Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015AP0399

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (CCSBT) li jikkonċerna l-istatus tal-Unjoni bħala Membru fil-Kummissjoni Estiża tal-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (07134/2015 – C8-0323/2015 – 2015/0036(NLE))

    ĠU C 366, 27.10.2017, p. 164–164 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.10.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 366/164


    P8_TA(2015)0399

    Adeżjoni għall-Kummissjoni Estiża tal-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonn tan-Nofsinhar ***

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (CCSBT) li jikkonċerna l-istatus tal-Unjoni bħala Membru fil-Kummissjoni Estiża tal-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (07134/2015 – C8-0323/2015 – 2015/0036(NLE))

    (Approvazzjoni)

    (2017/C 366/22)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07134/2015),

    wara li kkunsidra l-Iskambju ta’ Ittri biex jinkiseb l-istatus ta’ Membru tal-Kummissjoni Estiża tal-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar,

    wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0323/2015),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0318/2015),

    1.

    Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni għall Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar.


    Top