzjoni tal-munita attwali tagħhom, u separatament għat-tranżazzjonijiet tagħhom iddenominati f'kull waħda mill-muniti suġġetti għal rappurtar separat skont l-Artikolu 415(2).

5.L-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li d-denominazzjoni tal-munita tal-obbligazzjonijiet tagħhom hija konsistenti mad-distribuzzjoni skont il-munita tal-assi tagħhom. Fejn xieraq, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jirrestrinġu l-ispariġġ bejn il-muniti billi jistabbilixxu limiti għall-proporzjon ta' finanzjament stabbli meħtieġ f'munita partikolari li jistgħu jintlaħqu mill-finanzjament stabbli disponibbli li mhuwiex denominat f'dik il-munita. Dik ir-restrizzjoni tista' tiġi applikata biss għal munita li tkun suġġetta għal rappurtar separat skont l-Artikolu 415(2).

Fid-determinazzjoni tal-livell ta' kwalunkwe restrizzjoni fuq spariġġ bejn il-muniti li tista' tiġi applikata skont dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw tal-inqas:

(a)jekk l-istituzzjoni għandhiex il-kapaċità tittrasferixxi l-finanzjament stabbli disponibbli minn munita waħda għal oħra u bejn ġurisdizzjonijiet u entitajiet legali fi ħdan il-grupp tagħha u taqleb il-muniti u tikseb fondi mis-swieq tal-kambju barrani matul il-perjodu ta' sena tal-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett;

(b)l-impatt ta' movimenti ħżiena fir-rata tal-kambju fuq pożizzjonijiet ta' spariġġ eżistenti u fuq l-effettività ta' kwalunkwe ħeġġ ta' skambju ta' muniti barranin li hemm fis-seħħ.

Kull restrizzjoni fuq l-ispariġġ bejn il-muniti, imposta skont dan l-Artikolu, għandha tikkostitwixxi rekwiżit ta' likwidità speċifiku kif msemmi fl-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE.

KAPITOLU 2
Ir-regoli ġenerali tal-kalkolu tal-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett

Artikolu 428c
Kalkolu tal-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett

1.Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan it-Titolu, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-assi, l-obbligazzjonijiet u l-elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ fuq bażi grossa.

2.Għall-fini tal-kalkolu tal-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett tagħhom, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli xieraq stabbiliti fil-Kapitoli 3 u 4 ta' dan it-Titolu għall-valur kontabilistiku tal-assi, l-obbligazzjonijiet u l-elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ tagħhom, sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan it-Titolu.

3.L-istituzzjonijiet ma għandhomx jgħoddu għal darbtejn il-finanzjament stabbli meħtieġ u l-finanzjament stabbli disponibbli.

Artikolu 428d
Kuntratti tad-derivattivi

1.L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu biex jikkalkulaw l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ għal kuntratti tad-derivattivi kif imsemmi fil-Kapitolu 4 ta' dan it-Titolu.

2.B'deroga mill-Artikolu 428c(1), l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-valur kontabilistiku ta' pożizzjonijiet derivattivi fuq bażi netta meta dawn il-pożizzjonijiet huma inklużi fl-istess sett tan-netting li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 295, 296 u 297. Meta dak ma jkunx il-każ, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-valur kontabilistiku ta' pożizzjonijiet derivattivi fuq bażi grossa u għandhom jittrattaw dawk il-pożizzjonijiet derivattivi bħala s-sett tan-netting tagħhom stess għall-finijiet tal-Kapitolu 4 ta' dan it-Titolu.

3.Għall-finijiet ta' dan it-Titolu, il-valur tas-suq ta' sett tan-netting ifisser is-somma tal-valuri tas-suq tat-tranżazzjonijiet kollha inklużi f'sett tan-netting.

4.Il-kuntratti derivattivi kollha msemmija fil-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 2 tal-Anness II li jinvolvu skambju sħiħ ta' ammonti prinċipali fl-istess data għandhom jiġu kkalkulati fuq bażi netta bejn il-muniti, inkluż għall-fini tar-rappurtar f'munita li tkun suġġetta għal rappurtar separat skont l-Artikolu 415(2), anke fejn dawk it-tranżazzjonijiet mhumiex inklużi fl-istess sett ta' netting li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 295, 296 u 297.

5.Il-flus li jiġu riċevuti bħala kollateral biex jimmitigaw l-iskopertura ta' pożizzjoni derivattiva għandhom jiġu trattati kif xieraq u m'għandhomx jiġu trattati bħala depożiti li japplika għalihom il-Kapitolu 3 ta' dan it-Titolu.

6.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu, bl-approvazzjoni tal-bank ċentrali rilevanti, li jneħħu l-impatt tal-kuntratti derivattivi fuq il-kalkolu tal-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett, inkluż permezz tad-determinazzjoni ta' fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ u ta' provvedimenti u telf, meta dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)dawk il-kuntratti għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur;

(b)il-kontroparti hija l-BĊE jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru;

(c)il-kuntratti tad-derivattivi jservu l-politika monetarja tal-BĊE jew tal-bank ċentrali ta' Stat Membru.

Meta sussidjarja li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f'pajjiż terz tibbenefika mir-rinunzja msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz li jistabbilixxi r-rekwiżit ta' ffinanzjar stabbli nett, dik ir-rinunzja mit-tneħħija msemmija fl-ewwel subparagrafu, dik ir-rinunzja kif speċifikata fil-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz għandha titqies għall-finijiet ta' konsolidazzjoni. Inkella, is-sussidjarja f'pajjiż terz ma tibbenefikax minn din it-tneħħija.

Artikolu 428e
Netting ta' tranżazzjonijiet ta' għoti b'self garantit u tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali

B'deroga mill-Artikolu 428c(1), l-assi u l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet ta' għoti b'self garantit u tranżazzjonijiet immotivati ​​mis-suq kapitali kif definiti fl-Artikolu 192(2) u (3) ma' kontroparti waħda għandhom jiġu kkalkulati fuq bażi netta, sakemm dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet jirrispettaw il-kundizzjonijiet tan-netting stabbiliti fl-Artikolu 429b(4).

Artikolu 428f
Assi u obbligazzjonijiet interdipendenti

1.Suġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti, istituzzjoni tista' tikkunsidra li assi u obbligazzjoni huma interdipendenti sakemm dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a)l-istituzzjoni taġixxi biss bħala unità pass-through biex twassal il-finanzjament mill-obbligazzjoni fl-assi interdipendenti korrispondenti;

(b)l-assi u l-obbligazzjonijiet interdipendenti individwali huma identifikabbli b'mod ċar u jkollhom l-istess ammont prinċipali;

(c)l-assi u l-obbligazzjoni interdipendenti għandhom maturitajiet sostanzjalment simmetriċi, b'dewmien massimu ta' 20 ġurnata bejn il-maturità tal-assi u l-maturità tal-obbligazzjoni;

(d)l-obbligazzjoni interdipendenti hija mitluba skont l-impenn legali, regolatorju jew kuntrattwali u ma tintużax biex tiffinanzja assi oħra;

(e) il-flussi ta' ħlas prinċipali mill-assi ma jintużawx għal finijiet oħra għajr il-ħlas lura tal-obbligazzjoni interdipendenti;

(f)il-kontropartijiet għal kull par ta' assi u obbligazzjonijiet interdipendenti mhumiex l-istess.

2.L-assi u l-obbligazzjonijiet marbuta direttament ma' dawn il-prodotti u servizzi li ġejjin għandhom jitqiesu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 u jistgħu jitqiesu bħala interdipendenti :

(a)tfaddil regolat ċentralizzat, fejn l-istituzzjonijiet huma legalment meħtieġa jittrasferixxu d-depożiti regolati għal fond ċentralizzat li huwa stabbilit u kkontrollat mill-gvern ċentrali ta' Stat Membru u li jipprovdi self biex jippromwovi l-objettivi ta' interess pubbliku, sakemm it-trasferiment ta' depożiti għall-fond ċentralizzat isseħħ tal-inqas fuq bażi ta' kull xahar;

(b)self promozzjonali u faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 31(9) tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61 għal istituzzjonijiet li jaġixxu ta' intermedjarji sempliċi li ma jappoġġjaw l-ebda riskju ta' finanzjament;

(c)bonds koperti kif imsemmi fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE;

(d) bonds koperti li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 129(4) jew (5), kif xieraq, fejn is-self sottostanti huwa ffinanzjat b'mod kompletament simmetriku mill-bonds koperti maħruġa jew fejn jeżistu skattaturi tal-maturità estendibbli mhux diskrezzjonarji fuq il-bonds koperti ta' sena waħda jew iktar sat-terminu tas-self sottostanti fil-każ ta' nuqqas ta' rifinanzjament fid-data tal-maturità tal-bond kopert ;

(e)attivitajiet tal-ikklerjar tal-klijenti tad-derivattivi, sakemm l-istituzzjoni ma tiggarantixxix il-prestazzjoni tas-CCP għall-klijenti tagħha u, b'riżultat, ma jkollha l-ebda riskju ta' finanzjament.

Artikolu 428g
Depożiti fi skemi ta' protezzjoni istituzzjonali u netwerks kooperattivi

Meta istituzzjoni tappartjeni għal skema ta' protezzjoni istituzzjonali tat-tip imsemmi fl-Artikolu 113(7), għal netwerk li jkun eliġibbli għat-tnaqqis previst fl-Artikolu 10 jew għal netwerk kooperattiv fi Stat Membru, id-depożiti ta' domanda li l-istituzzjoni żżomm mal-istituzzjoni ċentrali u li huma meqjusa bħala assi likwidi għall-istituzzjoni depożitanti skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2015/61 għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ xieraq li għandu jiġi applikat skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 4 ta' dan it-Titolu għall-istituzzjoni depożitanti, skont it-trattament ta' dawk id-depożiti ta' domanda bħala assi tal-Livell 1, tal-Livell 2A jew tal-Livell 2B skont l-Artikolu 16 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61 u dwar il-telf impost rilevanti applikata għal dawk id-depożiti ta' domanda għall-kalkolu tal-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità;

(b)fattur ta' finanzjament stabbli disponibbli simmetriku għall-istituzzjoni ċentrali li tirċievi d-depożitu.

Artikolu 428h
Trattament preferenzjali fi grupp jew fi skema ta' protezzjoni istituzzjonali

1.B'deroga mill-Artikolu 428g u mill-Kapitoli 3 u 4 ta' dan it-Titolu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu każ b'każ jawtorizzaw lill-istituzzjonijiet japplikaw fattur ta' finanzjament stabbli disponibbli ogħla jew fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar baxx għall-assi, l-obbligazzjonijiet u l-faċilitajiet impenjati ta' kreditu jew ta' likwidità meta dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a)il-kontroparti tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(I)l-impriża prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni;

(II)sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali;

(III)marbut mal-istituzzjoni permezz ta' relazzjoni fis-sens tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE;

(IV)membru tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament bħall-istituzzjoni;

(V)l-istituzzjoni ċentrali jew affiljata ta' netwerk jew grupp kooperattiv kif imsemmi fl-Artikolu 10 ta' dan r-Regolament;

(b)jeżistu raġunijiet biex wieħed jistenna li l-obbligazzjoni jew il-faċilità impenjata ta' kreditu jew ta' likwidità riċevuta tikkostitwixxi sors ta' finanzjament iktar stabbli jew li l-assi jew il-faċilità impenjata ta' kreditu jew ta' likwidità mogħtija tkun teħtieġ inqas finanzjament stabbli fil-perjodu ta' sena tal-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett mill-istess obbligazzjoni, assi jew faċilità impenjata ta' kreditu jew ta' likwidità ma' kontropartijiet oħra;

(c)il-kontroparti tapplika fattur ogħla ta' finanzjament stabbli meħtieġ simmetriku għall-fattur ogħla ta' finanzjament stabbli disponibbli jew fattur ta' finanzjament stabbli disponibbli iktar baxx simmetriku għall-fattur iktar baxx ta' finanzjament stabbli meħtieġ;

(d)l-istituzzjoni u l-kontroparti huma stabbiliti fl-istess Stat Membru.

2.Meta l-istituzzjoni u l-kontroparti jkunu stabbiliti fi Stati Membri differenti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw għall-kundizzjoni stabbilita fil-punt (d) tal-paragrafu 1 meta, minbarra l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1, ikunu ssodisfati dawn il-kriterji li ġejjin:

(a)jeżistu ftehimiet legalment vinkolanti u impenji bejn entitajiet ta' grupp rigward l-obbligazzjoni, l-assi jew il-faċilità impenjata ta' kreditu jew ta' likwidità;

(b)il-fornitur tal-finanzjament jippreżenta profil tar-riskju tal-finanzjament baxx;

(c)il-profil tar-riskju tal-finanzjament tar-riċevitur tal-finanzjament ikun tqies b'mod adegwat fil-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tal-fornitur tal-finanzjament.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw ma' xulxin skont il-punt (b) tal-Artikolu 20(1) biex jiddeterminaw jekk il-kriterji addizzjonali stabbiliti f'dan il-paragrafu humiex issodisfati.

KAPITOLU 3
Finanzjament stabbli disponibbli

TAQSIMA 1
Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 428i
Il-kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli disponibbli

Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, l-ammont ta' finanzjament stabbli disponibbli għandu jiġi kkalkulat billi jiġi mmultiplikat il-valur kontabilistiku ta' bosta kategoriji jew tipi ta' obbligazzjonijiet u kapital regolatorju bil-fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli xierqa li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2. L-ammont totali ta' finanzjament stabbli disponibbli għandu jkun is-somma tal-ammonti mwieżna ta' obbligazzjonijiet u kapital regolatorju.

Artikolu 428j
Maturità residwa ta' obbligazzjoni jew kapital regolatorju

1.Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-maturità kuntrattwali residwa tal-obbligazzjonijiet u l-kapital regolatorju tagħhom biex jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli xierqa li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu.

2.L-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-opzjonijiet eżistenti biex jiddeterminaw il-maturità residwa ta' obbligazzjoni jew kapital regolatorju. Huma għandhom jagħmlu dan fuq il-preżunzjoni li l-investituri se jifdu opzjoni ta' xiri fl-iktar data kmieni possibbli. Għal opzjonijiet eżerċitabbli fid-diskrezzjoni tal-istituzzjoni, l-istituzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu fatturi ta' reputazzjoni li jistgħu jillimitaw il-kapaċità tal-istituzzjoni li ma teżerċitax l-opzjoni, b'mod partikolari meta tqis l-aspettattivi tas-suq li l-istituzzjonijiet għandhom jifdu ċerti obbligazzjonijiet qabel il-maturità tagħhom.

3.Sabiex jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw kwalunkwe porzjon mill-obbligazzjonijiet li għandhom maturità residwa ta' sena jew iktar li jimmaturaw f'inqas minn sitt xhur jew bejn sitt xhur u inqas minn sena bħala li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur u bejn sitt xhur u inqas minn sena rispettivament.

Taqsima 2
Fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli

Artikolu 428k
Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli

1.Sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-Artikoli 428l sa 428o, l-obbligazzjonijiet kollha mingħajr maturità ddikjarata, inkluż pożizzjonijiet qosra u pożizzjonijiet b'maturità miftuħa, għandhom ikunu suġġetti għal fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli bl-eċċezzjoni ta' dawn li ġejjin:

(a)obbligazzjonijiet ta' taxxa differita, li għandhom jiġu trattati skont l-eqreb data possibbli li fiha dawn l-obbligazzjonijiet jistgħu jiġu realizzati;

(b)interessi minoritarji, li għandhom jiġu trattati skont it-terminu tal-istrument.

Obbligazzjonijiet ta' taxxa differita u interessi minoritarji għandhom ikunu suġġetti għal wieħed minn dawn il-fatturi li ġejjin:

(I)0 %, meta l-maturità residwa effettiva tal-obbligazzjoni ta' taxxa differita jew interess minoritarju tkun inqas minn sitt xhur;

(II)50 %, meta l-maturità residwa effettiva tal-obbligazzjoni ta' taxxa differita jew interess minoritarju tkun bejn sitt xhur u inqas minn sena;

(III)100 %, meta l-maturità residwa effettiva tal-obbligazzjoni ta' taxxa differita jew interess minoritarju tkun sena jew iktar.

2.L-obbligazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu suġġetti għal fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli:

(a)l-ammonti pagabbli skont id-data tan-negozju li jirriżultaw minn xiri ta' strumenti finanzjarji, muniti barranin u komoditajiet li huma mistennija jitħallsu fiċ-ċiklu jew perjodu ta' ħlas standard li huwa komuni għall-borża rilevanti jew għat-tip ta' tranżazzjonijiet jew li naqsu milli jitħallsu, iżda xorta għadhom mistennija li jitħallsu;

(b)obbligazzjonijiet li huma kkategorizzati bħala interdipendenti ma' assi skont l-Artikolu 428f;

(c)obbligazzjonijiet b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ipprovduti minn:

(I)il-BĊE jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru;

(II)il-bank ċentrali ta' pajjiż terz;

(III)klijenti finanzjarji;

(d)kwalunkwe obbligazzjonijiet u elementi tal-kapital oħra mhux imsemmija fl-Artikoli 428l sa 428o.

3.L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli għall-valur assolut tad-differenza, jekk negattiv, bejn is-somma tal-valuri tas-suq tas-settijiet kollha tan-netting b'valur tas-suq pożittiv u s-somma tal-valuri tas-suq tas-settijiet kollha tan-netting b'valur tas-suq negattiv ikkalkulat skont l-Artikolu 428d ta' dan ir-Regolament.

Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu:

(a)marġnijiet ta' varjazzjoni rċevuti minn istituzzjonijiet mill-kontropartijiet tagħhom għandhom jitnaqqsu mill-valur tas-suq ta' sett tan-netting b'valur tas-suq pożittiv fejn il-kollateral irċevut bħala marġnijiet ta' varjazzjoni jikkwalifika bħala assi tal-Livell 1 skont it-Titolu II tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61, bl-esklużjoni ta' bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61, u li l-istituzzjonijiet huma intitolati legalment u funzjonalment kapaċi li jerġgħu jużawhom;

(b)il-marġnijiet kollha ta' varjazzjoni kkollokati minn istituzzjonijiet lill-kontropartijiet tagħhom għandhom jitnaqqsu mill-valur tas-suq ta' sett tan-netting b'valur negattiv fis-suq.

Artikolu 428l
Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli disponibbli

B'deroga mill-Artikolu 428 k, l-obbligazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu suġġetti għal fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli disponibbli:

(a)depożiti riċevuti li jissodisfaw il-kriterji għal depożiti operattivi stabbiliti fl-Artikolu 27 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61;

(b)obbligazzjonijiet b'maturità residwa ta' inqas minn sena pprovduti minn:

(I)il-gvern ċentrali ta' Stat Membru jew pajjiż terz;

(II)gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali ta' Stat Membru jew pajjiż terz;

(III)entitajiet tas-settur pubbliku fi Stat Membru jew pajjiż terz;

(IV)banek ta' żvilupp multilaterali msemmija fl-Artikolu 117(2) u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 118;

(V)istituzzjonijiet ta' kreditu kif msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61;

(VI)klijenti korporattivi nonfinanzjarji;

(VII)għaqdiet ta' kreditu awtorizzati minn awtorità kompetenti, kumpaniji ta' investiment personali u klijenti li huma sensara tad-depożiti sa fejn dawk l-obbligazzjonijiet ma jaqgħux taħt il-punt (a);

(c)obbligazzjonijiet b'maturità kuntrattwali residwa ta' bejn sitt xhur u inqas minn sena pprovduti minn:

(I)il-BĊE jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru;

(II)il-bank ċentrali ta' pajjiż terz;

(III)klijenti finanzjarji;

(d)kwalunkwe obbligazzjonijiet oħra b'maturità residwa ta' bejn sitt xhur u inqas minn sena mhux imsemmija fl-Artikoli 428m sa 428o ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 428m
Fattur ta' 90 % ta' finanzjament stabbli disponibbli

B'deroga mill-Artikolu 428k, id-depożiti ta' domanda fil-livell ta' konsumatur u d-depożiti ta' żmien fiss fil-livell ta' konsumatur li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sena li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61 għandhom ikunu suġġetti għal fattur ta' 90 % ta' finanzjament stabbli disponibbli.

Artikolu 428n
Fattur ta' 95 % ta' finanzjament stabbli disponibbli

B'deroga mill-Artikolu 428k, id-depożiti ta' domanda fil-livell ta' konsumatur u d-depożiti ta' żmien fiss fil-livell ta' konsumatur li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sena li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 24 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61 għandhom ikunu suġġetti għal fattur ta' 95 % ta' finanzjament stabbli disponibbli. 

Artikolu 428o
Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli disponibbli

B'deroga mill-Artikolu 428k, l-obbligazzjonijiet u l-elementi u l-istrumenti kapitali li ġejjin għandhom ikunu suġġetti għal fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli disponibbli:

(a)l-elementi ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni qabel jiġu applikati l-aġġustamenti meħtieġa skont l-Artikoli 32 sa 35, it-tnaqqisiet skont l-Artikolu 36 u l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet u l-alternattivi stabbiliti fl-Artikoli 48, 49 u 79;

(b)l-elementi ta' Grad 1 Addizzjonali tal-istituzzjoni qabel it-tnaqqis tal-elementi msemmija fl-Artikolu 56 u qabel jiġi applikat għalih l-Artikolu 79;

(c)l-elementi ta' Grad 2 tal-istituzzjoni qabel it-tnaqqisiet imsemmija fl-Artikolu 66 u qabel jiġi applikat l-Artikolu 79, b'maturità residwa ta' sena jew iktar, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe strumenti b'opzjonijiet espliċiti jew integrati li, jekk jiġu eżerċitati, inaqqsu l-maturità mistennija għal inqas minn sena;

(d)kwalunkwe strumenti kapitali oħra tal-istituzzjoni b'maturità residwa ta' sena jew iktar, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe strumenti b'opzjonijiet espliċiti jew integrati li, jekk jiġu eżerċitati, inaqqsu l-maturità mistennija għal inqas minn sena;

(e)kwalunkwe self u obbligazzjonijiet oħra garantiti u mhux garantiti b'maturità residwa ta' sena jew iktar, inkluż id-depożiti ta' żmien fiss, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Artikoli 428k sa 428n.

KAPITOLU 4
Finanzjament stabbli meħtieġ

TAQSIMA 1
Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 428p
Il-kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ

1.Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ għandu jiġi kkalkulat billi jiġi mmultiplikat il-valur kontabilistiku ta' bosta kategoriji jew tipi ta' assi u elementi li ma jidhrux fil-karta bilanċjali bil-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ xierqa li għandhom jiġu applikati skont it-Taqsima 2. L-ammont totali ta' finanzjament stabbli meħtieġ għandu jkun is-somma tal-ammonti mwieżna ta' assi u elementi li ma jidhrux fil-karta bilanċjali.

2.L-assi li l-istituzzjonijiet ikunu ssellfu, inkluż fi tranżazzjonijiet ta' għoti b'self garantit u tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali kif definiti fl-Artikolu 192(2) u (3), li huma kkontabilizzati fil-karta tal-bilanċ tagħhom u li fuqhom m'għandhomx sjieda benefiċjarja għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ.

3.L-assi li l-istituzzjonijiet ikunu sellfu, inkluż fi tranżazzjonijiet ta' għoti b'self garantit u tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali, li jibqgħu fuq il-karta tal-bilanċ tagħhom u li fuqhom iżommu s-sjieda benefiċjarja, għandhom jitqiesu bħala assi gravati għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu u għandhom ikunu suġġetti għal fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ xierqa li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu. Inkella, dawn l-assi għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ.

4.L-assi li ġejjin ma għandhomx jitqiesu gravati:

(a)assi inklużi f'pool li huma disponibbli għall-użu immedjat bħala kollateral biex jinkiseb finanzjament addizzjonali taħt linji ta' kreditu disponibbli għall-istituzzjoni li jkunu impenjati jew, fejn il-pool hija mħaddma minn bank ċentrali, ikunu mhux impenjati iżda għad mhux iffinanzjati. Dawk l-assi għandhom jinkludu l-assi mqegħdin minn istituzzjoni ta' kreditu mal-istituzzjoni ċentrali f'netwerk kooperattiv jew skema ta' protezzjoni istituzzjonali. L-istituzzjonijiet għandhom jassumu li l-assi fil-pula huma aggravati f'ordni ta' likwidità li tiżdied abbażi tal-klassifikazzjoni tal-likwidità stabbilita fil-Kapitolu 2 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61, li tibda mill-assi li mhumiex eliġibbli għar-riżerva ta' likwidità;

(b)assi li l-istituzzjoni tkun irċeviet bħala kollateral għall-finijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu f'self garantit, finanzjament garantit jew tranżazzjonijiet ta' skambju ta' kollateral u li l-istituzzjoni tista' tiddisponi minnhom;

(c)assi marbuta bħala kollateralizzazzjoni eċċessiva mhux obbligatorja għal ħruġ ta' bond kopert.

5.L-istituzzjonijiet għandhom jeskludu assi assoċjati ma' kollateral rikonoxxut bħala marġnijiet ta' varjazzjoni mdaħħla skont il-punt (b) tal-Artikolu 428k(3) u l-Artikolu 428ag(3)(b) jew bħala marġnijiet inizjali mdaħħla jew bħala kontribuzzjonijiet għall-fond ta' inadempjenza ta' CCP skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 428af minn partijiet oħra tal-kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ skont dan il-Kapitolu sabiex jiġi evitat l-għadd doppju.

6.L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil-kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ strumenti finanzjarji, muniti barranin u komoditajiet li għalihom tkun saret ordni tax-xiri. Dawn għandhom jeskludu mill-kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ strumenti finanzjarji, muniti barranin u komoditajiet li għalihom tkun saret ordni tal-bejgħ sakemm dawk it-tranżazzjonijiet ma jkunux riflessi bħala derivattivi jew tranżazzjonijiet ta' finanzjament garantit fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet u li dawn it-tranżazzjonijiet ikunu se jiġu riflessi fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet meta jitħallsu.

7.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġi applikat għall-iskoperturi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ li mhumiex imsemmija f'dan il-Kapitolu sabiex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet iżommu ammont xieraq ta' finanzjament stabbli disponibbli għall-porzjon ta' dawn l-iskoperturi li jkun mistenni li jkun jeħtieġ finanzjament fil-perjodu ta' sena tal-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett. Biex jiġu ddeterminati dawk il-fatturi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw b'mod partikolari d-dannu materjali fir-reputazzjoni għall-istituzzjoni li jista' jirriżulta mill-fatt li ma tkunx ingħatat dak il-finanzjament.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw lill-EBA t-tipi ta' skoperturi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ li għalihom ikunu ddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ mill-inqas darba fis-sena. F'dak ir-rapport huma għandhom jinkludu spjegazzjoni tal-metodoloġija applikata sabiex jiġu determinati dawk il-fatturi.

Artikolu 428q
Maturità residwa ta' assi

1.Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-maturità kuntrattwali residwa tal-assi u t-tranżazzjonijiet li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ tagħhom meta jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ xierqa li għandhom jiġu applikati għall-assi u l-elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ tagħhom taħt it-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu.

2.Għall-assi li huma gravati, il-maturità użata biex jiġu ddeterminati l-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ xierqa li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu għandha tkun il-maturità residwa tal-assi jew il-maturità tat-tranżazzjoni li tkun is-sors tal-gravami, skont liem tkun l-itwal. Assi li jkun fadallu inqas minn sitt xhur fil-perjodu ta' gravami, għandu jkun suġġett għall-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġi applikat taħt it-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu għall-istess assi miżmum mhux gravat.

3.Meta l-istituzzjoni terġa' tuża jew terġa' tippleġġja l-assi li kienet issellfet, inkluż fi tranżazzjonijiet ta' għoti b'self garantit u tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali kif definiti fl-Artikolu 192(2) u (3), u li huwa kkontabilizzat barra l-karta bilanċjali, il-maturità residwa tat-tranżazzjoni li permezz tagħha dak l-assi ġie misluf u li hija użata biex jiġi ddeterminat il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġu applikat taħt it-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu, għandha tkun il-maturità residwa tat-tranżazzjoni li permezz tagħha l-assi jerġa' jintuża jew jerġa' jiġi ppleġġjat.

4.L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw assi li ġew segregati skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 skont l-iskopertura sottostanti tagħhom. L-istituzzjonijiet għandhom madankollu jissuġġettaw dawk l-assi għal fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġa ogħla skont it-terminu tal-gravami li għandu jiġi ddeterminat mill-awtoritajiet kompetenti, li għandhom jikkunsidraw jekk l-istituzzjoni tistax b'mod liberu tiddisponi jew tiskambja dawn l-assi u t-terminu tal-obbligazzjonijiet għall-klijenti tal-istituzzjonijiet li jiġġeneraw dan ir-rekwiżit ta' segregazzjoni.

5.Meta jikkalkulaw il-maturità residwa ta' assi, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-opzjonijiet, abbażi tal-preżunzjoni li l-emittent se jeżerċita kwalunkwe opzjoni biex jestendi l-maturità. Għal opzjonijiet eżerċitabbli fid-diskrezzjoni tal-istituzzjoni, l-istituzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu fatturi ta' reputazzjoni li jistgħu jillimitaw il-kapaċità tal-istituzzjoni li ma teżerċitax l-opzjoni, b'mod partikolari meta tqis l-aspettattivi tas-swieq u tal-klijenti li l-istituzzjoni għandha testendi ċerti assi fid-data tal-maturità tagħhom.

6.Għall-amortizzazzjoni ta' self b'maturità kuntrattwali residwa ta' sena jew iktar, il-porzjon li jimmatura f'inqas minn sitt xhur u bejn sitt xhur u inqas minn sena għandu jiġi trattat bħala li għandu maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur u bejn sitt xhur u inqas minn sena rispettivament biex jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ xierqa li għandhom jiġu applikati skont it-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu.

TAQSIMA 2
Fatturi ta' Finanzjament Stabbli Meħtieġ

Artikolu 428r
Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

1.L-assi li ġejjin għandhom ikunu suġġetti għal fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a)assi mhux gravati eliġibbli bħala assi likwidi ta' kwalità għolja tal-Livell 1 skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61, bl-esklużjoni ta' bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 10(1) ta' dak ir-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61, indipendentement mill-konformità tagħhom mar-rekwiżiti operattivi kif stipulati fl-Artikolu 8 ta' dak ir-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61;

(b)ishma mhux gravati jew unitajiet f'CIUs eliġibbli għal telf impost ta' 0 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont il-punt (a) tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61, irrispettivament mill-konformità tagħhom mar-rekwiżiti operattivi u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati fl-Artikoli 8 u 17 ta' dak ir-Regolament ta' Delega rispettivament;

(c)ir-riżervi kollha tal-banek ċentrali, miżmuma fil-BĊE jew fil-bank ċentrali ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz, inkluż riżervi meħtieġa u riżervi eċċessivi;

(d)it-talbiet kollha fuq il-BĊE, il-bank ċentrali ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur;

(e)l-ammonti riċevibbli skont id-data tan-negozju li jirriżultaw mill-bejgħ ta' strumenti finanzjarji, muniti barranin u komoditajiet li huma mistennija jitħallsu fiċ-ċiklu jew perjodu ta' ħlas standard li huwa komuni għall-borża rilevanti jew għat-tip ta' tranżazzjoni jew li naqsu milli jitħallsu iżda xorta għadhom mistennija li jitħallsu;

(f)assi li huma kkategorizzati bħala interdipendenti ma' obbligazzjonijiet skont l-Artikolu 428f.

2.B'deroga mill-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu, bil-ftehim tal-bank ċentrali rilevanti, li japplikaw fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla għar-riżervi meħtieġa, billi jitqies b'mod partikolari l-punt sa fejn jeżistu r-rekwiżiti tar-riżervi fuq perjodu ta' sena u għalhekk jeħtieġu finanzjament stabbli assoċjat.

Għal sussidjarji li jkollhom l-uffiċċju prinċipali f'pajjiż terz, fejn ir-riżervi meħtieġa tal-bank ċentrali huma suġġetti għal fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla taħt il-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz li jistabbilixxi r-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett, dan il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla għandu jitqies għall-finijiet ta' konsolidazzjoni.

Artikolu 428r
Fattur ta' 5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

L-assi u l-elementi li ġejjin li ma jidhrux fuq il-karta bilanċjali għandhom ikunu suġġetti għal fattur ta' 5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a)ishma mhux gravati jew unitajiet f'CIUs eliġibbli għal telf impost ta' 5 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont il-punt (b) tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61, irrispettivament mill-konformità tagħhom mar-rekwiżiti operattivi u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati fl-Artikoli 8 u 17 ta' dak ir-Regolament ta' Delega;

(b)assi li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta' għoti b'self garantit u tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali kif definiti fl-Artikolu 192(2) u (3) ma' klijenti finanzjarji, fejn dawk l-assi huma kollateralizzati minn assi li jikkwalifikaw bħala assi ta' Livell 1 taħt it-Titolu II tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61, bl-esklużjoni ta' bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 10(1) ta' dak ir-Regolament ta' Delega, u fejn l-istituzzjoni tkun intitolata legalment u funzjonalment kapaċi li terġa' tuża dawk l-assi għall-ħajja tat-tranżazzjoni, indipendentement minn jekk il-kollateral diġà reġax intuża; L-istituzzjonijiet għandhom iqisu dawk l-assi fuq bażi netta, fejn japplika l-Artikolu 428e(1) ta' dan ir-Regolament;

(c)il-porzjon mhux prelevat ta' faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità impenjati irrevokabbli u kundizzjonalment revokabbli kif huma msemmija fl-Artikolu 31(1) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 2015/61;

(d)prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ barra mill-karta tal-bilanċ imsemmija fl-Artikolu 111(1) ta' dan ir-Regolament b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur.

Artikolu 428t
Fattur ta' 7 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Assi mhux gravati eliġibbli bħala bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna tal-Livell 1 koperti b'mod konformi mal-punt (f) tal-Artikolu 10 (1) tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61 għandhom ikunu suġġetti għal 7 % fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament mill-konformità tagħhom mar-rekwiżiti operattivi u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati fl-Artikoli 8 u 17 ta' dak ir-Regolament ta' Delega.

Artikolu 428u
Fattur ta' 10 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

1.L-assi u l-elementi li ġejjin li ma jidhrux fuq il-karta bilanċjali għandhom ikunu suġġetti għal 10 % fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a)l-assi li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta' għoti ta' self garantit u tranżazzjonijiet immotivati ​​mis-swieq tal-kapital kif definiti fl-Artikolu 192(2) u (3) ma' klijenti finanzjarji, minbarra dawk imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 428s. Dawk l-assi għandhom jitqiesu fuq bażi netta fejn japplika l-Artikolu 428e(1);

(b)l-assi li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ma' klijenti finanzjarji minbarra dawk imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 428s u fil-punt (a) ta' dan l-Artikolu;

(c)prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li jidhru fil-karta bilanċjali b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur;

(d)prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li ma jidhrux fil-karta bilanċjali kif imsemmi fl-Artikolu 111(1) b'maturità residwa ta' bejn sitt xhur u inqas minn sena.

2.Għas-settijiet kollha tan-netting ta' kuntratti tad-derivattivi li mhumiex suġġetti għal ftehimiet ta' marġni taħt liema l-istituzzjonijiet jikkollokaw marġnijiet ta' varjazzjoni għall-kontropartijiet tagħhom, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw 10 % fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ għall-valur tas-suq assolut ta' dawk is-settijiet tan-netting ta' kuntratti tad-derivattivi, gross ta' kwalunkwe kollateral iddepożitat, meta dawk is-settijiet tan-netting ikollhom valur negattiv fis-suq.

Artikolu 428vu
Fattur ta' 12 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Ishma mhux gravati jew unitajiet f'CIUs eliġibbli għal telf impost ta' 12 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont il-punt (c) tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61 għandhom ikunu suġġetti għal 12 % fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament mill-konformità tagħhom mar-rekwiżiti operattivi u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati fl-Artikoli 8 u 17 ta' dak ir-Regolament ta' Delega.

Artikolu 428w
Fattur ta' 15 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

L-assi u l-elementi li ġejjin li ma jidhrux fuq il-karta bilanċjali għandhom ikunu suġġetti għal 15 % fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a)assi mhux gravati eliġibbli bħala assi tal-Livell 2A b'mod konformi mal-Artikolu 11 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61, irrispettivament mill-konformità tagħhom mar-rekwiżiti operattivi u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati fl-Artikoli 8 u 17 ta' dak ir-Regolament ta' Delega;

(b)prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li ma jidhrux fil-karta bilanċjali kif imsemmi fl-Artikolu 111(1) b'maturità residwa ta' sena jew iktar.

Artikolu 428x
Fattur ta' 20 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

1.Ishma mhux gravati jew unitajiet f'CIUs eliġibbli għal telf impost ta' 20 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont il-punt (d) tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61 għandhom ikunu suġġetti għal 20 % fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament mill-konformità tagħhom mar-rekwiżiti operattivi u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati fl-Artikoli 8 u 17 ta' dak ir-Regolament ta' Delega.

2.Għas-settijiet kollha tan-netting ta' kuntratti tad-derivattivi suġġetti għal ftehimiet ta' marġni taħt liema l-istituzzjonijiet jikkollokaw marġnijiet ta' varjazzjoni għall-kontropartijiet tagħhom, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw 20 % fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ għall-valur tas-suq assolut ta' dawk is-settijiet tan-netting ta' kuntratti tad-derivattivi, gross ta' kwalunkwe kollateral iddepożitat, meta dawk is-settijiet tan-netting ikollhom valur negattiv fis-suq.

3.Istituzzjoni tista' tissostitwixxi r-rekwiżit ta' finanzjament stabbli stipulat fil-paragrafu 2 għas-settijiet kollha tan-netting ta' kuntratti tad-derivattivi ​​suġġetti għall-ftehimiet ta' marġini skont liema istituzzjoni tikkolloka marġnijiet ta' varjazzjoni għall-kontroparti tagħha bl-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ ikkalkulat bħala l-ammont assolut tad-differenza bejn:

(a)għas-settijiet tan-netting kollha b'valur negattiv tas-suq, gross tal-kollateral iddepożitat, u li huma suġġetti għal ftehim ta' marġini taħt liema l-istituzzjoni tikkolloka marġni ta' varjazzjoni lill-kontroparti tagħha, is-somma tal-kategorija tar-riskju kollha ta' Suppliment(a) ikkalkulata skont l-Artikolu 278(1);

(b)għas-settijiet tan-netting kollha b'valur pożittiv tas-suq, gross tal-kollateral irċevut, u li huma suġġetti għal ftehim ta' marġini taħt liema l-istituzzjoni tirċievi marġni ta' varjazzjoni mill-kontroparti tagħha, is-somma tal-kategorija tar-riskju kollha ta' Suppliment(a) ikkalkulata skont l-Artikolu 278(1).

Għall-finijiet ta' dan il-kalkolu u sabiex tiġi ddeterminata l-pożizzjoni tar-riskju tal-kuntratti tad-derivattivi ​​inklużi fil-settijiet tan-netting imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu l-fattur ta' maturità kkalkulat skont il-punt(b) tal-Artikolu 279c (1) jew mill-fattur ta' maturità kkalkulat skont il-punt (a) tal-Artikolu 279c(1) jew mill-valur ta' 1.

4.L-istituzzjonijiet li jużaw il-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 4 jew 5 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tat-Tielet Parti biex jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura tal-kuntratti tad-derivattivi ​​tagħhom m'għandhomx japplikaw ir-rekwiżit ta' finanzjament stabbli stabbilit fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għas-settijiet kollha tan-netting ta' kuntratti tad-derivattivi ​​suġġetti għall-ftehimiet ta' marġini skont liema l-istituzzjonijiet jikkollokaw marġnijiet ta' varjazzjoni għall-kontropartijiet tagħhom u fejn dawk is-settijiet tan-netting ikollhom valur tas-suq negattiv.

Artikolu 428y
Fattur ta' 25 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Titolizzazzjonijiet mhux gravati tal-Livell 2B imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 13 (14) tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61 għandhom ikunu suġġetti għal 25 % fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament mill-konformità tagħhom mar-rekwiżiti operattivi u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati fl-Artikoli 8 u 17 ta' dak ir-Regolament ta' Delega.

Artikolu 428z
Fattur ta' 30 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

L-assi li ġejjin għandhom ikunu suġġetti għal 30 % fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a)bonds koperti ta' kwalità għolja mhux gravati msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61, irrispettivament mill-konformità tagħhom mar-rekwiżiti operattivi u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati fl-Artikoli 8 u 17 ta' dak ir-Regolament ta' Delega;

(b)ishma mhux gravati jew unitajiet f'CIUs eliġibbli għal telf impost ta' 30 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont il-punt (e) tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61, irrispettivament mill-konformità tagħhom mar-rekwiżiti operattivi u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati fl-Artikoli 8 u 17 ta' dak ir-Regolament ta' Delega.

Artikolu 428aa
Fattur ta' 35 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

L-assi li ġejjin għandhom ikunu suġġetti għal 35 % fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a)titolizzazzjonijiet mhux gravati tal-Livell 2B imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 13(14) tar-Regolament ta' Delega (UE)  2015/61, irrispettivament mill-konformità tagħhom mar-rekwiżiti operattivi u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati fl-Artikoli 8 u 17 ta' dak ir-Regolament ta' Delega;

(b)ishma mhux gravati jew unitajiet f'CIUs eliġibbli għal telf impost ta' 35 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità b'applikazzjoni tal-punt (f) tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61, irrispettivament mill-konformità tagħhom mar-rekwiżiti operattivi u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati fl-Artikoli 8 u 17 ta' dak ir-Regolament ta' Delega.

Artikolu 428ab
Fattur ta' 40 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Ishma mhux gravati jew unitajiet f'CIUs eliġibbli għal telf impost ta' 40 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità b'applikazzjoni tal-punt (g) tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament ta' Delega (UE)  2015/61 għandhom ikunu suġġetti għal 40 % fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament mill-konformità tagħhom mar-rekwiżiti operattivi u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati fl-Artikoli 8 u 17 ta' dak ir-Regolament ta' Delega.

Artikolu 428ac
Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

L-assi li ġejjin għandhom ikunu suġġetti għal 50 % fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a)assi mhux gravati eliġibbli bħala assi tal-Livell 2B skont l-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Delega (UE)  2015/61, bl-esklużjoni ta' titolizzazzjonijiet tal-Livell 2B u bonds koperti ta' kwalità għolja msemmija fil-punti (a) u (e) tal-Artikolu 12(1) ta' dak ir-Regolament ta' Delega, indipendentement mill-konformità tagħhom mar-rekwiżiti operattivi u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati fl-Artikoli 8 u 17 ta' dak ir-Regolament ta' Delega (UE);

(b)depożiti miżmuma mill-istituzzjoni f'istituzzjoni finanzjarja oħra li jissodisfaw il-kriterji għal depożiti operattivi kif stipulat fl-Artikolu 27 tar-Regolament ta' Delega (UE)  2015/61;

(c)assi b'maturità residwa ta' inqas minn sena li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ma':

(I)il-gvern ċentrali ta' Stat Membru jew pajjiż terz;

(II)gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali fi Stat Membru jew pajjiż terz;

(III)entitajiet tas-settur pubbliku ta' Stat Membru jew pajjiż terz;

(IV)banek ta' żvilupp multilaterali msemmija fl-Artikolu 117(2) u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 118;

(V)istituzzjonijiet ta' kreditu msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61;

(VI)korporazzjonijiet mhux finanzjarji, klijenti konsumaturi u SMEs;

(VII)għaqdiet ta' kreditu awtorizzati minn awtorità kompetenti, kumpaniji ta' investiment personali u klijenti li huma sensara tad-depożiti safejn dawk l-assi ma jaqgħux taħt il-punt (b) ta' dan il-paragrafu;

(d)assi b'maturità residwa bejn sitt xhur u inqas minn sena li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ma':

(I)il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru;

(II)il-bank ċentrali ta' pajjiż terz;

(III)klijenti finanzjarji;

(e)prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li jidhru fil-karta bilanċjali b'maturità residwa bejn sitt xhur u inqas minn sena;

(f)assi gravati għal maturità residwa bejn sitt xhur u inqas minn sena, ħlief fejn dawk l-assi jkunu assenjati fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar għoli skont l-Artikoli 428ad sa 428ag ta' dan ir-Regolament jekk ikunu miżmuma mhux gravati, f'liema każ għandu japplika l-ogħla fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġi applikat lill-assi mhux gravat;

(g)kwalunkwe assi oħra b'maturità residwa ta' inqas minn sena, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Artikoli 428r sa 428ab ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 428ad
Fattur ta' 55 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Ishma mhux gravati jew unitajiet f'CIUs eliġibbli għal telf impost ta' 55 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont il-punt (h) tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61 għandhom ikunu suġġetti għal 55 % fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament mill-konformità tagħhom mar-rekwiżiti operattivi u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati fl-Artikoli 8 u 17 ta' dak ir-Regolament ta' Delega.

Artikolu 428ae
Fattur ta' 65 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

L-assi li ġejjin għandhom ikunu suġġetti għal 65 % fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a)self mhux gravat assigurat minn ipoteki fuq proprjetà residenzjali jew self residenzjali mhux gravat totalment garantit minn fornitur tal-protezzjoni eliġibbli kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 129(1) b'maturità residwa ta' sena jew iktar, sakemm dawk is-self ikun assenjat piż tar-riskju ta' 35 % jew inqas skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tat-Tielet Parti;

(b)self mhux gravat b'maturità residwa ta' sena jew iktar, minbarra self lil klijenti finanzjarji u self imsemmi fl-Artikoli 428r sa 428ac, sakemm dak is-self ikun assenjat piż tar-riskju ta' 35 % jew inqas skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tat-Tielet Parti;

Artikolu 428af
Fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

L-assi li ġejjin għandhom ikunu suġġetti għal 85 % fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a)kwalunkwe assi, inklużi flus kontanti, depożitati bħala marġni inizjali għal kuntratti ta' derivattivi, sakemm dawk l-assi ma jiġux assenjati fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar għoli skont l-Artikolu 428ag jekk ikunu miżmuma mhux gravati, f'liema każ għandu japplika l-ogħla fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġi applikat lill-assi mhux gravat;

(b)kwalunkwe assi, inklużi flus kontanti, depożitati bħala kontribuzzjoni fil-fond inadempjenti ta' CCP, sakemm dawk ma jiġux assenjati fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar għoli skont l-Artikolu 428ag jekk ikunu miżmuma mhux gravati, f'liema każ għandu japplika l-ogħla fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġi applikat lill-assi mhux gravat;

(c)self mhux gravat b'maturità residwa ta' sena jew iktar, minbarra self lil klijenti finanzjarji u self imsemmi fl-Artikoli 428r sa 428ac, li ma jkunx sar dovut għal iktar minn 90 jum u li huma assenjati piż tar-riskju ta' iktar minn 35 % skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tat-Tielet Parti;

(d)prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li jidhru fil-karta bilanċjali, b'maturità residwa ta' sena jew iktar;

(e)titolizzazzjonijiet mhux gravati b'maturità residwa ta' sena jew iktar li mhumiex inadempjenti skont l-Artikolu 178 u li mhumiex eliġibbli bħala assi likwidi skont l-Artikoli 10 sa 13 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61;

(f)ekwitajiet mhux gravati nnegozjati f'kambju li mhumiex eliġibbli bħala assi tal-Livell 2B skont l-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61;

(g)komoditajiet fiżiċi nnegozjati, inkluż deheb iżda esklużi derivattivi ta' komoditajiet.

Artikolu 428ag
Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

1.L-assi li ġejjin għandhom ikunu suġġetti għal 100 % fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a)assi gravati b'maturità residwa ta' sena jew iktar:

(b)kwalunkwe assi li mhumiex dawk imsemmija fl-Artikoli 428r sa 428af, inkluż self lil klijenti finanzjarji li jkollhom maturità kuntrattwali residwa ta' sena jew iktar, self mhux produttiv, oġġetti mnaqqsa mill-kapital regolatorju, assi fissi, ekwitajiet innegozjati mhux ta' kambju, interess ritenut, assi ta' assigurazzjoni, titoli inadempjenti.

2.Permezz ta' deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, assi li huma gravati għal sena jew iktar għal operazzjonijiet temporanji mhux standard, imwettqa mill-BĊE jew mill-bank ċentrali ta' Stat Membru sabiex jinkiseb il-mandat tiegħu f'perjodu ta' stress finanzjarju fis-suq kollu jew ta' sfidi makroekonomiċi eċċezzjonali, jistgħu jirċievu fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ imnaqqas.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw, bl-approvazzjoni tal-bank ċentrali rilevanti, il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ xieraq li għandu jiġi applikat għal dawk l-assi gravati, li m'għandux ikun inqas mill-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li japplika għal dawk l-assi jekk ikunu nżammu mhux gravati taħt din it-Taqsima.

3.L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw 100 % fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ għad-differenza, jekk pożittiva, bejn is-somma tal-valuri tas-suq madwar is-settijiet kollha tan-netting u s-somma tal-valuri tas-suq madwar is-settijiet kollha tan-netting b'valur negattiv tas-suq ikkalkulat skont l-Artikolu 428d.

Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu:

(a)marġnijiet ta' varjazzjoni rċevuti minn istituzzjonijiet mill-kontropartijiet tagħhom għandhom jitnaqqsu mill-valur tas-suq ta' sett tan-netting b'valur tas-suq pożittiv fejn il-kollateral irċevut bħala marġnijiet ta' varjazzjoni jikkwalifika bħala assi tal-Livell 1 skont it-Titolu II tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61, bl-esklużjoni ta' bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 10(1) ta' dak ir-Regolament ta' Delega (UE), u li l-istituzzjonijiet jkunu intitolati legalment u funzjonalment kapaċi li jerġgħu jużawhom;

(b)il-marġnijiet kollha ta' varjazzjoni kkollokati minn istituzzjonijiet lill-kontropartijiet tagħhom għandhom jitnaqqsu mill-valur tas-suq ta' sett tan-netting b'valur negattiv fis-suq.".

(19)Il-Parti Sebgħa tinbidel b'dan li ġej:

“PARTI SEBGĦA
INGRANAĠĠ

Artikolu 429
Kalkolu tal-proporzjon ta' ingranaġġ

1.L-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-proporzjon tal-ingranaġġ tagħhom skont il-metodoloġija stabbilita fil-paragrafi 2 sa 4 ta' dan l-Artikolu.

2.Il-proporzjon ta' ingranaġġ għandu jiġi kkalkulat bħala l-miżura tal-kapital ta' istituzzjoni diviża bil-miżura tal-iskopertura totali ta' din l-istituzzjoni u għandu jiġi espress bħala perċentwal.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-proporzjon ta' ingranaġġ fid-dejta ta' referenza tar-rappurtar.

3.Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-miżura tal-kapital għandha tkun il-kapital tal-Grad 1.

4.Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-miżura tal-iskopertura totali għandha tkun is-somma tal-valuri tal-iskopertura ta':

(a)assi, esklużi l-kuntratti elenkati fl-Anness II, id-derivattivi tal-kreditu u l-pożizzjonijiet definiti fl-Artikolu 429e, ikkalkulati skont l-Artikolu 429b(1);

(b)kuntratti elenkati fl-Anness II u derivattivi tal-kreditu, inklużi dawk il-kuntratti u derivattivi ta' kreditu li ma jidhrux fil-karta bilanċjali, ikkalkulati skont il-metodu stabbilit fl-Artikoli 429c u 429d;

(c)żidiet għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti tal-SFTs, inklużi dawk li mhumiex fuq il-karta bilanċjali, ikkalkulati skont l-Artikolu 429e;

(d)oġġetti li ma jidhrux fuq il-karta bilanċjali, bl-esklużjoni tal-kuntratti elenkati fl-Anness II, derivattivi tal-kreditu, SFTs u pożizzjonijiet definiti fl-Artikolu 429du 429g, ikkalkulati skont l-Artikolu 429f;

(e)xiri jew bejgħ fi żmien regolari u li jistennew saldu, ikkalkulati skont l-Artikolu 429g.

L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw tranżazzjonijiet ta' saldu twil skont il-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu, kif applikabbli.

L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu s-somma msemmija fl-ewwel subparagrafu bl-ammont totali tal-aġġustamenti ġenerali tar-riskju ta' kreditu għal elementi li jidhru fil-karta bilanċjali u li ma jidhrux fil-karta bilanċjali, suġġett għal minimu ta' 0.

5.Permezz ta' deroga mill-punt (d) tal-paragrafu 4, għandu japplika dan li ġej:

(a)strument derivattiv li huwa kkunsidrat bħala element li ma jidhirx fil-karta bilanċjali skont il-punt (d) tal-paragrafu 4, iżda huwa ttrattat bħala derivattiv skont il-qafas kontabilistiku applikabbli, għandu jkun suġġett għat-trattament stipulat fil-punt (b) tal-paragrafu 4;

(b)meta klijent ta' istituzzjoni li jaġixxi bħala membru tal-ikklerjar jidħol direttament f'tranżazzjoni derivattiva ma' CCP u l-istituzzjoni tiggarantixxi l-prestazzjoni tal-iskoperturi tan-negozju tal-klijent tagħha lis-CCP li jirriżultaw minn dik it-tranżazzjoni, l-istituzzjoni għandha tikkalkola l-iskopertura tagħha li tirriżulta mill-garanzija skont il-punt (b) tal-paragrafu 4, bħallikieku dik l-istituzzjoni daħlet direttament fit-tranżazzjoni mal-klijent, inkluż fir-rigward tar-riċeviment jew il-provvista tal-marġni ta' varjazzjoni ta' flus kontanti.

It-trattament stipulat fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għal istituzzjoni li taġixxi bħala klijent ta' livell għoli li jiggarantixxi l-prestazzjoni tal-iskoperturi tan-negozju tal-klijent tagħha.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu u tat-tieni subparagrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw entità affiljata bħala klijent biss meta dik l-entità tkun barra mill-ambitu tal-konsolidazzjoni regolatorja fil-livell li fih ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92(3)(d) ikun applikat.

6.Għall-finijiet tal-paragrafu 4(e) ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 429g, 'xiri jew bejgħ fi żmien regolari' tfisser xiri jew bejgħ ta' titolu taħt kuntratti li għalihom it-termini jeħtieġu konsenja tat-titolu fiż-żmien stabbilit ġeneralment mil-liġi jew konvenzjoni fis-suq ikkonċernat.

Artikolu 429a
Skoperturi esklużi mill-miżura ta' skopertura

1.Permezz ta' deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 429(4), istituzzjoni tista' teskludi kwalunkwe waħda mill-iskoperturi li ġejjin mill-miżura tal-iskopertura tagħha:

(a)    l-ammonti mnaqqsa mill-elementi tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 36(1)(d);

(b)    l-assi mnaqqsa fil-kalkolu tal-miżura kapitali msemmija fl-Artikolu 429(3);

(c)l-iskoperturi li huma assenjati piż ta' riskju ta' 0 % skont l-Artikolu 113(6);

(d)meta l-istituzzjoni tkun istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku, l-iskoperturi li jirriżultaw minn assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali jew entitajiet tas-settur pubbliku fir-rigward ta' investimenti fis-settur pubbliku;

(e)skoperturi li jirriżultaw mit-trasferiment ta' self promozzjonali lil istituzzjonijiet ta' kreditu oħrajn li jagħtu s-self promozzjonali;

(f)    il-partijiet garantiti ta' skoperturi li jirriżultaw minn krediti għall-esportazzjoni li jissodisfaw iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(I),il-garanzija hija pprovduta minn aġenzija tal-kreditu għall-esportazzjoni jew minn gvern ċentrali;

(II)piż tar-riskju ta' 0 % japplika għall-parti garantita tal-iskopertura skont l-Artikolu 114(4) jew l-Artikolu 116(4);

(g)meta l-istituzzjoni tkun membru tal-ikklerjar ta' QCCP, l-iskoperturi tan-negozju ta' dik l-istituzzjoni, sakemm ikunu kklerjati ma' dik il-QCCP u jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 306(1).

(h)meta l-istituzzjoni tkun klijent ta' livell għoli fi ħdan struttura ta' klijenti f'diversi livelli, l-iskoperturi tan-negozju lill-membru tal-ikklerjar jew lil entità li sservi bħala klijent ta' livell għoli għal dik l-istituzzjoni, sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 305(2) jiġu ssodisfati u sakemm l-istituzzjoni ma tkunx obbligata tirrimborsa lill-klijent tagħha għal kwalunkwe telf subit fil-każ ta' inadempjenza tal-membru tal-ikklerjar jew tal-QCCP.

(i)assi fiduċjarji li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(I)huma rikonoxxuti fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni minn prinċipji kontabilistiċi nazzjonali ġeneralment aċċettati, skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 86/635/KEE;

(II)jissodisfaw il-kriterji għal nuqqas ta' rikonoxximent stabbiliti fl-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS) 39, kif applikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002;

(III)jissodisfaw il-kriterji għan-nuqqas ta' konsolidazzjoni stipulati fl-Istandard Internazzjonali ta' Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 10, kif applikabbli taħt ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, fejn applikabbli.

(j)skoperturi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(I)ikunu skoperturi għal entità tas-settur pubbliku;

(II)ikunu trattati skont l-Artikolu 116(4);

(III)joħorġu minn depożiti li l-istituzzjoni tkun legalment obbligata tittrasferixxi lill-entità tas-settur pubbliku msemmi fil-punt (i) għall-finijiet tal-finanzjament ta' investimenti ta' interess ġenerali;

(k)il-kollateral eċċessiv iddepożitat ma' aġenti tripartitiċi li ma jkunx ġie msellef;

(l)meta skont il-qafas kontabilistiku applikabbli, istituzzjoni tirrikonoxxi l-marġni ta' varjazzjoni mħallas fi flus kontanti lill-kontroparti tagħha bħala assi riċevibbli, l-assi riċevibbli sakemm il-kundizzjonijiet fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 429c(3) ikunu ġew milħuqa;

(m)l-iskoperturi titolizzati minn titolizzazzjonijiet tradizzjonali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għat-trasferiment ta' riskju sinifikanti stipulati fl-Artikolu 243.

2.Għall-finijiet tal-punt (d) tal-paragrafu 1, istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku tfisser istituzzjoni ta' kreditu li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)tkun ġiet stabbilita taħt id-dritt pubbliku mill-gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali ta' Stat Membru;

(b)l-attività tagħha tkun limitata għall-avvanz ta' għanijiet speċifiċi ta' politika pubblika finanzjarja, soċjali jew ekonomika skont il-liġijiet u d-dispożizzjonijiet li jirregolaw dik l-istituzzjoni, fuq bażi mhux kompetittiva. Għal dawn il-finijiet, l-għanijiet tal-politika pubblika jistgħu jinkludu l-għoti ta' finanzjament għall-finijiet promozzjonali jew ta' żvilupp lil setturi ekonomiċi jew żoni ġeografiċi speċifiċi tal-Istat Membru rilevanti;

(c)l-għan tiegħu mhuwiex li jimmassimizza l-profitt jew is-sehem tas-suq;

(d)bla ħsara għal regoli tal-għajnuna mill-Istat, il-gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali għandu l-obbligu li jipproteġi l-vijabbiltà tal-istituzzjoni ta' kreditu jew jiggarantixxi direttament jew indirettament mill-inqas 90 % tar-rekwiżiti tal-fondi proprji, ir-rekwiżiti ta' finanzjament jew l-iskoperturi tal-istituzzjoni ta' kreditu;

(e)ikun prekluż milli jaċċetta depożiti koperti kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE jew fil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri li jimplimentaw dik id-Direttiva.

3.L-istituzzjonijiet m'għandhomx japplikaw it-trattament stipulat fil-punti (g) u (h) tal-paragrafu 1, meta l-kundizzjoni fl-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 429(5) ma tiġix milħuqa.

Artikolu 429b
Kalkolu tal-valur tal-iskopertura tal-assi

1.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura tal-assi, esklużi l-kuntratti elenkati fl-Anness II, id-derivattivi tal-kreditu u l-pożizzjonijiet definiti fl-Artikolu 429e skont il-prinċipji li ġejjin:

(a)il-valuri tal-iskopertura tal-assi tfisser valuri tal-iskopertura kif definiti fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 111(1);

(b)kollateral fiżiku jew finanzjarju, garanziji jew mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu mixtri m'għandhomx jintużaw biex inaqqsu l-valuri tal-assi;

(c)ma għandux isir netting tal-assi mal-obbligazzjonijiet;

(d)ma għandux isir netting tal-SFTs.

2.Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1, arranġament ta' ppuljar ta' flus offrut minn istituzzjoni ma jiksirx il-kundizzjoni stabbilita f'dak il-punt biss meta l-arranġament jissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)l-istituzzjoni li toffri l-arranġament tal-ippuljar ta' flus tittrasferixxi l-bilanċi ta' kreditu u ta' debitu ta' diversi kontijiet individwali ta' grupp ta' entitajiet inklużi fl-arranġament ('kontijiet oriġinali') f'kont separat wieħed u b'hekk tistabbilixxi l-bilanċi tal-kontijiet oriġinali għal żero;

(b)l-istituzzjoni twettaq l-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu kuljum.

3.Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, arranġament ta' ppuljar ta' flus li ma jissodisfax il-kundizzjoni stipulata fil-punt (b) ta' dak il-paragrafu, iżda li jissodisfa l-kundizzjoni stipulata fil-punt (a) ta' dak il-paragrafu, ma jiksirx il-kundizzjoni stipulata fil-punt (c) tal-paragrafu 1, sakemm dak l-arranġament jissodisfa l-kundizzjonijiet addizzjonali kollha li ġejjin:

(a)l-istituzzjoni għandha dritt legalment infurzabbli għal tpaċija tal-bilanċi tal-kontijiet oriġinali permezz tat-trasferiment f'kont wieħed fi kwalunkwe punt fiż-żmien;

(b)ma jkunx hemm diskrepanzi fil-maturità bejn il-bilanċi tal-kontijiet oriġinali;

(c)l-istituzzjoni timponi jew tħallas imgħax fuq il-bażi tal-bilanċ ikkombinat tal-kontijiet oriġinali;

(d)l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni tikkunsidra li l-frekwenza li biha l-bilanċi tal-kontijiet oriġinali kollha huma ttrasferiti hija adegwata għall-għan li jiġi inkluż biss il-bilanċ ikkombinat tal-arranġament tal-ippuljar tal-flus fil-miżura tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ.

4.Permezz ta' deroga mill-punt (d) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura tal-flus kontanti riċevibbli u l-flus kontanti pagabbli taħt SFT mal-istess kontroparti fuq bażi netta biss meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)it-tranżazzjonijiet ikollhom l-istess data tas-saldu finali espliċita;

(b)id-dritt li l-ammont dovut lill-kontroparti jiġi paċut bl-ammont dovut mill-kontroparti jkun legalment infurzabbli f'dawn is-sitwazzjonijiet kollha:

(I)waqt il-perkors normali tan-negozju;

(II)f'każ ta' inadempjenza, insolvenza u falliment;

(c)il-kontropartijiet ikollhom l-intenzjoni li jissaldaw fuq bażi netta, jissaldaw fl-istess ħin, jew tranżazzjonijiet li jkunu suġġetti għal mekkaniżmu ta' saldu li jirriżulta f'ekwivalenti funzjonali ta' saldu nett.

5.Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 4, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkonkludu li mekkaniżmu ta' saldu jirriżulta fl-ekwivalenti funzjonali ta' saldu nett biss jekk, fid-data tas-saldu, ir-riżultat nett tal-flussi tal-flus kontanti tat-tranżazzjonijiet taħt dak il-mekkaniżmu jkun ugwali għall-ammont nett uniku taħt saldu nett u l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu sodisfatti:

(a)it-tranżazzjonijiet jiġu saldati permezz tal-istess sistema ta' saldu;

(b)l-arranġamenti ta' saldu jiġu appoġġati minn flus kontanti jew faċilitajiet ta' kreditu ta' dakinhar stess maħsuba sabiex jiżguraw li s-saldu tat-tranżazzjonijiet iseħħ sa tmiem il-jum tan-negozju;

(c)kwalunkwe kwistjonijiet li jirriżultaw mill-komponenti tat-titoli tal-SFTs ma jfixklux it-tlestija tas-saldu nett tal-ammonti riċevibbli u pagabbli ta' flus kontanti.

Il-kundizzjoni fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tiġi milħuqa biss fejn il-falliment ta' kwalunkwe SFT fil-mekkaniżmu ta' saldu jista' jdewwem is-saldu biss tal-komponent tal-flus kontanti pariġġ jew jista' joħloq obbligu lill-mekkaniżmu ta' saldu, appoġġat minn faċilità ta' kreditu assoċjata.

Meta jkun hemm falliment tal-komponent tat-titoli ta' SFT fil-mekkaniżmu ta' saldu fi tmiem it-tieqa għas-saldu fil-mekkaniżmu ta' saldu, l-istituzzjonijiet għandhom jaqsmu din it-tranżazzjoni u l-komponent ta' tqabbil tal-flus kontanti mis-sett tan-netting u jittrattawhom fuq bażi grossa.

6.Għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3, 'arranġament ta' ppuljar ta' flus' ifisser arranġament fejn il-bilanċi ta' kreditu jew debitu ta' diversi kontijiet individwali huma kkombinati għall-finijiet tal-ġestjoni tal-flus kontanti jew tal-likwidità.

Artikolu 429c
Kalkolu tal-valur tal-iskopertura ta' derivattivi

1.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura tal-kuntratti elenkati fl-Anness II u tad-derivattivi tal-kreditu, inklużi dawk li ma jidhrux fil-karta bilanċjali, skont il-metodu stabbilit fil-Parti Tlieta, Titolu II, Kapitolu 6, Taqsima 3.

Meta jiġi ddeterminat il-valur tal-iskopertura, l-istituzzjonijiet jistgħu jieħdu kont tal-effetti tal-kuntratti għan-novazzjoni u arranġamenti oħra ta' netting skont l-Artikolu 295. L-istituzzjonijiet ma għandhomx jieħdu kont ta' netting bejn prodotti differenti, iżda jistgħu jinnettjaw fil-kategorija tal-prodott kif imsemmi fil-punt (25)(c) tal-Artikolu 272 u derivattivi tal-kreditu meta jkunu suġġetti għal arranġament ta' netting kuntrattwali bejn prodotti differenti kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 295.

L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil-miżura ta' skopertura għażliet ta' bejgħ anke meta l-valur tal-iskopertura tagħhom jista' jiġi stabbilit għal żero skont it-trattament stabbilit fl-Artikolu 274(5).

2.Meta d-dispożizzjoni ta' kollateral relatat ma' kuntratti tad-derivattivi tnaqqas l-ammont ta' assi skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli, l-istituzzjonijiet għandhom ireġġgħu lura dan it-tnaqqis.

3.Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ispiża ta' sostituzzjoni tal-kuntratti tad-derivattivi skont l-Artikolu 275 jistgħu jirrikonoxxu biss kollateral riċevut fi flus kontanti mill-kontropartijiet tagħhom bħala l-marġni ta' varjazzjoni msemmi fl-Artikolu 275, fejn il-qafas kontabilistiku applikabbli ma jkunx diġà rrikonoxxa l-marġni ta' varjazzjoni bħala tnaqqis tal-valur tal-iskopertura u fejn l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jintlaħqu:

(a)għal negozjar mhux ikklerjat permezz ta' QCCP, il-flus kontanti rċevuti mill-kontroparti riċevitriċi mhumiex segregati;

(b)il-marġini ta' varjazzjoni hija kkalkulata u skambjata mill-inqas kuljum abbażi ta' valwazzjoni skont is-suq ta' pożizzjonijiet fid-derivattivi;

(c)il-marġni ta' varjazzjoni rċevut huwa f'munita speċifikata fil-kuntratt tad-derivattivi, li jirregola arranġament ta' netting ewlieni, anness ta' appoġġ ta' kreditu għall-arranġament ta' netting ewlieni kwalifikanti jew kif definit minn kwalunkwe arranġament ta' ftehim ma' QCCP;

(d)il-marġini ta' varjazzjoni rċevut huwa l-ammont sħiħ li jkun meħtieġ sabiex titneħħa l-iskopertura tal-valwazzjoni skont is-suq tal-kuntratt ta' derivattivi suġġett għal-limitu massimu u l-ammonti ta' trasferiment minimu li huma applikabbli għall-kontroparti;

(e)il-kuntratt tad-derivattivi u l-marġini ta' varjazzjoni bejn l-istituzzjoni u l-kontroparti għal dak il-kuntratt huma koperti minn ftehim ta' netting uniku li l-istituzzjoni tista' tittratta bħala li jnaqqas ir-riskju skont l-Artikolu 295.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, meta istituzzjoni tipprovdi kollateral fi flus kontanti lil kontroparti u dak il-kollateral jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (e) ta' dak is-subparagrafu, l-istituzzjoni għandha tikkunsidra dak il-kollateral bħala l-marġni ta' varjazzjoni kkollokat lill-kontroparti u għandha tinkludieh fil-kalkolu tal-ispiża ta' sostituzzjoni.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjoni għandha titqies li tkun issodisfat il-kundizzjoni hemmhekk meta l-marġni ta' varjazzjoni tiġi skambjata filgħodu fil-jum ta' negozjar wara l-jum ta' negozjar li fih ġie stipulat il-kuntratt tad-derivati, sakemm dak l-iskambju jkun ibbażat fuq il-valur tal-kuntratt fi tmiem il-jum ta' negozjar li fih ġie stipulat il-kuntratt.

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, meta tinqala' tilwima dwar il-marġni, l-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu l-ammont ta' kollateral mhux ikkontestat li jkun ġie skambjat.

4.Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet m'għandhomx jinkludu kollateral irċevut fil-kalkolu tal-NICA kif definit fil-punt 12a tal-Artikolu 272, ħlief fil-każ ta' kuntratti ta' derivattivi ma' klijenti fejn il-kuntratti tagħhom huma kklerjati minn QCCP.

5.Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-valur tal-multiplikatur użat fil-kalkolu tal-iskopertura potenzjali futura skont l-Artikolu 278(1) għal wieħed, ħlief fil-każ ta' kuntratti ta' derivattivi ma' klijenti fejn dawk il-kuntratti jiġu kklerjati minn QCCP.

6.Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-metodu stabbilit fit-Taqsima 4 jew it-Taqsima 5 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta biex jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura tal-kuntratti elenkati fil-punti 1 u 2 tal-Anness II, iżda biss meta jużaw ukoll dak il-metodu sabiex jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura ta' dawk il-kuntratti bl-iskop li jintlaħqu r-rekwiżiti tal-fondi proprji stabbiliti fl-Artikolu 92.

Meta l-istituzzjonijiet japplikaw wieħed mill-metodi msemmija fl-ewwel subparagrafu, dawn m'għandhomx inaqqsu l-miżura tal-iskopertura bl-ammont tal-marġni li jkunu rċevew.

Artikolu 429d
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar il-kalkolu tal-valur tal-iskopertura tad-derivattivi ta' kreditu sottoskritti

1.Minbarra t-trattament stabbilit fl-Artikolu 429c, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil-kalkolu tal-valur tal-iskopertura ta' derivattivi ta' kreditu sottoskritti, l-ammonti nozzjonali effettivi referenzjati fid-derivattivi ta' kreditu sottoskritti mnaqqsa minn kwalunkwe bidla negattiva ta' valur ġust li ġiet inkorporata fil-kapital tal-Grad 1 fir-rigward ta' dawk id-derivattivi ta' kreditu sottoskritti.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattivi ta' kreditu sottoskritti billi jaġġustaw l-ammont nozzjonali ta' dawk id-derivattivi biex jirrifletti l-iskopertura reali tal-kuntratti li huma ingranati jew imsaħħa b'mod ieħor permezz tal-istruttura tat-tranżazzjoni.

2.L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu b'mod sħiħ jew parzjalment il-valur tal-iskopertura ikkalkolat skont il-paragrafu 1 bl-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattivi ta' kreditu mixtrija sakemm il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu milħuqa:

(a)il-maturità li jifdal tad-derivattiv ta' kreditu mixtri jkun ugwali jew ikbar mill-maturità li jifdal tad-derivattiv ta' kreditu sottoskritt;

(b)id-derivattiv ta' kreditu mixtri jkun altrimenti suġġett għall-istess termini materjali jew għal termini materjali iktar konservattivi minn dawk fid-derivattiv tal-kreditu sottoskritt korrispondenti;

(c)id-derivattiv tal-kreditu mixtri ma jkunx inxtara minn kontroparti li tesponi lill-istituzzjoni għal riskju speċifiku ta' korrelazzjoni ħażina, kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 291(1);

(d)meta l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattiv ta' kreditu sottoskritt huwa mnaqqas minn kwalunkwe bidla negattiva fil-valur ġust inkorporati fil-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni, l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattiv ta' kreditu mixtri huwa mnaqqas minn kwalunkwe bidla pożittiva fil-valur ġust li kienet inkorporata fil-kapital tal-Grad 1;

(e)id-derivattiv ta' kreditu mixtri mhuwiex inkluż fi tranżazzjoni li tkun ġiet approvata mill-istituzzjoni f'isem klijent jew li tkun ġiet approvata mill-istituzzjoni fir-rwol tagħha bħala klijent ta' livell ogħla fi struttura ta' servizzi ta' klijenti f'diversi livelli u li għalih l-ammont nozzjonali effettiv referenzjat mid-derivattiv ta' kreditu sottoskritt korrispondenti huwa eskluż mill-miżura ta' skopertura skont il-punt (g) jew (h) tal-Artikolu 429a, kif applikabbli.

Għall-finijiet tal-kalkolu PFE skont l-Artikolu 429c(1), l-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu mis-sett tan-netting il-porzjon ta' derivattiv ta' kreditu sottoskritt li ma jkunx paċut skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u li għalih l-ammont nozzjonali effettiv huwa inkluż fil-miżura tal-iskopertura.

3.Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 2, 'terminu materjali' tfisser kwalunkwe karatteristika tad-derivattiv ta' kreditu li hija rilevanti għall-valutazzjoni tiegħu, inkluż il-livell ta' subordinazzjoni, l-opzjonalità, l-avvenimenti ta' kreditu, l-entità jew ġabra ta' entitajiet ta' referenza sottostanti, u l-obbligazzjoni jew ġabra ta' obbligazzjonijiet ta' referenza sottostanti, bl-eċċezzjoni tal-ammont nozzjonali u l-maturità residwa tad-derivattiv ta' kreditu.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, iż-żewġ ismijiet ta' referenza għandhom ikunu l-istess biss meta huma jirreferu għall-istess entità legali.

4.Permezz ta' deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw derivattivi ​​ta' kreditu mixtrija fuq ġabra ta' ismijiet ta' referenza sabiex jikkumpensaw derivattivi ta' kreditu sottoskritt fuq ismijiet ta' referenza individwali fi ħdan dik il-ġabra fejn dik il-ġabra ta' entitajiet ta' referenza u l-livell ta' subordinazzjoni fl-istess tranżazzjonijiet ikunu l-istess.

5.L-istituzzjonijiet m'għandhom inaqqsu l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattivi ta' kreditu sottoskritt meta dawn jixtru protezzjoni ta' kreditu permezz ta' swap tar-redditu totali u jirreġistraw il-pagamenti netti riċevuti bħala introjtu nett, iżda ma jirreġistraw l-ebda deterjorazzjoni ta' tpaċija fil-valur tad-derivattiva ta' kreditu sottoskritt f'kapital tal-Grad 1.

6.Fil-każ ta' derivattivi ta' kreditu mixtrija fuq ġabra ta' obbligazzjonijiet ta' referenza, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattivi ta' kreditu sottoskritt fuq l-obbligazzjonijiet ta' referenza individwali bl-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattivi ​​ta' kreditu mixtrija skont il-paragrafu 2 biss meta l-protezzjoni mixtrija tkun ekonomikament ekwivalenti għax-xiri ta' protezzjoni separatament fuq kull wieħed mill-obbligi individwali fil-ġabra.

7.Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, 'derivattiv ta' kreditu sottoskritt' tfisser kwalunkwe strument finanzjarju li permezz tiegħu istituzzjoni effettivament tipprovdi protezzjoni ta' kreditu inklużi swaps ta' inadempjenza ta' kreditu, swaps ta' redditu totali u opzjonijiet fejn l-istituzzjoni jkollha obbligu li tipprovdi protezzjoni ta' kreditu taħt kundizzjonijiet speċifikati fil-kuntratt tal-opzjonijiet.

Artikolu 429e
Suppliment tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti għall-SFTs

1.Flimkien mal-kalkolu tal-valur tal-iskopertura tal-SFTs, inklużi dawk li ma jidhrux fil-karta bilanċjali skont l-Artikolu 429b(1), l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil-kejl tal-iskopertura żieda għal riskju ta' kreditu ta' kontroparti ddeterminata skont il-paragrafi 2 jew 3 ta' dan l-Artikolu, kif applikabbli.

2.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw iż-żieda għal tranżazzjonijiet ma' kontroparti li mhumiex suġġetti għal arranġament ta' netting annwali li jilħaq il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 206 (Ei*) fuq il-bażi ta' tranżazzjoni bi tranżazzjoni skont din il-formula:

fejn:

i    = l-indiċi li jindika t-tranżazzjoni;

Ei     = il-valur ġust tat-titoli jew il-flus mislufa lill-kontroparti taħt it-tranżazzjoni i;

Ci     = il-valur ġust tal-flus jew it-titoli rċevuti mill-kontroparti taħt it-tranżazzjoni i.

L-istituzzjonijiet jistgħu jistabbilixxu Ei* ekwivalenti għal żero fejn Ei huma l-flus mislufa lil kontroparti u l-flus kontanti assoċjati riċevibbli ma jkunux eliġibbli għat-trattament tan-netting stabbilit fl-Artikolu 429b(4).

3.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw iż-żieda għal tranżazzjonijiet ma' kontroparti li huma suġġetti għal arranġament ta' netting ewlieni li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 206 (E¡*) fuq il-bażi ta' arranġament b'arranġament skont din il-formula:

fejn:

i    = l-indiċi li jindika l-arranġament tan-netting;

Ei     = il-valur ġust tat-titoli jew flus mislufa lill-kontroparti għat-tranżazzjonijiet suġġetti għall-arranġament ewlieni tan-netting i;

Ci     = il-valur ġust tal-flus jew it-titoli riċevuti mill-kontroparti suġġetti għal arranġament prinċipali ta' netting i.

4.Għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3, it-terminu kontroparti terminu jinkludi wkoll aġenti tripartitiċi li jirċievu kollateral f'depożitu u jamministraw il-kollateral fil-każ ta' tranżazzjonijiet tripartitiċi.

5.Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-metodu stabbilit fl-Artikolu 222, suġġett għal limitu ta' 20 % għall-piż tar-riskju applikabbli, sabiex jiddeterminaw iż-żieda għall-SFTs inklużi dawk li ma jidhrux fil-karta bilanċjali. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw dan il-metodu biss meta huma jużawh ukoll sabiex jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura ta' dawk it-tranżazzjonijiet bl-iskop li jintlaħqu r-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 92(1).

6.Meta tinkiseb il-kontabbiltà tal-bejgħ għal tranżazzjoni ta' riakkwist skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli, l-istituzzjoni għandha treġġa' lura l-elementi ta' kontabbiltà kollha relatati mal-bejgħ.

7.Meta istituzzjoni taġixxi bħala aġent bejn żewġ partijiet f'SFT, inkluż SFT li ma tidhirx fil-karta bilanċjali, dan li ġej għandu japplika għall-kalkolu tal-miżura ta' skopertura tal-istituzzjoni:

(a)meta l-istituzzjoni tipprovdi indennizz jew garanzija għal waħda mill-partijiet fl-SFT u l indennizz jew garanzija jkun limitat għal xi differenza bejn il-valur tat-titolu jew tal-flus kontanti li tkun sellfet dik il-parti u l-valur tal-kollateral li jkun ipprovda min sellef, l-istituzzjoni għandha tinkludi biss iż-żieda determinata skont il-paragrafu 2 jew 3, kif applikabbli, fil-miżura ta' skopertura;

(b)meta l-istituzzjoni ma tipprovdix indennizz jew garanzija lil xi waħda mill-partijiet involuti, it-tranżazzjoni m'għandhiex tiġi inkluża fil-miżura tal-iskopertura;

(c)meta l-istituzzjoni tkun ekonomikament esposta għat-titolu sottostanti jew il-flus kontanti fit-tranżazzjoni għal ammont ikbar mill-iskopertura koperta miż-żieda, din għandha tinkludi fil-miżura tal-iskopertura wkoll l-ammont sħiħ tat-titolu jew tal-flus li tkun esposta għalihom;

(d)meta l-istituzzjoni li taġixxi bħala aġent tipprovdi indennizz jew garanzija għaż-żewġ partijiet involuti f'SFT, l-istituzzjoni għandha tikkalkola l-miżura ta' skopertura tagħha skont il-punti (a) sa (c) b'mod separat għal kull parti involuta fit-tranżazzjoni.

Artikolu 429f
Kalkolu tal-valur tal-iskopertura ta' elementi li ma jidhrux fuq il-karta bilanċjali

1.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura tal-elementi li ma jidhrux fuq il-karta bilanċjali, esklużi l-kuntratti elenkati fl-Anness II, id-derivattivi tal-kreditu, SFTs u l-pożizzjonijiet definiti fl-Artikolu 429d, skont l-Artikolu 111(1).

Skont l-Artikolu 166(9), meta impenn ikun jirreferi għall-estensjoni ta' impenn ieħor, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-iżgħar miż-żewġ fatturi ta' konverżjoni assoċjat mal-impenn individwali.

2.Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-ammont ekwivalenti tal-iskopertura ta' kreditu ta' element li ma jidhirx fuq il-karta bilanċjali bl-ammont korrispondenti ta' aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta' kreditu. Il-kalkolu għandu jkun suġġett għal minimu ta' żero.

3.Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fattur ta' konverżjoni ta' 10 % għal elementi b'riskju baxx li ma jidhrux fil-karta bilanċjali msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 111(1).

Artikolu 429g
Kalkolu tal-valur tal-iskopertura ta' xiri u bejgħ fi żmien regolari li jistennew saldu

1.L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw flus relatat ma' bejgħ fi żmien regolari u titoli relatati ma' xiri fi żmien regolari li jibqgħu fuq il-karta bilanċjali sad-data ta' saldu bħala assi skont il-punt (a) tal-Artikolu 429(4).

2.L-istituzzjonijiet li, skont il-qafas kontabilistiku applikabbli, japplikaw kontabbiltà tad-data tan-negozju għal xiri u bejgħ fi żmien regolari li jkunu qed jistennew saldu għandhom ireġġgħu lura kwalunkwe tpaċija bejn riċevibbli fi flus għall-bejgħ fi żmien regolari li jistenna saldu u flus kontanti pagabbli għal xiri fi żmien regolari li jistenna saldu awtorizzat taħt dak il-qafas. Wara li l-istituzzjonijiet ikunu reġġgħu lura t-tpaċija kontabilistika, dawn jistgħu jagħmlu tpaċija bejn dawk ir-riċevibbli fi flus kontanti u pagabbli fi flus kontanti fejn kemm il-bejgħ u x-xiri relatati fi żmien regolari huma saldati fuq bażi ta' konsenja kontra ħlas.

3.L-istituzzjonijiet li, skont il-qafas kontabilistiku applikabbli, japplikaw kontabbiltà tad-data tan-negozju għal xiri u bejgħ fi żmien regolari li jkunu qed jistennew saldu għandhom jinkludu fil-miżura ta' skopertura l-valur nominali totali tal-impenji li għandhom jitħallsu relatati ma' xiri fi żmien regolari.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkumpensaw il-valur nominali sħiħ tal-impenji relatati max-xiri fi żmien regolari bil-valur nominali sħiħ tar-riċevibbli fi flus kontanti relatati ma' bejgħ fi żmien regolari li jistenna saldu biss meta kemm ix-xiri kif ukoll il-bejgħ fi żmien regolari jkunu saldati fuq il-bażi ta' konsenja kontra ħlas.

Artikolu 430
Rekwiżit ta' rappurtar

1.L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar il-proporzjon tal-ingranaġġ kif stipulat f'din il-Parti. Ir-rappurtar dwar il-proporzjon tal-ingranaġġ għandu jiġi sottomess fuq bażi annwali minn istituzzjonijiet żgħar kif definiti fl-Artikolu 430a u, suġġett għall-paragrafu 2, fuq bażi annwali jew b'mod iktar frekwenti minn istituzzjonijiet oħra.

2.Għall-finijiet tar-rekwiżit ta' rappurtar stipulat fil-paragrafu 1, l-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi biex tispeċifika il-mudelli uniformi tar-rappurtar, l-istruzzjonijiet dwar kif jintużaw dawk il-mudelli, il-frekwenza u d-dati tar-rappurtar u s-soluzzjonijiet tal-IT.

Ir-rekwiżiti ta' rappurtar speċifikati fl-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi għandhom ikunu proporzjonali, wara li jiġu kkunsidrati d-daqs u l-kumplessità tal-istituzzjonijiet u n-natura u l-livell ta' riskju tal-attivitajiet tagħhom.

L-EBA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sa [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ].

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.".

(20)Il-Parti Tmienja tinbidel b'dan li ġej:

"PARTI TMIENJA
DIVULGAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET TITOLU I

PRINĊIPJI ĠENERALI

Artikolu 430a
Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din il-Parti u l-Artikoli 13, 99, 100, 394, u 430 għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) ''istituzzjoni kbira'' tfisser istituzzjoni li tissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)l-istituzzjoni tkun ġiet identifikata bħala istituzzjoni globali sistemikament importanti ('G-SII') skont l-Artikolu 131(1) u (2) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(b)l-istituzzjoni tkun ġiet identifikata bħala istituzzjoni sistemikament importanti oħra ('O-SII') skont l-Artikolu 131(1) u (3) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(c)l-istituzzjoni tkun, fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita, waħda mill-ikbar tliet istituzzjonijiet skont il-valur totali ta' assi;

(d)il-valur totali tal-assi tal-istituzzjoni fuq il-bażi tas-sitwazzjoni ta' konsolidazzjoni tagħha jkun ugwali għal EUR 30 biljun jew iktar;

(e)il-valur totali tal-assi tal-istituzzjoni huwa ugwali għal EUR 5 biljuni jew iktar u l-proporzjon tal-assi totali tagħha relattivi għall-PDG tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita jkun bħala medja ekwivalenti għal jew ikbar minn 20 % matul il-perjodu ta' erba' snin eżatt qabel il-perjodu kurrenti ta' divulgazzjoni annwali.

(2) "sussidjarja kbira" tfisser sussidjarja li tikkwalifika bħala istituzzjoni kbira kif definita fil-paragrafu 1.

(3) "istituzzjoni mhux elenkata" tfisser istituzzjoni li ma tkunx ħarġet it-titoli li huma ammessi għan-negozjar f'suq regolat ta' xi Stat Membru, kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.

(4) "istituzzjoni żgħira" tfisser istituzzjoni li l-valur tal-assi tagħha bħala medja huma ugwali għal EUR 1,5 biljun jew inqas matul il-perjodu ta' erba' snin eżatt qabel il-perjodu kurrenti ta' divulgazzjoni annwali.  

Artikolu 431
Rekwiżiti u politiki tad-divulgazzjoni

1.L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw b'mod pubbliku l-informazzjoni msemmija fit-Titoli II u III skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan it-Titolu, suġġett għall-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 432.

2.L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw pubblikament kwalunkwe permess għall-istrumenti u l-metodoloġiji msemmija fit-Titolu III mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti taħt il-Parti Tlieta.

3.Il-korp maniġerjali jew l-amministrazzjoni għolja tal-istituzzjonijiet għandhom jadottaw politiki formali sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' divulgazzjonijiet stipulati f'din il-Parti u jdaħħlu fis-seħħ proċessi, sistemi u kontrolli interni biex jivverifikaw li d-divulgazzjonijiet tal-istituzzjonijiet huma xierqa u konformi mar-rekwiżiti stipulat f'din il-Parti. Mill-inqas membru wieħed tal-korp maniġerjali jew l-amministrazzjoni għolja tal-istituzzjonijiet għandu jiċċertifika bil-miktub li l-istituzzjoni rilevanti għamlet id-divulgazzjonijiet meħtieġa taħt din il-Parti skont il-politiki u l-proċessi, sistemi u kontrolli interni msemmija f'dan il-paragrafu. L-attestazzjoni bil-miktub imsemmija f'dan il-paragrafu għandha tiġi inkluża fid-divulgazzjonijiet tal-istituzzjonijiet.

L-istituzzjonijiet għandu jkollhom ukoll politiki sabiex jivverifikaw li d-divulgazzjonijiet tagħhom jikkomunika l-profil tar-riskju tagħhom b'mod komprensiv lill-parteċipanti tas-suq. Meta l-istituzzjonijiet jsibu li d-divulgazzjonijiet meħtieġa skont din il-Parti ma jikkomunikawx il-profil tar-riskju tagħhom b'mod komprensiv lill-parteċipanti tas-suq, huma għandhom jiddivulgaw pubblikament l-informazzjoni flimkien mal-informazzjoni meħtieġa li tkun divulgat taħt din il-Parti. Minkejja dan ta' hawn fuq, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu meħtieġa jiddivulgaw biss informazzjoni li tkun materjali u mhux proprjetarja jew kunfidenzjali skont l-Artikolu 432.

4.Id-divulgazzjonijiet kwantitattivi kollha għandhom ikunu akkumpanjati minn narrattiva kwalitattiva u kwalunkwe informazzjoni supplimentari oħra li tista' tkun meħtieġa sabiex l-utenti ta' dik l-informazzjoni jifhmu d-divulgazzjonijiet kwantitattivi, filwaqt li jinnota b'mod partikolari kwalunkwe bidla sinifikanti fi kwalunkwe divulgazzjoni partikolari meta mqabbla mal-informazzjoni li tinsab fid-divulgazzjoni preċedenti.

5. L-istituzzjonijiet għandhom, jekk jintalbu jagħmlu dan, jispjegaw id-deċiżjonijiet ta' klassifikazzjoni tagħhom lill-SMEs u lil applikanti korporattivi oħra għal self, billi jipprovdu spjegazzjoni bil-miktub meta jintalbu jagħmlu dan. L-ispejjeż amministrattivi ta' dik l-ispjegazzjoni għandhom ikunu proporzjonali mad-daqs tas-self.

Artikolu 432
Informazzjoni mhux materjali, proprjetarja jew kunfidenzjali

1.L-istituzzjonijiet jistgħu jħallu barra divulgazzjoni waħda jew iktar minn dawk elenkati fit-Titoli II u III meta l-informazzjoni pprovduta minn dawk id-divulgazzjonijiet ma tkunx meqjusa bħala materjali, ħlief għad-divulgazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 435(2)(c), l-Artikolu 437 u l-Artikolu 450.

L-informazzjoni fid-divulgazzjonijiet għandha titqies bħala materjali meta l-ommissjoni jew ir-rappurtar skorrett tagħha jista' jibdel jew jinfluwenza l-valutazzjoni jew id-deċiżjoni ta' utent ta' dik l-informazzjoni li jiddependi fuqha sabiex jieħu deċiżjonijiet ekonomiċi.

L-EBA għandha, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, toħroġ linji gwida dwar kif l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-materjalità fir-rigward tar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni tat-Titolu II u III.

2.L-istituzzjonijiet jistgħu jħallu barra wkoll element wieħed jew iktar mill-informazzjoni msemmija fit-Titoli II u III jekk dawk l-elementi jinkludu informazzjoni li tkun meqjusa bħala proprjetarja jew kunfidenzjali skont dan il-paragrafu, ħlief għad-divulgazzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 437 u 450.

L-informazzjoni għandha titqies bħala proprjetarja għall-istituzzjonijiet jekk id-divulgazzjoni pubblika tagħha timmina l-pożizzjoni kompetittiva tagħhom. L-informazzjoni proprjetarja tista' tinkludi informazzjoni dwar prodotti jew sistemi li, jekk jinqasmu mal-kompetituri, jonqos fihom il-valur tal-investimenti tal-istituzzjonijiet.

L-informazzjoni għandha titqies bħala kunfidenzjali meta l-istituzzjonijiet huma obbligati mill-klijenti jew minn relazzjonijiet ma' kontropartijiet oħra li jżommu dik l-informazzjoni kunfidenzjali jew fejn, f'każijiet eċċezzjonali u suġġett għall-kunsens minn qabel tal-awtorità kompetenti, dik l-informazzjoni tista' taffettwa b'mod sinifikanti l-pożizzjoni kompetittiva tal-istituzzjoni.

L-EBA għandha, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, toħroġ linji gwida dwar kif l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-proprjetarjetà u l-kunfidenzjalità fir-rigward tar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni tat-Titoli II u III.

3.Fil-każijiet eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 2, fid-divulgazzjonijiet tagħha, l-istituzzjoni kkonċernata għandha tiddikjara l-fatt li l-elementi speċifiċi tal-informazzjoni mhumiex divulgati, ir-raġuni għal dan in-nuqqas ta' divulgazzjoni, u tippubblika informazzjoni iktar ġenerali dwar is-suġġett tar-rekwiżit ta' divulgazzjoni, ħlief fejn is-suġġett huwa, fih innifsu, proprjetarju jew kunfidenzjali.

Artikolu 433
Frekwenza u kamp ta' applikazzjoni tad-divulgazzjonijiet

L-istituzzjonijiet għandhom jippubblikaw id-divulgazzjonijiet meħtieġa taħt it-Titolu II u II bil-mod stabbilit fl-Artikoli 433a sa 433c.

Id-divulgazzjonijiet annwali għandhom jiġu ppubblikati fl-istess data bħad-data li fiha l-istituzzjonijiet jippubblikaw id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom jew malajr kemm jista' jkun wara din id-data.

Id-divulgazzjonijiet semi-annwali u trimestrali għandhom jiġu ppubblikati fl-istess data bħad-data li fiha l-istituzzjonijiet jippubblikaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom għall-perjodu korrispondenti fejn applikabbli jew malajr kemm jista' jkun wara dan.

Kwalunkwe dewmien bejn id-data tal-pubblikazzjoni tad-divulgazzjonijiet meħtieġa taħt din il-Parti u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji rilevanti għandu jkun raġonevoli u, fi kwalunkwe każ, m'għandux jaqbeż il-limitu ta' żmien stipulat mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 106 tad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 433a
Divulgazzjonijiet minn istituzzjonijiet kbar

1.L-istituzzjonijiet kbar għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija hawn taħt u, mill-inqas, bil-frekwenza li ġejja:

(a)l-informazzjoni kollha meħtieġa taħt din il-Parti fuq bażi annwali;

(b)id-divulgazzjonijiet imsemmija fil-punti (e) u (f) tal-Artikoli 439, il-punt (1) tal-punt (e) u l-punt (3) tal-Artikolu 442, il-punt (e) tal-Artikolu 444, il-punt (a) u (b) tal-Artikolu 448, il-punt (k) sa (m) tal-Artikolu 449, il-punt (a) u (b) tal-Artikolu 451, l-Artikolu 451a(2) u (3), il-punt (f) tal-Artikolu 452, punt (f) tal-Artikolu 453 u l-punt (a) tal-Artikolu 455(2) fuq bażi semi-annwali;

(c)id-divulgazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 437, il-punt (c) tal-Artikolu 438, il-punt (c) tal-Artikolu 442 u l-metriċi ewlenin msemmija fl-Artikolu 447 fuq bażi trimestrali.

2.Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet kbar li mhumiex G-SIIs li huma istituzzjonijiet mhux elenkati għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija hawn taħt u, mill-inqas, bil-frekwenza li ġejja:

(d)l-informazzjoni kollha meħtieġa taħt din il-Parti fuq bażi annwali;

(e)il-metriċi ewlenin msemmija fl-Artikolu 447 fuq bażi semi-annwali.

3.L-istituzzjonijiet kbar suġġetti għall-Artikoli 92a jew 92b għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 437a fuq bażi semi-annwali, ħlief għall-metriċi ewlenin imsemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 447.

Artikolu 433b
Divulgazzjonijiet minn istituzzjonijiet żgħar

1.L-istituzzjonijiet żgħar għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija hawn taħt u, mill-inqas, bil-frekwenza li ġejja:

(a)fuq bażi annwali:

(I)l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (e) u (f) tal-Artikolu 435(1);

(II)l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 435(2);

(III)l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 450;

(IV)l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 437 (a), il-punt (c) tal-Artikolu 438, il-punti (e) u (f) tal-Artikoli 439, il-punt (c) u l-punti (1) u (3) tal-punt (e) tal-Artikolu 442, il-punt (e) tal-Artikolu 444, il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 448, il-punti (k) sa (m) tal-Artikolu 449, il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 451, l-Artikolu 451a(2) u (3), il-punt (f) tal-Artikolu 452, il-punt (f) tal-Artikolu 453 u l-punt (a) tal-Artikolu 455(2), fejn applikabbli.

(b)il-metriċi ewlenin msemmija fl-Artikolu 447 fuq bażi semi-annwali;

2.Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet żgħar li mhumiex istituzzjonijiet mhux elenkati għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija hawn taħt mill-inqas fuq bażi annwali:

(a)l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (e) u (f) tal-Artikolu 435(1);

(b)l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 435(2);

(c)l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 450;

(d)il-metriċi ewlenin msemmija fl-Artikolu 447.

Artikolu 433c
Divulgazzjonijiet minn istituzzjonijiet oħra

1.L-istituzzjonijiet li mhumiex suġġetti għall-Artikoli 433a jew 433b għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija hawn taħt u, mill-inqas, bil-frekwenza li ġejja:

(a)l-informazzjoni kollha stipulata f'din il-Parti fuq bażi annwali;

(b)il-metriċi ewlenin msemmija fl-Artikolu 447 fuq bażi semi-annwali.

2.Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, istituzzjonijiet oħra li huma istituzzjonijiet mhux elenkati għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija hawn taħt u, mill-inqas, bil-frekwenza li ġejja:

(a)l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 435 u 450, fil-punt (a) tal-Artikolu 437 (a), il-punt (c) tal-Artikolu 438, il-punti (e) u (f) tal-Artikoli 439, il-punti (c) u (e) tal-punt (1) u l-punt (3) tal-Artikolu 442, il-punt (e) tal-Artikolu 444, il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 448, il-punti (k) sa (m) tal-Artikolu 449, il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 451, l-Artikolu 451a(2) u (3), il-punt (f) tal-Artikolu 452, il-punt (f) tal-Artikolu 453 u l-punt (a) tal-Artikolu 455(2) fuq bażi annwali.

(b)il-metriċi ewlenin msemmija fl-Artikolu 447 fuq bażi semi-annwali.

Artikolu 434
Mezzi tad-divulgazzjonijiet

1.L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni kollha meħtieġa taħt it-Titoli II u III f'format elettroniku u f'mezz jew post uniku. Il-mezz jew post waħdieni għandu jkun dokument awtonomu li jipprovdi sors aċċessibbli faċilment ta' informazzjoni prudenzjali għal utenti ta' dik l-informazzjoni jew sezzjoni distintiva inkluża fi jew mehmuża mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji jew ir-rapporti finanzjarji tal-istituzzjonijiet li jkun fihom id-divulgazzjonijiet meħtieġa u jkunu faċilment identifikabbli għal dawk l-utenti.

2.L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu disponibbli fuq is-sit web tagħhom jew, fin-nuqqas ta' sit web, fi kwalunkwe post ieħor xieraq arkivju tal-informazzjoni meħtieġa li tkun divulgata skont din il-Parti. Dak l-arkivju għandu jinżamm aċċessibbli għal perjodu ta' żmien li m'għandux ikun inqas mill-perjodu ta' ħażna stabbilit mil-liġi nazzjonali għall-informazzjoni inkluża fir-rapporti finanzjarji tal-istituzzjonijiet.

3.Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu 'rapport finanzjarju' għandha tinftiehem fis-sens tal-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2004/109/KE 30 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Artikolu 434a
Formati ta' divulgazzjoni uniformi

1.L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi li jispeċifikaw formati ta' divulgazzjoni uniformi, u struzzjonijiet assoċjati skont liema għandhom isiru d-divulgazzjonijiet meħtieġa taħt it-Titoli II u III.

Dawk il-formati ta' divulgazzjonijiet uniformi għandhom jagħtu informazzjoni komprensiva u komparabbli biżżejjed għall-utenti ta' dik l-informazzjoni biex jiġu vvalutati l-profili tar-riskju tal-istituzzjonijiet u l-grad ta' konformità tagħhom mar-rekwiżiti stipulati fl-Ewwel Parti sal-Parti Sebgħa tagħhom. Sabiex jiffaċilitaw il-komparabbiltà tal-informazzjoni, l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għandu jkollhom l-għan li jżommu l-konsistenza tal-formati ta' divulgazzjonijiet ma' standards internazzjonali dwar divulgazzjonijiet.

Il-formati ta' divulgazzjonijiet għandhom ikunu f'format tabulari fejn xieraq.

2.L-EBA għandha tissottometti lill-Kummissjoni l-abbozzi tal-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fil-paragrafu 1 sat-[30 ta' Ġunju 2019].

Il-Kummissjoni għandha tiġi kkonferita s-setgħa li tadotta dawn l-istandards tekniċi implimentattivi skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010

TITOLU II
KRITERJI TEKNIĊI DWAR TRASPARENZA U DIVULGAZZJONI

Artikolu 435
Divulgazzjoni ta' objettivi u politiki tal-ġestjoni tar-riskju

1.L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-objettivi u l-politiki tal-ġestjoni tar-riskji tagħhom għal kull kategorija separata ta' riskji, inklużi r-riskji msemmija f'dan it-Titolu, bil-mod stabbilit fl-Artikoli 433a, 433b u 433c. Dawk id-divulgazzjonijiet għandhom jinkludu:

(a)l-istrateġiji u l-proċessi sabiex jiġu mmaniġġjati dawk il-kategoriji tar-riskji;

(b)l-istruttura u l-organizzazzjoni tal-funzjoni rilevanti tal-ġestjoni tar-riskju inkluża l-informazzjoni fuq il-bażi tal-awtorità tagħha, is-setgħat u r-responsabbiltà tagħha skont id-dokumenti ta' inkorporazzjoni u regolazzjoni tal-istituzzjoni;

(c)l-ambitu u n-natura tas-sistemi ta' rappurtar u kalkolu tar-riskji;

(d)il-politiki għall-iħħeġġjar u l-mitigazzjoni tar-riskju, u l-istrateġiji u l-proċessi għall-monitoraġġ tal-effettività kontinwa tal-ħeġġijiet u l-mitiganti;

(e)dikjarazzjoni approvata mill-korp tal-ġestjoni dwar l-adegwatezza tal-arranġamenti tal-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni rilevanti li tiggarantixxi li s-sistemi tal-ġestjoni tar-riskju implimentati huma adegwati fir-rigward tal-profil u l-istrateġija tal-istituzzjoni;

(f)dikjarazzjoni tar-riskju konċiża approvata mill-korp tal-ġestjoni li fil-qosor tiddeskrivi l-profil ġenerali tar-riskju tal-istituzzjoni assoċjat mal-istrateġija tan-negozju. Dik id-dikjarazzjoni għandha tinkludi:

(I)il-proporzjonijiet u l-figuri ewlenin li jipprovdu lill-partijiet interessati esterni idea komprensiva tal-ġestjoni tar-riskju min-naħa tal-istituzzjoni, inkluż kif il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni jinteraġixxi mat-tolleranza tar-riskju stabbilit mill-korp tal-ġestjoni;

(II)informazzjoni dwar tranżazzjonijiet intragrupp u tranżazzjonijiet ma' partijiet relatati li jista' jkollhom impatt materjali tal-profil tar-riskju tal-grupp konsolidat.

2.L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja rigward l-arranġamenti ta' governanza, inklużi aġġornamenti regolari mill-inqas fuq bażi annwali, bil-mod stabbilit fl-Artikoli 433a, 433b u 433c:

(a)in-numru ta' direttorati miżmuma mill-membri tal-korp tal-maniġment;

(b)il-politika ta' reklutaġġ għall-għażla ta' membri tal-korp tal-ġestjoni u l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenza attwali tagħhom;

(c)il-politika dwar id-diversità fir-rigward tal-għażla ta' membri tal-korp tal-ġestjoni, l-objettivi tagħha u kwalunkwe miri rilevanti stabbiliti f'dik il-politika, u l-estent sa fejn ikunu ntlaħqu dawn l-objettivi u l-miri;

(d)jekk l-istituzzjoni stabbilixxietx jew le kumitat separat tar-riskju u kemm-il darba ltaqa' dan il-kumitat tar-riskju;

(e)id-deskrizzjoni tal-fluss tal-informazzjoni dwar ir-riskju għall-korp tal-ġestjoni.

Artikolu 436
Divulgazzjoni tal-ambitu tal-applikazzjoni

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-kamp tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif ġej:

(a)l-isem tal-istituzzjoni li r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament japplikaw għaliha;

(b)rikonċiljazzjoni bejn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati mħejjija skont il-qafas kontabilistiku applikabbli u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati mħejjija bi qbil mar-rekwiżiti dwar il-konsolidazzjoni regolatorja skont l-Ewwel Parti, it-Titolu II, it-Taqsimiet 2 u 3. Dik ir-rikonċiljazzjoni għandha tfassal id-differenzi bejn l-għanijiet kontabilistiċi u regolatorji tal-konsolidazzjoni u l-entitajiet legali inklużi fi ħdan kull perimetru. Il-qafas tal-entitajiet ġuridiċi inklużi fl-ambitu tal-konsolidazzjoni regolatorja għalhekk għandu jiddeskrivi jekk dawk l-entitajiet ikunux ikkonsolidati kompletament jew proporzjonalment u jekk l-ishma f'dawk entitajiet legali ġewx imnaqqsa mill-fondi proprji;

(c)kwalunkwe impediment legali jew prattiku materjali attwali jew previst għat-trasferiment immedjat tal-fondi proprji jew ta' ripagament tal-obbligazzjonijiet fost l-impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha;

(d)l-ammont aggregat li skontu l-fondi proprji attwali huma inqas minn dak meħtieġ fis-sussidjarji kollha mhux inklużi fil-konsolidazzjoni, u l-isem jew l-ismijiet ta' dawk is-sussidjarji;

(e)fejn applikabbli, iċ-ċirkostanzi li fihom isir użu mid-deroga msemmija fl-Artikolu 7 jew il-metodu ta' konsolidazzjoni individwali stabbilit fl-Artikolu 9.

Artikolu 437
Divulgazzjoni ta' fondi proprji

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-fondi proprji tagħhom:

(a)rikonċiljazzjoni sħiħa bejn l-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, l-elementi Addizzjonali tal-Grad 1, elementi tal-Grad 2 u l-filtri u tnaqqis applikati għal-fondi proprji tal-istituzzjoni skont l-Artikoli 32 sa 35, 36, 56, 66 u l-karta tal-bilanċ fir-rapporti finanzjarji verifikati tal-istituzzjoni;

(b)deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 u l-istrumenti Addizzjonali ta' Grad 1 u l-istrumenti ta' Grad 2 maħruġa mill-istituzzjoni;

(c)it-termini u l-kundizzjonijiet sħaħ tal-istrumenti kollha ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 u dawk Addizzjonali ta' Grad 1 u Grad 2;

(d)divulgazzjoni separata tan-natura u l-ammonti ta' dawn li ġejjin:

(I)kull filtru prudenzjali applikat skont l-Artikoli 32 sa 35;

(II)kull tnaqqis li jsir skont l-Artikoli 36, 56 u 66;

(III)elementi mhux imnaqqsa skont l-Artikoli 47, 48, 56, 66 u 79;

(e)deskrizzjoni tar-restrizzjonijiet kollha applikati fuq il-kalkolu tal-fondi proprji skont dan ir-Regolament u l-istrumenti, il-filtri prudenzjali u t-tnaqqis li japplikaw għalihom dawk ir-restrizzjonijiet;

(f)spjegazzjoni dettaljata tal-bażi li fuqha huma kkalkulati proporzjonijiet kapitali fejn dawn il-proporzjonijiet kapitali huma kkalkulati billi jintużaw elementi ta' fondi proprji ddeterminati fuq bażi differenti mill-bażi stabbilita f'dan ir-Regolament,

Artikolu 437a
Divulgazzjoni ta' rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

L-istituzzjonijiet suġġetti għall-Artikoli 92a jew 92b għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-fondi proprji jew l-obbligazzjonijiet eliġibbli tagħhom:

(a)il-kompożizzjoni tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tagħhom, il-maturità tagħhom u l-karatteristiċi ewlenin tagħhom;

(b)il-klassifikazzjoni tal-obbligazzjonijiet eliġibbli fil-ġerarkija tal-kredituri;

(c)l-ammont totali ta' kull ħruġ ta' obbligazzjonijiet eliġibbli msemmi fl-Artikolu 72b u l-ammont ta' dak il-ħruġ li huwa inkluż fl-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli fil-limiti speċifikati fl-Artikolu 72b(3);

(d)l-ammont totali ta' obbligazzjonijiet esklużi msemmija fl-Artikolu 72a(2).

Artikolu 438
Divulgazzjoni tar-rekwiżiti kapitali tal-fondi proprji u l-ammonti ta' skoperturi mwieżna għar-riskju

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-konformità tagħhom mal-Artikolu 92 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 73 tad-Direttiva 2013/36/UE:

(a)sommarju tal-approċċ tagħhom għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital intern tagħhom għall-appoġġ ta' attivitajiet attwali u tal-ġejjieni;

(b)il-kompożizzjoni tar-rekwiżiti tal-fondi proprji addizzjonali ta' Grad 1 ta' ekwità komuni bbażata fuq il-proċess ta' rieżami superviżorju kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(c)fuq talba mill-awtorità kompetenti rilevanti, ir-riżultat tal-proċess ta' valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital intern tal-istituzzjoni;

(d)l-ammont totali tal-iskopertura mwieżna għar-riskju u r-rekwiżit korrispondenti tal-fondi proprji totali stabbilit skont l-Artikolu 92, li għandhom jitqassmu skont il-kategoriji ta' riskju differenti stabbiliti fil-Parti Tlieta u, fejn applikabbli, spjegazzjoni tal-effett fuq il-kalkolu tal-ammonti tal-fondi proprji u tal-iskoperturi mwieżna għar-riskju li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-limiti kapitali u mhux li jitnaqqsu elementi mill-fondi proprji.

(e)l-ammonti ta' skoperturi mwieżna għar-riskju għal kull kategorija ta' self speċjalizzat imsemmi fit-Tabella 1 tal-Artikolu 153(5) u għall-kategoriji ta' skoperturi ta' ekwità stipulati fl-Artikolu 155(2);

(f)il-valur tal-iskopertura u l-ammont ta' skoperturi mwieżna għar-riskju tal-istrumenti ta' fondi proprji miżmuma fi kwalunkwe impriża tal-assigurazzjoni, impriża tal-assigurazzjoni mill-ġdid jew kumpanija holding ta' assigurazzjoni li l-istituzzjonijiet ma jnaqqsux mill-fondi proprji tagħhom skont l-Artikolu 49 fil-kalkolu tar-rekwiżiti tal-kapital tagħhom fuq bażi individwali, subkonsolidata u konsolidata;

(g)ir-rekwiżit supplimentari ta' fond proprju u l-proporzjon tal-adegwatezza tal-kapital tal-konglomerat finanzjarju kkalkulat skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/87/KE u l-Anness I ta' dik id-Direttiva fejn metodi 1 jew 2 stabbiliti f'dak l-Anness jiġu applikati;

(h)il-varjazzjonijiet fl-ammonti ta' skoperturi mwieżna għar-riskju tal-perjodu kurrenti ta' rappurtar meta mqabbel mal-perjodu ta' rappurtar eżatt qablu li jirriżultaw mill-użu ta' mudelli interni, inkluża deskrizzjoni tal-motivaturi ewlenin li jispjegaw dawk il-varjazzjonijiet;

(i)għal istituzzjonijiet awtorizzati li jużaw mudelli interni, l-ammonti ipotetiċi ta' skopertura mwieżna skont ir-riskju li jirriżultaw jekk l-approċċ standardizzat applikabbli intuża għall-iskoperturi rilevanti.

Artikolu 439
Divulgazzjoni ta' skoperturi għal riskju ta' kreditu ta' kontroparti

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-iskopertura għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti tagħhom kif imsemmi fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 6:

(a)diskussjoni tal-metodoloġija użata sabiex jiġu assenjati limiti interni tal-kapital u l-kreditu għall-iskoperturi għall-kreditu tal-kontroparti, inklużi metodi biex dawk il-limiti jiġu assenjati lil skoperturi lil kontropartijiet ċentrali;

(b)deskrizzjoni ta' politiki relatati ma' garanziji u mitiganti oħra tar-riskju ta' kreditu, bħall-politiki għall-iżgurar tal-kollateral u l-istabbiliment ta' riservi ta' kreditu;

(c)deskrizzjoni ta' politiki rigward riskju ta' Korrelazzjoni Ħażina kif definit fl-Artikolu 291;

(d)l-ammont ta' kollateral segregat u mhux segregat riċevut u kkollokat għal kull tip ta' kollateral, maqsum iktar bejn kollaterali użat għal tranżazzjonijiet ta' derivattivi u ta' finanzjament tat-titoli, u l-ammont ta' kollateral li jkollha tipprovdi l-istituzzjoni jekk il-klassifikazzjoni tal-kreditu tagħha tiġi mnaqqsa fil-grad;

(e)il-valur gross, pożittiv u ġust ta' kuntratti ta' derivattivi u ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, benefiċċji tan-netting, skopertura għall-kreditu attwali nnettjata, kollateral miżmum u skopertura għall-kreditu nett fuq derivattivi għal kull tip ta' tranżazzjoni ta' derivattivi u ta' finanzjament tat-titoli. Għall-finijiet ta' dan il-punt, l-iskopertura għall-kreditu kurrenti nnettjata hija l-iskopertura ta' kreditu fuq tranżazzjonijiet ta' derivattivi u ta' finanzjament tat-titoli wara li ġew ikkunsidrati kemm il-benefiċċji minn arranġamenti ta' netting infurzabbli bil-liġi kif ukoll minn arranġamenti kollaterali;

(f)miżuri għal tranżazzjonijiet ta' derivattivi, il-valuri tal-iskopertura qabel u wara l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu kif stabbilit taħt il-metodi stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, Kapitolu 6, it-Taqsimiet 3 sa 6, skont liema metodu huwa applikabbli, maqsuma bejn l-ispiża ta' sostituzzjoni u komponenti potenzjali futuri taħt il-metodi stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, Kapitolu 6, it-Taqsimiet 3, 4 u 5;

(g)għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, il-valuri ta' skopertura qabel u wara l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu kif stabbiliti taħt il-metodi stipulati fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, Kapitolu 4 u Kapitolu 6, indipendentement minn liema metodu jintuża.

(h)il-valur nozzjonali tal-koperturi tad-derivattivi ta' kreditu, u d-distribuzzjoni tal-iskopertura għall-kreditu kurrenti skont it-tipi ta' skoperturi għall-kreditu;

(i)l-ammonti nozzjonali u l-valur ġust tat-tranżazzjonijiet ta' derivattivi ta' kreditu; It-tranżazzjonijiet ta' derivattivi ta' kreditu għandhom jiġu maqsuma f' derivattivi ta' kreditu użati għall-iskopijiet tal-portafoll ta' kreditu tal-istituzzjonijiet stess u d-derivattivi ta' kreditu użati għal skopijiet ta' intermedjazzjoni, u skont it-tip ta' prodott. Fi ħdan kull tip ta' prodott, it-tranżazzjonijiet ta' derivattivi ta' kreditu għandhom jerġgħu jinqasmu skont il-protezzjoni ta' kreditu mixtrija u l-protezzjoni ta' kreditu mibjugħa;

(j)l-istima tal-alpha meta l-istituzzjoni tkun irċeviet il-permess tal-awtoritajiet kompetenti biex tuża l-alpha ta' stima tagħhom stess skont l-Artikolu 284(9);

(k)għall-istituzzjonijiet li jużaw il-metodi stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, Kapitolu 6, it-Taqsimiet 4 sa 5, id-daqs tan-negozju tad-derivattivi tagħhom fuq il-karta bilanċjali u mhux fuq il-karta bilanċjali kif ikkalkolat skont l-Artikolu 273a(1) u (2), kif applikabbli.

Artikolu 440
Divulgazzjoni ta' bafers kapitali kontroċikliċi

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-konformità tagħhom mar-rekwiżit għall-bafer kapitali kontroċikliku kif imsemmi fit-Titolu VII, il-Kapitolu 4 tad-Direttiva 2013/36/UE:

(a)id-distribuzzjoni ġeografika tal-ammonti ta' skopertura mwieżna skont ir-riskju tal-iskoperturi tal-kreditu tagħha li huma użati bħala bażi għall-kalkolu tal-bafer kapitali kontroċikliku tagħhom;

(b)l-ammont tal-bafer kapitali kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni tagħhom.

Artikolu 441
Divulgazzjoni tal-indikaturi ta' importanza sistemika globali

L-istituzzjonijiet identifikati bħala G-SIIs f'konformità mal-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom jiddivulgaw, fuq bażi annwali, il-valuri tal-indikaturi użati sabiex jiġi ddeterminat il-punteġġ tagħhom f'konformità mal-metodoloġija ta' identifikazzjoni msemmija f'dak l-Artikolu.

Artikolu 442
Divulgazzjoni ta' skoperturi għal riskju ta' kreditu u riskju ta' dilwizzjoni

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-iskopertura tagħhom għar-riskju ta' kreditu u r-riskju ta' dilwizzjoni:

(a)id-definizzjonijiet li jużaw għal finijiet kontabilistiċi ta' "wara d-data tal-għeluq" u "danneġġati";

(b)deskrizzjoni tal-approċċi u l-metodi adottati għad-determinazzjoni ta' aġġustamenti fir-riskju ta' kreditu speċifiku u ġenerali;

(c)informazzjoni dwar l-ammont u l-kwalità ta' skoperturi produttivi, improduttivi u mrażżna, inkluż l-indeboliment akkumulat relatat, id-dispożizzjonijiet u l-bidliet negattivi fil-valur ġust tagħhom minħabba r-riskju ta' kreditu u l-ammonti ta' kollateral u garanziji finanzjarji rċevuti:

(d)analiżi tal-età tal-kontabbiltà ta' skoperturi wara d-data ta' għeluq;

(e)l-ammonti grossi u netti riportati ta' skoperturi kemm inadempjenti kif ukoll dawk mhux inadempjenti, l-aġġustamenti speċifiċi u ġenerali tar-riskju tal-kreditu akkumulati u tħassir akkumulat meħud kontra dawk l-iskoperturi u d-distribuzzjoni tiegħu skont iż-żona ġeografika u t-tip ta' industrija;

(f)kwalunkwe bidliet fl-ammont gross ta' skoperturi inadempjenti, titoli ta' debitu u skoperturi li ma jidhrux fuq il-karta bilanċjali, inkluża, bħala minimu, informazzjoni dwar il-ftuħ u l-għeluq ta' bilanċi ta' dawk l-iskoperturi, l-ammont gross ta' kwalunkwe waħda minn dawk l-iskoperturi mreġġa' lura għall-istat mhux inadempjenti jew suġġett għal tħassir, u t-tqassim ta' maturità residwa ta' self u titoli ta' debitu.

Artikolu 443
Divulgazzjoni ta' assi gravati u ta' assi mhux gravati

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw informazzjoni li tikkonċerna l-assi gravati u l-assi mhux gravati tagħhom. Għal dawk il-finijiet, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-ammont riportat għal kull klassi ta' skopertura maqsum skont il-kwalità tal-assi u l-ammont totali tal-ammont riportat li huwa gravat u mhux gravat. Id-divulgazzjoni ta' informazzjoni dwar assi gravati u assi mhux gravati m'għandhiex tiddivulga assistenza ta' likwidità ta' emerġenza pprovduta mill-banek ċentrali tas-SEBĊ.

Artikolu 444
Divulgazzjoni tal-użu tal-approċċ standardizzat

L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2, għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja għal waħda mill-klassijiet ta' skoperturi speċifikati fl-Artikolu 112:

(a)l-ismijiet tal-ECAIs u l-ECAs nominati u r-raġunijiet għal kwalunkwe bidla f'dawk in-nominazzjonijiet tul il-perjodu ta' divulgazzjoni;

(b)il-klassijiet ta' skoperturi li għalihom tintuża kull ECAI jew ECA;

(c)deskrizzjoni tal-proċess użat sabiex jiġi trasferit l-emittent u jinħarġu valutazzjonijiet ta' kreditu fuq elementi mhux inklużi fil-portafoll tan-negozjar;

(d)l-assoċjazzjoni ta' klassifikazzjoni esterna ta' kull ECAI jew ECA nominata bil-piżijiet tar-riskju li jikkorrispondu għall-passi ta' kwalità ta' kreditu kif stipulati fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2, filwaqt li jiġi kkunsidrat li din l-informazzjoni ma għandhiex għalfejn tiġi divulgata jekk l-istituzzjonijiet jikkonformaw mal-assoċjazzjoni standard ippubblikata mill-EBA;

(e)il-valuri tal-iskoperturi u l-valuri tal-iskoperturi wara l-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu assoċjati ma' kull livell ta' kwalità tal-kreditu kif stipulat fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2 kif ukoll il-valuri tal-iskopertura mnaqqsa mill-fondi proprji.

Artikolu 445
Divulgazzjoni tal-iskoperturi għar-riskju tas-suq skont l-approċċ standardizzat

L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw ir-rekwiżiti tal-fondi proprji skont il-Parti Tlieta, it-Titolu IV, Kapitolu 1a għandhom jiddivulgaw l-allokazzjoni totali ta' kapital, l-allokazzjonijiet ta' kapitali għall-miżuri tal-metodi bbażati fuq sensittivitajiet, l-imposta għar-riskju ta' inadempjenza u r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji residwi għall-istrumenti li ġejjin:

(a)strumenti finanzjarji minbarra strumenti ta' titolizzazzjoni miżmuma fil-portafoll tan-negozjar, bi tqassim tat-tip ta' riskji u identifikazzjoni separata tal-imposta għar-riskju ta' inadempjenza;

(b)strumenti ta' titolizzazzjoni mhux miżmuma fil-PNK, b'identifikazzjoni separata tal-imposta għar-riskju tal-firxiet ta' kreditu u tal-imposta għar-riskju ta' inadempjenza;

(c)strumenti ta' titolizzazzjoni miżmuma fil-PNK, b'identifikazzjoni separata tal-imposta għar-riskju tal-firxiet ta' kreditu u tal-imposta għar-riskju ta' inadempjenza.

Artikolu 446
Divulgazzjoni tal-ġestjoni tar-riskju operazzjonali

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw informazzjoni dwar il-ġestjoni tar-riskju operazzjonali tagħhom inkluż:

(a)it-telf totali mġarrab mir-riskju operazzjonali matul l-aħħar għaxar snin, b'telf storiku mqassam skont is-sena u identifikazzjoni separata tal-ammonti ta' telf li jaqbeż EUR 1 miljun;

(b)in-numru ta' telf li jaqbeż EUR 1 miljun, l-ammonti totali marbuta ma' dak it-telf matul l-aħħar tliet snin, kif ukoll l-ammonti totali tal-ikbar ħames telfiet;

(c)l-indikaturi u l-komponenti għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji, imqassma skont kull indikatur ta' negozju rilevanti.

Artikolu 447
Divulgazzjoni tal-metrika ewlenija

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-metrika ewlenija li ġejja f'format tabulari:

(a)il-kompożizzjoni tal-fondi proprji u tar-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħhom kif ikkalkulati skont l-Artikolu 92;

(b)l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kif ikkalkulat skont l-Artikolu 92(3);

(c)fejn applikabbli, l-ammont ta' Grad 1 ta' ekwità komuni li l-istituzzjonijiet huma meħtieġa li jżommu skont l-Artikolu 104(1)(a) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(d)ir-rekwiżit għall-bafer ikkombinat li l-istituzzjonijiet huma obbligati li jżommu skont il-Kapitolu 4 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE;

(e)il-proporzjon tal-ingranaġġ tagħhom kif ikkalkulat skont l-Artikolu 429;

(f)il-medja jew medji, kif applikabbli, għal kull tliet xhur tal-perjodu ta' divulgazzjoni rilevanti tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità tagħhom kif ikkalkolat skont ir-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61, fuq il-bażi ta' ċifri ta' kull xahar;

(g)ir-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett tagħhom kif ikkalkulat skont l-Artikolu 428b;

(h)ir-rekwiżit tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli kif ikkalkulat skont l-Artikoli 92a u 92b u maqsum fil-livell ta' kull grupp ta' riżoluzzjoni fejn applikabbli.

Artikolu 448
Divulgazzjoni tal-iskoperturi għar-riskju tar-rata tal-imgħax fuq pożizzjonijiet mhux miżmuma fil-portafoll tan-negozjar

1.Minn [sentejn wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' Emenda CRR], l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva li ġejja dwar ir-riskji li jirriżultaw minn bidliet potenzjali fir-rati ta' imgħax li jaffettwaw kemm il-valur ekonomiku ta' ekwità kif ukoll l-introjtu mill-imgħax nett tal-attivitajiet mhux kummerċjali tagħhom imsemmija fl-Artikolu 84 u l-Artikolu 98(5) tad-Direttiva 2013/36/UE:

(a)il-bidliet fil-valur ekonomiku tal-ekwità kkalkulat skont is-sitt xenarji ta' xokk superviżorji msemmija fl-Artikolu 98(5) tad-Direttiva 2013/36/UE għall-perjodi ta' divulgazzjoni kurrenti u preċedenti

(b)il-bidliet fl-introjtu mill-imgħax nett ikkalkulat taħt is-sitt xenarji ta' xokk superviżjoni msemmija fl-Artikolu 98(5) tad-Direttiva 2013/36/UE għall-perjodi ta' divulgazzjoni kurrenti u preċedenti;

(c)deskrizzjoni ta' suppożizzjonijiet ta' mmudellar u parametriċi ewlenin, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 98(5a)(b) tad-Direttiva 2013/36/UE użat għall-kalkolu ta' bidliet fil-valur ekonomiku tal-ekwità u fl-introjtu mill-imgħax nett meħtieġ skont il-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu;

(d)spjegazzjoni tas-sinifikat tal-miżuri tar-riskju divulgati fil-punt (a) u (b) ta' dan il-paragrafu u ta' kwalunkwe varjazzjonijiet sinifikanti ta' dawk il-miżuri tar-riskju mid-data tar-rappurtar preċedenti;

(e)id-deskrizzjoni ta' kif l-istituzzjonijiet jiddefinixxu, ikejlu, jimmitigaw u jikkontrollaw ir-riskji tar-rata tal-imgħax tal-attivitajiet tagħhom fil-portafoll mhux tan-negozjar għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 84 tad-Direttiva 2013/36/UE, inkluża:

(I)deskrizzjoni tal-miżuri tar-riskju speċifiċi li l-istituzzjonijiet jużaw biex jevalwaw bidliet fil-valur ekonomiku tagħhom ta' ekwità u fl-introjtu mill-imgħax nett tagħhom;

(II)deskrizzjoni tas-suppożizzjonijiet tal-immudellar u parametriċi ewlenin użati fis-sistemi ta' kejl interni tal-istituzzjonijiet li jkunu differenti mis-suppożizzjonijiet tal-immudellar u parametriċi komuni msemmija fl-Artikolu 98(5a) tad-Direttiva 2013/36/UE u l-paragrafu 2 ta' dan Artikolu għall-finijiet tal-kalkolu tal-bidliet fil-valur ekonomiku tal-kapital u fl-introjtu mill-imgħax nett taħt is-sitt xenarji superviżorji, inkluż ir-raġunament wara dawk id-differenzi;

(III)deskrizzjoni tax-xenarji ta' xokk tar-rata ta' imgħax li l-istituzzjonijiet jużaw biex jistmaw dawk ir-riskji tar-rata tal-imgħax;

(IV)ir-rikonoxximent tal-effett tal-koperturi kontra dawk ir-riskji tar-rata tal-imgħax, inklużi koperturi interni li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu106(3) ta' dan ir-Regolament;

(V)profil ta' kemm isseħħ spiss l-evalwazzjoni ta' dawk ir-riskji tar-rata tal-imgħax;

(f)id-deskrizzjoni tal-istrateġiji kumplessivi għall-ġestjoni u l-mitigazzjoni tar-riskju għal dawn ir-riskji.

2.Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (c) u (e)(i) sa (e)(iv) tal-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw għal istituzzjonijiet li jużaw il-metodoloġija standardizzata msemmija fl-Artikolu 84(1) tad-Direttiva 2013/36/UE.

3.L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika s-suppożizzjonijiet tal-immudellar u parametriċi komuni li l-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu fil-kalkolu tagħhom tal-introjtu mill-imgħax nett imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [sentejn wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' emenda].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nr  1093/2010.

Artikolu 449
Divulgazzjoni tal-iskoperturi għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni

L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skoperturi mwieżna għar-riskju skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, Kapitolu 5 jew ir-rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-Artikolu 337 jew 338 għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja b'mod separat għall-attivitajiet tal-portafoll tan-negozjar u mhux tan-negozjar tagħhom:

(a)deskrizzjoni tal-attivitajiet ta' titolizzazzjoni u ta' rititolizzazzjoni tagħhom, inklużi l-objettivi tagħhom ta' ġestjoni tar-riskju u ta' investiment b'konnessjoni ma' dawk l-attivitajiet, ir-rwol tagħhom fit-tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni u ta' rititolizzazzjoni u l-punt sa fejn huma jużaw dawn it-tranżazzjonijiet biex jittrasferixxu r-riskju tal-kreditu tal-iskoperturi titolizzati lil partijiet terzi;

(b)it-tip ta' riskji li huma esposti għalihom fl-attivitajiet ta' titolizzazzjoni u ta' rititolizzazzjoni tagħhom skont il-livell ta' anzjanità tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni rilevanti, filwaqt li jipprovdu distinzjoni bejn:

(I)riskju ritenut fi tranżazzjonijiet awto-oriġinati;

(II)riskju mġarrab fir-rigward ta' tranżazzjonijiet oriġinati minn partijiet terzi.

(c)deskrizzjoni tal-politika tagħhom li tirregola l-użu tal-iħħeġġjar u l-protezzjoni mhux iffinanzjata għall-mitigazzjoni tal-pożizzjonijiet ta' skoperturi ta' titolizzazzjoni u rititolizzazzjoni miżmuma, inkluża l-identifikazzjoni ta' kontropartijiet ta' ħeġġ materjali skont it-tip rilevanti ta' skopertura tar-riskju;

(d)l-approċċi tagħhom għall-kalkolu tal-ammonti ta' skoperturi mwieżna għar-riskju li japplikaw għall-attivitajiet ta' titolizzazzjoni tagħhom, inklużi t-tipi ta' pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li għalihom japplika kull approċċ;

(e)lista ta' SSPEs li jaqgħu f'xi waħda mill-kategoriji li ġejjin, b'deskrizzjoni tat-tipi tagħhom ta' skoperturi li jidhru fuq il-karta bilanċjali u li ma jidhrux fuq il-karta bilanċjali lil dawk l-SSPEs:

(I)SSPEs li jakkwistaw skoperturi oriġinati mill-istituzzjonijiet;

(II)SSPEs sponsorjati mill-istituzzjonijiet;

(III)SSPEs jew entitajiet legali oħra li għalihom l-istituzzjonijiet jipprovdu servizzi relatati mat-titolizzazzjoni, bħal servizzi ta' konsulenza, ta' manutenzjoni tal-assi jew ta' ġestjoni;

(IV)SSPEs inklużi fl-ambitu regolatorju ta' konsolidazzjoni tal-istituzzjonijiet;

(f)lista ta' kwalunkwe entitajiet legali li fir-rigward tagħhom l-istituzzjonijiet iddivulgaw li huma pprovdew appoġġ skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, Kapitolu 5;

(g)lista ta' entitajiet legali affiljati mal-istituzzjonijiet u li jinvestu f'titolizzazzjonijiet oriġinati mill-istituzzjonijiet jew f'pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni maħruġa minn SSPEs sponsorjati mill-istituzzjonijiet;

(h)sommarju tal-politiki kontabilistiċi tagħhom għall-attività ta' titolizzazzjoni, fosthom fejn rilevanti distinzjoni bejn il-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni u ta' rititolizzazzjoni;

(i)l-ismijiet tal-ECAIs użati għat-titolizzazzjonijiet u t-tipi ta' skoperturi li għalihom kull aġenzija hija użata;

(j)fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-Approċċ ta' Valutazzjoni Interna kif stabbilit fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, Kapitolu 5, inklużi l-istruttura tal-proċess ta' valutazzjoni interna u r-relazzjoni bejn il-valutazzjoni interna u l-klassifikazzjonijiet esterni tal-ECAI rilevanti divulgati skont il-punt (i), il-mekkaniżmi ta' kontroll għall-proċess ta' valutazzjoni interna fosthom diskussjoni tal-indipendenza, ir-responsabbiltà, u l-analiżi tal-proċess ta' valutazzjoni interna, it-tipi ta' skoperturi li għalihom jiġi applikat il-proċess ta' valutazzjoni interna u l-fatturi ta' stress li jintużaw sabiex jiġu stabbiliti livelli ta' titjib tal-kreditu;

(k)b'mod separat għall-portafoll tan-negozjar u l-portafoll mhux tan-negozjar, l-informazzjoni li ġejja:

(I)l-ammont riportat ta' skoperturi pendenti titolizzati mill-istituzzjonijiet, b'mod separat għal titolizzazzjonijiet tradizzjonali u sintetiċi u titolizzazzjonijiet li għalihom l-istituzzjonijiet jaġixxu biss bħala sponsers; Biex jiġi evitat kwalunkwe dubju, ir-referenza għall-iskoperturi titolizzati f'dan il-punt għandha tinkludi biss dawk l-iskoperturi titolizzati li fir-rigward tagħhom l-istituzzjonijiet ikunu ttrasferew riskju ta' kreditu sinifikanti assoċjat skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, Kapitolu 5;

(II)l-ammont aggregat ta' assi li qed jistennew titolizzazzjoni;

(III)l-ammont ta' skoperturi titolizzati u l-profitt jew telf rikonoxxut mal-bejgħ għall-perjodu kurrenti;

(l)b'mod separat għall-attivitajiet tal-portafoll tan-negozjar u l-portafoll mhux tan-negozjar, l-informazzjoni li ġejja:

(I)    l-ammont aggregat ta' pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni miżmuma jew mixtrija u r-rekwiżiti ta' assi mwieżna għar-riskju u kapitali assoċjati, maqsuma bejn it-titolizzazzjonijiet tradizzjonali u sintetiċi u l-iskoperturi ta' titolizzazzjoni u ta' rititolizzazzjoni u maqsuma ulterjorment f'għadd sinifikanti ta' faxex ta' piż tar-riskju jew rekwiżit kapitali, għal kull approċċ ta' rekwiżiti kapitali użat;

(II)l-ammont ta' pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni miżmuma jew mixtrija, maqsuma bejn it-tranżazzjonijiet tradizzjonali u sintetiċi u bejn l-iskoperturi ta' titolizzazzjoni u rititolizzazzjoni li jitnaqqsu mill-fondi proprji jew imwieżna għar-riskju b'1 250 %;

(m)għal skoperturi tal-portafoll mhux tan-negozjar titolizzati mill-istituzzjonijiet, l-ammont ta' assi danneġġati jew wara d-data tal-għeluq titolizzati u t-telf rikonoxxut mill-istituzzjonijiet matul il-perjodu attwali, it-tnejn li huma maqsumin skont it-tip ta' skopertura.

Artikolu 450
Divulgazzjoni tal-politika ta' remunerazzjoni

1.B'mod konformi mal-mod stabbilit fl-Artikoli 433a, 433b u 433c, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja, dwar il-politika ta' remunerazzjoni u l-prattiki tagħhom għal dawk il-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet:

(a)informazzjoni dwar il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet użat sabiex tiġi ddeterminata l-politika ta' remunerazzjoni, kif ukoll l-għadd ta' laqgħat li jsiru mill-korp ewlieni li jissorvelja r-remunerazzjoni matul is-sena finanzjarja, inkluża, fejn applikabbli, l-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni u l-mandat tal-kumitat ta' remunerazzjoni, il-konsulent estern li s-servizzi tiegħu ntużaw għad-determinazzjoni tal-politika ta' remunerazzjoni u r-rwol tal-partijiet interessati rilevanti;

(b)informazzjoni dwar ir-rabta bejn il-paga tal-persunal u l-prestazzjoni tagħhom;

(c)l-iktar karatteristiċi importanti tat-tfassil tas-sistema ta' remunerazzjoni, inkluża l-informazzjoni dwar il-kriterji użati għall-kalkolu tal-prestazzjoni u l-aġġustament tar-riskju, il-politika ta' differiment u l-kriterji tal-vestiment;

(d)il-proporzjonijiet bejn ir-remunerazzjoni fissa u varjabbli stabbilita f'konformità mal-punt (g) tal-Artikolu 94(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(e)informazzjoni dwar il-kriterji tal-prestazzjoni li fuqhom huwa bbażat l-intitolament għal ishma, opzjonijiet jew komponenti varjabbli ta' remunerazzjoni;

(f)il-parametri ewlenin u r-raġuni għal kull skema ta' komponent varjabbli u kull benefiċċju ieħor mhux fi flus;

(g)informazzjoni kwantitattiva aggregata dwar ir-remunerazzjoni, maqsuma skont il-qasam tan-negozju;

(h)informazzjoni kwantitattiva aggregata dwar ir-remunerazzjoni, maqsuma skont il-ġestjoni superjuri u l-membri tal-persunal li l-azzjonijiet tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet, li tindika dan li ġej:

(I)l-ammonti ta' remunerazzjoni mogħtija għas-sena finanzjarja, maqsuma f'remunerazzjoni fissa inkluża deskrizzjoni tal-komponenti fissi, u r-remunerazzjoni varjabbli, u n-numru ta' benefiċjarji;

(II)l-ammonti u l-forom ta' remunerazzjoni varjabbli mogħtija , maqsuma fi flus, ishma, strumenti relatati mal-ishma u tipi oħra separatament għall-parti mħallsa bil-quddiem u l-parti diferita;

(III)l-ammonti ta' remunerazzjoni differita mogħtija għal perjodi ta' prestazzjoni preċedenti, maqsuma fl-ammont dovut li jiġi vestit fis-sena finanzjarja u l-ammont dovut li jiġi vestit fis-snin sussegwenti;

(IV)l-ammont ta' remunerazzjoni diferita dovuta li tiġi vestita fis-sena finanzjarja li qed tiġi mħallsa matul is-sena finanzjarja, u li titnaqqas permezz ta' aġġustamenti ta' prestazzjoni;

(V)il-premjijiet garantiti varjabbli ta' remunerazzjoni matul is-sena finanzjarja, u n-numru ta' benefiċjarji ta' dawk il-premjijiet;

(VI)Il-ħlasijiet tat-terminazzjoni mogħtija f'perjodi preċedenti, li jkunu tħallsu matul is-sena finanzjarja;

(VII)l-ammonti ta' ħlasijiet tat-terminazzjoni mogħtija matul is-sena finanzjarja, maqsuma f'dawk imħallsa bil-quddiem u dawk diferiti, in-numru ta' benefiċjarji ta' dawk il-ħlasijiet u l-ogħla ħlas li jkun ingħata lil persuna waħda;

(i)in-numru ta' individwi li ngħataw remunerazzjoni ta' EUR 1 miljun jew iktar f'sena finanzjarja, bir-remunerazzjoni ta' bejn EUR 1 miljun u EUR 5 miljuni maqsuma f'faxex ta' pagamenti ta' EUR 500 000 u bir-remunerazzjoni ta' EUR 5 miljun u iktar maqsuma f'faxex ta' pagamenti ta' EUR 1 miljun;

(j)fuq talba mill-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti rilevanti, ir-remunerazzjoni totali għal kull membru tal-korp amministrattiv jew l-amministrazzjoni għolja.

(k)informazzjoni dwar jekk l-istituzzjoni tibbenefikax minn deroga stipulata fl-Artikolu 94(3) tad-Direttiva 2013/36/UE.

Għall-finijiet tal-punt (k), l-istituzzjonijiet li jibbenefikaw minn tali deroga għandhom jindikaw jekk dan isirx fuq il-bażi tal-punt (a) u/jew il-punt (b) tal-Artikolu 94(3) tad-Direttiva 2013/36/UE. Huma għandhom jindikaw ukoll għal liema mill-prinċipji tar-remunerazzjoni japplikaw id-deroga/i, in-numru ta' membri tal-persunal li jibbenefikaw mid-deroga/i u r-remunerazzjoni totali tagħhom, maqsuma f'remunerazzjoni fissa u varjabbli.

2.Għal istituzzjonijiet kbar, l-informazzjoni kwantitattiva dwar ir-rimunerazzjoni tal-korp maniġerjali kollettiv tal-istituzzjonijiet imsemmi f'dan l-Artikolu għandha wkoll tkun disponibbli għall-pubbliku, b'differenzjar bejn il-membri eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu b'mod li huwa xieraq għad-daqs, l-organizzazzjoni interna u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom u mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/46/KE.

Artikolu 451
Divulgazzjoni tal-proporzjon tal-ingranaġġ

1.L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja dwar il-proporzjon ta' lieva finanzjarja tagħhom kif ikkalkulat skont l-Artikolu 429 u l-ġestjoni tagħhom tar-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva:

(a)il-proporzjon ta' ingranaġġ u l-mod kif l-istituzzjonijiet japplikaw l-Artikolu 499(2) u (3);

(b)tqassim tal-miżura tal-iskoperturi totali, kif ukoll rikonċiljazzjoni tal-miżura tal-iskopertura totali bl-informazzjoni rilevanti divulgata f'dikjarazzjonijiet finanzjarji ppublikati;

(c)fejn applikabbli, l-ammont ta' elementi dekontabilizzati skont l-Artikolu 429a(1)(h);

(d)deskrizzjoni tal-proċessi użati għall-ġestjoni tar-riskju ta' ingranaġġ eċċessiv;

(e)deskrizzjoni tal-fatturi li kellhom impatt fuq il-proporzjon tal-ingranaġġ matul il-perjodu li jirreferi għalih il-proporzjon ta' ingranaġġ divulgat.

2.L-istituzzjonijiet ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku kif definiti fl-Artikolu 429a(2) għandhom jiddivulgaw il-proporzjon ta' ingranaġġ mingħajr l-aġġustament għall-miżura ta' skopertura tal-proporzjon tal-ingranaġġ determinat skont l-Artikolu 429(8).

Artikolu 451a
Divulgazzjoni ta' rekwiżiti ta' likwidità għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment sistemiċi

1.L-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment sistemiċi għandhom jiddivulgaw informazzjoni dwar il-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità, il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett u l-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tagħhom skont dan l-Artikolu.

2.L-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment sistemiċi għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità tagħhom kif ikkalkolat skont ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 31 :

(a)il-medja jew medji, kif applikabbli, tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità tagħhom bbażati fuq il-figuri fix-xahar għal kull tliet xhur tal-perjodu ta' divulgazzjoni rilevanti;

(b)l-ammont totali, wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis rilevanti, ta' assi likwidi ta' kwalità għolja inklużi fil-bafer ta' likwidità skont it-Titolu II tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61 u deskrizzjoni tal-kompożizzjoni ta' dik bafer tal-likwidità;

(c)prospett tal-flussi ta' ħruġ u flussi ta' dħul tal-likwidità u flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità kif ikkalkulati skont it-Titolu III tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61.

3.L-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment sistemiċi għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett tagħhom kif ikkalkolat skont it-Titolu IV tal-Parti Sitta ta' dan ir-Regolament:

(a)iċ-ċifri tal-aħħar tliet xhur tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett tagħhom ikkalkolat skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu IV tal-Parti Sitta ta' dan ir-Regolament għal kull kwart tal-perjodu tad-divulgazzjonijiet rilevanti;

(b)prospett tal-finanzjament stabbli meħtieġ ikkalkolat skont il-Kapitolu 4 tat-Titolu IV tal-Parti Sitta ta' dan ir-Regolament;

(c)prospett tal-finanzjament stabbli disponibbli kkalkulat skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu IV tal-Parti Sitta ta' dan ir-Regolament.

4.L-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment sistemiċi għandhom jiddivulgaw l-arranġamenti, is-sistemi, il-proċessi u l-istrateġiji fis-seħħ sabiex jidentifikaw, ikejlu, jiġġestixxu u jimmonitorjaw ir-riskju tal-likwidità skont l-Artikolu 86 tad-Direttiva 2013/36/UE.

TITOLU III
REKWIŻITI TA' KWALIFIKA GĦALL-UŻU TA' STRUMENTI JEW METODOLOĠIJI PARTIKOLARI

Artikolu 452
Divulgazzjoni tal-użu tal-Approċċ IRB għar-riskju tal-kreditu

1.L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skoperturi mwieżna għar-riskju skont l-Approċċ ibbażat fuq klassifikazzjonijiet interni (IRB) għar-riskju ta' kreditu għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja:

(a)il-permess tal-awtorità kompetenti għall-approċċ jew tranżizzjoni approvata;

(b)għal kull klassi ta' skoperturi msemmija fl-Artikolu 147, il-perċentwal tal-valur tal-iskopertura totali ta' kull klassi ta' skopertura suġġett għall-approċċ standardizzat stabbilit fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, Kapitolu 2 jew għall-Approċċ IRB stabbilit fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, Kapitolu 3, kif ukoll il-parti ta' kull klassi ta' skopertura suġġetta għal pjan ta' introduzzjoni. Meta l-istituzzjonijiet ikunu rċevew permess biex jużaw LGDs proprji u fatturi ta' konverżjoni għall-kalkolu tal-ammonti ta' skoperturi mwieżna għar-riskju, huma għandhom jiddivulgaw separatament il-perċentwal tal-valur tal-iskopertura totali ta' kull klassi ta' skoperturi suġġetta għal dak il-permess. Għall-finijiet ta' dan il-punt, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-valur tal-iskopertura kif definit fl-Artikolu 166;

(c)spjegazzjoni u analiżi ta':

(I)l-istruttura u l-proċess tas-sistemi ta' klassifikazzjoni interna, il-karatteristiċi ewlenin tal-mudelli approvati u r-relazzjoni bejn il-klassifikazzjonijiet interni u esterni;

(II)l-użu mill-istituzzjonijiet ta' stimi interni għal finijiet oħra apparti l-kalkolu tal-ammonti ta' skoperturi mwieżna għar-riskju f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3;

(III)il-proċess għall-ġestjoni u r-rikonoxximent tas-sistemi ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu;

(IV)ir-rwol tal-funzjonijiet involuti fl-iżvilupp, l-approvazzjoni u l-bidliet sussegwenti tal-mudelli ta' riskju ta' kreditu;

(V)l-ambitu u l-kontenut prinċipali tar-rappurtar relatat mal-mudelli ta' riskju ta' kreditu.

(d)kif applikabbli, l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' kull klassi ta' skopertura msemmija fl-Artikolu 147:

(I)l-valuri tal-iskoperturi li jidhru fuq il-karta bilanċjali tagħhom;

(II)il-valuri tal-iskoperturi li ma jidhrux fuq il-karta bilanċjali tagħhom qabel u wara l-applikazzjoni tal-fattur ta' konverżjoni rilevanti;

(III)il-valuri tal-iskoperturi li jidhru fuq il-karti bilanċjali u li ma jidhrux fuq il-karti bilanċjali tagħhom wara l-applikazzjoni tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu rilevanti;

(IV)meta l-istituzzjonijiet irċevew permess biex jużaw l-LGDs proprji u l-fatturi ta' konverżjoni għall-kalkolu tal-ammonti ta' skoperturi mwieżna skont ir-riskju, il-valuri ta' skoperturi msemmija fil-punti (i), (ii) u (iii) suġġetti għal dak permess.

(e)deskrizzjoni ta' kwalunkwe parametru ta' mudell jew input li huwa rilevanti għall-fehim tal-ippeżar tar-riskju għal numru suffiċjentament rappreżentattiv ta' gradi ta' debitur;

(f)deskrizzjoni tal-fatturi li ħallew impatt fuq l-esperjenza ta' telf fil-perjodu preċedenti ta' divulgazzjoni;

(g)l-istimi tal-istituzzjonijiet abbażi tar-riżultati attwali fuq perjodu itwal, b'divulgazzjoni separata ta' dawn li ġejjin:

(I)stimi ta' telf kontra t-telf attwali f'kull klassi ta' skoperturi separatament għall-iskoperturi inadempjenti u mhux inadempjenti, b'informazzjoni xierqa fuq il-perjodu ta' osservazzjoni użat għall-ittestjar retrospettiv u l-metriċi użati sabiex jiġi ddeterminat telf reali. L-informazzjoni msemmija f'dan il-punt għandha tiġi ddivulgata għal kull waħda mill-kategoriji ta' skoperturi fil-livell tal-konsumatur imsemmija fil-paragrafu 2(d) matul perjodu suffiċjenti sabiex tippermetti evalwazzjoni sinifikanti tal-prestazzjoni tal-proċessi ta' klassifikazzjoni interna għal kull kategorija;

(II)stimi tal-PD kontra r-rata ta' inadempjenza attwali għal kull klassi ta' skopertura, b'divulgazzjoni separata tal-medda tal-PD, il-PD medja, in-numru ta' obbliganti fi tmiem il-perjodu ta' divulgazzjoni preċedenti u fil-perjodu ta' divulgazzjoni, in-numru ta' obbliganti inadempjenti inklużi l-obbliganti inadempjenti ġodda, u r-rata medja annwali ta' inadempjenza storika;

(III)għall-istituzzjonijiet li jużaw l-istimi tagħhom stess ta' LGDs jew fatturi ta' konverżjoni, LGD u riżultati tal-fattur ta' konverżjoni kontra stimi pprovduti fid-divulgazzjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskju kwantitattivi stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.Id-divulgazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(c) għandha tiġi pprovduta separatament għall-klassijiet ta' skoperturi li ġejjin:

(a)gvernijiet ċentrali u banek ċentrali;

(b)istituzzjonijiet;

(c)għoti ta' self speċjalizzat lill-impriżi, inklużi SMEs u riċevibbli korporattivi mixtrija;

(d)skoperturi fil-livell tal-konsumatur, għal kull kategorija ta' skoperturi li jikkorrispondu għaliha l-korrelazzjonijiet differenti fl-Artikolu 154(1) sa (4); u

(e)ekwitajiet.

Artikolu 453
Divulgazzjoni tal-użu ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu

L-istituzzjonijiet li jużaw tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja:

(a)il-politiki u l-proċessi għan-netting li jidher fuq il-karta bilanċjali kif ukoll dak li ma jidhirx fuq il-karta bilanċjali u indikazzjoni li turi l-estent sa fejn l-istituzzjonijiet għandhom jużaw netting tal-karta bilanċjali;

(b)evalwazzjoni u ġestjoni tal-kollateral eliġibbli;

(c)deskrizzjoni tat-tipi ewlenin ta' kollateral meħud mill-istituzzjoni;

(d)għall-garanziji u d-derivati ​​ta' kreditu li jintużaw bħala protezzjoni ta' kreditu, it-tipi ewlenin ta' garanti u kontroparti tad-derivattivi ta' kreditu u l-affidabbiltà kreditizja tagħhom;

(e)il-protezzjoni ta' kreditu użata u analiżi ta' kwalunkwe konċentrazzjoni li jistgħu jipprevjenu protezzjoni ta' kreditu milli tkun effettiva;

(f)għal istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skoperturi mwieżna għar-riskju skont l-Approċċ Standardizzat jew l-Approċċ IRB, il-valur totali tal-iskopertura mhux koperta minn kwalunkwe protezzjoni ta' kreditu eliġibbli u l-valur totali tal-iskopertura kopert mill-protezzjoni ta' kreditu eliġibbli, wara l-applikazzjoni ta' aġġustamenti tal-volatilità. Id-divulgazzjonijiet stabbiliti f'dan il-punt għandhom isiru b'mod separat għal kull klassi ta' skopertura u għal kull wieħed mill-approċċi għall-klassi ta' skoperturi ta' ekwità stabbiliti fl-Artikolu 155;

(g)għall-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skoperturi mwieżna għar-riskju skont l-Approċċ Standardizzat jew l-Approċċ IRB, l-ammont garantit ta' skoperturi li huma koperti minn protezzjoni ta' kreditu eliġibbli. Id-divulgazzjoni stipulata f'dan il-punt għandha ssir b'mod separat għal kull klassi ta' skopertura;

(h)il-fattur ta' konverżjoni u l-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu korrispondenti assoċjati mal-iskopertura u l-inċidenza ta' tekniki ta' mitigazzjoni ta' kreditu b'effett ta' sostituzzjoni u mingħajru;

(i)għal istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skoperturi mwieżna għar-riskju skont l-Approċċ Standardizzat, l-ammont ta' skoperturi mwieżna għar-riskju u l-proporzjon bejn dak l-ammont ta' skoperturi mwieżna għar-riskju u l-valur tal-iskopertura wara l-applikazzjoni tal-fattur tal-konverżjoni korrispondenti u l-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu assoċjat mal-iskopertura. Id-divulgazzjoni stipulata f'dan il-punt għandha ssir b'mod separat għal kull klassi ta' skopertura;

(j)għal istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skoperturi mwieżna skont ir-riskju taħt l-Approċċ IRB, l-ammont ta' skoperturi mwieżna skont ir-riskju qabel u wara r-rikonoxximent tal-impatt tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu tad-derivattivi tal-kreditu. Meta l-istituzzjonijiet ikunu rċevew permess biex jużaw l-LGDs u l-fatturi ta' konverżjoni proprji għall-kalkolu tal-ammonti ta' skoperturi mwieżna skont ir-riskju, huma għandhom jagħmlu d-divulgazzjoni stabbilita f'dan il-punt separatament għall-klassijiet ta' skoperturi suġġetti għal dik il-permess.

Artikolu 454
Divulgazzjoni tal-użu tal-Approċċi Avvanzati ta' Kalkolu għar-riskju operattiv

L-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċi Avvanzati ta' Kalkolu stabbiliti fl-Artikoli 321 sa 324 għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħhom għar-riskju operattiv għandhom jiddivulgaw deskrizzjoni tal-użu tagħhom ta' assigurazzjoni u ta' mekkaniżmi oħra ta' trasferiment tar-riskji għall-finijiet ta' mitigazzjoni ta' dak ir-riskju.

Artikolu 455
Użu tal-Mudelli Interni tar-Riskju tas-Suq

1.L-istituzzjonijiet li, skont l-Artikolu 325ba, huma awtorizzati mill-awtorità kompetenti tagħhom li jużaw il-mudelli interni tagħhom biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħhom għar-riskju tas-suq għandhom jiddivulgaw l-ambitu, il-karatteristiċi ewlenin u l-għażliet ewlenin tal-mudelli interni differenti wżati biex jikkalkulaw l-ammonti ta' skoperturi tar-riskju għall-mudelli ewlenin użati fil-livell konsolidat skont l-Ewwel Parti, it-Titolu II. Dawn l-istituzzjonijiet għandhom jispjegaw sa liema punt dawn il-mudelli interni jirrappreżentaw il-mudelli kollha wżati fil-livell konsolidat.

2.Fejn applikabbli skont l-Artikolu 104b, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw b'mod individwali għall-postijiet tan-negozjar ewlenin u fuq bażi aggregata għall-postijiet tan-negozjar li fadal li ġejjin:

(a)l-iktar valur għoli, baxx u medju tul il-perjodu ta' rappurtar tal-elementi li ġejjin:

(I)il-miżura ta' nuqqas mistenni mingħajr restrizzjonijiet kif iddeterminat fl-Artikolu 325 ba(2)(a);

(II)ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq li jiġu kkalkulati skont il-Kapitolu 1a ta' dan it-Titolu kieku l-istituzzjonijiet ma ngħatawx ​​il-permess biex jużaw il-mudelli interni tagħhom għall-post tan-negozjar rilevanti kif stabbilit fl-Artikolu 325 ba(2)(b).

(b)għall-mudelli tan-nuqqas mistenni:

(I)in-numru ta' qabżiet fil-valur tal-ittestjar retrospettiv matul l-aħħar 250 ġurnata tan-negozju;

(II)in-numru ta' ksur ta' attribuzzjonijiet ta' P&L matul l-aħħar 12-il xahar;

3.L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw separatament l-elementi li ġejjin tar-rekwiżit għall-fondi proprji kif speċifikat fl-Artikolu 325bb: :

(a)il-miżura ta' nuqqas mistenni mingħajr restrizzjonijiet għall-miżuri tar-riskju l-iktar riċenti; u

(b)il-medja tal-miżuri tar-riskju tat-12-il ġimgħa preċedenti għal kull wieħed minn dawn li ġejjin:

(I)il-miżura tar-riskju tan-nuqqas mistenni;

(II)il-miżura tar-riskju tax-xenarju ta' stress għal fatturi tar-riskju li ma jistgħux jiġu mmudellati;

(III)ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskji inadempjenti;

(IV)is-subtotal tal-miżuri elenkati fil-punti (i), (ii) u (iii) għall-medja ta' 12-il ġimgħa, is-subtotal li jinkludi l-multiplikatur applikabbli;

(V)l-allokazzjoni ta' kapital totali."

(21)Fl-Artikolu 456, jiżdied il-punt (k) li ġej:

"(k)    l-emendi għar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni stabbiliti fit-Titoli II u III tat-Tmien Parti biex jitqiesu l-iżviluppi jew emendi tal-istandards internazzjonali dwar id-divulgazzjoni".

(22)L-Artikolu 460 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa sabiex tadotta att ta' delega skont l-Artikolu 462 sabiex tispeċifika fid-dettall ir-rekwiżit ġenerali stabbilit fl-Artikolu 412(1). L-att ta' delega adottat skont dan il-paragrafu għandu jkun ibbażat fuq l-elementi li għandhom jiġu rrappurtati skont il-Parti Sitta, it-Titolu II u l-Anness III, għandu jispeċifika ċ-ċirkostanzi li fihom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimponu livelli speċifiċi ta' flussi 'il ġewwa u 'l barra fuq istituzzjonijiet sabiex ikunu koperti r-riskji speċifiċi li huma esposti għalihom, u għandu jirrispetta l-limiti massimi stabbiliti fil-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att ta' delega skont l-Artikolu 462 biex jemenda jew jissostitwixxi r-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61 għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli 8(3), 411, 412, 413, 416, 419, 422, 425, 428a, 428f, 428g, 428k sa 428n, 428p, 428r, 428s, 428t, 428v sa 428ad, 428af, 428ag u 451a ta' dan ir-Regolament.".

(b) jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

"3.    l-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att ta' delega skont l-Artikolu 462 biex temenda l-lista ta' prodotti jew servizzi stipulati fl-Artikolu 428f(2) jekk tqis li l-assi u l-obbligazzjonijiet marbutin direttament ma' prodotti jew servizzi oħrajn jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 428f(1).

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att ta' delega msemmi fl-ewwel subparagrafu sa [tliet snin wara d-data ta' applikazzjoni tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett kif stipulat fit-Titolu IV tal-Parti Sitta].".

(23)L-Artikolu 473a ġdid li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 473:

"Artikolu 473a
Introduzzjoni tal-IFRS 9

1.Sa [id-data ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu + 5 snin] l-istituzzjonijiet li jħejju l-kontijiet tagħhom f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jistgħu jżidu mal-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tagħhom l-ammont applikabbli skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu multiplikat bil-fattur applikabbli stabbilit fil-paragrafu 3.

2.L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat bħala t-tnax-il xahar ta' telfiet ta' kreditu mistennija ddeterminati skont il-paragrafu 5.5.5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru …. / 2016( 32 ) u l-ammont ta' tnaqqis għal telf għall-istrumenti finanzjarji ekwivalenti għat-telf mistenni matul il-ħajja ddeterminat skont il-paragrafu 5.5.3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru …. / 2016 (1).

3.Fil-kalkolu tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1, japplikaw il-fatturi li ġejjin:

(a)1 fil-perjodu minn [id-data ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu] sa [data ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu + sena - ġurnata];

(b)0,8 fil-perjodu minn [id-data ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu + sena] sa [data ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu + sentejn - ġurnata];

(c)0,6 fil-perjodu minn [id-data ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu + sentejn] sa [data ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu + 3 snin - ġurnata];

(d)0,4 fil-perjodu minn [id-data ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu + 3 snin] sa [data ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu + 4 snin - ġurnata];

(e)0,2 fil-perjodu minn [id-data ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu + 4 snin] sa [data ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu + 5 snin - ġurnata].

L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fid-divulgazzjonijiet tal-fondi proprji tagħhom l-ammont miżjud mal-kapital tal-Grad I ta' Ekwità Komuni skont il-paragrafu 1.".

(24)L-Artikolu 493 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza tinbidel b'li ġej:

"Id-dispożizzjonijiet fuq skoperturi kbar kif stabbiliti fl-Artikoli 387 sa 403 ma għandhomx japplikaw għal ditti tal-investimenti li n-negozju ewlieni tagħhom jikkonsisti b'mod esklussiv fil-forniment ta' servizzi tal-investimenti jew f'attivitajiet relatati mal-istrumenti finanzjarji stabbiliti fil-punti 5, 6, 7, 9 u 10 tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/KE u li għalihom, fil-31 ta' Diċembru 2006, ma kinitx tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE tal-10 ta' Mejju 1993 dwar servizzi ta' investiment fil-qasam ta' titoli (1).".

(b)il-paragrafi 4 u 5 li ġejjin huma miżjudin:

"4. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 395, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet iżommu waħda mill-iskoperturi previsti fil-punti (a), (c), (d) u ​​(e) tal-Artikolu 400(1) denominati u ffinanzjati fil-munita ta' kwalunkwe Stati Membri sal-valuri li ġejjin, wara li jittieħed kont tal-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu skont l-Artikoli 399 sa 403:

(a)100 % tal-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni sal-31 ta' Diċembru 2018;

(b)75 % tal-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni sal-31 ta' Diċembru 2019;

(c)50 % tal-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni sal-31 ta' Diċembru 2020;

5. L-iskoperturi msemmija fil-punti (a), (c), (d) u ​​(e) tal-Artikolu 400(1) denominati u ffinanzjati fil-munita ta' xi Stat Membru u imġarrba mill-istituzzjonijiet qabel it-22 ta' Novembru 2016 għandhom jiġu eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395."

(25)L-Artikolu 494 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 494
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali - rekwiżit għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli

1.Permezz ta' deroga mill-Artikolu 92a, mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2021, l-istituzzjonijiet identifikati bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma G-SII jew huma parti minn G-SII għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli:

(a)proporzjon ibbażat fuq ir-riskju ta' 16 %, li jirrappreżenta l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat skont il-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 92;

(b)proporzjon mhux ibbażat fuq ir-riskju ta' 6 %, li jirrappreżenta l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-kejl totali tal-iskopertura msemmi fl-Artikolu 429(4).

2.Permezz ta' deroga mill-Artikolu 72b(3), mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2021, l-estent sa fejn l-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 72b(3) jistgħu jiġu inklużi fl-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli għandhom ikunu 2,5 % tal-ammont tal-iskopertura tar-riskju totali kkalkulat skont il-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 92.

(26)L-Artikolu 494a li ġej jiżdied wara l-Artikolu 494:

"Artikolu 494a
Anterjorità ta' ħruġ permezz ta' SPEs

1.Permezz ta' deroga mill-Artikolu 52 l-istrumenti kapitali mhux maħruġa direttament minn istituzzjoni għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti Addizzjonali ta' Grad 1 sal-31 ta' Diċembru 2021 biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1), ħlief għall-kundizzjoni li teħtieġ li l-istrumenti jkunu maħruġa direttament mill-istituzzjoni;

(b)l-istrumenti jinħarġu permezz ta' entità fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti;

(c)ir-rikavati jkunu immedjatament disponibbli għall-istituzzjoni mingħajr limitazzjoni u f'forma li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu.

2.Permezz ta' deroga mill-Artikolu 63 strumenti kapitali mhux maħruġa direttament minn istituzzjoni jew self subordinat ma jkunx irċevut direttament minn istituzzjoni, kif applikabbli għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 2 sal-31 ta' Diċembru 2021 biss meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63(1), ħlief għall-kundizzjoni li teħtieġ li l-istrumenti jkunu maħruġa direttament mill-istituzzjoni;

(b)l-istrumenti jinħarġu jew is-self subordinat jiġi riċevut, kif applikabbli, permezz ta' entità fi ħdan il-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti;

(c)ir-rikavati jkunu immedjatament disponibbli għall-istituzzjoni mingħajr limitazzjoni u f'forma li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu.".

(27)L-Artikolu 497 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 497
Rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal CCPs

1.Meta CCP ta' pajjiż terz tapplika għal rikonoxximent skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw dik is-CCP bħala QCCP mid-data li fiha ppreżentat l-applikazzjoni tagħha għar-rikonoxximent lill-ESMA u sa waħda mid-dati li ġejjin:

(a)meta l-Kummissjoni tkun diġà adottat att implimentattiv imsemmi fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-pajjiż terz li fih is-CCP tkun stabbilita u dak l-att ikun daħal fis-seħħ, sentejn wara d-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni;

(b)meta l-Kummissjoni ma tkunx għadha adottat att implimentattiv imsemmi fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-pajjiż terz li fih is-CCP tkun stabbilita jew meta dak l-att ikun għadu ma daħalx fis-seħħ, l-ewwel data li sseħħ minn dawn iż-żewġ dati li ġejjin:

(I)sentejn wara id-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta' implimentazzjoni;

(II)ħames snin wara d-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

2.Sal-iskadenza tad-data definita fil-paragrafu 1, meta CCP imsemmija f'dak il-paragrafu la jkollha fond ta' inadempjenza u lanqas ma jkollha fis-seħħ arranġament vinkolanti mal-membri ta' kklerjar tagħha li jippermettilha tuża l-marġni inizjali kollu jew parti minnu rċevut mill-membri ta' kklerjar tagħha daqs li kieku kienu kontribuzzjonijiet prefinanzjati, l-istituzzjoni għandha tissostitwixxi l-formula biex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji (Ki) fl-Artikolu 308(2) b'dan li ġej:

fejn:

i    =l-indiċi li jindika l-membru tal-ikklerjar;

IMi    = il-marġini inizjali kkollokata lil CCP mill-membru tal-ikklerjar i;

IM    =l-ammont totali tal-marġni inizjali kkomunikata lill-istituzzjoni mis-CCP skont l-Artikolu 89(5a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.".

(28)Fl-Artikolu 498(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Id-dispożizzjonijiet fuq ir-rekwiżiti tal-fondi proprji kif stabbiliti f'dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal ditti tal-investiment li n-negozju ewlieni tagħhom jikkonsisti b'mod esklussiv fil-forniment ta' servizzi tal-investiment jew f'attivitajiet relatati mal-istrumenti finanzjarji stabbiliti fil-punti 5, 6, 7, 9, 10 u 11 tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE u li ma applikatx għalihom id-Direttiva 93/22/KEE fil-31 ta' Diċembru 2006.".

(29)L-Artikolu 499(3) huwa mħassar.

(30)L-Artikolu 501 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 501
Aġġustament għal skoperturi tal-SMEs

1.L-ammonti tal-iskoperturi mwieżna għar-riskju għal skoperturi għall-SMEs għandhom ikunu aġġustati skont il-formuli li ġejjin:

(IV)jekk E' <= EUR 1 500 000, RW* = RW 0,7612;

(V)jekk E' > EUR 1 500 000, RW* = min {RW; EUR 1 500 000} 0,7612 + max {0; RW – 1 500 000} 0,85;

fejn:

RW*    =    ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju aġġustat għal skopertura għal SME;

E'    =    l-ammont totali dovut lill-istituzzjoni u lill-impriżi prinċipali u lis-sussidjarji tagħha, inkluż kwalunkwe skopertura f'inadempjenza, mill-klijent obbligant jew minn grupp ta' klijenti konnessi flimkien, iżda esklużi l-pretensjonijiet jew pretensjonijiet kontinġenti ggarantiti bi proprjetà residenzjali bħala kollateral;

RW    =    ammont ta' skopertura mwieżna għar-riskju għal skopertura lil SME kkalkulata skont it-Titolu II, il-parti II u l-Artikolu preżenti.

2.Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu:

(a)    l-iskopertura għal SME għandha tiġi inkluża jew fil-livell tal-konsumatur jew inkella f'dawk korporattivi jew iggarantita minn ipoteki fuq klassijiet ta' proprjetà immobbli. Skoperturi inadempjenti għandhom ikunu esklużi;

(b)SME hi definita skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju 33 . Fost il-kriterji elenkati fl-Artikolu 2 tal-Anness għal dik ir-Rakkomandazzjoni il-fatturat annwali biss għandu jittieħed kont tiegħu."

(31)L-Artikoli 501a, 501b u 501c huma mdaħħlin:

"Artikolu 501a
Aġġustament għar-rekwiżiti kapitali għar-riskju tal-kreditu għall-iskoperturi għal entitajiet li joperaw jew jiffinanzjaw strutturi jew faċilitajiet fiżiċi, sistemi u netwerks li jipprovdu jew jappoġġjaw servizzi pubbliċi essenzjali

1.Rekwiżiti kapitali għal riskju ta' kreditu kkalkulat skont it-Titolu II, il-Parti III għandhom jiġu mmultiplikati b'fattur ta' 0,75 sakemm l-iskopertura tkun konformi mal-kriterji kollha li ġejjin:

(a)l-iskopertura hija inkluża fil-klassi tal-assi korporattiv jew fil-klassi ta' skoperturi ta' self speċjalizzat, bl-esklużjoni ta' skoperturi inadempjenti;

(b)l-iskopertura hija għal entità li nħolqot speċifikament sabiex tiffinanzja jew topera l-istrutturi jew faċilitajiet fiżiċi, sistemi u netwerks li jipprovdu jew jappoġġjaw servizzi pubbliċi essenzjali;

(c)is-sors primarju tar-ripagament tal-obbligu jkun l-introjtu ġġenerat mill-assi li qegħdin jiġu ffinanzjati, iktar milli l-kapaċità indipendenti ta' impriża kummerċjali usa';

(d)l-obbligant jista' jissodisfa l-obbligi finanzjarji tiegħu anke taħt kundizzjonijiet ta' tensjoni kbira ħafna li huma rilevanti għar-riskju tal-proġett;

(e)il-flussi tal-flus li l-obbligant jiġġenera huma prevedibbli u jkopru l-ħlasijiet lura ta' self kollha futuri matul il-perjodu tas-self;

(f)ir-riskju ta' finanzjament mill-ġdid tal-iskopertura jkun baxx jew mitigat biżżejjed;

(g)l-arranġamenti kuntrattwali jipprovdu lis-selliefa grad għoli ta' protezzjoni inklużi dawn li ġejjin:

(I)meta d-dħul tal-obbligant ma jkunux iffinanzjati permezz ta' pagamenti minn numru kbir ta' utenti, l-arranġamenti kuntrattwali għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li effettivament jipproteġu lis-selliefa minn telf li jirriżulta mit-tmiem tal-proġett mill-parti li taqbel li tixtri l-prodotti jew servizzi pprovduti mill-obbligant;

(II)l-obbligant għandu fondi ta' riserva suffiċjenti iffinanzjati kompletament bi flus jew arranġamenti finanzjarji oħra ma' garanti bi klassifikazzjoni għolja sabiex ikopru fondi ta' kontinġenza u rekwiżiti tal-kapital operatorju tul il-ħajja tal-assi msemmija fil-punt b) ta' dan il-paragrafu;

(III)il-mutwanti għandhom grad sostanzjali ta' kontroll fuq l-assi u d-dħul iġġenerat mill-obbligant;

(IV)il-mutwanti għandhom il-benefiċċju ta' sigurtà sal-estent permess mil-liġi applikabbli fl-assi u kuntratti kritiċi għan-negozju tal-infrastruttura jew ikollhom mekkaniżmi alternattivi sabiex jiżguraw il-pożizzoni tagħhom;

(V)l-ekwità hija mwiegħda lil selliefa sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-kontroll tal-entità mal-inadempjenza;

(VI)l-użu ta' flussi ta' flus operatorji netti wara l-pagamenti obbligatorji għall-proġett għal skopijiet li mhumiex l-obbligi għall-ħlas tad-dejn huwa ristrett;

(VII)hemm restrizzjonijiet kuntrattwali fuq il-kapaċità tal-obbligant biex iwettaq attivitajiet li jistgħu jkunu ta' detriment għall-mutwanti, inkluża r-restrizzjoni li dejn ġdid ma jkunx jista' jinħareġ mingħajr il-kunsens tal-fornituri tas-self eżistenti;

(h)l-obbligu huwa pprivileġġjat fir-rigward tal-pretensjonijiet l-oħra kollha għajr pretensjonijiet statutorji u pretensjonijiet minn kontropartijiet derivattivi;

(i)meta l-obbligant ikun fil-fażi tal-kostruzzjoni, il-kriterji li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati minn investitur azzjonarju, jew meta jkun hemm iktar minn investitur azzjonarju wieħed, il-kriterji li ġejjin għandhom jintlaħqu mill-grupp kollu tal-investituri azzjonarji:

(I)l-investituri azzjonarji għandhom storja ta' sorveljanza ta' suċċess ta' proġetti infrastrutturali, is-saħħa finanzjarja u l-kompetenza rilevanti,

(II)l-investituri azzjonarji għandhom riskju baxx ta' inadempjenza, jew ikun hemm riskju baxx ta' telf materjali għall-obbligant bħala riżultat tal-inadempjenza tagħhom,

(III)ikun hemm mekkaniżmi adegwati fis-seħħ biex jallinjaw l-interess tal-investituri azzjonarji mal-interessi tal-mutwanti;

(j)l-obbligant ikollu salvagwardji adegwati biex jiżgura tlestija tal-proġett skont l-ispeċifikazzjoni, il-baġit jew id-data tat-tlestija miftiehma; inklużi garanziji qawwija ta' kompletezza;

(k)meta r-riskji operatorji huma materjali, ikunu ġestiti kif suppost;

(l)l-obbligant juża teknoloġija u disinn ittestjati;

(m)il-permessi u l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa kollha jkunu nkisbu;

(n)il-obbligant juża derivattivi ​​biss għal finijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju.

2.Għall-finijiet tal-paragrafu 1(e), il-flussi ta' flus iġġenerati m'għandhomx jitqiesu bħala prevedibbli sakemm parti sostanzjali mid-dħul ma tissodisfax il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)jintlaħaq wieħed minn dawn il-kriterji li ġejjin:

(I)ir-rikavati jkunu abbażi ta' disponibbiltà;

(II)ir-rikavati jkunu suġġett għal regolament tar-rata tar-redditu;

(III)ir-rikavati jkunu suġġett għal kuntratt take-or-pay;

(IV)il-livell ta' produzzjoni jew tal-użu u l-prezz għandu b'mod indipendenti jissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:

ikun irregolat,

ikun iffissat b'kuntratt;

huwa suffiċjentament prevedibbli minħabba d-domanda baxxa tar-riskju;

(b)meta d-dħul tal-obbligant ma jkunux iffinanzjati permezz ta' pagamenti minn numru kbir ta' utenti, il-parti li taqbel li tixtri l-prodotti jew servizzi pprovduti mill-obbligant għandha tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(I)gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali;

(II)PSE bi klassifikazzjoni ECAI bi skala tal-kwalità tal-kreditu ta' mill-inqas 3;    

(III)entità korporattiva bi klassifikazzjoni ECAI bi skala tal-kwalità tal-kreditu ta' mill-inqas 3;

(IV)entità li hija sostitwibbli mingħajr bidla sinifikanti fil-livell u fit-twaqqit tar-rikavat.

3.L-istituzzjonijiet għandhom jagħtu rapport lill-awtoritajiet kompetenti kull 6 xhur dwar l-ammont totali ta' skoperturi lil entitajiet tal-proġett tal-infrastruttura ikkalkulati skont dan l-Artikolu.

4.Il-Kummissjoni għandha, sa [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ] tirrapporta dwar l-impatt tar-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti f'dan ir-Regolament fuq l-għoti ta' self lil entitajiet ta' proġetti tal-infrastruttura u għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġislattiva, jekk xieraq.

5.Għall-finijiet tal-paragrafu 4, l-EBA għandha tagħti rapport dwar dan li ġej lill-Kummissjoni:

(a)    analiżi tal-evoluzzjoni tax-xejriet u kundizzjonijiet fi swieq għal self tal-infrastruttura u l-finanzjament tal-proġetti matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 4;

(b)    analiżi tal-element ta' riskju effettiv ta' entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) tal-paragrafu 1 matul ċiklu ekonomiku sħiħ;

(c)    il-konsistenza tar-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti f'dan ir-Regolament bl-eżiti tal-analiżi taħt il-punti (a) u (b).

Artikolu 501b
Rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq

1.Sa [id-data ta' applikazzjoni + 3 snin], l-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċi stabbiliti fil-Kapitoli 1a u 1b, it-Titolu IV, Parti Tlieta biex jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq għandhom jimmultiplikaw ir-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħhom għar-riskji tas-suq ikkalkulati skont dawn l-approċċi b'fattur ta' 65 %.

2.L-EBA għandha timmonitorja l-adegwatezza tal-livell tar-rekwiżit tal-fondi proprji għar-riskji tas-suq ikkalkulati skont l-approċċi stabbiliti fil-Kapitoli 1a u 1b, it-Titolu IV, Parti Tlieta minn istituzzjonijiet fl-Unjoni u tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-opportunità biex tinbidel il-kalibrazzjoni ta' dawn l-approċċi sa [id-data ta' applikazzjoni + sentejn]. Dan ir-rapport għandu mill-inqas jivvaluta:

(a)għall-iktar strumenti finanzjarji komuni assenjati lill-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjonijiet fl-Unjoni, jekk il-livell ta' rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq ikkalkulati mill-istituzzjonijiet bi qbil mal-approċċ stabbilit fil-Kapitoli 1a, it-Titolu IV, Parti Tlieta huwiex eċċessiv meta mqabbel mar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq ikkalkulati mill-istituzzjonijiet bi qbil mal-approċċ stabbilit fil-punt (a) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 325.

(b)għall-iktar strumenti finanzjarji komuni assenjati lill-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjonijiet fl-Unjoni, jekk il-livell ta' rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq ikkalkulati mill-istituzzjonijiet bi qbil mal-approċċ stabbilit fil-Kapitoli 3, it-Titolu IV, Parti Tlieta huwiex eċċessiv meta mqabbel mar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq ikkalkulati mill-istituzzjonijiet bi qbil mal-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 7, Titolu IV, Parti 3.

(c)għall-iktar strumenti finanzjarji komuni assenjati lill-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjonijiet fl-Unjoni, jekk il-livell ta' rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq ikkalkulat mill-istituzzjonijiet bi qbil mal-approċċ stabbilit fil-Kapitoli 2, it-Titolu IV, Parti Tlieta huwiex eċċessiv meta mqabbel mal-livell tar-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq ikkalkulat mill-istituzzjonijiet bi qbil mal-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 3, it-Titolu IV, Parti Tlieta.

3.Fi żmien tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni tal-approċċi stipulati fil-Kapitoli 1a u 1b, it-Titolu IV, Parti Tlieta, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att ta' delega skont l-Artikolu 462 ta' dan ir-Regolament li jtawwal l-applikazzjoni tat-trattament imsemmi fil-paragrafu 1 jew jemenda l-fattur imsemmi f'dak il-paragrafu, jekk jitqies xieraq u b'kont meħud tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2, l-iżviluppi regolatorji internazzjonali u l-karatteristiċi speċifiċi tas-swieq finanzjarji u kapitali fl-Unjoni.

4.Fin-nuqqas tal-adozzjoni tal-att ta' delega msemmi fis-subparagrafu preċedenti fiż-żmien speċifikat, it-trattament stabbilit fil-paragrafu 1 m'għandux jibqa' japplika.

Artikolu 501c
Deroga għal ditti ta' investiment li mhumiex ditti ta' investiment sistemiċi

Id-ditti ta' investiment, li mhumiex ditti ta' investiment sistematiċi kif definit fil-punt 139 tal-Artikolu 4(1), jistgħu jkomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament kif kienu fil-[jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-regolament ta' emenda] sakemm dawk id-ditti ta' investiment jinnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li japplikaw dan l-Artikolu lill-awtorità kompetenti rilevanti sa mhux iktar tard minn [id-data fissa- qabel l-applikazzjoni].

Artikolu 501d
Deroga mir-rekwiżiti ta' rappurtar

Permezz ta' deroga mill-Artikoli 99, 100, 101, 394, 415 u 430, matul il-perjodu bejn id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u d-data tal-ewwel rimessa speċifikata f'kull wieħed mill-istandards tekniċi msemmija f'dawk Artikoli, l-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu li ma jirrappurtawx l-informazzjoni fil-format speċifikat fit-mudelli li jinsabu fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 fejn dawk mudelli ma jkunux ġew aġġornati biex jirriflettu d-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament.".

(32)L-Artikolu 507 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 507
Skoperturi kbar

L-EBA għandha timmonitorja l-użu ta' eżenzjonijiet stipulati fl-Artikolu 390(6) u l-Artikolu 400(1) u l-Artikolu 400(2) u sa [sena wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' emenda] tippreżenta rapport lill-Kummissjoni li jevalwa l- impatt kwantitattiv li jkollhom it-tneħħija ta' dawk l-eżenzjonijiet jew it-twaqqif ta' limitu fuq l-użu tagħhom. Ir-rapport għandu jivvaluta, b'mod partikolari, għal kull eżenzjoni pprovduta f'dawk l-Artikoli:

(a)in-numru ta' skoperturi kbar eżenti f'kull Stat Membru.

(b)in-numru ta' istituzzjonijiet li jużaw l-eżenzjoni f'kull Stat Membru;

(c)l-ammont aggregat ta' skoperturi eżentati f'kull Stat Membru.";

(33)Fl-Artikolu 510, jiżdiedu l-paragrafi 4 sa 7 li ġejjin:

"4.    L-EBA għandha timmonitorja l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ li jkopri r-riskju ta' finanzjament marbut mal-kuntratti tad-derivattivi ​​elenkati fl-Anness II u ta' derivattivi ta' kreditu matul l-orizzont ta' sena tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli, b'mod partikolari r-riskju ta' finanzjament futur għal dawn il-kuntratti stipulati fl-Artikolu 428u(2) u l-Artikolu 428x(2) sa (4), u tibgħat rapport lill-Kummissjoni dwar l-opportunità li tadotta miżura iktar sensittiva għar-riskju sa [sentejn wara d-data ta' applikazzjoni tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli kif stipulat fit-Titolu IV tal-Parti Sitta]. Dan ir-rapport għandu mill-inqas jivvaluta:

(a)l-adegwatezza tal-użu tal-approċċ standardizzat għall-kejl tal-iskoperturi tar-riskju ta' kreditu tal-kontropartijiet kif stabbilit fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, jew elementi tagħhom, sabiex jiġi kkalkulat ir-riskju ta' finanzjament futur għall-kuntratti tad-derivattivi;

(b)l-opportunità li ssir distinzjoni bejn il-kuntratti tad-derivattivi ​​marġinati u mhux marġinati;

(c)l-opportunità li jitneħħa jew jiġi sostitwit ir-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 428u(2) u fl-Artikolu 428x(2) sa (4);

(d)l-opportunità li jinbidel b'mod usa' t-trattament tal-kuntratti tad-derivattivi ​​fil-kalkolu tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli, kif stipulat fl-Artikolu 428d, l-Artikolu 428k(3), l-Artikolu 428u(2), l-Artikolu 428x(2) sa (4), il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 428af u l-Artikolu 428ag(3), biex jinftiehem aħjar ir-riskju ta' finanzjament marbut ma' dawn il-kuntratti fuq l-orizzont ta' sena mill-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli;

(e)l-impatt tal-bidliet proposti fuq l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ għall-kuntratti tad-derivattivi ​​tal-istituzzjonijiet.

5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att ta' delega skont l-Artikolu 462 biex temenda t-trattament ta' kuntratti tad-derivattivi ​​elenkati fl-Anness  II u derivattivi ta' kreditu għall-kalkolu tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli kif stipulat fit-Titolu IV tal-Parti Sitta jekk tqis li jkun xieraq b'kunsiderazzjoni tal-impatt tat-trattament eżistenti fuq il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett tal-istituzzjonijiet u biex jittieħed kont aħjar tar-riskju ta' finanzjament marbut ma' dawn it-tranżazzjonijiet matul l-orizzont ta' sena tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 4, kwalunkwe standards internazzjonali li jistgħu jiġu żviluppati mill-fora internazzjonali kif ukoll id-diversità tas-settur bankarju fl-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att ta' delega msemmi fl-ewwel subparagrafu sa [tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett kif stipulat fit-Titolu IV tal-Parti Sitta].

Fin-nuqqas ta' adozzjoni tal-att ta' delega msemmi fl-ewwel subparagrafu jew ta' konferma mill-Kummissjoni tal-eżattezza tat-trattament tal-kuntratti tad-derivattivi ​​elenkati fl-Anness II u d-derivattivi ta' kreditu għall-kalkolu tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli sa [tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli kif stipulat fit-Titolu IV tal-Parti Sitta], ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 428x(2) ta' dan ir-Regolament għandu japplika għall-istituzzjonijiet kollha u l-kuntratti tad-derivattivi kollha elenkati fl-Anness II u d-derivattivi ta' kreditu irrispettivament mill-karatteristiċi tagħhom, u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 428u(2) u l-Artikolu 428x(3) u (4) m'għandhomx jibqgħu japplikaw.

6.    L-EBA għandha timmonitorja l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ biex ikopri r-riskju ta' finanzjament marbut ma' tranżazzjonijiet ta' self garantit u tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali, inkluż mal-assi rċevuti jew mogħtija f'dawn it-tranżazzjonijiet, u ma' tranżazzjonijiet mhux iggarantiti b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ma' klijenti finanzjarji u tibgħat rapport lill-Kummissjoni dwar l-adegwatezza ta' dan it-trattament sa [sentejn wara d-data ta' applikazzjoni tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli kif stipulat fit-Titolu IV tal-Parti Sitta]. Dan ir-rapport għandu mill-inqas jivvaluta:

(a)l-opportunità li jiġu applikati fatturi ta' finanzjament stabbli ogħla jew iktar baxxi għal tranżazzjonijiet ta' self garantit u tranżazzjonijiet immotivati ​​mis-suq kapitali ma' klijenti finanzjarji u għal tranżazzjonijiet mhux garantiti b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ma' klijenti finanzjarji biex jittieħed kont aħjar tar-riskju ta' finanzjament tagħhom matul l-orizzont ta' sena mill-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli u tal-effetti possibbli ta' kontaġju bejn klijenti finanzjarji;

(b)l-opportunità li jiġi applikat it-trattament stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 428s għal tranżazzjonijiet ta' self garantit u tranżazzjonijiet immotivati ​​mis-suq kapitali kollateralizzati minn tipi oħra ta' assi;

(c)l-opportunità li jiġu applikati fatturi ta' finanzjament stabbli għal elementi li ma jidhrux fuq il-karta bilanċjali użati fi tranżazzjonijiet ta' self garantit u tranżazzjonijiet immotivati ​​mis-suq kapitali bħala alternattiva għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 428q(3);

(d)l-adegwatezza tat-trattament asimmetriku bejn obbligazzjonijiet b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ipprovduti mill-klijenti finanzjarji li huma suġġetti għal 0 % fattur ta' finanzjament stabbli disponibbli skont il-punt (c) tal-Artikolu 428k(2) u l-assi li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ma' klijenti finanzjarji li huma suġġetti għal 5 % jew 10 % fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ skont il-punt (b) tal-Artikolu 428s u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 428u;

(e)l-impatt tal-introduzzjoni ta' fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla jew iktar baxxi għal tranżazzjonijiet ta' self garantit u tranżazzjonijiet immotivati ​​mis-suq kapitali, b'mod partikolari b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ma' klijenti finanzjarji, fuq il-likwidità tas-suq tal-assi rċevuti bħala kollaterali f'dawn it-tranżazzjonijiet, b'mod partikolari ta' bonds sovrani u korporattivi;

(f)l-impatt tal-bidliet proposti fuq l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ għat-tranżazzjonijiet ta' dawk l-istituzzjonijiet, b'mod partikolari għal tranżazzjonijiet ta' self garantit u mmexxija mis-suq kapitali b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ma' klijenti finanzjarji fejn bonds sovrani huma rċevuti bħala kollateral f'dawn it-tranżazzjonijiet.

7. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att ta' delega skont l-Artikolu 462 biex temenda t-trattament ta' tranżazzjonijiet ta' self garantit u tranżazzjonijiet immexxija mis-suq kapitali, inklużi tal-assi rċevuti jew mogħtija f'dawn it-tranżazzjonijiet, u t-trattament ta' tranżazzjonijiet mhux iggarantit b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ma' klijenti finanzjarji għall-kalkolu tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli kif stipulat fit-Titolu IV tal-Parti Sitta jekk tqis li jkun xieraq b'kunsiderazzjoni tal-impatt tat-trattament eżistenti fuq il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett tal-istituzzjonijiet u biex jittieħed kont aħjar tar-riskju ta' finanzjament marbut ma' dawn it-tranżazzjonijiet matul l-orizzont ta' sena tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 6, kwalunkwe standards internazzjonali żviluppati mill-fora internazzjonali kif ukoll id-diversità tas-settur bankarju fl-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att ta' delega msemmi fl-ewwel subparagrafu sa [tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett kif stipulat fit-Titolu IV tal-Parti Sitta].

Fin-nuqqas ta' adozzjoni tal-att ta' delega msemmi fl-ewwel subparagrafu jew ta' konferma mill-Kummissjoni tal-eżattezza tat-trattament ta' tranżazzjonijiet ta' self garantit u tranżazzjonijiet immexxija mis-suq kapitali, inklużi tal-assi rċevuti jew mogħtija f'dawn it-tranżazzjonijiet, u ta' tranżazzjonijiet mhux garantiti b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ma' klijenti finanzjarji sa [tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli kif stipulat fit-Titolu IV tal-Parti Sitta], il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġa applikati għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 428s(b) u fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 428u għandhom jiġu miżjuda għal 10 % u 15 % rispettivament.".

(34)L-Artikolu 511 huwa mħassar.

(35)L-Artikolu 519a li ġej jiddaħħal:

"Artikolu 519a
Rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq

1.L-EBA għandha, sa [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], tibgħat rapport lill-Kummissjoni dwar l-adegwatezza ta':

(a)il-metodoloġiji użati mill-istituzzjonijiet għall-kalkolu ta' sensittivitajiet għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq bl-approċċ standardizzat stabbilit fil-Kapitolu 1a, it-Titolu IV, Parti Tlieta;

(b)l-użu tal-approċċ standardizzat simplifikat imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 325(1), it-Titolu IV, Parti Tlieta għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq;

(c)il-valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi tar-riskju kif stipulat fl-Artikolu 325bf;

(d)il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 325bg li jiddefinixxu l-konformità mar-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv.

Fuq il-bażi ta' din il-proposta, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposta leġiżlattiva biex temenda dan ir-Regolament.

2.Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1(a) għandu jqis:

(a)il-punt sa fejn l-użu ta' sensittivitajiet huwa sors ta' varjabbiltà fir-rekwiżiti tal-fondi proprji għar-riskji tas-suq ikkalkulati bl-approċċ standardizzat mill-istituzzjonijiet;

(b)il-punt sa fejn l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali fis-suppożizzjonijiet tal-mudelli ta' pprezzar użati għall-kalkolu tas-sensittivitajiet ikun ta' benefiċċju biex tiġi żgurata l-adegwatezza tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq;

3.Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1(b) għandu jqis:

(a)jekk l-approċċ standardizzat simplifikat jistax jinżamm u jiġi kkalibrat mill-ġdid sabiex jinkiseb livell komparabbli ta' rekwiżiti ta' fondi proprji bħall-metodi;

(b)jekk l-approċċ standardizzat simplifikat jistax jiġi sostitwit minn metodu simplifikat ġdid ieħor għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq, fid-dawl ta' żviluppi regolatorji internazzjonali, filwaqt li jiġi żgurat li kwalunkwe metodu ġdid simplifikat għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq ma joħloqx kumplessità addizzjonali bla bżonn għall-istituzzjonijiet eliġibbli biex japplikawh.

4.Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1(c) għandu jieħu kont tal-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 325(1)(b) u jekk din tkunx konformi mal-perjodu ta' likwidità tal-fattur tar-riskju.

5.Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1(d) għandu jqis:

(a)l-estent sa fejn il-valur tar-riskju jista' jiġi sostitwit minn miżura tar-riskju iktar xierqa għall-għan ta' ttestjar retrospettiv tal-miżura tar-riskju kkalkulat għal fatturi tar-riskju mudellabbli, f'liema każ kif se jerġgħu jiġu definiti l-fatturi ta' multiplikazzjoni bbażati fuq miżura tar-riskju iktar xierqa;

(b)jekk id-deroga msemmija fl-Artikolu 325bg(8) hijiex xierqa.".

(36)Fil-Parti Għaxra, jiddaħħal it-Titolu IIa li ġej:

"Titolu IIa
Implimentazzjoni tar-regoli

"Artikolu 519b
Għodda ta' konformità

1.L-EBA għandha tiżviluppa elettronika mmirata biex tiffaċilita l-konformità tal-istituzzjonijiet ma' dan ir-Regolament u d-Direttiva 36/2013/UE, kif ukoll ma' standards tekniċi regolatorji, standards tekniċi implimentattivi, linji gwida u mudelli adottati sabiex jimplimentaw dan ir-Regolament u d-Direttiva 36/2013/UE.

2.L-għodda msemmija fil-paragrafu 1 għandha mill-inqas tippermetti lil kull istituzzjoni:

(a)tidentifika malajr id-dispożizzjonijiet rilevanti sabiex tikkonforma magħhom fir-rigward tad-daqs u l-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni;

(b)issegwi l-bidliet li saru fil-leġiżlazzjoni u fid-dispożizzjonijiet implimentattivi, linji gwida u mudelli relatati.".

(37)L-Anness II huwa emendat kif iddikjarat fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 648/2012

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)Fl-Artikolu 50a, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

"2. CCP għandha tikkalkula l-kapital ipotetiku (KCCP) kif ġej:

fejn:

i    = l-indiċi li jindika l-membru tal-ikklerjar;

EADi = l-ammont ta' skoperturi tas-CCP lil membru ta' kklerjar i, inklużi t-tranżazzjonijiet tal-membru tal-ikklerjar stess mas-CCP, it-tranżazzjonijiet tal-klijenti garantiti mill-membru tal-ikklerjar, u l-valuri kollha ta' kollateral miżmum mis-CCP, inkluża l-kontribuzzjoni ta' finanzjament ta' inadempjenza prefinanzjata tal-membru tal-ikklerjar, kontra dawn it-tranżazzjonijiet, relatata mal-valutazzjoni fl-aħħar tad-data tar-rappurtar regolatorju qabel il-marġni appellata fl-appell għall-marġni finali ta' dik il-ġurnata tiġi skambjata;

RW    = piż ta' riskju ta' 20 %;

proporzjon tal-kapital = 8 %."

(2)L-Artikolu 50b huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 50b
Regoli ġenerali għall-kalkolu ta' K
CCP

Għall-finijiet tal-kalkolu KCCP imsemmi fl-Artikolu 50a(2), għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a)Is-CCPs għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskoperturi li għandhom lejn il-membri tal-ikklerjar tagħhom kif ġej:

(I)għal skoperturi li jirriżultaw minn kuntratti u tranżazzjonijiet elenkati fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 301(1) tar-Regolament (EU) Nru 575/2013, is-CCPs għandhom jikkalkulaw il-valur skont il-metodu stabbilit fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta ta' dak ir-Regolament bl-użu ta' perjodu marġinali ta' riskju ta' 10 ġranet tax-xogħol;

(II)għal skoperturi li jirriżultaw minn kuntratti u tranżazzjonijiet elenkati fil-punt (b) tal-Artikolu 301(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-CCPs għandhom jikkalkulaw il-valur (EADi) skont din il-formula li ġejja:

fejn:

i    =l-indiċi li jindika l-membru tal-ikklerjar;

EBRMi     = il-valur tal-iskopertura qabel il-mitigazzjoni tar-riskju li huwa daqs il-valur tal-iskopertura tas-CCP għall-membru tal-ikklerjar i li jirriżulta mill-kuntratti u t-tranżazzjonijiet kollha ma' dak il-membru tal-ikklerjar, ikkalkulat mingħajr ma jiġi kkunsidrat il-kollateral depożitat minn dak il-membru tal-ikklerjar;

IMi     = il-marġini inizjali kkollokata lil CCP mill-membru tal-ikklerjar i;

DFi     = il-kontribuzzjoni tal-fond inadempjenti prefinanzjat tal-membru tal-ikklerjar i.

Il-valuri kollha fil-formula fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt għandhom ikunu relatati mal-valutazzjoni fl-aħħar tal-ġurnata qabel il-marġni appellata fl-appell għall-marġni finali ta' dik il-ġurnata tiġi skambjata.

(III)għal sitwazzjonijiet imsemmija fl-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 301(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-CCPs għandhom jikkalkulaw il-valur tat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-ewwel sentenza ta' dak is-subparagrafu skont il-formula fil-punt (ii) tal-punt (a) ta' dan l-Artikolu, u għandhom jiddeterminaw l-EBRMi skont il-Parti Tlieta, it-Titolu V ta' dak ir-Regolament.

Għall-finijiet tal-punti (i) u (ii) tal-punt (a) ta' dan l-Artikolu, l-eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 285(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 m'għandhiex tapplika.

Għall-finijiet tal-punt (ii) tal-punt (a) ta' dan l-Artikolu, is-CCP għandha tuża l-metodu speċifikat fl-Artikolu 223 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 bl-aġġustamenti superviżorji għall-volatilità stabbiliti fl-Artikolu 224 ta' dak ir-Regolament sabiex tikkalkola l-valur tal-iskopertura.

(b)għal istituzzjonijiet li jaqgħu taħt l-ambitu tar-Regolament (EU) Nru 575/2013 is-settijiet tan-netting huma l-istess bħal dawk definiti fil-punt (4) tal-Artikolu 272 ta' dak ir-Regolament;

(c)CCP li għandha skoperturi għal CCP waħda jew iktar, għandha tittratta tali skoperturi daqs li kieku kienu skoperturi għall-membri tal-ikklerjar u tinkludi kwalunkwe marġni jew kontribuzzjonijiet prefinanzjati rċevuti minn għand dawk is-CCPs fil-kalkolu ta' KCCP;

(d)CCP li jkollha fis-seħħ arranġament kuntrattwali vinkolanti mal-membri tal-ikklerjar tagħha li jippermettilha tuża l-marġni inizjali kollu jew parti minnu mill-membri tal-ikklerjar tagħha daqs li kieku kienu kontribuzzjonijiet prefinanzjati għandha tikkunsidra dak il-marġni inizjali bħala kontribuzzjonijiet prefinanzjati għall-finijiet tal-kalkolu fil-paragrafu 1 u mhux bħala marġni inizjali;

(e)meta kollateral jinżamm kontra kont li jkun fih iktar minn tip wieħed mill-kuntratti u tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 301(1), is-CCPs għandhom jallokaw il-marġni inizjali pprovdut mill-membri tal-ikklerjar jew il-klijenti tagħhom, kif applikabbli, fi proporzjon mal-EADs tat-tipi rispettivi ta' kuntratti u tranżazzjonijiet ikkalkulati skont il-punt (a), mingħajr ma jiġi kkunsidrat il-marġni inizjali fil-kalkolu;

(f)CCPs li jkollhom iktar minn fond ta' inadempjenza wieħed għandhom iwettqu l-kalkolu għal kull fond ta' inadempjenza separatament;

(g)meta membru tal-ikklerjar jipprovdi servizzi ta' kklerjar ta' klijenti, u t-tranżazzjonijiet u l-kollateral tal-klijenti tal-membru tal-ikklerjar jinżammu f'kontijiet sussidjarji separati għan-negozju proprjetarji tal-membru tal-ikklerjar, is-CCPs għandhom iwettqu l-kalkolu tal-EADi għal kull kont sussidjarju separatament u għandhom jikkalkulaw l-EADi totali tal-membru tal-ikklerjar bħas-somma tal-EADs tal-kontijiet sussidjarji tal-klijenti u l-EAD tal-kont sussidjarju tan-negozju proprjetaru tal-membru tal-ikklerjar;

(h)għall-finijiet tal-punt (f), meta DFi ma jkunx maqsum bejn il-kontijiet sussidjarji tal-klijenti u l-kontijiet sussidjarji tan-negozju proprjetarju tal-membru tal-ikklerjar, is-CCPs għandhom jallokaw DFi għal kull kont sussidjarju skont il-frazzjoni rispettiva li l-marġni inizjali ta' dak il-kont sussidjarju jkollu f'relazzjoni mal-marġni inizjali totali kkollokat mill-membru tal-ikklerjar jew għall-kont tal-membru tal-ikklerjar;

(i)is-CCPs m'għandhomx iwettqu l-kalkolu skont l-Artikolu 50a(2) meta l-fond tal-inadempjenza jkopri tranżazzjonijiet ta' flus biss.".

(1)Fl-Artikolu 50c(1), il-punti (d) u (e) jitħassru.

(2)Fl-Artikolu 50d, il-punt (c) jitħassar.

(3)Fl-Artikolu 89, il-paragrafu 5a jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"5a. Matul il-perjodu tranżitorju stabbilit fl-Artikolu 497 tar-Regolament (UE) 575/2013, CCP imsemmija f'dak l-Artikolu għandha tinkludi fl-informazzjoni li għandha tibgħat rapport dwarha skont l-Artikolu 50c(1) ta' dan ir-Regolament l-ammont totali tal-marġni inizjali, kif definit fil-punt 140 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 575/2013, li tkun irċeviet mill-membri tal-ikklerjar tagħha meta ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a)is-CCP ma jkollhiex fond inadempjenti;

(b)is-CCP ma jkollhiex fis-seħħ arranġament vinkolanti mal-membri tal-ikklerjar tagħha li jippermettilha tuża l-marġni inizjali kollu jew parti minnu rċevut minn dawk il-membri tal-ikklerjar daqs li kieku kienu kontribuzzjonijiet prefinanzjati."

Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u d-data tal-applikazzjoni

1.Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.Dan ir-Regolament għandu japplika minn [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ], bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a) id-dispożizzjonijiet dwar l-introduzzjoni tar-rekwiżiti l-ġodda għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli fil-punti (4)(b), (7) sa (9), u (12) sa (40), li għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2019.

(b)id-dispożizzjonijiet fil-punt (119) rigward emendi għall-Artikolu 473a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1) Ir-Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 321, 26.6.2013, p. 6)
(2) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(3) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190)
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010
(5) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, "Lejn it-tlestija tal-Unjoni Bankarja", 24.11.2015, COM(2015) 587 finali
(6) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar pjan direzzjonali biex titlesta l-Unjoni Bankarja, 17.06.2016
(7) Ara http://ec.europa.eu/finance/consultations/2015/long-term-finance/docs/consultation-document_en.pdf u http://ec.europa.eu/finance/consultations/2015/financial-regulatory-framework-review/docs/consultation-document_en.pdf . Is-Sejħa għall-Evidenza kienet maħsuba biex tkopri l-ispettru kollu tar-regolamentazzjoni tas-servizzi finanzjarji. Il-valutazzjoni tal-impatt tindirizza kwistjonijiet limitati għall-oqsma bankarji biss. Kwistjonijiet oħra li jinvolvu segmenti oħra tal-leġiżlazzjoni finanzjarja tal-UE se jiġu ttrattati separatament.
(8) Rapport tal-Kummissjoni COM(2016)510 Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-28 ta' Lulju 2016 – Valutazzjoni tar-regoli ta' remunerazzjoni skont id-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013.
(9) Il-konsultazzjoni pubblika hija disponibbli fuq http://ec.europa.eu/finance/consultations/2015/long-term-finance/index_en.htm.
(10) Daħħal link għall-valutazzjoni tal-impatt.
(11) Daħħal link għall-opinjoni.
(12) Ara https://www.eba.europa.eu/-/eba-issues-recommendations-for-sound-prudential-regime-for-investment-firms għal iktar dettalji.
(13) FSB, Prinċipji dwar il-Kapaċità ta' Assorbiment tat-Telf u ta' Rikapitalizzazzjoni ta' Banek li huma Globalment Sistematikament Importanti (G-SIBs) fir-Riżoluzzjoni, Dokument dwar il-Kundizzjonijiet tal-Kapaċità Totali ta' Assorbiment tat-Telf (TLAC), 9.11.2015
(14) ĠU, C , , p. .
(15) ĠU C , , p. .
(16) Ir-Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(17) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(18) Ara r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2016 dwar l-Unjoni Bankarja – Rapport Annwali 2015, disponibbli fuq http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P8-TA-2016-0093+0+DOC+XML+V0//MT.
(19) Rapport dwar ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' ingranaġġ tat-3 ta' Awwissu 2016 https://www.eba.europa.eu/documents/10180/1360107/EBA-Op-2016-13+(Leverage+ratio+report).pdf
(20) Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
(21) Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).
(22) Id-Direttiva 2010/76/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-24 ta' Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar ir-rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja tal-politika dwar ir-remunerazzjoni (ĠU L 329, 14.12.2010, p. 3).
(23) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302 17.11.2009, p. 32).
(24) Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
(25) Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).
(26) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(27) Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali (ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43).
(28) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1).
(29) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' rapportar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (ĠU L 191 28.6.2014, p. 1).
(30) Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).
(31) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1).
(32) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru ..../2016 tal- .. …… li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, ……, p. )
(33) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.
Top

Strasburgu, 23.11.2016

COM(2016) 850 final

ANNESS

tal-

PROPOSTA GĦAL REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 rigward il-proporzjon ta’ ingranaġġ, il-proporzjon ta’ ffinanzjar stabbli nett, ir-rekwiżiti tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, ir-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, ir-riskju tas-suq, l-esponiment għall-kontropartijiet ċentrali, l-esponiment għall-impriżi ta’ investiment kollettiv, l-esponiment kbir, ir-rekwiżiti ta’ rappurtar u żvelar, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012

{SWD(2016) 377 final}
{SWD(2016) 378 final}


ANNESS

(1)L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)fil-punt 1, il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(e) opzjonijiet tar-rati tal-imgħax;";

(b)fil-punt 2, il-punt (d) jinbidel b’dan li ġej:

"(d) opzjonijiet ta' munita;";

(c)il-punt 3 jinbidel b’dan li ġej:

"Kuntratti simili għal dawk fil-punti 1(a) sa (e) u 2(a) sa (d) ta' dan l-Anness li jikkonċernaw elementi ta’ referenza jew indiċi oħrajn. Bħala minimu, dawn jinkludu l-istrumenti kollha speċifikati fil-punti minn 4 sa 7, 9 u 11 tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE li mhumiex inklużi b’mod ieħor fil-punt 1 jew 2 ta' dan l-Anness.".

Top