This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0382
Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL amending Regulation (EU) No 604/2013 as regards determining the Member State responsible for examining the application for international protection of unaccompanied minors with no family member, sibling or relative legally present in a Member State
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 604/2013 rigward id-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ta’ minuri mhux akkumpanjati mal-ebda membru tal-familja, aħwa jew qraba legalment preżenti fi Stat Membru
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 604/2013 rigward id-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ta’ minuri mhux akkumpanjati mal-ebda membru tal-familja, aħwa jew qraba legalment preżenti fi Stat Membru
/* COM/2014/0382 final - 2014/0202 (COD) */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 604/2013 rigward id-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ta’ minuri mhux akkumpanjati mal-ebda membru tal-familja, aħwa jew qraba legalment preżenti fi Stat Membru /* COM/2014/0382 final - 2014/0202 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA ·
Ir-raġunijiet għall-proposta Din il-proposta hi emenda tal-Artikolu 8,
paragrafu 4 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun
iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina
applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata
għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż
terz jew persuna apolida[1]
(minn hawn 'il quddiem: ir-Regolament ta' Dublin III). Matul in-negozjati dwar ir-Regolament Dublin
III, il-koleġiżlaturi qablu li jħallu l-kwistjoni ta' minuri
mhux akkumpanjati li huma applikanti għall-protezzjoni internazzjonali
fl-Unjoni Ewropea u li ma għandhom l-ebda membru tal-familja, aħwa
jew qraba preżenti fit-territorju tal-Membru Istati miftuħa u
d-dispożizzjoni relatata - l-Artikolu 8(4) - essenzjalment baqa'
l-istess (jiġifieri jirrifletti t-test tal-Artikolu 6, it-tieni
paragrafu, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003/KE tat-18 ta' Frar 2003
li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat
Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil
iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta'
pajjiż terz (minn issa 'l quddiem: ir-Regolament ta' Dublin)[2] u li jagħmlu
Dikjarazzjoni, mehmuża mar-Regolament, bil-kontenut li ġej: "Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew
jistiednu lill-Kummissjoni tikkunsidra, mingħajr preġudizzju
għad-dritt tagħha ta’ inizjattiva, rieżami
tal-Artikolu 8(4) tar-Riformulazzjoni tar-Regolament ta’ Dublin, ladarba
l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti sentenza rigward il-Kawża C-648/11 MA
and Others vs Secretary of State for the Home Department u sa mhux aktar
tard mil-limiti taż-żmien stipulati fl-Artikolu 46
tar-Regolament ta’ Dublin. Imbagħad, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll
il-Kunsill għandhom jeżerċitaw il-kompetenzi
leġiżlattivi tagħhom, b’kont meħud tal-aħjar interessi
tat-tifel jew tifla." Il-Kummissjoni qablet, permezz tal-istess
dikjarazzjoni, bl-approċċ issuġġerit: Il-Kummissjoni, fi spirtu ta’ kompromess u
biex tiżgura l-adozzjoni immedjata tal-proposta, taċċetta li
tikkunsidra din l-istedina, li hija tqis bħala li hija limitata għal
dawn iċ-ċirkostanzi speċifiċi u ma toħloqx
preċedent." Fis-6 ta’ Ġunju 2013,
il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat is-sentenza tagħha
fil-Kawża C-648/11, u ddeċidiet li: “It-tieni paragrafu tal-Artikolu 6
tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003
tat-18 ta’ Frar 2003 li jistabbilixxi l-kriterji u
l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex
jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata
f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz
għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk
fil-kawża prinċipali, fejn minuri mhux akkumpanjat mingħajr
l-ebda membru tal-familja tiegħu preżenti legalment fit-territorju
ta’ Stat Membru jkun ressaq applikazzjonijiet għall-ażil f’aktar minn
Stat Membru wieħed, l-Istat Membru li fih dak il-minuri wara li jkun
iddepożitata applikazzjoni għall-ażil hemm għandu
jingħata “Stat Membru responsabbli”. ·
L-objettivi tal-proposta Din il-proposta tieħu l-ogħla
konsiderazzjoni fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża
C-648/11. L-għan tagħha hu li tindirizza l-ambigwità attwali
tad-dispożizzjoni dwar minuri mhux akkumpanjati li ma għandhom l-ebda
familja, aħwa jew qraba fit-territorju tal-Istati Membri, billi din
tipprovdi ċ-ċertezza legali fir-rigward tar-responsabbiltà biex
jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali
f’każijiet bħal dawn. 2. IR-RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET
TAL-IMPATT Konsultazzjonijiet speċifiċi u
valutazzjonijiet tal-impatt bi tħejjija tal-proposta attwali ma kinux
meħtieġa minħabba li din il-proposta mmirata b'mod strett
tikkostitwixxi segwitu għal konsultazzjoni komprensiva u valutazzjonijiet
tal-impatt li diġà twettqu mill-Kummissjoni fit-tħejjija tal-proposta
tagħha COM(2008) 820 final għar-riformulazzjoni tar-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003/KE. Għaldaqstant, konsultazzjoni
mwettqa mill-Kummissjoni fit-tħejjija ta’ dik il-proposta tapplika
għal din il-proposta. Il-Kummissjoni tqis li l-proposta biex
jiġi emendat l-Artikolu 8(4) għandha titressaq mill-aktar fis
possibbli, sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali f’dak li jirrigwarda
d-dispożizzjonijiet dwar minuri mhux akkumpanjati fil-“proċedura ta’
Dublin”. Barra minn hekk, huwa indispensabbli li jkun hemm verżjoni finali
ta’ dan l-Artikolu qabel ma tipproċedi biex tipprovdi regoli supplementari
dwar minuri mhux akkumpanjati fuq il-bażi tal-Artikolu 290
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. 3. L-ELEMENTI LEGALI
TAL-PROPOSTA ·
Sommarju tal-azzjoni proposta Il-proposta preżenti tindirizza
l-kwistjoni tar-responsabbiltà biex teżamina l-applikazzjoni
għall-ażil ta’ minuri mhux akkumpanjat mingħajr familja,
aħwa jew qraba fit-territorju tal-UE. Id-dispożizzjoni proposta
tkopri żewġ każijiet possibbli ta’ minuri mhux akkumpanjati li
jinsabu f’tali sitwazzjoni: Il-paragrafu 4a, ikopri s-sitwazzjoni
simili għal dik deskritta fil-Kawża C-648/11, jiġifieri minuri
mhux akkumpanjat mingħajr familja, aħwa jew qraba fit-territorju
tal-UE u li ppreżenta applikazzjonijiet għall-ażil multipli,
inkluż fl-Istat Membru fejn hu jew hi huma bħalissa preżenti.
F’dan il-każ, l-Istat Membru responsabbli huwa stabbilit skont is-sentenza
tal-Qorti tal-Ġustizzja, jiġifieri r-responsabbiltà tappartjeni
lill-Istat Membru fejn il-minuri ssottometta applikazzjoni u fejn bħalissa
jinsab preżenti. L-għan ta’ din ir-regola huwa li tiżgura li
l-proċedura li tiddetermina l-Istat Membru responsabbli ma għandhiex
bilfors tiġi mtawla, u li minuri mhux akkumpanjati jkollhom
aċċess fil-pront għall-proċeduri li jiddeterminaw l-istatus
ta’ protezzjoni internazzjonali. Ir-referenza għall-aħjar interessi
tal-minuri hija introdotta sabiex tippermetti għal
eċċezzjonijiet minn din ir-regola f’każijiet fejn
iċ-ċirkostanzi individwali jistgħu jindikaw li jekk j/tibqa’
fit-territorju tal-Istat Membru fejn huwa jew hija huma preżenti jista'
jipperikolaw l-aħjar interessi tal-minuri. Il-paragrafu 4b jindirizza s-sitwazzjoni
meta minuri li jkun applika għal protezzjoni internazzjonali hu
preżenti fit-territorju ta’ Stat Membru mingħajr ma jippreżenta
applikazzjoni hemmhekk. Il-proposta hija li l-Istat Membru għandu jipprovdi
minuri bl-opportunità li jippreżenta applikazzjoni hemm, wara li tkun
infurmatu dwar dan id-dritt u l-implikazzjonijiet tiegħu. B'hekk il-minuri
għandu żewġ għażliet: jew li japplika għal
ħarsien internazzjonali f'dak l-Istat Membru jew ma japplikax. Fejn
applikazzjoni tkun iddepożitata għand l-awtoritajiet ta’ dak l-Istat
Membru, iċ-ċirkustanzi tal-paragrafu 4a japplikaw,
jiġifieri dak l-Istat Membru jsir responsabbli għall-eżami ta’
dik l-applikazzjoni. B’hekk, il-minuri se jibqa' fl-Istat Membru fejn hu/hi
preżenti u jkollu/ha l-applikazzjoni tiegħu/tagħha eżaminat
hemmhekk, sakemm din tikkorrispondi għall-aħjar interessi tal-minuri.
L-alternattiva hija li l-minuri għandu jiġi trasferit lill-Istat
Membru fejn il-konsiderazzjoni tal-aħjar interessi tal-minuri tindika
bħala l-aktar wieħed xieraq (li jista' jinkludi, għalkemm din ma
tistax tiġi limitata għall-fatt li proċedura biex teżamina
l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tista' tkun għadha
għaddejja jew magħluqa b’deċiżjoni finali, eċċ.). Fil-każ ta’ minuri li jiddeċiedi li
ma jippreżentax applikazzjoni ġdida fl-Istat Membru fejn hu/hi tkun
preżenti mhuwiex/mhijiex indirizzata bil-Kawża C-648/11. Madankollu,
din is-sitwazzjoni teħtieġ li tiġi koperta fir-Regolament,
sabiex jiġu evitati lakuni fil-kriterji ta’ responsabbiltà. Is-soluzzjoni
proposta hija li l-Istat Membru responsabbli għandu jkun dak fejn
il-minuri jkun iddepożita l-applikazzjoni l-iktar riċenti tiegħu
jew tagħha. Din ir-regola għandha l-għan li tiżgura li jkun
hemm ċertezza biex jiġi stabbilit l-Istat Membru responsabbli,
bl-introduzzjoni ta’ regola li hija ċerta u prevedibbli. Ir-referenza
għall-aħjar interessi tal-minuri hi miżjuda sabiex tassigura,
bħal fil-paragrafu 4a, li t-trasferimenti kontra l-aħjar
interessi tiegħu jew tagħha huma evitati. Il-paragrafu 4c għandu l-għan
li jiżgura li l-valutazzjoni tal-aħjar interessi tal-minuri hija
magħmula b’kooperazzjoni bejn l-Istat Membri li għamlu t-talba qed
jitolbu, sabiex jistabbilixxu flimkien l-Istat Membru responsabbli
għall-minuri u jevitaw kunflitti ta’ interess. Il-garanziji għall-minuri previsti
fl-Artikolu 6 tar-Regolament 604/2013 japplikaw għall-minuri kollha
li huma suġġetti għall-proċeduri ta’ dan ir-Regolament.
Għalhekk, referenza espliċita għad-dispożizzjonijiet
tal-Artikolu 6 fir-rigward ta’ minuri mhux akkumpanjati li jinsabu
f’waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikolu 8(4) ma tqiesx li
hi meħtieġa. Il-paragrafu 4d ma fihx kriterji biex
tiġi stabbilita r-responsabilità, iżda tipprovdi regola li tippermetti
lill-Istati Membri biex jinfurmaw lil xulxin ta’ responsabbiltà ġdida
meħuda. Dan jippermetti lill-Istat Membru li qabel kien responsabbli
mit-twettiq ta’ “proċedura ta’ Dublin” li jagħlaq il-każ
fl-amministrazzjoni interna tagħha. Dan huwa partikolarment rilevanti
sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta’ abbuż tas-sistema, fejn
il-minuri jimxi lejn Stat Membru ieħor għal ebda raġuni
oħra għajr biex itawwal il-waqfa tiegħu jew tagħha
fit-territorju tal-UE. Id-dispożizzjoni hija simili għal dik fl-Artikolu 17(1)(2)
tar-Regolament 604/2013, fejn l-istess regola ta' informazzjoni hija introdotta
fir-rigward tal-klawżola tas-sovranità. ·
Ġeometrija varjabbli Din il-proposta temenda r-Regolament (UE)
Nru 604/2013 u tuża l-istess bażi legali bħal dak l-att, jiġifieri
l-Artikolu 78, it-tieni paragrafu, il-punt (e) tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. It-Titolu V tat-TFUE mhux applikabbli
għar-Renju Unit u l-Irlanda, sakemm dawk iż-żewġ
pajjiżi ma jiddeċidux mod ieħor, skont id-dispożizzjonijiet
stabbiliti fil-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda
mehmuża mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u mat-TFUE. Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbuta
mar-Regolament 604/2013, wara l-avviż tagħhom tax-xewqa tagħhom
li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament
ibbażat fuq il-Protokoll imsemmi hawn fuq. Il-pożizzjoni ta' dawn
l-Istati Membri fir-rigward tar-Regolament 604/2013 ma taffettwax
il-possibbiltà tal-parteċipazzjoni tagħhom fir-rigward tar-Regolament
emendat. Skont il-Protokoll dwar il-pożizzjoni
tad-Danimarka, anness mat-TUE u t-TFUE, id-Danimarka ma tipparteċipax
fl-adozzjoni mill-Kunsill tal-miżuri skont it-Titolu V tat-TFUE
(bl-eċċezzjoni tal-"miżuri li jiddeterminaw il-pajjiżi
terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża meta
jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri, jew miżuri li għandhom
x’jaqsmu ma’ format uniformi għall-viżi"). Madankollu,
peress li d-Danimarka tapplika r-Regolament ta’ Dublin preżenti, fuq
il-bażi ta' ftehim internazzjonali li hi kkonkludiet mal-KE fl-2006[3], hi għandha, skont
l-Artikolu 3 ta’ dak il-ftehim, tinnotifika lill-Kummissjoni
bid-deċiżjoni tagħha jekk hux se timplimenta jew le l-kontenut
tar-Regolament emendat. ·
Impatt tal-proposta fuq Stati Membri mhux fl-UE
assoċjati mas-sistema ta’ Dublin B'mod parallel mal-assoċjazzjoni ta’
bosta Stati Membri li mhumiex fl-UE mal-acquis ta' Schengen, il-Komunità
kkonkludiet bosta ftehimiet li jassoċjaw dawn il-pajjiżi anki
mal-acquis ta’ Dublin/Eurodac: –
il-ftehim li jassoċja lill-Islanda u
lin-Norveġja, konkluż fl-2001[4]; –
il-ftehim li jassoċja lill-Isvizzera,
konkluż fit-28 ta’ Frar 2008[5]; –
il-protokoll li jassoċja
lill-Prinċipalità tal-Liechtenstein, iffirmat
fit-28 ta' Frar 2008[6]. Sabiex jiġu maħluqa drittijiet u
obbligi bejn id-Danimarka – li, kif spjegat hawn fuq, kienet assoċjata
mal-acquis ta' Dublin/Eurodac permezz ta' ftehim internazzjonali – u
l-pajjiżi assoċjati msemmija hawn fuq, ġew konklużi
żewġ strumenti oħra bejn il-Komunità u l-pajjiżi
assoċjati[7]. F'konformità mat-tliet ftehimiet imsemmija
hawn fuq, il-pajjiżi assoċjati għandhom jaċċettaw
l-acquis ta' Dublin/Eurodac u l-iżviluppi tiegħu mingħajr
eċċezzjoni. Huma ma jiħdux sehem fl-adozzjoni ta’ kull att li
jemenda jew li jibni fuq l-acquis ta’ Dublin (inkluża għalhekk din
il-proposta) iżda għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni f'perjodu
ta’ żmien mogħti bid-deċiżjoni tagħhom jekk humiex se
jaċċettaw il-kontenut ta’ dak l-att jew le, ladarba jiġi
approvat mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew. Fil-każ li
n-Norveġja, l-Islanda, l-Isvizzera jew il-Liechtenstein ma
jaċċettawx att li jemenda jew li jibni fuq l-acquis ta'
Dublin/Eurodac, tiġi applikata l-klawsola tal-"gilljottina" u
l-ftehimiet rispettivi jintemmu, sakemm ma jiddeċidiex mod ieħor
b'unanimità il-Kumitat Konġunt/Imħallat. 2014/0202 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 604/2013
rigward id-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina
l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ta’ minuri mhux
akkumpanjati mal-ebda membru tal-familja, aħwa jew qraba legalment
preżenti fi Stat Membru IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari
l-Artikolu 78(2)(e) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea, Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[8],
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
tar-Reġjuni[9], Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) Ir-Regolament (UE)
Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[10] jistabbilixxi l-Istat
Membru fejn il-minuri mhux akkumpanjat ikun iddepożita l-applikazzjoni
għall-protezzjoni internazzjonali bħala l-Istat Membru responsabbli
għall-eżami ta’ dik l-applikazzjoni. (2) Wara l-adozzjoni
tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 il-Qorti tal-Ġustizzja
ddeċidiet fil-Kawża C-648/11 li, meta minur mingħajr l-ebda
membru tal-familja preżenti legalment fit-territorju ta’ Stat Membru jkun
ressaq applikazzjonijiet għall-ażil f’aktar minn Stat Membru
wieħed, l-Istat Membru li fih dak il-minuri huwa preżenti wara li
tkun iddepożita applikazzjoni għall-ażil hemm ikun nominat
bħala l-Istat Membru responsabbli. (3) Is-sitwazzjoni ta’ minuri
mhux akkumpanjat mingħajr l-ebda membru tal-familja preżenti
legalment fit-territorju ta’ Stat Membru, li ppreżenta applikazzjonijiet
għall-ażil fi Stat Membru wieħed jew aktar, u li huwa
preżenti fit-territorju ta’ Stat Membru mingħajr ma jippreżenta
applikazzjoni hemm, ma ġiex indirizzat minn din is-sentenza. Sabiex
jiġi żgurat metodu koerenti dwar minorenni mhux akkumpanjati f’dan
ir-Regolament u biex tiġi evitata l-inċertezza legali, il-kriterju
biex jiġi stabbilit l-Istat Membru responsabbli f’din is-sitwazzjoni
għandu ugwalment jiġi pprovdut. (4) Skont is-sentenza, l-Istat
Membru responsabbli għandu javża kif xieraq l-Istat Membru li
miegħu tkun ġiet iddepożitata l-ewwel applikazzjoni. Peress li
l-applikazzjoni għall-ażil huwa meħtieġ li tiġi eżaminata
biss minn Stat Membru wieħed, l-Istat Membru responsabbli għandu
jgħarraf bid-deċiżjoni tiegħu lill-Istat Membru li qabel
kien responsabbli, l-Istat Membru li jmexxi proċedura biex jiddetermina
l-Istat Membru responsabbli jew l-Istat Membru li kien intalab biex jinkariga
ruħu jew jieħu lura minuri, skont x'ikun il-każ. (5) [Skont l-Artikolu 3 u
l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni
tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, is-Sigurtà u
l-Ġustizzja mehmuża mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat
dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawk l-Istati Membri nnotifikaw
ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’
dan ir-Regolament.] (6) Skont l-Artikoli 1 u 2
tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat
dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u
mhijiex marbuta bih u lanqas mhi soġġetta għall-applikazzjoni
tiegħu . (7) Ir-Regolament (UE)
Nru 604/2013 għandu għaldaqstant jiġi emendat, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Fir-Regolament (KE) Nru 604/2013,
il-paragrafu 4 tal-Artikolu 8 jinbidel b’dan li ġej: "4a. Meta l-minuri mhux
akkumpanjat ma għandu l-ebda membru tal-familja, aħwa jew qraba
legalment preżenti fi Stat Membru kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2,
l-Istat Membru responsabbli jkun dak fejn il-minuri mhux akkumpanjat ikun
iddepożita applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u fejn
jinsab preżenti, sakemm dan ikun fl-aħjar interess tal-minuri. 4b. Fejn applikant kif imsemmi
fil-paragrafu 4a huwa preżenti fit-territorju ta’ Stat Membru
mingħajr ma jippreżenta applikazzjoni hemm, dan l-Istat Membru
jinforma lill-minuri mhux akkumpanjat bid-dritt li jagħmel applikazzjoni u
jipprovdilu opportunità effettiva biex jippreżenta applikazzjoni f’dak
l-Istat Membru. Meta l-minuri mhux akkumpanjat msemmi fl-ewwel
subparagrafu jippreżenta applikazzjoni fl-Istat Membru fejn huwa jew hija
huma preżenti, dak l-Istat Membru jkun responsabbli biex jeżamina dik
l-applikazzjoni, sakemm dan ikun fl-aħjar interessi tal-minuri. Meta l-minuri mhux akkumpanjat msemmi fl-ewwel
subparagrafu ma jippreżentax applikazzjoni fl-Istat Membru fejn huwa jew
hija preżenti, dak l-Istat Membru responsabbli jkun dak fejn il-minuri
ppreżenta l-iktar applikazzjoni riċenti tiegħu jew tagħha,
sakemm dan ma jkunx fl-aħjar interessi tal-minuri. 4c. L-Istat Membru mitlub biex
jieħu lura persuna minuri mhux akkumpanjat jikkoopera mal-Istat Membru
fejn il-minuri mhux akkumpanjat ikun preżenti sabiex jivvalutaw
l-aħjar interessi tal-minuri. 4d. L-Istat Membru, li huwa
responsabbli skont il-paragrafu 4a, jinforma l-Istati Membri li
ġejjin, kif applikabbli: (a)
l-Istat Membru li qabel kien responsabbli; (b)
l-Istat Membru li jmexxi proċedura biex
jiddetermina l-Istat Membru responsabbli; (c)
l-Istat Membru li kien intalab biex jinkariga
ruħu li jieħu r-responsbabiltà tal-minuri mhux akkumpanjat; (d)
l-Istat Membru li kien intalab biex jinkariga
ruħu biex jieħu lura l-minuri mhux akkumpanjat. Dik l-informazzjoni tintbagħat permezz
tan-netwerk ta’ komunikazzjoni elettronika ‘DubliNet’ stabbilita skont
l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1560/2003.” Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol
fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier
tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] ĠU L 180/31 29.6.2013, p. 31 [2] ĠU L 50, 25.2.2003, p. 1 [3] Il-Ftehim bejn
id-Danimarka u l-Komunità dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi
stabbilit Stat responsabbli għall-eżaminar ta’ talba
għall-ażil magħmula fid-Danimarka jew fi kwalunkwe Stat Membru
ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-“Eurodac” għal-paragun tal-marki
tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta’ Dublin;
ĠU L 66 8.3.2006, p. 38 [4] Ftehim bejn
il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar
il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-istabbiliment tal-Istat responsabbli
għall-eżami ta' talba għal asilju ppreżentata fi Stat
Membru jew fl-Islanda jew fin-Norveġja (ĠU L 93, 3.4.2001,
p. 40 - Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19 Volum 04
p. 78) [5] Ftehim bejn
il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kriterji u
l-mekkaniżmi għall-istabbiliment tal-Istat responsabbli
għall-eżami ta' talba għal ażil ippreżentata fi Stat
Membru jew fl-Isvizzera (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 5) [6] Protokoll bejn
il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat
tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein
mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar
il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli
għall-eżami ta' talba għall-ażil magħmula fi Stat
Membru jew fl-Isvizzera (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 39) [7] Il-Protokoll
bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat
tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u
l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun
stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-ażil
ippreżentata fi Stat Membru jew fl-Isvizzera (konkluż fl-24.06.2009,
ĠU L 161, 24.06.2009, p. 8) u l-Protokoll għall-Ftehim bejn
il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar
il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-istabbiliment tal-Istat responsabbli
għall-eżami ta' talba għal ażil ppreżentata fi Stat
Membru jew fl-Islanda jew fin-Norveġja (ĠU L 93, 3.4.2001 -
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19 Volum 04 p. 78). [8] ĠU C , , p. . [9] ĠU C , , p. . [10] Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew
u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi
l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru
responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni
internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn
ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU L 180,
29.6.2013, p. 31).