This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0430
Recommendation for a COUNCIL DECISION abrogating Decision 2010/290/EU on the existence of an excessive deficit in Slovakia
Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/290/UE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv fis-Slovakkja
Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/290/UE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv fis-Slovakkja
/* COM/2014/0430 final */
Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/290/UE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv fis-Slovakkja /* COM/2014/0430 final */
Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/290/UE
dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv fis-Slovakkja IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 126(12)
tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) Permezz
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/290/KE
tat-2 ta' Diċembru 2009[1],
wara li saret rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, kien ġie deċiż
li fis-Slovakkja kien jeżisti defiċit eċċessiv. Il-Kunsill
innota li skont id-dejta nnotifikata mill-awtoritajiet tas-Slovakkja f'Ottubru
2009, kien ippjanat li d-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika kellu
jilħaq is-6.3 % tal-PDG fl-2009, li kien ogħla mit-3% tal-valur
ta' referenza tal-PDG skont it-Trattat, filwaqt li kien ippjanat li d-dejn
gross tal-amministrazzjoni pubblika kellu jkun ta’ madwar 36 % tal-PDG
fl-2009, ferm taħt is-60 % tal-valur ta' referenza tal-PDG skont
it-Trattat[2]. (2) Fit-2 ta' Diċembru 2009,
skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament
tal-Kunsill (KE) 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li
titħaffef u tiġi ċċarata l-implimentazzjoni
tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv[3], il-Kunsill,
abbażi ta' rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, bagħat rakkomandazzjoni
lis-Slovakkja bl-għan li s-sitwazzjoni tad-defiċit eċċessiv
tinġieb fi tmiemha sa mhux aktar tard mill-2013. Ir-rakkomandazzjoni
ġiet ippubblikata. (3) Skont l-Artikolu 4
tal-Protokoll dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv anness
mat-Trattati, il-Kummissjoni tipprovdi d-dejta għall-implimentazzjoni ta'
din il-proċedura. Bħala parti mill-applikazzjoni ta’ dan
il-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dejta dwar
id-defiċit u d-dejn tal-amministrazzjoni pubblika tagħhom kif ukoll
dwar varjabbli assoċjati oħra darbtejn fis-sena, jiġifieri qabel
l-1 ta’ April u qabel l-1 ta' Ottubru, skont
l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009
tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar
il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat
li jistabilixxi l-Komunità Ewropea[4]. (4) Meta jiġi biex
jikkunsidra jekk deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ defiċit
eċċessiv għandhiex tiġi revokata, il-Kunsill għandu
jieħu deċiżjoni fuq il-bażi tad-dejta notifikata. Barra
minn hekk, deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ defiċit
eċċessiv għandha titħassar biss jekk it-tbassir
tal-Kummissjoni jindika li d-defiċit ma jkunx se jaqbeż it-3 %
tal-valur ta' referenza tal-PDG tul il-perjodu ta’ tbassir[5]. (5) Abbażi tad-dejta
pprovduta mill-Kummissjoni (Eurostat) skont l-Artikolu 14 tar-Regolament
(KE) Nru 479/2009 wara n-notifika mis-Slovakkja qabel l-1 ta’
April 2014, u abbażi tat-tbassir tar-rebbiegħa tal-2014
tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-konklużjonijiet li ġejjin huma
ġġustifikati: –
Wara li laħaq l-ogħla livell tiegħu,
jiġifieri l-livell ta' 8 % tal-PDG fl-2009, id-defiċit
tal-amministrazzjoni pubblika fis-Slovakkja tnaqqas sa 2.8 % tal-PDG fl-2013,
bi qbil mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2009. It-tnaqqis
tad-defiċit twettaq permezz ta' konsolidament fiskali kemm fuq l-introjtu
u kemm fuq l-infiq, inkluż b'miżuri ta' darba. –
Il-programm ta' stabbiltà tal-2014 għandu
fil-mira tiegħu id-defiċit nominali ta' 2.6 % tal-PDG fl-2014, u
tnaqqis kontinwu sa 2.5 % tal-PDG fl-2015, sa 1.6 % tal-PDG fl-2016, u 0.5 %
tal-PDG fl-2017. It-tbassir tar-rebbiegħa tal-2014 tas-servizzi
tal-Kummissjoni jbassar li d-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika se
jiżdied bi ftit, sa 2.9 % tal-PDG fl-2014, u li wara dan jerġa'
jinżel għal 2.8% tal-PDG fl-2015. B’hekk, id-defiċit mistenni li
jibqa’ taħt il-valur ta' referenza skont it-Trattat ta’ 3 % tal-PDG
matul il-perjodu ta' tbassir. –
Il-bilanċ strutturali, jiġifieri
l-bilanċ tal-amministrazzjoni pubblika aġġustat
għaċ-ċiklu ekonomiku u għall-ammont nett minn miżuri
ta' darba u miżuri temporanji, ittejjeb b'medja ta' 1½% tal-PDG kull sena
bejn l-2009 u l-2013. Filwaqt li ġie mbassar li dan il-bilanċ se jmur
lura bi ftit fl-2014, fl-2015 għandu jittejjeb, abbażi ta'
suppożizzjoni ta' ebda bidla ta' politika. F'dan il-kuntest, jidher li
hemm qabża emerġenti ta' 0.3 % tal-PDG meta mqabbel
mal-aġġustament meħtieġ tal-bilanċ strutturali lejn
l-għan fuq terminu medju fl-2014; dan jissuġġerixxi li
jeħtieġ li l-miżuri baġitarji jiġu msaħħa
sabiex tiġi żgurata l-konformità sħiħa mal-parti preventiva
tal-patt, fid-dawl tar-riskju emerġenti ta' devjazzjoni mit-triq ta'
aġġustament meħtieġ. –
Id-dejn tal-amministrazzjoni pubblika laħaq
il-55.4 % tal-PDG fl-2013. It-tbassir tar-rebbiegħa tal-2014
tal-Kummissjoni jbassar li d-dejn tal-amministrazzjoni pubblika se jibqa'
jiżdied, sa 56.3 % tal-PDG fl-2014, u sa 57.8 % tal-PDG fl-2015.
(6) Il-Kunsill ifakkar li,
mill-2014, li hija s-sena sussegwenti għas-sena tal-korrezzjoni
tad-defiċit eċċessiv, is-Slovakkja hija soġġetta
għall-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, u għandha
timxi lejn il-mira tagħha fuq terminu medju b'pass xieraq, filwaqt li
tirrispetta l-punt ta' referenza tal-infiq. (7) Skont l-Artikolu 126(12)
tat-Trattat, Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’
defiċit eċċessiv għandha tiġi revokata meta, fil-fehma
tal-Kunsill, tkun saret korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv
fl-Istat Membru kkonċernat. (8) Fil-fehma tal-Kunsill,
id-defiċit eċċessiv fis-Slovakkja ġie kkoreġut, u
għaldaqstant id-Deċiżjoni 2010/290/KE għandha
tiġi revokata, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Minn valutazzjoni globali jsegwi li s-sitwazzjoni
ta' defiċit eċċessiv fis-Slovakkja ġiet ikkorreġuta. Artikolu 2 Id-Deċiżjoni 2010/290/UE hija b’dan
revokata. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata
lir-Repubblika Slovakka. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 125, 21.5.2010, p. 48. [2] Id-defiċit u d-dejn tal-amministrazzjoni pubblika
għall-2009 laħqu t-8 % tal-PDG u 35.6 % tal-PDG
rispettivament. [3] ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6. [4] ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1. [5] B'konformità mal-“Ispeċifikazzjonijiet dwar
l-implimentazzjoni tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir u l-Linji Gwida dwar
il-format u l-kontenut ta' Programmi ta' Stabbiltà u Konverġenza”,
tat-3 ta’ Settembru 2012. Ara:
http://ec.europa.eu/economy_finance/economic_governance/sgp/pdf/coc/code_of_conduct_en.pdf