Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016BP1505

    Riżoluzzjoni (UE) 2016/1505 tal-Parlament Ewropew tat 28 ta’ April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2014

    ĠU L 246, 14.9.2016, p. 211–213 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/res/2016/1505/oj

    14.9.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 246/211


    RIŻOLUZZJONI (UE) 2016/1505 TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tat 28 ta’ April 2016

    li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2014

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2014,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0133/2016),

    A.

    billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (“l-Uffiċċju”) għas-sena finanzjarja 2014 kien jammonta għal EUR 15 663 975; billi 94 % tal-baġit tal-Uffiċċju huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni;

    B.

    billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2014 (“ir-rapport tal-Qorti”), tistqarr li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

    Segwitu għall-kwittanza 2013

    1.

    Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-azzjoni korrettiva għaż-żewġ kummenti li saru fir-rapporti 2012 u 2013 tal-Qorti rispettivament hija mmarkata bħala “Għadha għaddejja”; jinnota, barra minn hekk, li l-azzjoni korrettiva għal tliet kummenti li saru fir-rapporti 2012 u 2013 tal-Qorti hija mmarkata bħala “Għadha għaddejja” filwaqt li l-azzjoni korrettiva għal tliet kummenti li saru fir-rapport 2013 tal-Qorti hija mmarkata bħala “Mhux Applikabbli”;

    2.

    Jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li:

    inkluda l-informazzjoni dwar id-dovuti għall-ispejjeż tal-persunal fil-formoli xierqa, flimkien mal-ġustifikazzjonijiet meħtieġa għas-sena finanzjarja 2014;

    ġew stabbiliti miżuri biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet rikorrenti ta’ stima ħażina tal-ħtiġijiet baġitarji u l-pagamenti tard kif ukoll il-kwistjonijiet ta’ trasparenza u kunflitti ta’ interess;

    ġiet approvata politika dwar il-kunflitt ta’ interess mill-Bord ta’ Tmexxija sa tmiem l-2013 u l-membri kollha tal-Bord ta’ Tmexxija kif ukoll id-Direttur Eżekuttiv iffirmaw il-formola tal-kunflitt ta’ interess tal-Uffiċċju u kkonfermaw in-nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess;

    Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

    3.

    Jinnota bi tħassib li l-Uffiċċju għamel riport ta’ EUR 1 300 000 bħala impenji baġitarji li ma kinux koperti minn impenji legali; ifakkar lill-Uffiċċju li dan jikkontradixxi r-Regolament Finanzjarju; jirrikonoxxi d-deċiżjoni tal-Uffiċċju li jikkoreġi dawn ir-riporti irregolari fis-sistema ta’ ġestjoni baġitarja fl-2015, minħabba li l-perjodu finanzjarju diġà ngħalaq għas-sena finanzjarja 2014;

    Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

    4.

    Jinnota li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni baġitarja ta’ 84,69 %, li tfisser tnaqqis ta’ 2,65 % meta mqabbla mal-2013; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 71,33 %, li tfisser tnaqqis ta’ 15,85 % meta mqabbla mal-2013;

    5.

    Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li 1 062 pagament, li jirrappreżentaw 28,6 %, saru wara l-limitu taż-żmien stabbilit fir-Regolament Finanzjarju, u jirrappreżentaw żieda ta’ 10,6 % meta mqabbla mal-2013; jinnota bi tħassib li d-dewmien medju għall-pagamenti tard żdied bi tlett ijiem għal 24 jum mill-2013 għall-2014; jinnota mill-Uffiċċju li ġiet introdotta sensiela ta’ miżuri maħsuba biex inaqqsu l-pagamenti tard kif ukoll li r-rata ta’ pagamenti tard fl-2015 tnaqqset fl-2015; jitlob lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-miżuri meħuda biex jindirizzaw din il-kwistjoni;

    6.

    Jinnota mill-Uffiċċju li, mit-tieni tliet xhur tal-2015 ’il quddiem, se jagħmel rieżami tal-baġit annwali tiegħu mill-anqas darbtejn fis-sena, bil-għan li jtejjeb l-ippjanar baġitarju u l-proċess ta’ implimentazzjoni, kif ukoll li jnaqqas l-ammont sproporzjonat ta’ riporti; jinnota, barra minn hekk, li l-Uffiċċju introduċa format ġdid għar-rapporti dwar l-istatus tal-baġit ta’ kull xahar kif ukoll sessjonijiet ta’ ħidma interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja; jistieden lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-effikaċja tal-miżuri meħuda;

    Impenji u riporti

    7.

    Jieħu nota li 21,2 % (EUR 146 417) tal-approprjazzjonijiet impenjati mhux differenzjati riportati mill-2013 ġew ikkanċellati fl-2014, rata li tirrappreżenta żieda ta’ 4,7 % meta mqabbla mal-2013; josserva li dawn il-kanċellazzjonijiet huma prinċipalment relatati ma’ servizzi interim, korsijiet ta’ taħriġ tal-persunal, appoġġ amministrattiv u spejjeż għat-traduzzjoni; ifakkar lill-Uffiċċju li dawn il-kanċellazzjonijiet mhumiex konformi mal-prinċipju baġitarju tal-annwalità u li ammont għoli ta’ kanċellazzjonijiet ta’ riporti mis-sena preċedenti jindika dgħufijiet fl-ippjanar baġitarju; jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li ġew stabbiliti miżuri biex jittejbu l-ippjanar baġitarju u l-proċess ta’ implimentazzjoni tiegħu u biex jitnaqqas kwalunkwe riport sproporzjonat fi tmiem is-sena finanzjarja;

    8.

    Jieħu nota li l-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) li ġie riportat għall-2015 kien għoli, fil-livell ta’ 27,9 %; jinnota li dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati mas-servizzi konsultattivi u ta’ konsulenza tal-IT li saru fl-2014 minkejja li ma ġewx fatturati jew ma sarux matul l-2015;

    Proċeduri ta’ akkwist u reklutaġġ

    9.

    Jieħu nota tal-politika aġġornata ta’ reklutaġġ li tirrifletti l-bidliet fir-Regolamenti tal-Persunal; jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li fl-2015 huwa rreveda l-linji gwida tar-reklutaġġ u tas-selezzjoni billi introduċa passi u kontrolli ulterjuri biex jiżgura t-trasparenza u t-trattament ugwali; jinnota bi tħassib li l-azzjoni korrettiva għall-kumment dwar it-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ, imqajjem fir-rapport 2012 tal-Qorti, hija mmarkata bħala “Pendenti” fir-rapport tal-Qorti; jistieden lill-Uffiċċju jipprovdi rapport lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-effikaċja tal-miżuri meħuda; jistenna bil-ħerqa l-awditu li jmiss tal-Qorti u l-evalwazzjoni tagħha fir-rigward tal-azzjonijiet korrettivi meħuda;

    10.

    Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li l-Uffiċċju għandu rata għolja ta’ bidla fil-persunal, b’14-il membru tal-persunal li telqu fl-2014, inklużi erbgħa f’pożizzjonijiet ewlenin; jaqbel mal-Qorti li din ir-rata għolja ta’ bidla fil-persunal tirrappreżenta riskju konsiderevoli għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fil-programm annwali u multiannwali tal-Uffiċċju; jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li huwa impjega sostituti għall-membri tal-persunal li telqu fl-2014, kif ukoll li issa jew il-karigi kollha huma okkupati jew il-proċeduri ta’ reklutaġġ qegħdin jitwettqu; jitlob lill-Uffiċċju jinvestiga r-raġunijiet għal-livell għoli ta’ bidla fil-persunal u jirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda biex jindirizza dan il-fatt;

    Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u t-trasparenza

    11.

    Jinnota bi tħassib li l-Uffiċċju naqas milli jagħmel disponibbli pubblikament kemm il-politika tiegħu dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess kif ukoll il-formoli tal-kunflitt ta’ interess iffirmati mill-membri tal-Bord ta’ Tmexxija u mid-Direttur Eżekuttiv; iħeġġeġ lill-Uffiċċju jtemm din l-azzjoni malajr kemm jista’ jkun;

    12.

    Jitlob li jsir titjib globali fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni u fil-ġlieda kontriha permezz ta’ approċċ olistiku, li jibda b’aċċess pubbliku mtejjeb għad-dokumenti u regoli aktar stretti dwar il-kunflitti ta’ interess, bl-introduzzjoni jew bit-tisħiħ ta’ reġistri ta’ trasparenza u bl-għoti ta’ riżorsi suffiċjenti għal miżuri tal-infurzar tal-liġi, u anke permezz ta’ titjib fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u ma’ pajjiżi terzi rilevanti;

    13.

    Jitlob lill-Uffiċju jadotta regoli ċari dwar l-informaturi u kontra każijiet ta’ “revolving doors”;

    Kontrolli interni

    14.

    Jieħu nota li mis-sitt Standards ta’ Kontroll Intern pendenti u mhux implimentati bis-sħiħ, tnejn ġew implimentati; jikkonstata li l-implimentazzjoni tal-erba’ Standards ta’ Kontroll Intern li fadal għadha għaddejja b’assistenza minn konsulenza esterna; jistieden lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-implimentazzjoni sħiħa tal-Istandards ta’ Kontroll Intern pendenti;

    Awditu intern

    15.

    Jieħu nota li, wara r-rieżami limitat tal-implimentazzjoni tal-Istandards ta’ Kontroll Intern li sar mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni, ħdax-il rakkomandazzjoni ġew innotati bħala implimentati b’mod adegwat u kellhom jingħalqu mill-IAS; jinnota, barra minn hekk, li seba’ rakkomandazzjonijiet minn snin preċedenti baqgħu miftuħa, erbgħa mmarkati bħala “importanti ħafna”, u tlieta bħala “importanti”; jitlob lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li fadal;

    Kummenti oħra

    16.

    Jirrikonoxxi d-diffikultajiet fil-ġestjoni tal-kriżi attwali tar-rifuġjati; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-kompiti tal-Uffiċju aktarx se jkomplu jiżdiedu u li konsegwentement se jkun meħtieġ li jiżdiedu l-baġit u l-livelli tal-persunal tiegħu; jitlob, għaldaqstant, lill-Uffiċju jżid l-isforzi tiegħu u jtejjeb il-ġestjoni baġitarja tiegħu, u biex jippreżenta pjan ta’ azzjoni biex ikun jista’ jaħdem bl-aħjar mod fis-snin li ġejjin;

    17.

    Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta’ April 2016 (1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


    (1)  Testi adottati, P8_TA(2016)0159 (ara l-paġna 447 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


    Top