This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52016AP0067
European Parliament legislative resolution of 8 March 2016 on the Council position at first reading with a view to the adoption of a regulation of the European Parliament and of the Council on transmissible animal diseases and amending and repealing certain acts in the area of animal health (‘Animal Health Law’) (11779/1/2015 — C8-0008/2016 — 2013/0136(COD))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mard tal-annimali li jittieħed u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (11779/1/2015 – C8-0008/2016 – 2013/0136(COD))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mard tal-annimali li jittieħed u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (11779/1/2015 – C8-0008/2016 – 2013/0136(COD))
ĠU C 50, 9.2.2018, p. 98–100
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 50/98 |
P8_TA(2016)0067
Is-Saħħa tal-Annimali ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mard tal-annimali li jittieħed u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (11779/1/2015 – C8-0008/2016 – 2013/0136(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2018/C 050/14)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (11779/1/2015 – C8-0008/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Kunsill Federali Awstrijak, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 (1), |
— |
wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni, |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0260), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0041/2016), |
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
2. |
Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni; |
3. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni; |
4. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
7. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 170, 5.6.2014, p. 104.
(2) Testi adottati, P7_TA(2014)0381.
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi u l-użu tal-prodotti mediċinali veterinarji
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Pjan ta' Azzjoni kontra t-theddid li qed jiżdied ta' Reżistenza Antimikrobika (COM(2011)0748) – tenfasizza r-rwol preventiv tar-Regolament fir-rigward tal-mard tal-annimali li jittieħed (“Il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) u t-tnaqqis konsegwenti mistenni tal-użu tal-antibijotiċi fuq l-annimali. Minbarra r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri qed jiġu mħeġġa jimpenjaw ruħhom biex jiġbru dejta rilevanti, komparabbli u li tkun dettaljata biżżejjed, dwar l-użu reali ta' prodotti mediċinali antimikrobiċi fl-annimali, u li jibagħtu din id-dejta lill-Kummissjoni biex jiġi żgurat użu aktar prudenti ta' prodotti mediċinali antimikrobiċi fuq l-annimali, u b'hekk dan jgħin biex jitnaqqas ir-riskju ta' reżistenza kontra l-antimikrobiċi.
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rappurtar regolari tal-użu ta' prodotti mediċinali antimikrobiċi fuq l-annimali fl-Unjoni
Il-Kummissjoni timpenja ruħha li tippubblika rapport regolari dwar l-użu ta' prodotti mediċinali antimikrobiċi fuq l-annimali fl-UE abbażi tad-dejta li tingħata mill-Istati Membri.
Stqarrija tal-Kummissjoni dwar it-trattament xieraq tal-annimali
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali li jiġi trażmess lill-annimali jew lill-bniedem u ma fihx dispożizzjonijiet li speċifikament jirregolaw it-trattament xieraq tal-annimali minkejja li hemm rabta bejn is-saħħa tal-annimali u t-trattament xieraq tal-annimali. L-Unjoni għandha acquis żviluppat sew fir-rigward tat-trattament xieraq tal-annimali, li jkopri speċijiet differenti (tiġieġ tas-simna, tiġieġ tal-bajd, ħnieżer, għoġġiela), u attivitajiet differenti (it-trobbija, it-trasport, il-qatla, ir-riċerka, eċċ.). Din il-leġiżlazzjoni dwar it-trattament xieraq tal-annimali neċessarjament se tibqa' tapplika. Il-Kummissjoni hija impenjata li tirrispetta bis-sħiħ it-trattament xieraq tal-annimali, b'konformità mal-Artikolu 13 tat-Trattat u fil-limiti stabbiliti fih, li jinkludi li tiżgura li din il-leġiżlazzjoni tiġi implimentata bis-sħiħ u tiġi żviluppata b'mod xieraq.