This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52016BP1529
Resolution (EU) 2016/1529 of the European Parliament of 28 April 2016 with observations forming an integral part of the decision on discharge in respect of the implementation of the budget of the European Insurance and Occupational Pensions Authority for the financial year 2014
Riżoluzzjoni (UE) 2016/1529 tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014
Riżoluzzjoni (UE) 2016/1529 tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014
ĠU L 246, 14.9.2016, p. 268–271
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 246/268 |
RIŻOLUZZJONI (UE) 2016/1529 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-28 ta’ April 2016
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0091/2016), |
A. |
billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (“l-Awtorità”) għas-sena finanzjarja 2014 kien jammonta għal EUR 21 582 772, li jirrappreżenta żieda ta’ 15 % meta mqabbel mal-2013, u dan minħabba li l-Awtorità ġiet stabbilita dan l-aħħar; billi 40 % tal-baġit tal-Awtorità ġej mill-baġit tal-Unjoni, |
B. |
billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014 (“ir-rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2014 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari, |
1. |
Ifakkar li l-Parlament kellu rwol ewlieni fl-isforzi biex titwaqqaf Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja (SESF) ġdida u komprensiva wara l-kriżi finanzjarja, u fil-ħolqien tal-Awtorità, bħala parti mis-sistema SESF, fl-2011; |
2. |
Jissottolinja li r-rwol tal-Awtorità fil-promozzjoni ta’ reġim superviżorju komuni fis-suq intern huwa essenzjali biex jiġu żgurati stabbiltà finanzjarja, suq finanzjarju integrat aħjar, aktar trasparenti, aktar effiċjenti u aktar sikur, kif ukoll livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur fl-Unjoni; |
3. |
Jenfasizza li l-ħidma tal-Awtorità hija ta’ natura purament teknika u li deċiżjonijiet politiċi ewlenin huma l-prerogattiva tal-leġiżlatur tal-Unjoni; |
Segwitu għall-kwittanza 2013
4. |
Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li kumment wieħed li sar fir-rapport tal-Qorti tal-2012 u mmarkat bħala “Pendenti”, fir-rapport tal-Qorti tal-2013 issa huwa mmarkat bħala “Mhux applikabbli”; jikkonstata barra minn hekk li, għal-żewġ kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2013, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa dawk iż-żewġ kummenti huma mmarkati bħala “Ikkompletati”, filwaqt li wieħed hu mmarkat bħala “hux applikabbli”; |
5. |
Jirrikonoxxi mill-Awtorità li ġew stabbiliti arranġamenti ta’ approvazzjoni supplimentari sabiex tiġi evitata l-ambigwità fl-awtorizzazzjoni ta’ impenji ġuridiċi; jinnota b’mod partikolari r-reviżjoni regolari taċ-ċirkwiti finanzjarji tal-Awtorità, l-introduzzjoni ta’ taħriġ speċifiku dwar il-finanzi u dwar l-akkwist għall-persunal kollu tal-Awtorità involut f’ċirkwiti finanzjarji kif ukoll it-tisħiħ tal-proċessi finanzjarji u baġitarji b’enfasi fuq il-konformità maċ-ċirkwiti finanzjarji; |
Impenji u riporti
6. |
Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-livell kumplessiv tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati kien ta’ 26 %, u b’mod partikolari għat-Titolu III kien ta’ 66 %; jinnota li dawn ir-riporti kienu prinċipalment relatati ma’ investimenti pluriennali fl-IT maħsuba biex jiżviluppaw il-kapaċità tal-informazzjoni tal-Awtorità u jippermettu lill-Aġenzija l-implimentazzjoni xierqa tal-kalendarju diffiċli tad-Direttiva Solvibbiltà II (1); |
7. |
Jinnota li t-tnaqqis sostanzjali fil-baġit tal-2015 tal-Awtorità ħoloq il-ħtieġa ta’ razzjonalizzazzjoni tal-baġit tal-2014 sabiex ir-riżorsi disponibbli jintużaw b’mod effikaċi u effiċjenti u sabiex jitnaqqas l-impatt fuq proġetti tal-IT li għadhom għaddejjin; |
8. |
Jinnota mill-Awtorità li l-maġġoranza tal-kwistjonijiet relatati ma’ riporti ser jonqsu matul l-2016, meta huwa mistenni livell avvanzat ta’ maturità fil-kapaċità tal-IT tal-Awtorità; jinnota b’mod partikolari li l-maġġoranza tar-riporti huma relatati mal-obbligi kuntrattwali li l-Awtorità ħadet fl-2014, filwaqt li s-servizzi għalihom parzjalment ingħataw fl-2015; jinnota wkoll li, minbarra l-proġetti tal-IT, ir-riporti koprew ir-rimborżi tal-esperti taħt il-proġett “Kultura Superviżorja Komuni”, kif ukoll laqgħat, missjonijiet u traduzzjonijiet bi skop operattiv; jistieden lill-Awtorità biex fil-futur ittejjeb il-ġestjoni tal-kuntratti esterni u tirrikonċiljaha mal-prinċipji ta’ sostenibbiltà u ta’ ġestjoni baġitarja stabbli; |
9. |
Iħeġġeġ lill-Awtorità biex fil-futur iżżomm l-għadd ta’ riporti għas-sena finanzjarja li jmiss kemm jista’ jkun baxxi; |
Trasferimenti
10. |
Jinnota mir-rapport tal-Qorti li parti mill-impenji riportati kienet relatata ma’ trasferimenti baġitarji li saru f’Novembru u Diċembru 2014; josserva li dawk it-trasferimenti jirreferu għal żieda fil-baġit operattiv ta’ EUR 1 100 000 (19 %), permezz ta’ trasferimenti ta’ EUR 858 828 mil-linja tal-baġit tal-persunal u ta’ EUR 266 360 min-nefqa amministrattiva; jirrikonoxxi li dawk it-trasferimenti kienu maħsuba biex jikkumpensaw għan-nuqqasijiet fil-baġit tal-Awtorità tal-2015 wara tnaqqis baġitarju sostanzjali; |
Ġestjoni baġitarja u finanzjarja
11. |
Jinnota li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni baġitarja ta’ 100 %, li tfisser li l-Awtorità laħqet il-mira ppjanata tagħha kif ukoll żieda ta’ 3,26 % meta mqabbla mal-2013; jinnota wkoll li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 74,1 %, jiġifieri 6 % inqas mill-mira ppjanata u żieda ta’ 5,21 % meta mqabbla mal-2013; |
12. |
Jirrikonoxxi li l-baġit u l-proċessi baġitarji u ta’ akkwist tal-Awtorità ġew riveduti biex tkun garantita integrazzjoni sħiħa fil-proċessi ġenerali ta’ ppjanar u ta’ koordinament, u dan għandu jintegra aħjar il-fondi baġitarji disponibbli għal sena partikolari; |
13. |
Jikkonkludi li l-arranġament ta’ finanzjament imħallat tal-Awtorità, li jiddependi ħafna fuq il-kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, hu inadegwat, inflessibbli, oneruż u ta’ theddida potenzjali għall-indipendenza tagħha, speċjalment meta 60 % tal-baġit tagħha hu ffinanzjat mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni tniedi fil-White Paper ippjanata għat-tieni trimestru tal-2016 u fi proposta leġiżlattiva li se tkun preżentata sal-2017, arranġament finanzjarju differenti bbażat fuq linja baġitarja separata fil-baġit tal-Unjoni u il-kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali jiġu sostitwiti minn tariffi mħallsa mill-parteċipanti tas-suq; |
Proċeduri ta’ akkwist u ta’ reklutaġġ
14. |
Jirrikonoxxi li l-Awtorità laħqet il-100 % tal-organigramma tagħha; jinnota li b’kollox, tnedew 49 kampanja ta’ reklutaġġ, u 27 membru tal-persunal ġdid bdew jaħdmu mal-Awtorità, li għaldaqstant iwassal għal total ta’ 129 membru tal-persunal b’26 nazzjonalità differenti; |
15. |
Jinnota li l-mira għall-Indikatur Ewlieni ta’ Prestazzjoni (KPI) dwar it-taħriġ tal-persunal kienet ta’ 100 %, għalkemm 80 % biss tal-persunal setgħu jattendu t-taħriġ relatat mal-impjieg; jiddispjaċih li l-Indikatur Ewlieni ta’ Prestazzjoni tat-taħriġ tal-persunal ma tkompliex fl-2015 b’riżultat ta’ tnaqqis fil-baġit li kellu impatt fuq il-baġit tat-taħriġ tal-Awtorità u fuq il-kapaċità tagħha li twettaq tali impenn fil-ġejjieni; |
Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interessi u t-trasparenza
16. |
Jinnota li l-Awtorità ppubblikat fuq is-sit web tagħha s-CVs, id-dikjarazzjonijiet ta’ intenzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interessi tal-membri tal-Bord Maniġerjali tagħha, kif ukoll dawk tal-membri tal-Bord tas-Superviżuri tagħha; |
17. |
Jitlob li l-Awtorità tagħti attenzjoni speċjali għall-protezzjoni tal-informaturi (whistleblowers) fil-kuntest tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li dalwaqt se tiġi adottata, dwar il-protezzjoni ta’ know-how riservat u ta’ informazzjoni u tan-negozju (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom; |
18. |
Jitlob lill-Awtorità ttejjeb il-proċeduri u l-prattiki tagħha mmirati biex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u biex tikkontribwixxi attivament għal proċess ta’ kwittanza li jkun orjentat lejn ir-riżultati; |
19. |
Iħeġġeġ lill-Awtorità tissensibilizza aktar lill-membri tal-persunal tagħha dwar il-politiki li jittrattaw il-kunflitt ta’ interessi, flimkien ma’ attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni li għaddejjin u mal-inklużjoni tal-integrità u t-trasparenza bħala punti li jridu jiġu diskussi b’mod obbligatorju matul il-proċeduri ta’ reklutaġġ u ta’ valutazzjoni tal-prestazzjoni; |
20. |
Jiddispjaċih li jkollu jirrikonoxxi li l-Awtorità ma rnexxilhiex iżżomm lil-leġiżlatur tal-Unjoni infurmat b’mod suffiċjenti u komprensiv dwar id-dettalji kollha tal-ħidma li qed twettaq; |
21. |
Jiddispjaċih li jkollu jirrikonoxxi li f’xi okkażjonijiet, id-dokumenti għaddew għand il-leġiżlatur tal-Unjoni biss wara li kienu ġew żvelati lill-pubbliku u jqis li dan huwa inaċċettabbli; |
22. |
Jistieden lill-Awtorità ssegwi l-Awtorità Bankarja Ewropea f’aktar trasparenza billi tiddivulga l-laqgħat kollha li jkollha mal-partijiet interessati ta’ partijiet terzi; |
Kontrolli interni
23. |
Jinnota li l-Awtorità implimentat ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti kollha li nħarġu mis-Servizz ta’ Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni fir-rieżami limitat tiegħu tal-implimentazzjoni tal-Istandards ta’ Kontroll Intern tal-Awtorità; jinnota l-progress li sar mill-Awtorità fil-qasam tal-kontroll intern, b’mod partikolari l-proċessi msaħħa ta’ ppjanar, ta’ evalwazzjoni u ta’ rapportar, il-miżuri addizzjonali ta’ sigurtà u l-iżvilupp ta’ strateġija kontra l-frodi għall-2015-2017; jinnota, madankollu, li l-introduzzjoni ta’ Sistema ta’ Ġestjoni tad-Dokumenti bi proċeduri ta’ akkumpanjament kif ukoll l-implimentazzjoni tal-bqija tal-elementi kostituttivi tal-kapaċità ta’ kontinwità tan-negozju tal-Awtorità kellhom jiġu finalizzati fl-2015; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni ta’ dawk l-azzjonijiet; |
Awditu intern
24. |
Jinnota li fl-2014 l-IAS wettaq verifika tal-proċessi tal-ippjanar u tal-baġit tal-awtorità, u ħareġ sitt rakkomandazzjonijiet, li waħda minnhom kienet immarkata bħala “Importanti Ħafna”; jirrikonoxxi l-fatt li l-Awtorità żviluppat pjan ta’ azzjoni apposta biex jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet kollha li saru mill-IAS; |
25. |
Jinnota b’sodisfazzjon li fl-aħħar tal-2014 l-ebda azzjoni kritika jew importanti ħafna minn verifiki preċedenti li saru mill-IAS ma kienet għadha miftuħa; |
Kummenti oħra
26. |
Jinnota li l-Awtorità, meta twettaq l-attivitajiet tagħha, jeħtiġilha tagħti attenzjoni partikolari biex tħares is-sigurtà u s-solidità tas-settur finanzjarju, filwaqt li tiżgura l-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni, tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità u tikkonforma mal-prinċipji fundamentali tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji; jissottolinja li l-Awtorità, fuq dik il-bażi, trid tistinka ħalli tikseb riżultati mhux ambigwi, konsistenti, koerenti u ħielsa minn kumplessità superfluwa; |
27. |
Jirrimarka li huwa partikolarment importanti li d-dispożizzjonijiet abbozzati mill-Awtorità jkunu mfassla b’tali mod li jippermettilhom ikunu applikati b’mod ugwali minn entitajiet iżgħar; |
28. |
Jenfasizza li, fil-kwistjonijiet kollha marbuta mar-riżorsi tal-Awtorità, irid ikun żgurat li l-mandat jista’ jintlaħaq b’mod konsistenti u li l-limiti prattiċi ta’ superviżjoni indipendenti, affidabbli u effikaċi ma jkunux determinati minn restrizzjonijiet baġitarji; |
29. |
Jirrikonoxxi li l-fażi tal-istabbiliment tas-SESF għadha ma tlestitx u għaldaqstant jinnota li l-kompiti diġà fdati lill-Awtorità, kif ukoll il-kompiti addizzjonali previsti fil-ħidma leġiżlattiva li għaddejja, jeħtieġu livell adegwat ta’ persunal, f’termini kemm kwantitattivi kif ukoll ta’ kwalifiki, u livell adegwat ta’ fondi biex b’hekk ikun hemm lok għal superviżjoni sodisfaċenti; jenfasizza li, sabiex tinżamm il-kwalità tal-ħidma superviżjorja, spiss jiġri li espansjoni tal-kompiti trid tiġi kkomplementata minn espansjoni tar-riżorsi; jenfasizza, madankollu, li kwalunkwe żieda potenzjali fil-mezzi tal-Awtorità trid tiġi spjegata fil-fond u akkumpanjata minn miżuri ta’ razzjonalizzazzjoni kull fejn hu possibbli; |
30. |
Jenfasizza li, filwaqt li tiżgura li l-kompiti kollha jitwettqu bis-sħiħ, l-Awtorità trid iżżomm strettament mal-kompiti assenjati lilha mil-leġiżlatur tal-Unjoni u m’għandhiex tfittex li de facto twessa’ l-mandat tagħha lil hinn minn dak assenjat; jenfasizza li, meta twettaq il-ħidma tagħha u b’mod partikolari fl-abbozzar tal-istandards tekniċi u l-konsulenza teknika, l-Awtorità jeħtiġilha tinforma lill-Parlament Ewropew fil-ħin, b’mod regolari u komprensiv dwar l-attivitajiet tagħha; jiddispjaċih li fil-passat dan mhux dejjem seħħ; |
31. |
Jenfasizza li meta tabbozza leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni, linji gwida, mistoqsijiet u tweġibiet jew miżuri simili l-Awtorità trid dejjem tirrispetta l-mandat fdat lilha mil-leġiżlatur tal-Unjoni u m’għandhiex tfittex li tistabbilixxi standards f’oqsma fejn il-proċessi leġiżlattivi jkunu għadhom pendenti; |
32. |
Jitlob lill-Awtorità tissupplimenta l-komunikazzjoni mal-Parlament dwar abbozz ta’ konsulenza jew ta’ standards tekniċi relatati mal-kalibrazzjoni tal-formoli prudenzjali b’deskrizzjoni sħiħa tad-data u l-metodoloġija użati f’tali kalibrazzjonijiet; |
33. |
Jirreferi, fir-rigward ta’ kummenti oħra li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta’ April 2016 (2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji. |
(1) ĠU L 153, 22.05.2014, p. 1.
(2) Testi adottati, P8_TA-PROV(2016)0159 (ara l-paġna 447 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).