This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014JC0036
Joint Proposal for a COUNCIL DECISION on the Union position within the Association Council set up by the Euro-Mediterranean Agreement establishing an association between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Republic of Tunisia, of the other part, with regard to the adoption of a recommendation on the implementation of the EU-Tunisia Action Plan implementing the privileged partnership (2013-2017)
Proposta Konġunta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Tuneżija li jimplimenta s-sħubija privileġġjata (2013-2017)
Proposta Konġunta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Tuneżija li jimplimenta s-sħubija privileġġjata (2013-2017)
/* JOIN/2014/036 final - 2014/0316 (NLE) */
Proposta Konġunta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Tuneżija li jimplimenta s-sħubija privileġġjata (2013-2017) /* JOIN/2014/036 final - 2014/0316 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI It-Tuneżija u l-Unjoni Ewropea huma
marbuta bi Ftehim Ewro‑Mediterranju ta’ Assoċjazzjoni, li ilu
fis-seħħ minn Marzu 1998, u li abbażi tiegħu,
f’Mejju 2005 ġie approvat Pjan ta’ Azzjoni UE-Tuneżija fil-qafas
tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) miż-żewġ partijiet
għal perjodu ta’ ħames snin. F’dan il-qafas, ir-relazzjonijiet bejn
l-UE u t-Tuneżija żviluppaw u mmaturaw b’mod konsiderevoli.
Il-preżentazzjoni, f'Marzu 2010, ta' proposta Tuneżina dwar
l-għoti ta' status avvanzat[1]
tathom spinta ġdida u mmarkat it-tisħiħ sinifikanti tagħhom
fl-oqsma tar-relazzjonijiet politiċi u tas-sigurtà, tal-ekonomija u
tal-kummerċ, kif ukoll f'bosta setturi u fil-kuntatti bejn il-popli. Billi l-Pjan ta’ Azzjoni attwali fil-qafas
tal-PEV skada fl-2010, tqies opportun li jiġi negozjat u konkluż Pjan
ta’ Azzjoni ġdid, ibbażat fuq l-għanijiet u l-ambizzjonijiet
tad-dokument konġunt rigward is-sħubija privileġġjata.
Għaldaqstant, sakemm jiġi konkluż dan il-pjan il-ġdid,
f'Settembru 2010 iż-żewġ partijiet qablu li jkomplu
japplikaw il-Pjan ta’ Azzjoni tal-2005. Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Tuneżija
jitqiesu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni politika globali fir-reġjun li ilha
għaddejja minn evoluzzjoni kbira sa mill-bidu tal-2011. Il-komunikazzjoni konġunta li
ġġib l-isem "Strateġija Ġdida għal Viċinat
li qed jinbidel"[2]
stabbilixxiet strateġija ġdida bbażata fuq divrenzjar
imsaħħaħ, li tippermetti lil kull sieħeb jiżviluppa
r-relazzjonijiet tiegħu mal-UE skont l-ambizzjonijiet,
il-ħtiġijiet u l-ħiliet tiegħu stess, iżda wkoll skont
il-prinċipju ta' responsabbiltà reċiproka u l-livell ta' rabta
mal-valuri universali tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-Istat
tad-Dritt, kif ukoll f'kunsiderazzjoni tal-ħiliet biex jiġu
implimentati l-prijoritajiet definiti bi qbil komuni. Dan il-Pjan ta’ Azzjoni
l-ġdid jistabbilixxi b’mod ċar l-għanijiet prijoritarji
tar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Tuneżija filwaqt li jqis b’mod
sħiħ is-sħubija privileġġjata u l-kompletezza
tar-relazzjonijiet bejn iż-żewġ partijiet. Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
(SEAE), b’kooperazzjoni mill-qrib mas-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea u
l-Istati Membri tal-UE, mexxa diskussjonijiet preliminari mat-Tuneżija li
wasslu għal ftehim rigward l-abbozz tal-Pjan ta’ Azzjoni, b'mod
partikolari l-lista ta' azzjonijiet prijoritarji li għandhom jitwettqu
f'dan il-qafas. Waqt l-aħħar
laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Tuneżija, li saret
fl-14 ta' April 2014, iż-żewġ partijiet sabu li kienu waslu
għal konklużjoni.
Il-finalizzazzjoni ta' konsultazzjonijiet tekniċi fuq kull naħa
ġiet innotifikata permezz ta' skambju ta' ittri. Il-pjan ġdid ta' azzjoni UE-Tuneżija
jiddefinixxi l-miżuri speċifiċi li jwasslu biex il-partijiet
jissodisfaw l-obbligi tagħhom stipulati skont il-Ftehim Ewro-Mediterranju.
Huwa jipprovdi wkoll qafas usa' għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet
bejn l-UE u t-Tuneżija sabiex jintlaħaq grad għoli ta'
integrazzjoni ekonomika u sabiex tiġi approfondita l-kooperazzjoni
politika, skont l-objettivi ġenerali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju. Skont
ir-Regolament dwar l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat[3], il-pjan ta' azzjoni
jikkostitwixxi element essenzjali ta' referenza biex jiġu definiti
l-prijoritajiet tal-Unjoni fil-qafas tal-PEV. Il-PEV se jkompli jkollha rwol
ta’ katalista bħala qafas strateġiku uniku msejjes b’mod partikolari
fuq is-sħubija u s-sjieda komuni, kif ukoll fuq divrenzjar skont
ir-riżultati u għajnuna adattata għall-ħtiġijiet.
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni
għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (aktar ’il quddiem
ir-“Rappreżentant Għoli”) qed jehmżu bħala Anness it-test ta’
proposta konġunta għal deċiżjoni tal-Kunsill fir-rigward
tal-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Unjoni Ewropea fi
ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Tuneżija fid-dawl
tal-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni rigward l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni Ewropea u
r-Rappreżentant Għoli jistiednu lill-Kunsill biex jadotta l-proposta
konġunta għal Deċiżjoni tal-Kunsill mehmuża hawnhekk. 2014/0316 (NLE) Proposta Konġunta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni fi
ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim
Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet
Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika
tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni
dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Tuneżija li jimplimenta
s-sħubija privileġġjata (2013-2017)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217
flimkien mal-Artikolu 218, il-paragrafu 9 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta konġunta
mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u
l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea, Billi: (1) Il-Ftehim Ewro-Mediterranju
li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati
Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija,
min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fis-17 ta’ Lulju 1995 u
daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 1998. (2) Il-partijiet beħsiebhom
japprovaw il-Pjan ta’ Azzjoni UE-Tuneżija l-ġdid fil-qafas
tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) għall-implimentazzjoni
tas-sħubija privileġġjata (2013-2017) li tirrifletti
s-sħubija speċjali bejn iż-żewġ partijiet u li se
tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Ftehim Ewro‑Mediterranju
permezz tat-tfassil u l-adozzjoni ta' miżuri konkreti maħsuba biex
jintlaħqu l-għanijiet tiegħu, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan
il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim Ewro‑Mediterranju
li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati
Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija,
min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’
Azzjoni UE-Tuneżija fil-qafas tal-PEV li jimplimenta s-sħubija privileġġjata
(2013-2017), hija bbażata fuq l-abbozz ta’ rakkomandazzjoni tal-Kunsill
ta’ Assoċjazzjoni mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din
id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni
tagħha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] Adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni
UE-Tuneżija fil-11 ta' Mejju 2010. [2] COM(2011) 303 tal-25.5.2011. [3] Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-11.3.2014. ANNESS għall- Proposta konġunta ta’
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni fi
ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf mill-Ftehim
Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet
Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika
tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, rigward l-adozzjoni ta’
rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Tuneżija
li jimplimenta s-sħubija privileġġjata (2013-2017) ANNESS 1 Abbozz
ta’ Rakkomandazzjoni dwar
l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Tuneżija fil-qafas tal-PEV li
jimplimenta s-sħubija privileġġjata (2013-2017) Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni
UE-Tuneżija, Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju
li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati
Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika
tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, u b’mod partikolari
l-Artikolu 80 tiegħu, Billi: (1) L-Artikolu 80 tal-Ftehim
Ewro-Mediterranju jagħti s-setgħa lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni
li jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet xierqa, għall-iskop li
jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim. (2) B’mod konformi mal-Artikolu 90
tal-Ftehim Ewro-Mediterranju, il-Partijiet għandhom jieħdu kull
miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex
jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan il-Ftehim u għandhom jaraw li
l-għanijiet stipulati fil-Ftehim jintlaħqu. (3) Il-partijiet fil-Ftehim
Ewro-Mediterranju approvaw it-test tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Tuneżija
fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) li jimplimenta
s-Sħubija Privileġġjata (2013-2017). (4) Dan il-Pjan ta’ Azzjoni
UE-Tuneżija fil-qafas tal-PEV ser jikkontribwixxi
għall-implimentazzjoni tal-Ftehim permezz tat-tfassil u l-adozzjoni, bi
qbil bejn il-partijiet, ta' miżuri konkreti li jipprovdu gwida prattika
għal din l-implimentazzjoni. (5) Il-Pjan ta’ Azzjoni għandu
l-għan doppju li jippreżenta miżuri konkreti għat-twettiq,
mill-partijiet, tal-obbligi stipulati fil-Ftehim Ewro-Mediterranju u li
jipprovdi qafas aktar wiesa’ għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn
l-UE u t-Tuneżija, sabiex jintlaħaq livell għoli ta’
integrazzjoni ekonomika u approfondiment tal-koperazzjoni politika, b’mod
konformi mal-għanijiet ġenerali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju, ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI: Artikolu Uniku Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jirrakkomanda
li l-partijiet jimplimentaw il-Pjan ta’ Azzjoni UE-Tuneżija fil-qafas
tal-PEV li jimplimenta s-Sħubija Privileġġjata (2013-2017),
li tidher fl-Anness, sakemm din l-implimentazzjoni jkollha l-mira li
jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi
assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom,
minn naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra. Magħmul fi […], Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Il-President ANNESS 2 Relazzjonijiet
Tuneżija – Unjoni Ewropea: sħubija privileġġjata
Pjan ta’
Azzjoni 2013-2017
sommarju I. INTRODUZZJONI Mill-14 ta’ Jannar 2011,
it-Tuneżija bdiet paġna ġdida fl-istorja moderna tagħha, ikkaratterizzata
minn rivoluzzjoni paċifika għad-dinjità u l-libertà, li l-attur
ewlieni tagħha kien il-poplu Tuneżin. Din ir-rivoluzzjoni stabbiliet
il-pedament għall-iżvilupp ta’ demokrazija ġenwina,
ibbażata fuq l-Istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet
tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. Huma dawn il-valuri, li issa huma
kondiviżi mal-Unjoni Ewropea, li jimmotivaw ix-xewqa
taż-żewġ partijiet li jieħdu r-relazzjonijiet tagħhom
f’livell ogħla u aktar strateġiku, jiġifieri s-sħubija
privileġġjata. Bis-saħħa tar-rivoluzzjoni, illum
infetħu prospetti radikalment differenti fir-relazzjonijiet bejn
it-Tuneżija u l-Unjoni Ewropea. L-UE hija ddeterminata li timpenja
ruħha fit-tul fit-tranżizzjoni demokratika tat-Tuneżija, konxja
li s-suċċess tagħha ser ikollu effetti pożittivi kemm fuq
il-prosperità tat-Tuneżija kif ukoll fuq ir-reġjun kollu. L-appoġġ għat-tranżizzjoni
tat-Tuneżija fil-fatt jikkostitwixxi, opportunità storika
għall-Unjoni Ewropea biex twieġeb b’mod sostanzjali, effikaċi u
pożittiv għall-isfidi li nħolqu kemm tat-Tuneżija kif ukoll
tar-“Rebbiegħa Għarbija”, skont l-aġġustament tal-Politika
Ewropea tal-Viċinat deċiż fl-2011. Politika ġdida tal-viċinat Minħabba l-isfidi storiċi li qed jiffaċċja
l-viċinat tagħha, l-Unjoni Ewropea ddefinixxiet approċċ
ġdid li jipprovdi soluzzjonijiet aktar adattati għall-iżvilupp
rapidu tal-pajjiżi sħab u għall-ħtiġijiet ta’ riformi
tagħhom sabiex jistabbilixxu u jikkonsolidaw demokraziji
b’saħħithom, isostnu tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv u
jimmaniġġjaw ir-rabtiet u l-flussi transfruntieri. Dan l-approċċ il-ġdid[1] huwa bbażat fuq
responsabbiltà reċiproka u impenn kondiviż għall-valuri
universali tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-Istat tad-dritt.
Huwa jimplimenta livell ogħla ta’ divrenzjar, li jiddefinixxi
l-appoġġ tiegħu skont l-ambizzjonijiet tal-pajjiż
sieħeb f’dak li jirrigwarda rabtiet eqreb mal-UE, il-ħtiġijiet
speċifiċi tiegħu u l-kapaċitajiet li għandu,
il-progress miksub fl-implimentazzjoni tar-riformi, fil-konsolidament
tad-demokrazija u tal-Istat tad-dritt kif ukoll fir-rispett tad-drittijiet
tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. Huwa ser jippermetti wkoll
li t-tisħiħ tar-relazzjonijiet isarraf f’integrazzjoni ekonomika usa’
kif ukoll f'kooperazzjoni politika eqreb fl-oqsma tal-governanza, tas-sigurtà, tas-soluzzjoni
tal-kunflitti u fl-adozzjoni ta’ inizjattivi konġunti fil-fora
internazzjonali dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni. L-approċċ il-ġdid tal-Politika
tal-Viċinat għandu l-għan fost l-oħrajn li: a) joffri
appoġġ akbar lis-sħab b’involviment fl-approfondiment
tad-demokrazija u fir-rispett tal-Istat tad-dritt, tad-drittijiet tal-bniedem,
tal-libertajiet fundamentali u tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri; b)
jappoġġja l-iżvilupp ta’ ekonomija sostenibbli u inklużiva,
billi jnaqqas l-inugwaljanzi soċjali u reġjonali, joħloq
l-impjiegi u jtejjeb il-livell tal-għajxien tal-popolazzjonijiet; c)
jistabbilixxi sħubija eqreb mal-popli u mas-soċjetà ċivili
fil-pajjiżi sħab. Prijoritajiet ġodda għat-Tuneżija Ir-rivoluzzjoni Tuneżina ġġib
magħha t-tama ta’ ħajja aħjar għaċ-ċittadini
Tuneżini, filwaqt li tissimbolizza t-tmiem ta’ mudell ta’ żvilupp
antik li għal żmien twil kien affettwat minn qasmiet strutturali
ekonomiċi u soċjali. L-approċċ il-ġdid huwa
għalhekk ibbażat fuq il-bini ta’ proġett soċjali ġdid,
li jkun inklużiv u bbilanċjat, ibbażat fuq il-governanza tajba u
t-trasparenza u t-tqassim ekwu tal-ġid. Tingħata prijorità lill-impjiegi u
l-koeżjoni soċjali, l-iżvilupp reġjonali, is-sigurtà u
l-istabilità, u l-ġustizzja tranżitorja biex il-proċess ta’
tranżizzjoni demokratika jkun ankrat fit-tul. Barra minn hekk, dawn il-prijoritajiet
jenfasizzaw l-impenn biex jiġu intensifikati r-riformi meħtieġa bil-għan
li jiġu stabbiliti istituzzjonijiet demokratiċi, li jirrispettaw
id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali u jikkonfermaw l-impenn
tat-Tuneżija li tibni soċjetà miftuħa u moderna, spazju
kulturali plurali u nisġa soċjali effettiva. Il-ħidma għar-riforma ser tkun
imsaħħa wkoll fil-qasam ekonomiku u soċjali sabiex tingħata
spinta lill-ekonomija u jiġi promoss it-tkabbir sostenibbli b’livell
għoli ta’ impjiegi, ibbażat fuq l-għarfien u l-innovazzjoni. L-isforz ser jiffoka b’mod partikolari fuq
l-iżvilupp ta’ politika soċjali ġusta, solidari u ta’ ġid għall-kategoriji
u għar-reġjuni kollha u l-immodernizzar tal-istruttura tal-ekonomija
billi jdur aktar lejn l-attivitajiet innovattivi, b’kontenut teknoloġiku
għoli u li jħarsu l-ambjent kif ukoll lejn it-titjib
tal-kompetittività u tal-klima tan-negozju biex titrawwem l-inizjattiva privata
u s-sħubija pubblika-privata. Sħubija
privileġġjata F’dan il-kuntest, il-kundizzjonijiet huma
kollha ssodisfati biex it-Tuneżija u l-Unjoni Ewropea jgħaddu
għal livell ogħla u aktar strateġiku ta’ approfondiment
tar-relazzjonijiet tagħhom u ta’ integrazzjoni, meta wieħed
jikkunsidra l-ambizzjonijiet reċiproċi aktar għolja.
L-approssimazzjoni mal-Unjoni Ewropea hija tendenza permanenti u
għażla fundamentali tal-politika esterna tat-Tuneżija[2], b’mod parallel
mal-promozzjoni tal-integrazzjoni tal-Maghreb u mal-konsolidament
tar-relazzjonijiet mal-pajjiżi Għarab, Mediterranji u Afrikani. It-Tuneżija
u l-Unjoni Ewropea jaqsmu wkoll l-istess viżjoni li t-tisħiħ
tal-liberalizzazzjoni ekonomika u tal-integrazzjoni ekonomika u soċjali
huwa sors ta’ tkabbir u ta’ impjiegi biex ikun promoss l-iżvilupp
b’solidarjetà u l-ġid kondiviż. Fil-qafas tas-sħubija
privileġġjata, it-Tuneżija tixtieq li jkollha aċċess
għall-ogħla livell ġdid possibbli ta’ integrazzjoni mal-UE. Dan l-istatus il-ġdid jirrifletti x-xewqa
taż-żewġ partijiet li jkunu parti minn konċiljazzjoni
dinamika li tmur lil hinn mill-fruntieri tal-kummerċ ħieles u li
tinkludi mobilità effettiva tal-persuni li tkun ta’ benefiċċju
reċiproku u kondiviżjoni akbar tal-għarfien. Il-kunsiderazzjoni tad-dimensjoni umana u
xjentifika f’din is-sħubija hija essenzjali biex tiġi promossa
l-approssimazzjoni bejn l-atturi tas-soċjetà ċivili, l-operaturi
privati, ir-riċerkaturi u l-istudenti u l-awtoritajiet lokali u
reġjonali u se tkun sinjal politiku qawwi għaċ-ċittadini u għall-komunitajiet
tan-negozju taż-żewġ partijiet. Dan il-pjan ta’ azzjoni evoluttiv, stabbilit
b’mod konġunt għall-perjodu 2013-2017, huwa l-qafas ta’
referenza msejjaħ biex jiddefinixxi l-assi prijoritarji li se jsaħħu
r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ partijiet, fil-livelli kollha
(politiku, ekonomiku, xjentifiku, soċjali, kulturali u uman). F’dan il-qafas ta’
evoluzzjoni, u abbażi tal-implimentazzjoni tas-sħubija
privileġġjata, skont l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u
l-aspirazzjonijiet tal-UE u tat-Tuneżija li jkabbru r-relazzjonijiet
tagħhom, il-partijiet jaqblu li jibdew jirriflettu dwar il-possibbiltà li
jaslu għal ftehim ġdid li jirregola r-relazzjonijiet
reċiproċi. L-elementi ewlenin tas-sħubija
privileġġjata bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija It-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn
l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija taħt is-sħubija privileġġjata
ser isegwi l-linji li ġejjin: a) Kooperazzjoni politika profonda. Il-Partijiet jaspiraw li jagħtu spinta
ġdida lid-djalogu u lill-kooperazzjoni politiċi. B’mod partikolari
huma previsti t-tisħiħ tad-djalogu politiku ta’ livell għoli,
il-kooperazzjoni parlamentari, il-kooperazzjoni fuq kwistjonijiet ta’ sigurtà,
il-kooperazzjoni fir-rigward tad-demokrazija u tal-Istat tad-dritt, kif ukoll
fir-rigward tal-ugwaljanza tas-sessi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet
fundamentali, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa u
l-organizzazzjonijiet internazzjonali l-oħrajn. Din id-dimensjoni tinkludi
wkoll kooperazzjoni akbar f’dak li jirrigwarda s-sigurtà, il-ġustizzja,
il-ġestjoni tal-fruntieri u l-ġlieda kontra l-kriminalità
organizzata. b) Integrazzjoni
ekonomika u soċjali usa’ mal-Unjoni Ewropea li tgħin fil-bini ta’
Żona Ekonomika Komuni.
Is-sħubija privileġġjata tfittex ukoll integrazzjoni aktar
profonda tas-sħab, fl-aspetti ekonomiċi, soċjali u umani
tagħha. Hija tqis l-isfidi li t-Tuneżija trid tiffaċċja
f’din il-fażi ta’ tranżizzjoni demokratika inkluż l-irkupru
tal-ekonomija u l-eżiġenzi ta’ żvilupp sostenibbli u solidali.
Fid-dawl tal-iżvilupp tar-rabtiet kummerċjali u ekonomiċi, qed
ikun ippjanat li jiġi konkluż ftehim ta’ kummerċ ħieles
profond u komprensiv (DCFTA) bejn it-Tuneżija u l-Unjoni Ewropea li
jikkontribwixxi għall-integrazzjoni gradwali tat-Tuneżija fis-suq
intern tal-Unjoni Ewropea li eventwalment twassal għall-ħolqien ta’ Żona
Ekonomika Komuni. It-Tuneżija tixtieq taħdem lejn
armonizzazzjoni akbar tar-regoli b’approssimazzjoni gradwali tal-liġijiet.
Għal dan il-għan, f’konformità ma’ dan il-pjan ta’ azzjoni,
it-Tuneżija u l-Unjoni Ewropea sejrin jiddeterminaw flimkien is-setturi li
fihom l-isforz ta’ approssimazzjoni ser jingħata prijorità. Imbagħad,
wara li jkunu ġew identifikati d-diskrepanzi bejn il-liġijiet
Tuneżini u l-acquis communautaire, l-għanijiet tal-approssimazzjoni
fil-konfront tal-acquis communautaire sejrin ikunu stabbiliti mit-Tuneżija
fi programm nazzjonali ta’ armonizzazzjoni u miżuri ta’ akkumpanjament
sejrin ikunu implimentati mill-UE sabiex tappoġġja t-twettiq ta’ dawn
l-għanijiet. L-integrazzjoni sejra tibbenefika minn djalogu
msaħħaħ dwar ir-riformi soċjoekonomiċi inkluża
l-prestazzjoni ekonomika, il-promozzjoni tal-impriżi
ż-żgħar u medji (SMEs), l-iżvilupp ta’ strateġija
għall-impjiegi integrata u l-inklużjoni soċjali, kif ukoll minn
kooperazzjoni settorjali wiesgħa li tkopri l-oqsma ewlenin bħall-enerġija,
it-trasport, l-industrija, l-agrikoltura, l-ambjent jew il-bidliet fil-klima
(ara l-Anness 2). c) Sħubija eqreb bejn il-popli. Sħubija privileġġjata ma
tistax tkun ikkunsidrata mingħajr it-tisħiħ tar-rabtiet bejn
il-popli permezz ta’ approssimazzjoni u kooperazzjoni diretti bejn l-individwi
u l-organizzazzjonijiet. F’dan il-kuntest, il-kooperazzjonijiet u l-iskambji
fl-oqsma tal-edukazzjoni, tat-taħriġ professjonali,
tal-impjiegi, tar-riċerka u l-innovazzjoni, tas-saħħa,
tal-kultura u taż-żgħażagħ sejrin
ikollhom rwol determinanti. Id-djalogu ser jiżviluppa wkoll f’dak li
jirrigwarda l-migrazzjoni, il-mobilità u s-sigurtà bil-ħsieb li
tiġi konkluża sħubija għall-mobilità li
tistabbilixxi qafas ta’ kooperazzjoni bilanċjat u responsabbli f’dak li
jirrigwarda ċ-ċirkolazzjoni tal-persuni, il-ġestjoni
tal-migrazzjoni legali, ir-rabtiet bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp,
il-ħarsien tad-drittijiet tal-migranti u l-ġlieda kontra
l-migrazzjoni irregolari, il-kriminalità organizzata marbuta mal-immigrazzjoni,
kif ukoll ir-ripatrijazzjoni. Bl-istess mod, it-tisħiħ
tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija jimplika
mobilizzazzjoni wiesgħa tal-atturi kollha mhux statali u tas-soċjetà
ċivili, li għandhom rwol importanti x’jaqdu fis-suċċess
tad-demokratizzazzjoni. Sejrin jitwaqqfu
mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni sabiex ikun żgurat li s-soċjetà
ċivili tassumi bis-sħiħ ir-rwol tagħha ta’ interlokutur
fid-djalogu mal-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet Ewropej, b’mod partikolari
fil-kuntest tal-finalizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan ta’
azzjoni. Metodu ġdid Il-qabża fil-kwalità ppjanata mill-Unjoni
Ewropea u mit-Tuneżija fir-relazzjonijiet tagħhom sejra tistrieħ
fuq ċertu għadd ta’ prinċipji u għodod li jagħtu
garanzija akbar li jintlaħqu l-għanijiet maħsuba. Impenji mmirati, speċifiċi u
konkreti għal perjodu ta’ ħames snin. Relazzjonijiet approfonditi jfissru li s-sħab jassumu
impenji kbar fir-rigward ta’ ċerti setturi ta’ prijorità sabiex jiġu
ffaċċjati l-isfidi assoċjati mat-tranżizzjoni demokratika:
l-irkupru tal-ekonomija, il-promozzjoni tal-SMEs u l-iżvilupp sostenibbli
u inklużiv, l-impjiegi, it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u
l-ġlieda kontra l-inugwaljanzi; il-konsolidament tal-Istat tad-dritt,
il-governanza tajba u l-pluraliżmu demokratiku, l-indipendenza
tal-ġustizzja, ir-rispett tad-drittjiet tal-bniedem u tal-libertajiet
fundamentali, l-ugwaljanza tas-sessi, ir-riforma tas-settur tas-sigurtà,
l-indipendenza tal-midja u l-appoġġ lis-soċjetà ċivili.
Is-sħubija privileġġjata għandha wkoll tikkontribwixxi
għall-approssimazzjoni tas-soċjetajiet tagħna f’sens usa’,
permezz ta’ djalogu interkulturali fil-fond. Il-parteċipazzjoni f’aġenziji u
programmi tal-Unjoni Ewropea. Għodda oħra li
tikkontribwixxi għall-integrazzjoni akbar mixtieqa bejn it-Tuneżija u
l-Unjoni Ewropea hija l-parteċipazzjoni tat-Tuneżija f’ċertu
numru ta’ aġenziji u programmi tal-Unjoni, li għalihom il-bażi
legali tipprovdi l-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi. Dwar dan
l-aspett, il-pjan ta’ azzjoni jispeċifika l-passi prattiċi li
għandhom ikunu segwiti. Appoġġ
tekniku u finanzjarju aktar ambizzjuż, adattat għall-prijoritajiet
tat-Tuneżija u konformi
mal-linji gwida ġodda tal-Politika ta’ Viċinat, b’appoġġ
għall-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-Ftehim ta’
Assoċjazzjoni u fil-qafas tal-prospettivi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea
mill-2014. Is-sħubija privileġġjata tinkludi l-aspettattiva li
l-Unjoni Ewropea tipprovdi għajnuna finanzjarja xierqa lit-Tuneżija
li tkun ugwali għall-ambizzjoni tar-riformi,
għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħha,
għall-kapaċitajiet li għandha, kif ukoll għall-progress
lejn l-implimentazzjoni effettiva tar-riformi. L-UE diġà kkonfermat
id-deċiżjoni tagħha li żżid b’mod sinifikanti
l-appoġġ tagħha lit-Tuneżija, b’impenn ta’ mill-inqas 400
miljun Ewro f’donazzjonijiet għall-perjodu 2011-2013 (imqabbla mal-240
miljun Ewro previsti qabel ir-rivoluzzjoni). Il-fondi disponibbli sejrin ikunu
ddedikati l-ewwel nett għall-akkumpanjament tar-riformi meħtieġa
għall-istabbiliment ta’ Stat demokratiku (appoġġ
fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet, ir-riforma tas-settur tas-sigurtà,
tal-ġustizzja, tal-midja, appoġġ għall-proċess ta’
ġustizzja tranżizzjonali u għar-rispett tad-drittijiet
tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali), għall-isforz ta’ rkupru
ekonomiku u għat-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali (riformi
ekonomiċi, promozzjoni tal-impjiegi u tal-iżvilupp reġjonali u
l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, l-inugwaljanza u l-faqar,
it-tisħiħ istituzzjonali, eċċ.). Min-naħa l-oħra, ċerti Stati
Membri, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Bank
Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) sejrin jagħtu appoġġ konsegwenti
b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-investiment, l-infrastruttura,
l-appoġġ għas-settur privat u tal-impjiegi, fost l-oħrajn
permezz l-impenji tal-G8 (is-Sħubija ta’ Deauville). L-ipprogrammar ta’
dan l-appoġġ, filwaqt li jsegwi l-proċeduri xierqa, ser
jikkunsidra l-impenji magħmula f’dan il-pjan ta’ azzjoni kif ukoll f’kull
strument rilevanti, inklużi l-konklużjonijiet tat-Task Force bejn
it-Tuneżija u l-Unjoni Ewropea tat-28 u tad-29 ta’ Settembru 2011. Karattru adattiv u
evalwazzjoni intermedjarja.
Il-pjan ta’ azzjoni, adottat għal perjodu ta’ ħames snin, jista’ jkun
rivedut mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni skont il-progress
fl-implimentazzjoni jew skont kwalunkwe ħtieġa ġdida
ddeterminata mis-sitwazzjoni fit-Tuneżija jew fl-Unjoni Ewropea. Il-korpi
stabbiliti mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni sejrin ikunu inkarigati li
jagħmlu l-proposti adegwati. Monitoraġġ
tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni. L-istabbiliment tar-riformi f’għadd kbir ta’ setturi
ewlenin jeżiġi li jiġu stipulati għanijiet
preċiżi u li jiġu pprovduti mezzi xierqa. Biex ikun żgurat
l-aħjar twettiq possibbli u ssir konnessjoni bejn, minn naħa,
l-għanijiet u l-progress magħmul fil-kisba ta’ dawn il-miri, u,
min-naħa l-oħra, l-appoġġ mogħti, il-Kumitat ta’
Assoċjazzjoni u s-sottokumitati mwaqqfa taħt il-Ftehim ta’
Assoċjazzjoni sejrin iwettqu monitoraġġ regolari, u sejrin isiru
wkoll rapporti ta’ progress minn kull parti. Iż-żewġ
partijiet sejrin jirrevedu s-sottokumitati sabiex jadattaw
il-kompożizzjonijiet u l-funzjonijiet tagħhom
għall-ambizzjonijiet il-ġodda tal-istatus privileġġjat. II. IL-PJAN TA’ AZZJONI Peress li ż-żewġ partijiet
jixtiequ jagħtu karattru kemm strateġiku kif ukoll operattiv lil dan
il-pjan ta’ azzjoni, huma jaqblu li jiffukaw il-kooperazzjoni tagħhom fuq
għadd limitat ta’ oqsma u għanijiet li jixtiequ jilħqu kif
miġbura fit-tabella tal-Anness 1. Barra minn hekk, it-twettiq tal-għanijiet
tal-pjan ta’ azzjoni jeħtieġ tisħiħ tad-djalogu dwar
ir-riformi soċjoekonomiċi, b’mod partikolari l-politika tal-impjiegi
u l-inklużjoni soċjali u l-istrateġiji ta’ rkupru
għall-ħolqien ta’ tkabbir sostenibbli bbażat fuq
l-għarfien, kif ukoll ta’ kooperazzjoni settorjali wiesgħa li tkopri
l-oqsma ewlenin bħall-enerġija, it-trasport, l-industrija,
l-agrikoltura, it-turiżmu, l-iżvilupp tal-ħiliet, l-ambjent jew
it-tibdil fil-klima. Dan tal-aħħar jibqa’ d-dokument ta’
referenza tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (FA). Huwa
jkopri l-oqsma kollha li jagħmlu parti mill-FA u jissorvelja
l-kooperazzjoni bejn it-Tuneżija u l-Unjoni Ewropea inkluża
l-ħidma tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni u tas-sottokumitati.
Is-sottokumitati sejrin ikollhom il-kompitu li jiddefinixxu, mill-prijoritajiet
indikati fil-pjan ta’ azzjoni, l-azzjonijiet konkreti meħtieġa biex
ikunu segwiti dawn il-prijoritajiet. Għall-perjodu li ġej, il-partijiet
sejrin jiffukaw il-prijoritajiet tagħhom fuq l-oqsma li ġejjin: L-Istat tad-dritt u d-demokrazija 1) It-twaqqif ta’ sistema elettorali
demokratika, b’mod partikolari permezz tal-konsolidament tal-indipendenza u
tal-funzjonament tal-“Forum Pubbliku Indipendenti” inkarigat mill-ġestjoni
u l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet. 2) L-iżgurar tal-indipendenza
tal-ġustizzja, iż-żieda tal-professjonaliżmu u
l-effikaċja tagħha (l-aċċess għall-ġustizzja,
it-tul tal-proċessi), l-iżgurar tar-rispett tad-drittijiet
tal-bniedem, tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt għal
smigħ xieraq. 3) It-twettiq tar-riforma tas-settur
tas-sigurtà, taħt riforma komprensiva u profonda, bl-għan li jkun
żgurat ir-rispett tal-istandards internazzjonali f’dak li jirrigwarda
l-Istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-liġi internazzjonali. 4) Il-konsolidament tal-protezzjoni
tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tan-nisa u tat-tfal. 5) It-twettiq tar-riforma tal-midja u
l-professjonalizzazzjoni tas-settur. 6) It-tisħiħ tar-rwol u
l-kapaċitajiet tas-soċjetà ċivili. Kooperazzjoni fil-qasam tal-migrazzjoni,
tal-mobilità u tas-sigurtà 7) Id-djalogu dwar il-migrazzjoni,
il-mobilità u s-sigurtà u konklużjoni ta’ Sħubija
għall-Mobilità. Integrazzjoni ekonomika u soċjali usa’ 8) Ir-riforma ekonomika
għat-tkabbir inklużiv, il-kompetittività u t-titjib tal-ambjent
kummerċjali u tal-investimenti. 9) L-approfondiment tal-integrazzjoni
ekonomika u l-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kummerċ ħieles
sħiħ u profond u l-approssimazzjoni għall-acquis tal-UE. 10) L-iżvilupp tal-ħiliet,
l-aċċess għall-għarfien u l-innovazzjoni. 11) L-impjiegi, il-koeżjoni u
l-integrazzjoni soċjali u l-iżvilupp reġjonali u lokali. 12) L-iżvilupp agrikolu u rurali. L-iżvilupp sostenibbli 13) L-iżvilupp u l-implimentazzjoni
tal-istrateġiji u l-programmi li jiżguraw żvilupp sostenibbli,
inkluż it-titjib tal-protezzjoni tal-ambjent skont l-intenzjoni murija
fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Qafas finanzjarju Multiannwali ta’ Ġunju 2011[3], li jiżdied
is-sehem tal-baġit tal-Unjoni allokat għall-klima għal
mill-inqas 20 %. It-tabella fl-Anness 1 tipprovdi qafas ta’
referenza għar-reviżjoni ta’ dawn il-prijoritajiet, filwaqt li tipprovdi
indikaturi, skeda ta’ implimentazzjoni kif ukoll ir-riżorsi mobilizzati. A. Kooperazzjoni politika I. Djalogu u kooperazzjoni politika u strateġika 1. It-tisħiħ tad-djalogu
politiku u strateġiku Attivitajiet/għanijiet speċifiċi: ·
It-tisħiħ tad-djalogu politiku b’mod
partikolari permezz tal-organizzazzjoni ta’ Samits bejn it-Tuneżija u
l-Unjoni Ewropea fuq bażi ad hoc, laqgħat regolari kemm
fil-livell ministerjali kif ukoll f’dak tal-ogħla uffiċjali. ·
Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ta’
rappreżentanti tat-Tuneżija f’laqgħat informali tal-kumitati u
tal-gruppi tal-Kunsill, responsabbli għall-politika barranija u dik dwar
is-sigurtà komuni tal-Unjoni Ewropea, fuq bażi ad hoc. ·
Aktar konsultazzjoni fil-fora multilaterali
(Nazzjonijiet Uniti, eċċ.), bl-għan li jiġu armonizzati u
kkoordinati l-pożizzjonijiet politiċi dwar kwistjonijiet ta’ interess
komuni. ·
Il-kooperazzjoni fil-qasam diplomatiku, b’mod
partikolari permezz tal-istabbiliment ta’ relazzjonijiet ta’ kooperazzjoni u
ta’ skambji ta’ esperjenzi bejn l-Istitut Diplomatiku
għat-Taħriġ u l-Istudji tat-Tuneżija u l-istituzzjonijiet
universitarji u l-akkademji diplomatiċi tal-Istati Membri. 2. Kooperazzjoni parlamentari Attivitajiet/għanijiet speċifiċi: ·
L-iżvilupp tal-kooperazzjoni parlamentari, b’mod
partikolari permezz tal-appoġġ lill-Assemblea Parlamentari,
it-twaqqif ta’ kummissjoni parlamentari mħallta bejn il-Parlament Ewropew
u l-Parlament Tuneżin, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u
tas-sħubija bejn il-Parlament Tuneżin u l-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni
għall-Mediterran u t-tisħiħ tal-iskambji bejn il-partiti
politiċi u l-gruppi parlamentari tat-Tuneżija u tal-UE. 3. It-tisħiħ tad-djalogu u
tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kunflitti u l-ġestjoni
tal-kriżijiet Attivitajiet/għanijiet speċifiċi: ·
It-tisħiħ tal-kooperazzjoni u tad-djalogu
bejn it-Tuneżija u l-UE fil-qasam tal-Politika Barranija u ta’ Sigurtà
Komuni (PESK) u tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK). ·
Il-kontribuzzjoni għall-iżvilupp
tas-sħubija għall-paċi u għas-sigurtà fl-Afrika, waqt li
jiġu kkunsidrati l-interessi taż-żewġ partijiet. ·
It-titjib tal-parteċipazzjoni
tat-Tuneżija fis-sħubija Mediterranja tal-
Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE)
permezz tal-grupp ta’ kuntatt u ta’ kontribuzzjonijiet bilaterali fuq bażi
volontarja. 4. It-titjib tal-kooperazzjoni f’dak li
jirrigwarda n-nuqqas ta’ tixrid tal-armi ta’ qerda massiva (AQM) u tal-vetturi
tagħhom, il-kontroll tat-trasferimenti tal-armi konvenzjonali u
l-ġlieda kontra t-tixrid ta’ armi ħfief u ta’ kalibru
żgħir. Attivitajiet/għanijiet
speċifiċi: Armi ta’ qerda
massiva u oġġetti b’użu doppju: ·
Kooperazzjoni u kontribuzzjoni fl-implimentazzjoni
sħiħa tal-obbligi internazzjonali eżistenti f’dak li jirrgwarda
l-ġlieda kontra t-tixrid tal-AQM u tal-vetturi tagħhom u
appoġġ lir-rwol tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija
Atomika (IAEA). ·
Skont l-impenji internazzjonali tal-partijiet, u
b’mod partikolari r-riżoluzzjonijiet internazzjonali rilevanti,
inkluża r-Riżoluzzjoni 1540/2004 tal-Kunsill tas-Sigurtà
tan-Nazzjonijiet Uniti, l-implimentazzjoni ta’ sistema li tippermetti kontroll
effettiv fil-livell nazzjonali tal-oġġetti b’użu doppju u
l-kriminalizzazzjoni tat-tixrid tal-AQM u tal-vetturi tagħhom. ·
Jittieħdu l-miżuri meħtieġa
għall-iffirmar, ir-ratifika jew l-adeżjoni, mat-trattati u
l-istrumenti internazzjonali l-oħrajn kontra t-tixrid tal-AQM u
tal-vetturi tagħhom. ·
L-adozzjoni ta’ liġi nazzjonali li tippermetti
l-kriminalizzazzjoni tat-tixrid tal-AQM u tal-vetturi tagħhom. ·
L-implimentazzjoni bl-appoġġ tal-UE ta’
sistema nazzjonali effikaċi ta’
kontroll tal-esportazzjonijiet u
tat-tranżitu tal-oġġetti
marbuta mal- armi ta’
qerda massiva, inkluż
kontroll tal-użu finali tat-teknoloġiji b’użu doppju . Armi
konvenzjonali: ·
L-iżvilupp tad-djalogu politiku regolari dwar
it-trasferimenti ta’ armi konvenzjonali u tisħiħ tal-kooperazzjoni
dwar il-prevenzjoni tat-traffiku illegali. ·
It-tisħiħ tal-konsultazzjoni bl-għan
li jiġi adottat trattat tan-Nazzjonijiet Uniti li jistabbilixxi standards
komuni għall-kummerċ dinji tal-armi konvenzjonali. ·
L-implimentazzjoni, bl-appoġġ
loġistiku tal-UE, ta’ sistema nazzjonali effikaċi ta’ kontroll
tal-esportazzjonijiet ta’ armi konvenzjonali u tal-munizzjon tagħhom,
inklużi kontrolli fuq l-utent aħħari tagħhom. 5. Kooperazzjoni fil-qasam
tal-protezzjoni ċivili Attivitajiet/għanijiet
speċifiċi: ·
Tissokta l-kooperazzjoni reġjonali dwar
il-prevenzjoni, it-tħejjija, it-taħriġ, l-iskoperta, it-twissija
bikrija u r-reazzjoni għad-diżastri naturali u dawk ikkawżati
mill-bniedem, inklużi r-riskji teknoloġiċi. ·
L-istabbiliment ta’ arranġamenti operattivi
bejn l-organizzazzjonijiet Tuneżini u dawk tal-Kummissjoni Ewropea dwar
il-kooperazzjoni maċ-ċentru ta’ Monitoraġġ u ta’
Informazzjoni (MIC) meta jiġi attivat il-mekkaniżmu Komunitarju
għall-protezzjoni ċivili. II. Demokrazija, Stat tad-dritt u governanza 6. Approssimazzjoni tal-qafas
leġiżlattiv tat-Tuneżija ma’ dak tal-UE/tal-Kunsill tal-Ewropa
f’dawn l-oqsma Attivitajiet/għanijiet
speċifiċi: ·
It-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn it-Tuneżija
u l-Kunsill tal-Ewropa f’dak li jirrigwarda l-promozzjoni tad-drittijiet
tal-bniedem, tal-Istat tad-dritt u tad-demokrazija, b’mod partikolari fid-dawl
tal-adeżjoni possibbli tat-Tuneżija għal ċerti
Konvenzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa. 7. It-tisħiħ
tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija u l-Istat tad-dritt Attivitajiet/għanijiet
speċifiċi: ·
L-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet
kostituzzjonali, leġiżlattivi u regolatorji li jsaħħu
l-Istat tad-dritt (ir-rwol tal-Parlament, l-indipendenza tal-partiti
politiċi, eċċ.). ·
It-tisħiħ tal-ħiliet amministrattivi
tal-istituzzjonijiet u tal-atturi demokratiċi (il-Parlament, il-partiti
politiċi, eċċ.). ·
L-adozzjoni ta’ qafas elettorali demokratiku,
l-istabbiliment ta’ Kummissjoni indipendenti għall-organizzazzjoni
tal-elezzjonijiet u t-tisħiħ tal-ħiliet tal-organizzazzjonijiet
tas-soċjetà ċivili Tuneżina rigward l-osservazzjoni elettorali,
l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet regolatorji dwar l-osservazzjoni
elettorali (inkluż mill-atturi internazzjonali). 8. It-tisħiħ tal-indipendenza
u l-effikaċja tal-ġustizzja u l-isforzi biex jittejbu
l-kundizzjonijiet fil-ħabsijiet Attivitajiet/għanijiet
speċifiċi: ·
Ir-riforma u l-modernizzazzjoni tas-settur
tal-ġustizzja, biex ikunu garantiti l-indipendenza, l-imparzjalità,
il-professjonaliżmu, ir-responsabbiltà u funzjonament aqwa
tal-ġustizzja, imfassla, skont il-ħtieġa, fuq l-istandards
żviluppati min-Nazzjonijiet Uniti u l-Kunsill tal-Ewropa. ·
Fil-kuntest tar-riforma tal-ġustizzja,
l-akkumpanjament tal-isforzi tat-Tuneżija biex timmodernizza s-settur
b’appoġġ tekniku, inkluż permezz tal-kompjuterizzazzjoni
tal-amministrazzjoni tagħha, it-titjib tal-aċċess
għall-ġustizzja u t-tisħiħ tal-ħiliet tal-atturi tas-sistema. ·
L-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi/azzjonijiet
f’dak li jirrigwarda l-ġustizzja tranżitorja. ·
Ir-riforma tal-kodiċi kriminali u
l-kodiċi tal-proċeduri kriminali biex ikunu konformi mal-liġi
internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. ·
It-tisħiħ tal-azzjonijiet li jtejbu
l-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni u tal-ħajja fil-ħabs, b’mod
partikolari dawk li jirrigwardaw lill-minorenni, u l-assigurazzjoni
tad-drittijiet tal-ħabsin, inkluż permezz tat-taħriġ u
t-tisħiħ tal-ħiliet ta’ dawk responsabbli għall-applikazzjoni
tal-liġijiet. III. Djalogu u kooperazzjoni dwar il-kwistjonijiet relatati
mad-drittijiet tal-bniedem u mal-libertajiet fundamentali 9. Djalogu u kooperazzjoni dwar
il-kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem u mal-libertajiet
fundamentali Attivitajiet/għanijiet speċifiċi: ·
It-tisħiħ tad-djalogu u tal-kooperazzjoni
bejn l-UE u t-Tuneżija rigward ir-rispett u l-promozzjoni tad-drittijiet
tal-bniedem u tad-drittijiet fundamentali. ·
It-titjib tad-djalogu dwar il-kooperazzjoni fi
ħdan istituzzjonijiet internazzjonali, b’mod partikolari n-NU. 10. L-implimentazzjoni
tal-konvenzjonijiet internazzjonali relatati mad-drittijiet tal-bniedem, u
l-kooperazzjoni mal-proċeduri u l-mekkaniżmi speċjali
tan-Nazzjonijiet Uniti Attivitajiet/għanijiet
speċifiċi: ·
L-iżgurar tar-rispett tal-prinċipju
tas-supremazija tal-konvenzjonijiet internazzjonali ratifikati fil-liġi
nazzjonali. ·
Jitkompla gradwalment il-proċess ta’
traspożizzjoni u ta’ implimentazzjoni tal-Konvenzjonijiet internazzjonali
ratifikati mit-Tuneżija[4] u bl-għan li jitneħħew ir-riżervi. ·
Il-kooperazzjoni mal-Uffiċċju
tal-Kummissarjat Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem, u
l-mekkaniżmi speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet
tal-bniedem, b’mod partikolari wara l-istedina permanenti magħmula
mill-awtoritajiet Tuneżini fi Frar 2011. ·
Wara li t-Tuneżija għaddiet
mill-proċess tar-Reviżjoni Perjodika Universali (Mejju 2012),
jingħata appoġġ għall-implimentazzjoni
tar-rakkomandazzjonijiet aċċettati mit-Tuneżija f’dan
il-kuntest. 11. Ir-rispett tal-libertajiet
tal-espressjoni, ta’ assoċjazzjoni u ta’ assemblea skont il-Patt
Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tan-Nazzjonijiet
Uniti (ICCPR) Attivitajiet/għanijiet
speċifiċi: ·
It-tisħiħ tal-libertà ta’
assoċjazzjoni u ta’ assemblea paċifika kif ukoll tal-libertà
tal-espressjoni u tal-opinjoni fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet
rilevanti tal-Kumitat tal-ICCPR u tar-Reviżjoni Perjodika Universali
tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, inkluż f’dak li jirrigwarda
l-NGOs u l-atturi mhux statali. ·
It-titjib tal-Kodiċi l-ġdid tal-Istampa
sabiex dan isir konformi mal-istandards internazzjonali; it-tneħħija,
b’mod partikolari, tal-pieni ta’ kustodja għad-delitti tal-istampa u ta’
malafama u garanzija tal-protezzjoni tas-sorsi. ·
L-iżgurar ta’ aċċess liberu u
mingħajr restrizzjonijiet għat-teknoloġiji l-ġodda,
inkluż l-Internet, u l-iżgurar tal-libertà tal-espressjoni u t-tixrid
tal-informazzjoni fuq l-Internet, skont l-istandards internazzjonali. ·
Il-faċilitazzjoni tal-iskambji u l-għoti
ta’ appoġġ lill-inizjattivi ta’ kooperazzjoni bejn l-assoċjazzjonijiet
Tuneżini u dawk Ewropej. 12. Il-promozzjoni u l-protezzjoni
tad-drittijiet tan-nisa u tat-tfal Attivitajiet/għanijiet
speċifiċi: ·
L-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar
l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta’ Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (CEDAW) u
tal-prinċipju ta’ ugwaljanza tad-drittijiet u tal-libertajiet ċivili,
politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali. ·
Il-konsolidament tad-dispożittiv
leġiżlattiv biex tkompli l-ġlieda kontra kull forma ta’
diskriminazzjoni, tkun promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi u tiżdied
il-parteċipazzjoni u l-integrazzjoni tan-nisa fil-ħajja pubblika,
politika, kulturali u ekonomika; ·
Jitkomplew l-azzjonijiet mibdija biex tkun
żgurata l-ugwaljanza bejn is-sessi u tkompli l-ġlieda kontra
d-diskriminazzjoni u l-vjolenza kontra n-nisa taħt il-konvenzjonijiet
internazzjonali rilevanti; it-tisħiħ tal-qafas leġiżlattiv
sabiex tkun offruta protezzjoni aqwa lin-nisa kontra kwalunkwe forma ta’
vjolenza, inkluża l-vjolenza domestika. ·
It-tisħiħ tar-rwol tas-soċjetà
ċivili fil-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa u tat-tfal
u jiġi inkoraġġit in-netwerking f’dan il-qasam. ·
Il-konsolidament tad-drittijiet tat-tfal
abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat dwar id-Drittijiet tat-Tfal
tan-Nazzjonijiet Uniti, b’mod partikolari l-protezzjoni tat-tfal kontra kull
forma ta’ vjolenza, kontra l-abbandun u l-isfruttar. 13. It-tneħħija tal-piena
tal-mewt u l-ġlieda kontra t-tortura u kull forma ta’ diskriminazzjoni Attivitajiet/għanijiet
speċifiċi: ·
Iż-żamma tal-moratorju de facto
dwar l-eżekuzzjonijiet. ·
Ikompli d-djalogu dwar ir-reviżjoni
tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali bl-għan li tiġi
abolita l-piena tal-mewt. ·
Tiġi kkunsidrata l-assoċjazzjoni
fl-inizjattiva transreġjonali dwar il-piena tal-mewt, appoġġjata
mill-UE taħt l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. ·
Wara r-ratifika mill-awtoritajiet Tuneżiji
tal- ”Protokoll
fakultattiv għall-Konvenzjoni kontra t-Tortura u t-Trattamenti jew Kastigi
oħra Krudili, Inumani jew Degradanti”, jingħata appoġġ
tekniku għall-implimentazzjoni tal-Protokoll u tal-istrumenti tiegħu,
inkluż l-appoġġ għall-istabbiliment tal-Awtorità
nazzjonali għall-prevenzjoni prevista mill-Protokoll. 14. Il-promozzjoni tar-rwol
tas-soċjetà ċivili u l-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet
tal-bniedem Attivitajiet/għanijiet
speċifiċi: ·
It-tisħiħ tal-parteċipazzjoni
tal-komponenti kollha tas-soċjetà Tuneżina fil-ħajja pubblika u
politika, b’mod partikolari permezz tal-konsolidament tal-garanziji
għal-libertajiet fundamentali u l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi ta’
konsultazzjoni u ta’ djalogu. ·
L-iżvilupp tal-involviment tad-diversi atturi
tas-soċjetà ċivili u tal-partijiet interessati fil-proposta,
it-tfassil u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-riformi
kostituzzjonali u leġiżlattivi. 15. Il-kooperazzjoni fl-applikazzjoni
universali tal-Istatut ta’ Ruma dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali Attivitajiet/għanijiet
speċifiċi: ·
L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali
dwar l-implimentazzjoni tal-Istatus ta’ Ruma u skambju ta’ esperjenzi dwar
l-aġġustamenti legali meħtieġa għall-applikazzjoni
tal-Istatus ta’ Ruma. ·
L-appoġġ għat-taħriġ
tal-maġistrati, tal-avukati u tal-forzi tas-sigurtà fl-oqsma li
jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI),
b’mod partikolari permezz tal-istudju tal-ġurisprudenza tal-QKI u
nazzjonali fl-oqsma koperti mill-QKI. IV. Kooperazzjoni u inizjattivi kontinentali u reġjonali 16. L-appoġġ
lill-implimentazzjoni tal-inizjattivi u l-proġetti ta’ integrazzjoni
kontinentali u reġjonali Attivitajiet/għanijiet
speċifiċi: ·
It-trawwim tal-integrazzjoni intrareġjonali
inkluża dik intraMaghreb, b’mod partikolari fi ħdan l-Unjoni
tal-Maghreb Għarbi u tal-proċess ta’ Agadir. ·
L-intensifikar tal-kooperazzjoni fi ħdan
l-istituzzjonijiet reġjonali tal-Maghreb, il-Forum 5+5, il-Forum
tal-Mediterran, l-Unjoni għall-Mediterran, is-Sħubija Afrika-UE u
l-organizzazzjonijiet reġjonali, bħall-Osservatorju tas-Saħara u
tas-Saħel. ·
Jingħata bidu għal djalogu dwar
il-possibbiltajiet ta’ kooperazzjoni trijangolari li tinvolvi atturi
Tuneżini u Ewropej pubbliċi u privati biex tingħata spinta
lill-iżvilupp fl-Afrika. V. Kooperazzjoni
fir-rigward tal-ġustizzja u s-sigurtà 17. Il-promozzjoni
tal-leġiżlazzjoni dwar il-kooperazzjoni legali u ġudizzjarja
bejn l-Istati u t-twaqqif ta’
miżuri xierqa ta’ akkumpanjament Attivitajiet/għanijiet
speċifiċi: ·
Issir riflessjoni malajr kemm jista’ jkun dwar
il-Konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin, b’mod partikolari, dawk imfassla
fil-qafas tal-Konferenza tal-Aja dwar il-liġi privata internazzjonali
rigward il-liġi tal-familja. ·
Ikomplu jiġu mħeġġa
s-soluzzjonijiet konkreti għall-prevenzjoni, il-ġestjoni u
r-risoluzzjoni tal-kunflitti dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri
inkluża l-kwistjoni tat-tfal ta’ koppji mħallta separati; ·
Jitkompla d-djalogu dwar il-protezzjoni
internazzjonali tat-tfal u l-liġi tal-familja fil-kuntest
tal-parteċipazzjoni tat-Tuneżija fil-Konferenza Ġudizzjarja ta’
Malta dwar il-kwistjonijiet transfruntieri tal-liġi tal-familja
(il-proċess ta’ Malta). ·
Tiġi studjata l-possibbiltà tal-iffirmar, ir-ratifika
u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin, bħal:
il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1965 dwar in-Notifika Barra l-Pajjiż tal-Atti
Ġudizzjarji u Extra-Ġudizzjarji fi Kwistjonijiet Ċivili u
Kummerċjali; il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1970 dwar il-Ksib Barra
mill-Pajjiż ta’ Provi fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali;
il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif
Internazzjonali tat-Tfal; il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 dwar
ir-Responsabbiltà tal-Ġenituri u l-Protezzjoni tat-Tfal. 18. Konsolidament tal-kooperazzjoni
ġudizzjarja u l-approssimazzjoni tas-sistemi ġudizzjarji
taż-żewġ partijiet Attivitajiet/għanijiet
speċifiċi: ·
Isir rapport dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja
bejn it-Tuneżija u l-UE u dwar il-miżuri li jintensifikawha. ·
Tissokta l-implimentazzjoni tal-miżuri
previsti mill-Konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti (Konvenzjonijiet
tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (UNTOC)
u kontra l-Korruzzjoni (UNCAC)) irratifikati mit-Tuneżija. ·
L-implimentazzjoni ta’ programm ta’
appoġġ għall-immodernizzar u għall-indipendenza
tal-ġustizzja fit-Tuneżija. 19. It-tisħiħ tal-kooperazzjoni
bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-pulizija tat-Tuneżija u dawk
tal-Istati Membri Attivitajiet/għanijiet
speċifiċi: ·
Isir rapport dwar il-kooperazzjoni bejn
it-Tuneżija u l-UE, biex din tiġi intensifikata, b’mod partikolari
fil-kuntest tal-iskambju tal-esperjenzi bejn l-iskejjel ta’ taħriġ
eżistenti fil-livell tal-Istati Membri tal-UE u l-kontropartijiet
Tuneżini tagħhom f’dak li jirrigwarda l-qasam ġudizzjarju u dak
tas-sigurtà . ·
L-iżgurar tal-applikazzjoni tal-miżuri
previsti mill-Konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti 20. Tissaħħaħ
il-ġlieda kontra l-korruzzjoni Attivitajiet/għanijiet
speċifiċi: ·
Skambju ta’ informazzjoni dwar
il-leġiżlazzjonijiet u l-istrateġiji Ewropej u Tuneżini u
dwar l-applikazzjoni tal-istrumenti internazzjonali, skambju tal-aħjar
prassi f’dak li jirrigwarda l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u żvilupp
ta’ kooperazzjoni f’dan il-qasam inkluż fil-kuntest tal-implimentazzjoni
tal-Konvenzjoni tan-NU tal-2003 dwar il-Korruzzjoni. ·
Appoġġ lill-isforzi tal-awtoritajiet
Tuneżini fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, inkluż il-ħolqien
ta’ diviżjoni ġudizzjarja speċjalizzata fuq il-każijiet ta’
korruzzjoni fil-livell tal-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Tunis. ·
Tiġi studjata l-possibbiltà li jingħata
appoġġ lill-implimentazzjoni tad-Digriet-Liġi Nru 120 tal-14 ta’ Novembru 2011
dwar l-awtorità ta’ kontra l-korruzzjoni. ·
Ikompli jingħata appoġġ lill-isforzi
tat-Tuneżija permezz tal-assistenza reċiproka f’materji kriminali
għar-ripatrijazzjoni tal-assi u l-ġid akkwistati bi frodi
mill-president preċedenti u l-membri tal-familja tiegħu, li
fil-preżent huma ffriżati taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati
Membri tal-UE, fi ħdan il-qafas tal-konvenzjonijiet internazzjonali
rilevanti, fosthom il-Konvenzjoni tan-NU tal-2003 kontra l-Korruzzjoni. 21. Il-kooperazzjoni f’dak li jirrigwarda
l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata Attivitajiet/għanijiet
speċifiċi: ·
Tisħiħ tal-kooperazzjoni rigward
il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u
l-kriminalità elettronika, bejn id-diversi organizzazzjonijiet ġudizzjarji
u dawk tas-sigurtà, inkluż abbażi tar-ratifika u l-implimentazzjoni tal-istrumenti
internazzjonali xierqa, u permezz tal-promozzjoni tal-parteċipazzjoni
tat-Tuneżini responsabbli fit-taħriġ speċifiku u
speċjalizzat fil-qasam tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra
t-terroriżmu eżistenti fil-livell tal-Istati Membri tal-UE. ·
Kooperazzjoni permezz tal-iskambju ta’ prattiki
tajbin u skambji tekniċi u jitkomplew l-isforzi ta’ sensitizzazzjoni
taż-żgħażagħ għall-perikli tar-radikalizzazzjoni
vjolenti u tal-estremiżmu fil-forom kollha tiegħu sabiex tinbet fihom
il-kultura tal-ftuħ, tat-tolleranza u tas-solidarjetà, fost oħrajn
mal-vittmi tat-terroriżmu, u jiġu mħarsa mill-abbużi
kriminali b’mod partikolari dawk marbuta mat-terroriżmu. ·
Appoġġ lill-isforzi tat-Tuneżija
biex tiggarantixxi r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fil-ġlieda kontra
t-terroriżmu, inkluż fil-kuntest tar-riforma tas-settur tas-sigurtà. 22. Strumenti internazzjonali kontra
l-kriminalità organizzata Attivitajiet/għanijiet
speċifiċi: ·
Skambju ta’ informazzjoni u ta’ esperjenzi
fil-qasam tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra
l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (2000 u tal-Protokolli addizzjonali
tagħha). ·
Żvilupp tal-leġiżlazzjoni skont
in-normi u l-istrumenti internazzjonali rilevanti fil-kuntest tal-ġlieda
kontra l-kriminalità organizzata. 23. Żvilupp tal-metodi u tal-mezzi
ta’ ġlied kontra t-traffikar tal-bnedmin u ta’ protezzjoni tal-vittmi ta’
dan it-traffikar Attivitajiet/għanijiet
speċifiċi: ·
L-adozzjoni ta’ qafas leġiżlattiv kontra
t-traffikar tal-bnedmin u li jipproteġi lill-vittmi tat-traffikar. ·
Tisħiħ tal-kapaċitajiet tad-diversi
oqsma fil-ġustizzja u tal-forzi tas-sigurtà fosthom permezz ta’
azzjonijiet immirati ta’ taħriġ speċjalizzat kontra t-traffikar
tal-bnedmin u favur il-protezzjoni tal-vittmi tat-traffikar. ·
Jingħata bidu għal djalogu
għad-definizzjoni ta’ approċċ ta’ ġlieda komuni kontra minn
jirrekluta, il-persuni li jittrasportaw lill-vittmi, l-operaturi,
l-intermedjarji l-oħrajn, il-klijenti u l-benefiċjarji; ·
Jissaħħaħ l-appoġġ
lill-gruppi l-aktar vulnerabbli (nisa u tfal). ·
Jiġu żviluppati azzjonijiet ta’
prevenzjoni tal-immigrazzjoni illegali b’mod partikolari favur il-gruppi
l-aktar vulnerabbli, l-aktar permezz tal-għoti ta’ appoġġ,
inkluż dak Ewropew, li jgħin il-ko-żvilupp, il-ħolqien ta’
mezzi ta’ għajxien u ta’ impjieg u t-titjib tal-kundizzjonijiet u
l-kuntesti ta’ ħajja fir-reġjuni bi pressjoni kbira ta’
migrazzjoni. VI. Kooperazzjoni fl-oqsma tal-Migrazzjoni, tal-mobilità u
tas-sigurtà 24. Il-protezzjoni ta’ dawk li jitolbu
l-ażil u tar-refuġjati Attivitajiet/għanijiet
speċifiċi: ·
Kooperazzjoni bejn it-Tuneżija u l-Kummissarju
Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati, biex tkun tista’
taqdi l-mandat tagħha. ·
Żvilupp u implimentazzjoni mit-Tuneżija
ta’ leġiżlazzjoni dwar l-ażil li tieħu spunt
mill-prinċipji u l-istandards internazzjonali, kif ukoll ta’
amministrazzjoni inkarigata mill-identifikazzjoni, il-protezzjoni u
l-għajnuna u l-kenn lil dawk li jitolbu l-ażil u lir-refuġjati. ·
Appoġġ tal-UE lit-Tuneżija
għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni
nazzjonali, kif ukoll għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’
amministrazzjoni speċjalizzata fil-qasam tal-ażil, inkluż
permezz tal-provvediment ta’ pariri, taħriġ u appoġġ
tekniku. ·
Skambju ta’ informazzjoni bejn l-UE u
t-Tuneżija dwar il-politiki, il-liġijiet u s-sitwazzjonijiet
rispettivi fil-qasam tal-ażil. 25. Kooperazzjoni fil-qasam
tal-migrazzjoni, tal-mobilità u tas-sigurtà ·
Żvilupp ta’ Djalogu dwar il-migrazzjoni,
il-mobilità u s-sigurtà bl-għan li tiġi konkluża Sħubija
għall-Mobilità. Implimentazzjoni tal-miżuri li jkunu pprovduti
taħt is-Sħubija għall-Mobilità VII. Drogi 26. Tissaħħaħ
il-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga u kontra l-abbuż tad-droga Attivitajiet/għanijiet
speċifiċi: ·
Appoġġ għall-implimentazzjoni
tal-prinċipji rilevanti li jinsabu fil-Konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet
Uniti (1967, 1971, 1988), kif ukoll tal-prinċipji mħabbra
mis-Sessjoni Speċjali tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti
(UNGASS). ·
It-tnedija ta’ azzjonijiet ta’ taħriġ
speċjalizzat għall-aġenziji inkarigati mill-infurzar
tal-liġi f’dan il-qasam. ·
Żvilupp u implimentazzjoni tal-programmi ta’
prevenzjoni, trattament u riabilitazzjoni tal-vittmi tad-droga. VIII. Ħasil
ta’ flus, reati ekonomiċi u finanzjarji 27. It-tisħiħ tal-isforzi u
l-kooperazzjoni kontra l-ħasil tal-flus Attivitajiet/għanijiet
speċifiċi: ·
L-iżvilupp ulterjuri ta’ qafas
leġiżlattiv effettiv għall-ħasil tal-flus u l-finanzjament
tar-terroriżmu skont il-leġiżlazzjoni Ewropea u l-prinċipji
tar-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force għal Azzjoni Finanzjarja (FATF);
l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ assistenza amministrattiva u
teknika u ta’ taħriġ. ·
L-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni bejn
is-servizzi tal-pulizija u l-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet
internazzjonali, bħall-FATF u l-Kunsill tal-Ewropa, kif ukoll mas-servizzi
korrispondenti tal-Istati Membri tal-UE b’mod partikolari rigward l-iskambju
ta’ informazzjoni bejn l-“Unitajiet ta’ Intelligence Finanzjarja” (UIF) (Financial
Intelligence Units - FIU) Ewropej u l-UIF Tuneżina. B. Integrazzjoni ekonomika u soċjali: lejn
l-istabbiliment ta’ żona ekonomika komuni Pilastru 1 – Qafas makroekonomiku u finanzi
pubbliċi : 28. L-istabilizzazzjoni tal-qafas
makroekonomiku ·
Terġa’ tingħata l-ħajja lit-tkabbir
ekonomiku u jitħaffef il-pass tiegħu, ·
Jissaħħu l-kapaċitajiet ta’
reżiljenza tal-ekonomija bil-konsolidament tas-sisien makroekonomiċi,
b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-pagamenti barranin u l-baġit
Statali; ·
L-iżgurar tas-sostenibbiltà tad-dejn pubbliku
u tad-dejn nazzjonali estern; ·
Tkompli l-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet
tal-istudju dwar it-titjib tal-ġestjoni tad-dejn pubbliku permezz
tas-sorveljanza tal-ħruġ tat-Teżor u l-kontroll
tal-ġestjoni tal-likwidità tal-Istat. 29. Konsolidament tal-ġestjoni
tal-finanzi pubbliċi ·
Jingħata bidu għal diskussjonijiet dwar
ir-riforma tas-sistema tas-sussidji għall-ikel u għall-enerġija
bl-għan li jiġu mmirati l-kategoriji żvantaġġjati. ·
Tkompli l-implimentazzjoni tal-ġestjoni
tal-baġit skont l-għanijiet; ·
Titjieb it-trasparenza fil-baġit
b’konverġenza fuq terminu medju lejn il-pubblikazzjoni tar-riżultati
konsolidati tal-operazzjonijiet finanzjarji tal-Istat, tal-awtoritajiet lokali,
tal-fondi tas-sigurtà soċjali u tal-istabbilimenti pubbliċi ta’
natura amministrattiva. 30. Tkompli r-riforma tat-tassazzjoni ·
Tkompli r-riforma tas-sistema tat-taxxa għal
ġustizzja fiskali aħjar; ·
Ikompli l-proċess ta’ modernizzazzjoni
tal-amministrazzjoni tat-taxxa (taħriġ professjonali,
kompjuterizzazzjoni u użu ta’ teknoloġiji ġodda ta’
komunikazzjoni, governanza tal-amministrazzjoni tat-taxxa u sistema ta’ informazzjoni); ·
Jitkompla u jiġi approfondit id-djalogu dwar
il-prinċipji ta’ governanza fiskali tajba, inkluż il-Kodiċi ta’
kondotta tal-Unjoni Ewropea dwar it-tassazzjoni korporattiva, sabiex jiġi
żgurat ambjent ekwu matul il-proċess ta’ integrazzjoni
tat-Tuneżija fis-suq intern; ·
Jitħeġġeġ l-iskambju
tal-esperjenza u tal-esperti fis-sistemi tat-tassazzjoni tal-Istati Membri
tal-UE. 31. Tissaħħaħ
it-trasparenza u l-effikaċja tal-proċeduri tal-għoti ta’
kuntratti pubbliċi, u b’mod partikolari tal-akkwisti pubbliċi u tal-konċessjonijiet
(din l-azzjoni tiġi diskussa fis-sottokumitat ‘Suq intern') ·
Tkompli l-approssimazzjoni
tal-leġiżlazzjoni Tuneżina mal-istandards internazzjonali u
l-istandards Ewropej biex ikunu żgurati l-ftuħ gradwali,
l-effikaċja, ir-responsabbiltà, it-trasparenza, l-ugwaljanza
tal-aċċess għall-informazzjoni u l-kompetittività; ·
Jitkompla l-immodernizzar tal-proċeduri ta’
amministrazzjoni, ta’ ġestjoni u ta’ monitoraġġ
tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti pubbliċi u b’mod partikolari,
l-implimentazzjoni tal-proċeduri għall-akkwist pubbliku mingħajr
karti ·
Jitkomplew il-programmi ta’ taħriġ
effettiv tax-xerrejja/tal-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni tal-Istat u
tal-awtoritajiet lokali, kif ukoll tal-aġenti responsabbli
mill-monitoraġġ tal-akkwisti u l-eżekuzzjoni tal-kuntratti; ·
Jissaħħu l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’
esperjenzi f’dak li jirrigwarda l-monitoraġġ u l-ġestjoni
tad-dejta bejn il-kontropartijiet Tuneżini u Ewropej, b’mod partikolari
l-Osservatorju Nazzjonali tal-Akkwisti Pubbliċi u s-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni
Ewropea, inkarigati mis-swieq ·
Il-promozzjoni tal-kooperazzjoni u l-iskambju
tal-esperjenzi u tal-informazzjoni fil-qasam tar-risoluzzjoni tat-tilwim
relatat mal-akkwist pubbliku skont l-istandards internazzjonali u Ewropej
bl-għan li jiġu adattati jekk ikun meħtieġ Pilastru 2 - Governanza, kompetittività
u ambjent tan-negozju : 2.1: Governanza u riforma amministrattiva 32. Tisħiħ tal-governanza
pubblika ·
L-istabbiliment ta’ strateġija ta’
komunikazzjoni dwar il-governanza; ·
L-iżvilupp tal-portal parteċipattiv dwar
il-governanza; ·
L-istabbiliment ta’ stħarriġ dwar
il-perċezzjoni u t-tisħiħ tal-evalwazzjoni tal-politiki
pubbliċi u l-iżvilupp ta’ indikaturi ta’ prestazzjoni li jippermettu
l-evalwazzjoni u t-teħid ta’ deċiżjonijiet; ·
L-istabbiliment ta’ sistema ta’ integrità
nazzjonali. 33. It-tisħiħ tal-kontroll
finanzjarju intern fi ħdan is-settur pubbliku ·
It-tfassil ta’ dokument ta’ politika u ta’
strateġija ta’ kontroll intern tal-finanzi pubbliċi (ġestjoni
finanzjarja, kontroll finanzjarju u verifika interna) b’referenza
għall-aħjar prattiki u standards internazzjonali, li jinkludi
analiżi komparattiva bejn l-oqsfa u l-istandards internazzjonali u
l-prattika attwali tal-Kontroll pubbliku intern fit-Tuneżija; ·
Skont ir-riżultati tal-istudju komparattiv u
tad-dokument strateġiku, jissaħħaħ il-qafas
leġiżlattiv u regolatorju u jekk ikun meħtieġ
il-koordinazzjoni dwar il-kontroll finanzjarju intern fi ħdan is-settur
pubbliku u jiġi promoss l-iżvilupp ta’ kapaċità amministrattiva
u istituzzjonali adegwata (taħriġ, gwidi, manwali ta’ verifika,
softwer ta’ verifika, ċertifikazzjoni, eċċ.); ·
Issir armonizzazzjoni gradwali man-normi u
l-metodoloġiji rikonoxxuti b’mod internazzjonali kif ukoll mal-aqwa
prattiki tal-Unjoni Ewropea għall-kontroll u l-verifika tad-dħul,
tal-infiq pubbliku, tal-assi u tal-passiv. 34. It-tisħiħ tal-verifika u
tal-awditjar estern ·
L-approssimazzjoni gradwali tal-proċeduri ta’
kontroll tal-Qorti tal-Awdituri u tal-Korp ta’ Kontroll Ġenerali
mal-istandards internazzjonali kif ukoll mal-aħjar prattiki tal-UE f’dak
li jirrigwarda l-awditjar estern; ·
It-tisħiħ tal-kapaċità
amministrattiva u proċedurali tal-Qorti tal-Awdituri bħala
Istituzzjoni Suprema tal-Awditjar (ISC) billi r-rwol tagħha jiffoka biss
fuq l-awditjar estern, filwaqt li tissaħħaħ l-indipendenza
tagħha u jkun żgurat li l-baġit tagħha jkun approvat
mill-Parlament u li r-rapport tagħha jkun pubbliku; ·
It-tisħiħ tal-kapaċità
istituzzjonali tal-Kumitat Għoli ta’ Kontroll Amministrattiv u Finanzjarju
fil-koordinazzjoni tal-missjonijiet ta’ kontroll (ippjanar, proċeduri ta’
kontroll, għodod ta’ ħidma) u monitoraġġ tar-rapporti
relatati; ·
It-tisħiħ tal-kapaċità
amministrattiva u żvilupp tal-iskambju ta’ esperjenza fl-iskoperta bikrija
ta’ irregolaritajiet u frodi li jistgħu jaffettwaw l-allokazzjoni u
l-ġestjoni tal-fondi nazzjonali u internazzjonali inklużi dawk
Komunitarji; ·
Il-promozzjoni tal-missjonijiet ta’ evalwazzjoni
tal-proġetti, azzjonijiet u politiki pubbliċi u żvilupp
tal-għodod ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni; ·
It-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’
kontroll tal-opportunità ta’ azzjoni u ta’ ġestjoni pubblika kif ukoll
fl-approċċ tal-“valur għall-flus”; ·
L-istabbiliment ta’ sistema ta’
ċertifikazzjoni tal-awdituri pubbliċi; ·
Tkun żgurata l-kooperazzjoni
mal-istituzzjonijiet u l-korpi rilevanti tal-UE fil-missjonijiet ta’ kontroll
operattiv relatat mal-ġestjoni u l-kontroll tal-fondi tal-UE. 35. Titħeġġeġ
ir-rikonċiljazzjoni tal-metodi tal-istatistika mal-istandards Ewropej
(Artikolu 60 tal-FA) ·
L-iżvilupp ta’ strateġija għall-konsolidament
tal-armonizzazzjoni mal-kunċetti, il-klassifikazzjonijiet, l-istandards u
l-metodoloġiji Ewropej u internazzjonali b’mod partikolari fl-oqsma
tal-istatistika ekonomika, soċjali u ambjentali; ·
Tittejjeb il-kwalità tal-istatistika (fost
l-oħrajn ir-rilevanza mal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju,
tal-Iżvilupp Sostenibbli u tal-iżviluppi fl-oqsma l-oħrajn),
l-aċċessibbiltà u ċ-ċarezza (tixrid tal-istatistika u
għarfien fost l-utenti), l-aġġornamenti u l-puntwalità
(fil-kompletezza tat-trażmissjoni tad-data bejn il-Eurostat u
l-Istatistika tat-Tuneżija); ·
L-istabbiliment ta’ pjan ta’ azzjoni fuq terminu
medju għat-tiġdid tal-“Istatistika tat-Tuneżija” u l-istrutturi
l-oħrajn tal-istatistika (aspetti istituzzjonali u ġuridiċi) li
jirrigwarda b’mod partikolari lir-riżorsi umani, l-ippjanar u
l-produzzjoni tal-istatistika, l-analiżi u l-pubblikazzjoni
eċċ.; ·
Jingħata appoġġ lill-“Istatistika
tat-Tuneżija” fl-impllimentazzjoni ta’ tikketta ta’ kwalità
tal-istatistika pubblika skont l-aħjar prattiki fil-livell Ewropew; ·
Jissaħħu l-azzjonijiet ta’ kooperazzjoni
bejn l-UE u t-Tuneżija fil-qasam tal-istatistika sabiex tiġi
żviluppata s-sistema nazzjonali tal-istatistika tat-Tuneżija u
tiġi żgurata integrazzjoni aqwa tagħha fis-sistema
tal-istatistika internazzjonali; ·
Ikun hemm parteċipazzjoni attiva fit-tfassil u
fl-implimentazzjoni ta’ strateġija reġjonali (għall-Maghreb,
għall-Mediterran) għall-iżvilupp tal-istatistika; ·
Titħeġġeġ il-kooperazzjoni
reġjonali u sottoreġjonali, kif ukoll l-iskambji tal-aħjar
prattiki biex jiżdied it-titjib fil-kwalità tad-data tal-istatistika
prodotta u tkun iggarantita l-komparabbiltà tagħhom mal-livell
internazzjonali. 36. Tkompli l-modernizzazzjoni
tal-amministrazzjoni pubblika ·
Ikompli t-titjib tal-kwalità tas-servizzi
amministrattivi u l-proċess ta’ semplifikazzjoni tal-proċeduri
amministrattivi u jitnaqqas it-tul tagħhom u t-tisħiħ
tal-amministrazzjoni elettronika; ·
Tittejjeb ir-relazzjoni mal-utenti u tiġi
żviluppata l-komunikazzjoni permezz fost l-oħrajn tal-istabbiliment
ta’ mekkaniżmi ta’ smigħ u ta’ stħarriġ tal-opinjoni
eċċ.; ·
Tiġi stabbilita sistema ta’ evalwazzjoni
parteċipattiva tas-servizzi amministrattivi fi ħdan id-diversi
strutturi pubbliċi; ·
Jiġi assigurat servizz lokali lill-utenti
permezz fost l-oħrajn tal-estensjoni tal-kumpaniji tas-servizzi
pubbliċi b’mod partikolari fir-reġjuni li mgħandhomx kopertura
ġeografika mis-servizzi amministrattivi; ·
Jiġu stabbiliti mekkaniżmi u
l-għodod meħtieġa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni
tad-Digriet-Liġi dwar l-aċċess għad-dokumenti amministrattivi; ·
Jingħata kontribut għall-ġlieda
kontra l-korruzzjoni permezz tal-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’
rappurtar ta’ atti ta’ korruzzjoni; ·
Jiġi promoss it-taħriġ
tal-uffiċjali Tuneżini f’dak li jirrigwarda l-politiki u l-programmi
Komunitarji. 2.2: Ekonomija kompetittiva li tiffavorixxi l-għarfien 37. Tittejjeb il-prestazzjoni u
l-kompetittività tal-ekonomija Tuneżina ·
Jitkomplew ir-riformi strutturali bl-għan li
tissaħħaħ il-kompetittività tal-ekonomija u jkun promoss
id-djalogu ekonomiku bejn it-Tuneżija u l-UE u l-koordinazzjoni dwar
l-istrateġija ta’ rkupru fl-ispirtu tal-inizjattiva 2020 (għal
tkabbir u impjiegi sostenibbli); ·
Tiġi mħeġġa t-trasformazzjoni
strutturali tal-ekonomija lejn ekonomija mmexxija mis-setturi b’valur
miżjud għoli, tiżdied il-produttività u jiżdied
il-kontribut tagħha lejn it-tkabbir ekonomiku; ·
Jitkompla l-programm ta’ aġġornament
industrijali, tkun żgurata l-kontinwità tal-programmi ta’ strutturar
Tuneżini-Ewropej bl-għan li jingħata appoġġ
lill-kompetittività tal-impriżi u lill-innovazzjoni, bħall-programm ta’ appoġġ għall-kompetittività
tal-impriżi u għall-faċilitazzjoni tal-aċċess
għas-suq (PCAM) u l-proġett ta’
appoġġ għas-sistema ta’ riċerka u tal-innovazzjoni (PASRI) u
titħaffef l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ aġġornament
bl-appoġġ tal-UE fis-settur agrikolu; ·
Titħaffef l-implimentazzjoni tal-programm ta’
aġġornament tas-servizzi bl-appoġġ tal-UE, l-istabbiliment
ta’ sistema ta’ informazzjoni u ta’ monitoraġġ, l-iżvilupp ta’
tqabbil aħjar bejn l-offerta u d-domanda tax-xogħol, kif ukoll
it-tisħiħ tal-kooperazzjoni rigward il-kwalità u
ċ-ċertifikazzjoni u l-intraprenditorija, l-alleanzi u n-netwerking; ·
Tiġi implimentata l-istrateġija tal-gvern
fir-rigward tal-iżvilupp tal-investiment privat inkluż fir-rigward
tal-privatizzazzjoni; ·
Tiġi żviluppata l-istrateġija
tal-gvern li tiftaħ is-settur tal-infrastruttura
għall-parteċipazzjoni tas-settur privat u titfassal l-liġi-qafas
dwar is-sħubija pubblika-privata. 2.3: Ambjent tan-negozju aktar attraenti 38. Jittejjeb l-ambjent tan-negozju ·
Jiġi rivedut u msaħħaħ il-qafas
regolatorju li jirregola l-investiment u l-prattika tan-negozju għal aktar
sempliċità, trasparenza u effiċjenza; ·
Tinħoloq Awtorità Nazzjonali
għall-Investiment li tkun l-uniku rappreżentant tal-investituri
lokali u barranin u jiġi stabbilit fond sovran għall-Investiment; ·
Jiġi promoss ambjent favorevoli
għall-impriżi bl-indirizzar speċifiku tar-riforma tas-sistema
ġudizzjarja inklużi l-proċeduri ġudizzjarji ta’
eżekuzzjoni, u t-tisħiħ tal-ispeċjalizzazzjoni tal-imħallfin
u r-riforma tal-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-falliment; ·
Jiġu stabbiliti mekkaniżmi li jippermettu
l-osservazzjoni u l-monitoraġġ tal-ambjent amministrattiv tan-negozju
fit-Tuneżija u tal-prattiki internazzjonali f’dan il-qasam; ·
Tissaħħaħ is-sbuħija tat-Tuneżija
għall-attivitajiet b’valur miżjud għoli u innovattiv u
jingħata appoġġ lill-promozzjoni tal-investiment fir-reġjun
inkluż permezz tal-identifikazzjoni u l-iżvilupp tal-potenzjalitajiet
u l-ispeċifiċitajiet reġjonali. 39. Jiġi promoss l-investiment u
s-sħubija u tittejjeb l-integrazzjoni lokali tal-investimenti ·
Jitħeġġeġ l-iżvilupp
tas-sħubiji bejn impriżi u clusters Tuneżini u Ewropej u
jiġi promoss it-trasferiment teknoloġiku; ·
Jiġu mmobilizzati l-impriżi lokali madwar
l-investimenti barranin biex tiġi stimulata l-innovazzjoni u
l-iżvilupp ekonomiku endoġeniku; ·
Tiġi promossa u istituzzjonalizzata
l-kooperazzjoni bejn l-assoċjazzjonijiet tal-impjegaturi Tuneżini u
Ewropej u jingħata appoġġ għall-organizzazzjoni ta’ forum
ekonomiku bejn it-Tuneżija u l-UE. 40. Tiġi armonizzata l-liġi
korporattiva biex tiġi assigurata protezzjoni tal-partijiet kollha u
jiġu ffaċilitati l-attivitajiet tal-impriżi ·
Tiġi promossa l-approssimazzjoni tal-liġi
korporattiva man-normi Ewropej u internazzjonali; ·
Tkun assigurata l-protezzjoni tal-azzjonisti skont
l-istandards u l-prattiki Ewropej fil-qasam; ·
Skont l-istandards Ewropej u internazzjonali, i)
is-settur privat jiġi akkumpanjat fl-iffinalizzar tal-gwidi ta’ governanza
tajba għad-diversi tipi ta’ impriża u ii) jitfasslu gwidi ta’
governanza tajba għall-entitajiet pubbliċi; ·
Tiġi mmodernizzata l-ġestjoni prattika
tar-reġistru tal-kummerċ u s-sistema ta’ reklamar fil-ġurnal
uffiċjali biex ikunu infurmati l-partijiet terzi. 41. Jiġu adottati l-istandards
Ewropej u internazzjonali ta’ awditjar finanzjarju u ssir riforma tas-sistema
ta’ kontabilità tal-impriżi Tuneżini f’konverġenza
mal-istandards Ewropej u internazzjonali tal-kontabilità ·
Jitkomplew l-isforzi ta’ promozzjoni tal-kwalità
tal-awditjar legali tal-kontijiet; ·
Jitkomplew l-isforzi ta’ żvilupp tas-sistema
ta’ kontabilità tal-impriżi lejn l-adozzjoni tal-istandards ta’
kontabilità Ewropej u internazzjonali; ·
Tiġi żgurata l-kooperazzjoni
mal-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet tal-UE inkarigati
mill-istandardizzazzjoni tal-kontijiet u mis-sorveljanza tal-awditjar legali
tal-kontijiet. 42. Tissaħħaħ
il-kooperazzjoni f’dak li jirrigwarda l-politika tal-kumpaniji ·
Tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-UE
f’dak li jirrigwarda l-politika li tappoġġja l-SMEs permezz
tal-implimentazzjoni tal-Karta Ewro-Mediterranja għall-Intrapriża,
b’referenza partikolari għas-Small Business Act u billi jitnaqqsu
d-diskrepanzi fis-servizzi ta’ appoġġ lill-SMEs; ·
Tiġi promossa l-integrazzjoni aktar mill-qrib
tal-SMEs Tuneżini fin-netwerk Entreprise Europe Network permezz
tal-konklużjoni ta’ protokoll ta’ ftehim; ·
Titħeġġeġ
il-parteċipazzjoni tat-Tuneżija fil-programm
għall-kompetittività tal-impriżi u tal-SMEs; ·
Jingħata appoġġ lit-titjib
tal-mekkaniżmi ta’ ħolqien ta’ impriżi u
jitħeġġeġ l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament
permezz tat-tisħiħ tal-istrumenti ta’ finanzjament tal-ekwità u
l-mekkaniżmi ta’ qabel il-ftuħ ta’ kumpanija favur
l-iżviluppaturi żgħażagħ u l-attivitajiet innovattivi; ·
It-tisħiħ tal-kapaċitajiet
istituzzjonali jiġi akkumpanjat mill-istrutturi ta’ appoġġ
lill-SMEs, b’mod partikolari fir-rigward ta’ linji gwida
għall-investituri, il-kummerċjalizzazzjoni u t-tfassil ta’ pjanijiet
ta’ negozju, eċċ.; ·
Tiġi żviluppata l-attività ta’ fondi
tal-investiment u jissaħħu l-interventi tagħhom fir-reġjuni. Pilastru 3: It-tisħiħ
tal-integrazzjoni u l-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles
Profond u Komprensiv Iż-żewġ Partijiet jenfasizzaw
ir-rieda tagħhom li jkomplu l-implimentazzjoni tal-integrazzjoni gradwali
tal-ekonomiji tagħhom bl-għan li eventwalment jaslu għal
Żona Ekonomika Komuni permezz ta’ aktar faċilitazzjoni
tal-kummerċ u t-tnedija fl-iqsar żmien possibbli tan-negozjar ta’
Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles Profond u Komprensiv (DCFTA), fil-kuntest
tal-impenn tat-Tuneżija fi proċess ta’ riformi demokratiċi u
ekonomiċi. Il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles Profond
u Komprensiv jipprovdi t-titjib tal-possibbiltajiet ta’ aċċess
għas-suq, tal-klima tal-investiment u t-tisħiħ
tal-appoġġ għar-riformi ekonomiċi li għandhom jitwettqu
għal dan l-iskop. B’hekk, id-DCFTA li ser ikun parti integrali mill-FA ser
ikopri firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ interess komuni (lista mhux
eżawrjenti; l-aċċent ser ikun fuq is-setturi ta’ prijorità
magħżulin miż-żewġ partijiet u fil-qafas tal-approssimazzjoni
leġiżlattiva): ·
Aktar liberalizzazzjoni biex jitjiebu
l-opportunitajiet ta’ aċċess għas-suq għall-prodotti
agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-prodotti tas-sajd u
l-prodotti industrijali waqt li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi
speċifiċi taż-żewġ partijiet; ·
Regolamenti tekniċi dwar il-prodotti
industrijali, l-istandards, il-valutazzjoni tal-konformità u s-sorveljanza
tas-suq; ·
Miżuri sanitarji u fitosanitarji; ·
Liberalizzazzjoni tal-kummerċ tas-Servizzi u
ħarsien tal-investimenti; ·
Akkwist Pubbliku; ·
Il-politika dwar il-kompetizzjoni; ·
Il-moviment u l-ħlas tal-kapitali; ·
Il-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà
intellettwali, inkluża l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet
ġeografiċi Tuneżini u Ewropej; ·
Dwana; ·
Il-faċilitazzjoni tal-kummerċ; ·
Id-djalogu dwar l-istrumenti ta’ difiża
kummerċjali; ·
Kummerċ u żvilupp sostenibbli. Meta jkunu qegħdin jinnegozjaw id-DCFTA,
il-partijiet sejrin jikkunsidraw is-sensittività ta’ ċerti setturi u
għandhom jipprovdu assimetrija fl-impenji minħabba d-differenzi
fl-iżvilupp bejn iż-żewġ partijiet. Id-DCFTA għandu jidentifika wkoll il-prijoritajiet minħabba
l-approssimazzjoni regolatorja mal-acquis communautaire fuq il-bażi
tal-interessi reċiproċi u bl-adozzjoni ta’ approċċ dinamiku
li jippermetti approssimazzjoni regolatorja addizzjonali sussegwenti u
żieda gradwali fl-implimentazzjoni tagħhom. Għaldaqstant, permezz
tad-DCFTA, iż-żewġ partijiet għandhom l-għan li: 3.1 Joħolqu aċċess akbar għas-swieq tal-prodotti
permezz tat-tneħħija tal-ostakoli tariffarji u dawk mhux tariffarji : 43. Prodotti agrikoli u kwistjonijiet
sanitarji u fitosanitarji ·
Jerġgħu jibdew u jitlestew, jekk ikun
meħtieġ, in-negozjati dwar il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ
tal-prodotti agrikoli, ipproċessati u tas-sajd; ·
Tissaħħaħ il-kooperazzjoni
bl-għan li tittejjeb is-saħħa tal-annimali u tal-ħxejjex
kif ukoll is-sigurtà sanitarja tal-ikel, waqt li jiġi kkunsidrat
il-benesseri tal-annimali u sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ
tal-prodotti agrikoli bejn it-Tuneżija u l-UE; ·
Tkompli l-implimentazzjoni tal-Ftehim tad-WTO dwar
l-applikazzjoni tal-miżuri sanitarji u fitosanitarji (SPS) u
tal-istandards internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija
għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), tal-Konvenzjoni Internazzjonali
għall-Protezzjoni tal-Pjanti (IPPC) u tal-Codex Alimentarius; ·
Jiġu rikonċiljati gradwalment, abbażi
tal-istandards tal-organizzazzjonijiet rilevanti,
il-leġiżlazzjonijiet u r-regolamenti Tuneżini
mal-leġiżlazzjonijiet u r-regolamenti tal-UE applikabbli fl-oqsma
sanitarji, fitosanitarji u l-qasam tal-benesseri tal-annimali biex tinkiseb
protezzjoni ekwivalenti li tinkludi wkoll ir-regoli dwar l-iġjene,
l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà, l-annimali ħajjin,
l-għalf għall-annimali u l-oġġetti tal-ikel; ·
Tiġi adottata u tibda l-implimentazzjoni
tal-abbozz tal-liġi-qafas relatata mas-sikurezza tal-ikel; ·
Jissaħħu u jiġu aġġornati
l-istituzzjonijiet u l-laboratorji, inkluża ċ-ċertifikazzjoni
tal-prodotti agrikoli; ·
Ikun hemm kooperazzjoni bl-għan li jittejbu
l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ eliminazzjoni tal-mard tal-annimali u
tal-pesti tal-pjanti; inkluż l-istabbiliment ta’ korpi professjonali
tas-saħħa; ·
Isir skambju ta’ kompetenzi tekniċi u
tal-esperjenza, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni fil-workshops
tal-programm ta’ taħriġ tal-Kummissjoni Ewropea “Taħriġ
aħjar għal ikel aktar sikur (BTSF)”; ·
Tkompli l-kooperazzjoni dwar it-twissijiet
sanitarji b’mod partikolari fil-qafas tas-sistema ta’ twissija bikrija tal-UE; ·
Jiġi aġġornat u
msaħħaħ il-kontroll sanitarju u fitosanitarju fuq il-fruntieri,
inklużi l-infrastrutturi tal-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera
(BIP). 44. Il-prodotti industrijali ·
Jiġi ffinalizzat l-allinjament
tal-leġiżlazzjoni orizzontali dwar iċ-ċertifikazzjoni,
il-valutazzjoni tal-konformità u s-sorveljanza tas-suq bl-għan li jkun
hemm armonizzazzjoni mal-qafas leġiżlattiv orizzonali Ewropew
il-ġdid (QLĠ) tal-2008; ·
Jiġi ffinalizzat, għas-setturi ta’
prijorità magħżula, l-allinjament tal-leġiżlazzjoni
settorjali u jiġu adottati l-istandards Ewropej kif ukoll
jitneħħew l-istandards konfliġġenti u jiġu identifikati
setturi potenzjali addizzjonali; ·
Jitkompla u jitlesta l-aġġornament
tal-istituzzjonijiet inkarigati miċ-ċertifikazzjoni,
mill-istandardizzazzjoni, mill-valutazzjoni tal-konformità,
mill-metroloġija u mis-sorveljanza tas-suq, b’mod partikolari
bl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-proġetti ta’
ġemellaġġ u ta’ assistenza teknika u permezz ta’ skambji ta’
informazzjoni u ta’ esperjenzi u permezz tal-integrazzjoni tagħhom
fl-istrutturi Ewropej u internazzjonali; ·
Tiġi finalizzata t-tħejjija
għas-setturi tal-materjali ta’ konstruzzjoni u l-prodotti elettriċi,
jiġi nnegozjat u konkluż ftehim dwar il-valutazzjoni tal-konformità u
l-aċċettazzjoni tal-prodotti industrijali (ACAA) għal dawn
iż-żewġ setturi ta’ prijorità; is-setturi l-oħrajn ta’
prijorità, b’mod partikolari tal-makkinarji, tal-apparat tal-pressa u
l-istrumenti tal-kejl jistgħu jiżdiedu mal-ftehim gradwalment
mal-allinjament leġiżlattiv; ·
Tkompli titqajjem kuxjenza dwar l-atturi
ekonomiċi u b’mod partikolari l-SMEs Tuneżiji u jingħataw
l-appoġġ meħtieġ għall-applikazzjoni tad-direttivi u
l-istandards Ewropej adottati mit-Tuneżija; ·
Jiġi implimentat l-ACAA, l-estensjoni
tiegħu u l-perpetwità tiegħu bl-appoġġ xieraq tal-UE. 45. Il-faċilitazzjoni u
l-iżvilupp tal-kummerċ ·
Issir riformulazzjoni tar-reġim
tal-kummerċ estern biex jitnaqqsu l-ostakoli mhux tariffarji u
jissaħħu l-istrumenti u l-korpi ta’ faċilitazzjoni tal-iskambju
ta’ tqajjim ta’ kuxjenza u tal-kontroll u tal-applikazzjoni
tal-leġiżlazzjoni; ·
Tissaħħaħ, safejn huwa possibbli,
il-kooperazzjoni b’mod partikolari permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni
rigward id-difiża kummerċjali; ·
Jissaħħu l-punti ta’ kuntatt “TBT”
(technical barriers to trade) biex tittejjeb it-trażmissjoni
tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-UE u t-Tuneżija u biex iservu
ta’ rappreżentanti għall-operaturi. 46. Ir-reviżjoni tar-regoli dwar
l-oriġini ·
Tiġi konkluża l-Konvenzjoni
reġjonali dwar ir-regoli ta’ oriġini preferenzjali
pan-Ewro-Mediterranji; ·
Ikomplu n-negozjati dwar ir-reviżjoni ta’ dawn
ir-regoli bl-għan li jkunu ssemplifikati u waqt li jitqiesu l-bidliet
tekniċi u teknoloġiċi ġodda fil-qasam industrijali kif
ukoll il-prijoritajiet ta’ żvilupp f’ċerti setturi
strateġiċi fit-Tuneżija bħat-tessuti u l-ikel sabiex
jittaffa l-impatt tat-tneħħija tat-tariffi fiż-żona. 47. Kooperazzjoni doganali ·
Tissoktal-implimentazzjoni tal-miżuri doganali
li jiffavorixxu l-iffaċilitar tal-kummerċ filwaqt li jassiguraw
is-sigurtà tal-katina loġistika internazzjonali (użu
msaħħaħ tal-analiżi tar-riskju kompjuterizzata,
tal-kontrolli ex-post, tal-proċeduri semplifikati tal-ikklerjar mid-dwana
għall-operaturi magħrufa u ċertifikati, trasparenza
tal-leġiżlazzjoni, estensjoni tal-esperjenza pilota ta’ one-stop
shop, eċċ.); ·
Tissokta l-ħidma għal ġestjoni
integrata mal-partijiet interessati l-oħrajn fuq il-fruntiera; ·
Jissaħħaħ id-djalogu dwar is-sistema
tal-operatur ekonomiku awtorizzat bl-għan li jkunu approssimati r-regoli
Tuneżini ma’ dawk tal-UE, bil-prospett ta’ ftehim dwar ir-rikonoxximent
reċiproku tal-istatus tal-operatur ekonomiku awtorizzat bejn
l-amministrazzjoni tad-dwana Tuneżina u l-amministrazzjonijiet tad-dwana
Ewropej, meta l-kundizzjonijiet ikunu ssodisfati; ·
Jitkompla t-tisħiħ tal-kapaċitajiet
istituzzjonali tad-dwana Tuneżina; ·
Parteċipazzjoni fil-programm DWANA 2020. 48. Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali:
Tiġi approssimata gradwalment il-leġiżlazzjoni tat-Tuneżija
mal-istandards Ewropej u tissaħħaħ l-applikazzjoni effettiva ta’
dawn id-dispożizzjonijiet, inkluż fil-livell ġudizzjarju ·
Tkompli l-approssimazzjoni
tal-leġiżlazzjoni tat-Tuneżija mal-istandards tal-UE fl-oqsma
tal-proprjetà industrijali, tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati
u tiġi ffinalizzata l-adeżjoni mal-konvenzjonijiet internazzjonali
previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (analiżi tad-diskrepanzi
mal-istandards tal-UE, l-istabbiliment ta’ leġiżlazzjoni
approssimata); ·
L-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni
tat-Tuneżija mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni
tal-indikazzjonijiet ġeografiċi (IĠ) u d-denominazzjonijiet
tal-oriġini (DO) (analiżi tad-diskrepanzi mal-istandards tal-UE,
l-istabbiliment ta’ leġiżlazzjoni approssimata); ·
It-tisħiħ tal-kapaċitajiet
amministrattivi u ġudizzjarji, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra
l-piraterija u l-iffalsifikar f’koordinazzjoni mal-istituzzjonijiet, il-korpi u
s-settur privat fil-livell tal-UE (introduzzjoni ta’ azzjonijiet regolari: pjan
ta’ azzjoni, djalogu); ·
Jissaħħu l-mezzi bl-għan li
tiġi assigurata protezzjoni effiċjenti u dissważiva
tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (it-tisħiħ
tas-setgħat u tal-kapaċitajiet tad-dwana, tal-monitoraġġ
kriminali u ġudizzjarju, tal-valutazzjoni ekonomika tal-impatt
tal-iffalsifikar u tal-piraterija fuq il-ħolqien u l-innovazzjoni
nazzjonali); ·
Jitkomplew l-azzjonijiet ta’ tqajjim ta’ kuxjenza u
ta’ taħriġ dwar il-proprjetà intellettwali. 3.2 Aċċess aqwa lis-servizzi u
lill-fornituri tas-servizzi għas-swieq u l-libertà tal-istabbiliment 49. Jiġi liberalizzat
il-kummerċ tas-servizzi u tal-istabbiliment ·
Jitkomplew u jiġu finalizzati n-negozjati dwar
il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tas-servizzi u tal-istabbiliment; ·
Ikun żgurat li l-kundizzjonijiet ta’
stabbiliment tal-impriżi ma jsirux aktar restrittivi milli meta kien
konkluż il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni; ·
Jinstab ftehim fuq qafas li jiffaċilita
d-diskussjonijiet dwar (i) ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki
professjonali sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni
tal-konċessjonijiet skambjati miż-żewġ partijiet u tkun
promossa l-mobilità tal-fornituri tas-servizzi u (ii) l-implimentazzjoni tal-miżuri
rilevanti tal-paragrafu 25. 50. L-iżvilupp tas-settur
tas-servizzi fit-Tuneżija ·
Is-semplifikazzjoni tal-proċeduri
amministrattivi waqt li jkun żgurat li l-proċeduri relatati
mal-aċċess u l-eżerċizzju tal-attivitajiet tas-servizzi
ikunu trasparenti, proporzjonati, ibbażati fuq kriterji oġġettivi
sabiex jipprovdu previdibbiltà u sigurtà ġuridika lill-fornituri
tas-servizzi; ·
Ir-riforma tas-servizzi finanzjarji (dwar
ir-regolamentazzjoni u l-monitoraġġ permezz ta’ approssimazzjoni
mal-istandards Ewropej u internazzjonali): ·
Ikompli t-tisħiħ tal-qafas regolatorju u
prudenzjali għas-swieq u l-atturi finanzjarji billi jkun approssimat
għal dak tal-UE bl-għan li jiġi liberalizzat gradwalment; ·
It-tisħiħ tal-prerogattivi,
tal-effettività u tal-indipendenza tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni
tas-swieq finanzjarji skont l-istandards internazzjonali; ·
Il-konsolidament tal-bażijiet finanzjarji
tal-istabbiliment ta’ kreditu u t-tisħiħ tal-istrutturi prudenzjali
għal aktar konverġenza lejn l-istandards internazzjonali.
L-iżvilupp tas-sistema ta’ garanzija tad-depożiti bankarji; ·
L-iżvilupp tas-settur tal-mikrofinanzjament,
b’mod speċjali f’żoni rurali u l-iżvilupp tas-servizzi
finanzjarji adattati għall-ħtiġijiet tal-bdiewa li jaħdmu
fl-azjendi żgħar u medji; ·
L-iżvilupp tal-attività tal-aġenziji ta’
klassifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-qafas ġuridiku tagħha
bbażati fuq il-prinċipji tal-Organizzazzjoni
Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) u tar-regolamenti
Ewropej f’dan il-qasam. ·
Ikompli l-proċess ta’ żvilupp tas-settur
postali fit-Tuneżija u jiġi ffaċilitat permezz tal-istabbiliment
ta’ qafas regolatorju settorjali xieraq; ·
Skambju tal-esperjenzi u tal-kompetenzi fil-qasam
regolatorju settorjali postali bl-għan li l-qafas regolatorju jiġi
approssimat għal dak tal-UE; ·
Issir ħidma, bl-appoġġ tal-UE,
għall-introduzzjoni ta’ awtorità li tirregola s-suq tas-servizzi postali. 51. Il-promozzjoni u l-iżvilupp
tal-kummerċ elettroniku ·
Tiġi żviluppata kooperazzjoni dwar
il-promozzjoni tal-attivitajiet tan-Network Marketing (bejgħ fuq
in-netwerks); ·
Jiġu adottati l-aħjar prattiki fil-livell
Ewropew u internazzjonali; ·
Jiġu stabbiliti regolamenti adattati u
tingħata l-possibbiltà liż-żgħażagħ gradwati li
jintegraw fl-attivitajiet tal-ekonomija virtwali u li ġġib valur
miżjud u jinfetħu l-prospetti tal-impjieg. 52. Il-moviment tal-kapital u pagamenti
kurrenti: Tiġi finalizzata l-liberalizzazzjoni tal-pagamenti kurrenti u
tkompli l-liberalizzazzjoni tat-tranżazzjonijiet kapitali: ·
Titlesta b’mod gradwali l-liberalizzazzjoni
tal-pagamenti kurrenti u tkompli l-liberalizzazzjoni tal-movimenti tal-kapital
skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni; ·
Isir skambju ta’ informazzjoni dwar l-aħjar
prattiki ta’ eliminazzjoni tar-restrizzjonijiet għal-moviment liberu
tal-kapital. 3.3 Ambjent ta’ kompetizzjoni ġusta 53. Il-politika dwar il-kompetizzjoni:
Tkompli l-implimentazzjoni u l-konsolidament tal-impenji magħmula fuq
il-leġiżlazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politika dwar
il-kompetizzjoni effettiva (l-Artikoli 36 u 37 tal-Ftehim ta’
Assoċjazzjoni) ·
Issir valutazzjoni tas-sistema attwali
(il-leġiżlazzjoni qafas fis-seħħ u l-implimentazzjoni
tagħha) u jiġu adottati miżuri xierqa b’mod partikolari
fil-qasam tal-antitrust sabiex tkun iffaċilitata l-approssimazzjoni
tar-regolamenti Tuneżini ma’ dawk tal-Unjoni Ewropea filwaqt li jkun
assigurati l-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, trasparenza u imparzjalità
fil-proċeduri; ·
Jitkompla t-tisħiħ tal-istatus
tal-Kunsill għall-Kompetizzjoni. 54. Il-monopolji tal-Istat: Jiġu
implimentati l-impenji meħuda taħt l-Artikoli 37 u 38 tal-Ftehim ta’
Assoċjazzjoni ·
Isir skambju tal-informazzjoni dwar il-monopolji
tal-Istat, l-impriżi pubbliċi u l-impriżi li jkunu ngħataw
drittijiet speċjali jew esklussivi bl-għan li jkun iffaċilitat
il-progress tat-Tuneżija fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 37 tal-Ftehim
ta’ Assoċjazzjoni. 55. Għajnuna mill-Istat: Jiġu
implimentati l-impenji meħuda dwar l-għajnuniet mill-Istat,
l-Artikolu 36 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ·
Jinħolqu kundizzjonijiet ta’ trasparenza f’dak
li jirrigwarda l-għajnuniet mill-Istat. 3.4 Integrazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar aktar fil-fond 56. Jingħata kontribut
għall-ħolqien ta’ żona ta’ kummerċ ħieles bejn l-UE u s-sħab
Mediterranji kollha ·
Tkompli l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’
kummerċ ħieles (FTA) mas-sħab Mediterranji fil-livell reġjonali,
intrareġjonali jew bilaterali; ·
Tiġi assigurata l-implimentazzjoni tal-Ftehim
Għarbi-Mediterranju dwar il-kummerċ ħieles (Agadir) u
l-estensjoni tiegħu għal sħab oħra fil-Mediterran skont
id-dispożizzjonijiet tal-istess Ftehim; ·
Jiġu miftiehma u stabbiliti mekkaniżmi li
jiffaċilitaw il-kummerċ u l-investimenti u li jiffavorixxu
integrazzjoni aktar fil-fond fil-livell Nofsinhar-Nofsinhar. 3.5 Approssimazzjoni għall-acquis communautaire ·
Titkompla, b’mod gradwali u sekwenzjali,
l-approssimazzjoni tal-qafas ġuridiku u regolamentari tat-Tuneżija
mal-acquis communautaire, bl-għajnuna b’mod partikolari tal-istrumenti
Komunitarji ta’ appoġġ istituzzjonali, speċjalment fl-oqsma
rilevanti tas-suq intern. ·
Għal dan il-għan, ser jiġi stabbilit
mekkaniżmu konġunt li jidentifika l-oqsma prijoritarji li
jeħtieġu li jkunu approssimati, id-diversi fażijiet u
r-riżorsi meħtieġa biex dan ikun implimentat. It-Tuneżija
sejra tistabbilixxi programm nazzjonali ta’ konverġenza mal-acquis
bl-appoġġ tal-UE sabiex jirnexxielha timplimenta l-pjan ta’ azzjoni. Pilastru 4 – Kooperazzjoni fil-qasam
tal-impjiegi, tal-politika soċjali u tas-sigurtà soċjali 57. L-implimentazzjoni tar-riformi
tal-politika dwar l-impjiegi, flimkien mat-tisħiħ tal-impjegabbiltà u
tax-xogħol deċenti ·
Tiġi żviluppata u implimentata
strateġija nazzjonali integrata tal-impjiegi b’kont meħud
tal-programm ekonomiku u soċjali post-Kostitwenti u b’kunsiderazzjoni
tal-linji gwida tal-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi u d-disa’
prijoritajiet definiti fil-qafas tal-kooperazzjoni Ewro-Mediterranja dwar
l-Impjiegi u x-Xogħol; ·
Jiġi żgurat adattament aqwa tal-kwalifiki
skont il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u jingħata
appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ informazzjoni u
gwida u ta’ għajnuna għall-inseriment professjonali; ·
Jingħata appoġġ lill-iżvilupp
ta’ sistema ta’ ċertifikazzjoni li tiffaċilita r-rikonoxximent
tal-kwalifiki u tiffavorixxi l-mobilità, l-iżvilupp tal-karriera u
l-impjegabbiltà; ·
Tkompli l-konsultazzjoni u d-djalogu dwar
l-impjiegi, l-impjegabbiltà u x-xogħol deċenti, b’mod partikolari
fil-kuntest tal-Konferenza Ministerjali Euro-Med dwar l-impjiegi u
x-xogħol, skont il-prinċipji tal-flessigurtà, tal-ġustizzja u
tal-ekwità soċjali; ·
Tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq
tax-xogħol produttiv u formali, b’mod partikolari
taż-żgħażagħ u tan-nisa u tkun żgurata l-ekwità
tal-politiki attivi tal-impjieg b’mod partikolari billi
tissaħħaħ l-inserzjoni tan-nisa u tal-persuni qiegħda
għal żmien twil fost iż-żgħażagħ gradwati
fl-edukazzjoni terzjarja; ·
Tissaħħaħ is-sistema ta’
valutazzjoni regolari tal-politiki attivi tal-impjieg biex tiżdied
l-effiċjenza u l-adegwatezza tagħhom għall-ħtiġijiet
tas-suq tax-xogħol; ·
Jissaħħu l-kapaċitajiet u jiġi
mmodernizzat it-twassil tas-servizzi pubbliċi inkarigati mill-impjiegi u
mill-osservazzjoni tas-suq tax-xogħol, b’mod partikolari fir-rigward
tas-sistema ta’ informazzjoni dwar l-impjiegi u n-netwerking tal-operaturi
pubbliċi, privati u tas-soċjetà ċivili; 58. Jiġu implimentati
bis-sħiħ id-drittijiet soċjali fundamentali u l-istandards
fundamentali tax-xogħol u jissaħħu l-istrutturi tad-djalogu
soċjali ·
Jitkomplew id-djalogu u l-kooperazzjoni relatati
mal-implimentazzjoni tal-prinċipji, tad-drittijiet fundamentali,
tal-istandards u tal-Konvenzjonijiet fundamentali tax-xogħol skont id-Dikjarazzjoni
tal-1998 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO); ·
Tiġi żviluppata l-leġiżlazzjoni
dwar ix-xogħol bl-għan li tikber il-flessibbiltà tas-suq
tax-xogħol filwaqt li jiġu mħarsa d-drittijiet
tal-ħaddiema; ·
Tingħata spinta lill-bidliet ekonomiċi u
soċjali fit-Tuneżija permezz tal-konklużjoni ta’ kuntratt
soċjali ġdid u djalogu soċjali effettiv bejn is-sħab
soċjali: tisħiħ tal-istrutturi tripartitiċi kif ukoll
tad-djalogi bilaterali awtonomi inklużi l-kapaċitajiet tas-sħab
soċjali; ·
Jiġi implimentat il-programm tat-Tuneżija
għax-xogħol deċenti wara l-adozzjoni tiegħu
mit-Tuneżija u l-ILO, u jiġu segwiti l-għanijiet u l-indikaturi
tiegħu. ·
Jissaħħaħ id-djalogu soċjali
fil-kuntest tal-impriża, permezz tat-taħriġ kontinwu tal-membri
tal-Kummissjonijiet Konsultattivi tal-Impriżi sabiex tittejjeb
il-prevenzjoni tal-kunflitti tax-xogħol u l-produttività u l-impjegabbiltà
fl-impriża; ·
Jissaħħu l-miżuri ta’ promozzjoni u
ta’ sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema, l-iġjene u
s-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol inkluż permezz ta’
taħriġ dwar dawn is-suġġetti, l-istituzzjonalizzazzjoni
tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, il-prevenzjoni tar-riskji professjonali
marbuta mal-immaniġġjar ta’ sustanzi perikolużi jew tossiċi
u l-iskambju ta’ prattiki tajbin u ta’ analiżijiet f’dan il-qasam; ·
Tiġi żviluppata leġiżlazzjoni
dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, tiġi
żviluppata strateġija ta’ prevenzjoni għat-tnaqqis
tal-inċidenti fatali u gravi fuq ix-xogħol, jitfasslu kriterji ta’
referenza u ta’ gwidi għaċ-ċertifikazzjoni kif ukoll jiġu
individwati r-riskji fuq ix-xogħol; ·
Jissaħħaħ u jiġi ristrutturat
l-Istitut għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
bl-għan li jkun jista’ jadatta għall-ħtiġijiet
il-ġodda nazzjonali u internazzjonali ta’ promozzjoni tas-saħħa
fuq ix-xogħol, ta prevenzjoni tar-riskji fuq ix-xogħol u ta’ sjieda
tal-approċċi l-ġodda ta’ ppjanar u programmazzjoni dwar
il-benesseri tal-ħaddiema; ·
Jiġi implimentat il-Programm Nazzjonali ta’
Ġestjoni tar-Riskji fuq ix-Xogħol (PNĠRX) inkluża
l-implimentazzjoni ta’ prevenzjoni speċifika għall-espożizzjoni
għar-riskji fuq ix-xogħol fis-settur tal-agrikoltura u tas-sajd; ·
Tiġi promossa r-responsabbiltà soċjali
tal-impriżi u jingħata appoġġ lill-iżvilupp ta’
prattiki intraprenditorjali li jirrispettaw il-Patt Globali tan-Nazzjonijiet
Uniti u tad-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO dwar l-Intrapriżi
Multinazzjonali u l-Politika Soċjali, kif ukoll il-prattiki
tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD)
dwar is-suġġett. 59. Tiġi promossa l-politika
tal-inklużjoni soċjali u jitkomplew ir-riformi dwar il-protezzjoni
soċjali ·
Tkompli l-kooperazzjoni bl-għan li tiġi
msaħħa u kkonsolidata politika ta’ inklużjoni soċjali
integrata u effiċjenti, li tkun tinvolvi lis-soċjetà ċivili; ·
Jitnaqqas il-proporzjon tal-popolazzjoni li tinsab
f’faqar assolut jew relattiv jew f’sitwazzjoni ta’ vulnerabbiltà fl-aktar
livell baxx rikonoxxut mill-istandards internazzjonali u jitnaqqsu d-differenzi
soċjali u tiġi implimentata sistema ta’ informazzjoni dwar
il-kategoriji tal-fqar; ·
Tkun garantita l-inklużjoni soċjali
attiva ta’ kulħadd waqt li tiġi mħeġġa
l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, l-aktar għall-gruppi
l-aktar vulnerabbli; ·
Jiġi promoss ir-rwol tal-istrutturi
soċjali u tal-atturi tas-soċjetà ċivili fil-proċess ta’
akkumpanjament u ta’ għajnuna għall-integrazzjoni tal-kategoriji
f’riskju ta’ esklużjoni u tkompli l-implimentazzjoni tal-politika ta’
integrazzjoni soċjoprofessjonali tal-persuni b’diżabilità; ·
Issir riforma fis-sistema tal-irtirar u tiġi
żgurata s-sostenibbiltà finanzjarja tal-iskemi tal-irtirar u
t-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali tal-korpi pubbliċi
inkarigati mill-ġestjoni tal-iskemi tal-irtirar u tal-kura
tas-saħħa; ·
Issir ħidma lejn il-ġeneralizzazzjoni
tal-kopertura soċjali u jkompli d-djalogu dwar it-titjib tal-miżuri
li jirregolaw il-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema li jkunu tilfu
l-impjieg tagħhom għal raġunijiet ekonomiċi jew
teknoloġiċi, b’mod partikolari fil-qafas tal-istabbiliment
mit-Tuneżija ta’ bażi ta’ protezzjoni soċjali. 60. Tiġi żgurata
l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ trattament ugwali f’dak li jirrigwarda
l-leġiżlazzjoni soċjali u jiġu implimentati prinċipji
ta’ koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali bejn it-Tuneżija u l-Unjoni
Ewropea ·
Ikun assigurat li l-klawżola ta’ trattament
ugwali fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-pagi u t-tkeċċijiet
tiġi applikata bis-sħiħ, kemm għall-ħaddiema
Tuneżini kif ukoll għall-ħaddiema tal-Unjoni Ewropea li jkunu
ġew impjegati b’mod legali; ·
Jiġu implimentati bis-sħiħ l-impenji
sottoskritti taħt id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’
Assoċjazzjoni dwar il-kooprdinazzjoni tas-sigurtà soċjali
għall-ħaddiema u l-membri tal-familja tagħhom; ·
Tiġi garantita l-applikazzjoni sħiħa
tal-klawżola ta’ non-diskriminazzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali
għaċ-ċittadini Tuneżini u tal-Unjoni Ewropea u l-membri
tal-familja tagħhom. Pilastru 5 – Żvilupp reġjonali u
lokali bilanċjat u inklużiv : 61. Jingħata appoġġ
lill-isforzi ta’ żvilupp reġjonali bl-għan li jonqsu
d-differenzi bejn ir-reġjuni u jiġu promossi l-kapaċitajiet
lokali ta’ żvilupp ·
Jingħata appoġġ għall-implimentazzjoni
tal-politiki u l-programmi li jnaqqsu d-differenzi reġjonali (l-aktar
permezz tal-implimentazzjoni ta' azzjonijiet ta’ riabilitazzjoni u ta’
żvilupp tal-infrastrutturi soċjokollettivi), il-ġlieda kontra
l-qgħad, il-faqar u l-insigurtà, u l-iżvilupp tal-investiment b’mod
partikolari fir-reġjuni interni żvantaġġjati; ·
Jingħata appoġġ għall-implimentazzjoni
tal-programmi ta’ żvilupp integrati (rurali/urbani) u jittieħdu
azzjonijiet immirati fir-reġjuni bi problemi speċifiċi
(potenzjal qawwi ta’ migrazzjoni, rata għolja ta’ qgħad, reġjuni
fuq il-fruntieri); ·
Jittejbu l-kapaċitajiet lokali ta’
żvilupp awtonomu tar-reġjuni, jiġi promoss l-iżvilupp
rurali u jittejbu l-kundizzjonijiet ta’ ħajja fl-ambjent rurali,
bl-involviment sħiħ tas-soċjetà ċivili; 62. Tisħiħ tal-kooperazzjoni
deċentralizzata u l-kooperazzjoni transfruntiera ·
Tissaħħaħ il-kooperazzjoni
territorjali mal-UE b’mod partikolari fid-dijanjosi u fid-definizzjoni ta’
strateġiji reġjonali ta’ żvilupp ekonomiku, u ta’
kummerċjalizzazzjoni territorjali u ta’ promozzjoni ekonomika; ·
Jissaħħu l-kapaċitajiet
istituzzjonali tal-korpi inkarigati mill-iżvilupp fil-livell
reġjonali u mill-governanza ekonomika u jiġu promossi l-programmi ta’
modernizzazzjoni u ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-entitajiet lokali
biex jixprunaw l-iżvilupp fuq skala lokali, ·
Tiġġedded, tiġi mobilizzata u
użata l-informazzjoni reġjonali multisettorjali għas-servizz
tal-għarfien espert territorjali, tal-ipprogrammar u l-ippjanar
reġjonali (użu reċiproku tas-“Sistema territorjali ta’
informazzjoni ekonomika”, l-iżvilupp ta’ ċelloli ta’ għassa u
intelliġenza ekonomika territorjali, ħolqien ta’ Osservatorju
Nazzjonali għall-Iżvilupp Reġjonali u t-Tisħiħ
tal-Kooperazzjoni Deċentralizzata); ·
Tiġi mħeġġa l-approssimazzjoni
mal-mudell Ewropew ta’ żvilupp reġjonali u ta’ koeżjoni u
tiġi żviluppata l-kooperazzjoni deċentralizzata bejn
l-istituzzjonijiet ta’ żvilupp reġjonali u lokali, u jiġi
mħeġġeġ l-iskambju ta’ għarfien u kompetenzi u
r-relazzjonijiet ta’ kooperazzjoni fil-qafas tal-proġetti mfassla u
mwettqa bi sħubija ma’ organizzazzjonijiet Ewropej. 63. Appoġġ għall-proċess
ta’ deċentralizzazzjoni u ta’ governanza lokali ·
Appoġġ istituzzjonali
għall-istabbiliment ta’ politika ta’ deċentralizzazzjoni u
akkumpanjament tal-evoluzzjoni tal-missjonijiet tas-servizzi tal-Istat,
fil-livell ċentrali u reġjonali, fil-qafas tal-implimentazzjoni
tad-deċentralizzazzjoni; ·
Appoġġ għar-riforma tas-sistemi
ġuridiċi u regolatorji (liġijiet u regolamenti), istituzzjonali
u organizzattivi (Kompetenzi u poteri), u finanzjarji (tassazzjoni lokali) li
jirregolaw lill-awtoritajiet lokali; ·
Appoġġ għad-definizzjoni ta’
strateġija ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani u tal-programmi ta’
tisħiħ tal-ħiliet u ta’ promozzjoni tal-potenzjal uman
fil-livell lokali permezz tal-programmi mmirati ta’ taħriġ, ta’
taħriġ mill-ġdid u ta’ perfezzjonament u l-implimentazzjoni ta' strutturi
ta’ taħriġ u ta’ appoġġ għal dawk li jkunu eletti; ·
Appoġġ għall-istabbiliment ta’ mod
ta’ governanza bbażat fuq id-demokrazija parteċipattiva u promozzjoni
tal-istabbiliment ta’ proġetti li jkunu kapaċi jiġġeneraw
l-appoġġ pubbliku permezz tal-entitajiet lokali; 64. Żvilupp urban u ppjanar
tat-territorju ·
Jingħata appoġġ għall-governanza
fl-ippjanar u l-ġestjoni tal-ispazji u tal-ibliet u jittejbu
r-relazzjonijiet bejn il-livelli ċentrali u lokali; ·
Jissaħħu l-kapaċitajiet
tal-muniċipalitajiet fl-ippjanar urban u fl-ippjanar tat-territorju; ·
Jittejbu l-miżuri ta’ sorveljanza tal-ippjanar
tat-territorju u tal-ibliet inkluż bil-ħolqien ta’ osservatorji
ddedikati. Pilastru 6 – Infrastruttura moderna
għas-servizz ta’ ekonomija kompetittiva : 6.1: Trasport u servizzi
loġistiċi 65. Tiġi implimentata l-politika
nazzjonali dwar it-trasport u l-iżvilupp tat-trasport sostenibbli ·
Tiġi implimentata politika dwar it-trasport
nazzjonali sostenibbli għat-titjib tal-mezzi kollha ta’ trasport, b’mod
partikolari biex jiġu garantiti sistemi effiċjenti, siguri u li
jnaqqsu l-impatt tat-trasport fuq l-ambjent u l-bidla fil-klima u jingħata
appoġġ lill-iżvilupp tar-riċerka; ·
Ikomplu b’mod partikolari l-programmi MedaMos u
SafeMed, fil-kuntest tad-djalogu dwar it-trasport Ewro-Mediterranju (Euromed); ·
Ikompli l-iżvilupp ta’ politika dwar
l-infrastruttura bl-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-proġetti ta’
infrastruttura għad-diversi mezzi ta’ trasport, waqt li jiġu
kkunsidrati b’mod partikolari l-għanijiet internazzjonali għall-qasam
tat-tnaqqis tal-gassijiet b’effett ta’ serra; ·
Jissaħħu u jiġu mmodernizzati
l-infrastrutturi tal-portijiet u tal-ajruporti u jiġu aġġornati
l-portijiet marittimi tal-kummerċ; ·
Jiġi assigurat, għall-portijiet
identifikati bħala portijiet “awtostrada tal-baħar”, l-impenn
għal ċerti kriterji ta’ kwalità (infrastrutturi portwarji, servizzi
portwarji, proċeduri u koordinazzjoni amministrattiva tal-ispezzjonijiet u
tas-servizzi marittimi intermodali; ·
Jiġu żviluppati strateġiji
tas-settur b’mod li jilħqu l-għanijiet li jirriżultaw
mill-iżvilupp tal-kummerċ mal-Unjoni Ewropea u fil-qafas tal-implimentazzjoni
tal-Unjoni għall-Mediterran. ·
Tiġi promossa l-applikazzjoni
tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-Unjoni Ewropea
għall-interoperabbiltà mil-linji ferrovjarji tat-Tuneżija; ·
Tkompli l-parteċipazzjoni
fl-eżerċizzju ta’ ppjanar għall-infrastrutturi tat-trasport
fil-Mediterran, b’mod partikolari n-Netwerk Trans-Mediterranju futur
tat-Trasport u fit-titjib tal-konnessjonijiet man-Netwerk Trans-Ewropew
tat-Trasport; 66. L-approssimazzjoni regolatorja u
t-tisħiħ istituzzjonali ·
Jibdew in-negozjati tal-Ftehim Ewro-Mediterranju
dwar l-Avjazzjoni (open sky); ·
Tkompli l-approssimazzjoni tal-oqsfa regolatorji u
leġiżlattivi mal-istandards Ewropej u internazzjonali
għall-mezzi kollha tat-trasport u jissaħħu l-kapaċitajiet
istituzzjonali tal-istrutturi Tuneżini responsabbli mit-trasport; ·
Jissaħħu l-istrutturi tal-awtorità
marittima u jingħata appoġġ għall-armonizzazzjoni
tar-relazzjonijiet tagħha mal-awtorità portwarja; ·
Jiġi promoss l-iskambju tal-esperjenzi u
tal-prattiki tajbin f’dak li jirrigwarda t-trasport sostenibbli u
għall-mezzi kollha ta’ trasport. 67. L-iżvilupp tal-loġistika u
l-promozzjoni tal-intermodalità ·
Ikompli l-immodernizzar tas-servizzi u tal-attività
loġistika inkluż l-appoġġ għall-istabbiliment
tal-Osservatorju tal-loġistika u l-implimentazzjoni tal-istrateġija
ta’ żvilupp tal-loġistika u tal-ħolqien ta’ netwerk ta’
pjattaformi loġistiċi li jiffaċilitaw il-kummerċ bejn
it-Tuneżija u l-UE; ·
Tiġi żviluppata l-kooperazzjoni
għat-titjib tal-miżuri nazzjonali ta’ taħriġ fil-qasam
tal-loġistika u l-użu ta’ teknoloġiji ġodda ta’
komunikazzjoni (e-loġistika); ·
Jissaħħaħ id-djalogu mal-UE dwar
il-katina ta’ provvista biex it-Tuneżija tiġi assoċjata
mal-azzjonijiet imnedija mill-UE dwar it-titjib tal-katina ta’ provvista u
s-sigurtà tagħha. 6.2:
Enerġija 68. Konverġenza gradwali lejn
l-għanijiet tal-politika tal-UE dwar l-enerġija; ·
Jiġi żviluppat dokument ta’ politika dwar
l-enerġija li jikkonverġi b’mod gradwali lejn l-għanijiet tal-UE
dwar l-enerġija; ·
Tiġi promossa l-kooperazzjoni fil-qasam
tar-riċerka xjentifika u tat-trasferiment teknoloġiku. 69. Jissaħħu, jiġu
żviluppati u ottimizzati n-netwerks u tal-infrastrutturi tal-enerġija ·
Jiġu żviluppati u msaħħa n-netwerks,
l-infrastrutturi u l-interkonnessjonijiet (gass, elettriku, żejt)
fit-Tuneżija (b’mod partikolari fir-reġjuni interni),
mal-pajjiżi tal-Maghreb u fir-reġjun Ewro-Mediterranju (b’mod
partikolari pipeline u interkonnessjonijiet elettriċi
mal-Italja). 70. Jiġi mħeġġeġ
l-użu ta’ enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika ·
Issir ħidma lejn it-twettiq tal-għan li
jintlaħaq 20 % tas-sehem ta’ enerġija rinnovabbli
fil-bilanċ tal-enerġija sal-2020; ·
Kooperazzjoni fil-qafas tal-Pjan Solari
Tuneżin kif ukoll miżuri oħrajn Tuneżini
għall-effiċjenza enerġetika, b’konformità mal-Pjan Solari
għall-Mediterran; ·
Tisħiħ tal-istituzzjonijiet u
konverġenza gradwali tal-leġiżlazzjoni Tuneżina lejn
il-leġiżlazzjoni u l-prattika tal-UE; ·
Titħejja l-parteċipazzjoni fil-Programm
ta’ Enerġija Intelliġenti tal-UE. 71. L-integrazzjoni progressiva tas-swieq
Tuneżini tal-elettriku u tal-gass fis-suq Ewropew tal-enerġija ·
Ikomplu r-riformi fis-setturi tal-gass u
tal-elettriku filwaqt li jikkonverġu lejn l-acquis tal-UE, inkluż
permezz tal-adozzjoni tal-kodiċijiet dwar l-elettriku u l-gass;
jinħoloq regolatur u jiġu eliminati b’mod gradwali d-distorsjonijiet
fil-prezzijiet; ·
L-integrazzjoni gradwali tas-swieq tal-elettriku
tat-Tuneżija, tal-Marokk u tal-Alġerija. 72. Tisħiħ tal-kooperazzjoni
reġjonali ·
Tkompli l-kooperazzjoni fl-enerġija fil-qafas tal-Unjoni
għall-Mediterran inkluż biex jitwettaq il-Pjan Solari
għall-Mediterran, tkompli l-kooperazzjoni fil-qafas taċ-Ċentru
Reġjonali għall-Enerġija Rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika tal-Kajr. 6.3: Teknoloġiji
tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) 73. Tissaħħaħ
il-kooperazzjoni settorjali ·
Tkompli l-kooperazzjoni fil-qasam tal-ICT
għat-twaqqif ta’ soċjetà tal-informazzjoni inklużiva fil-livell
universali u li tinkludi l-iskambju ta’ esperjenzi u għarfien fil-qasam
tar-Regolamentazzjoni settorjali bl-għan li jiġi approssimat il-qafas
regolatorju ma’ dak tal-UE (pereżempju min-Netwerk Ewro-Mediterranju
tar-Regolaturi - EMERG); ·
Titħeġġeġ il-kooperazzjoni
istituzzjonali bjen ir-regolaturi u l-aġenziji Ewropej u Tuneżini
(l-Aġenzija Nazzjonali taċ-Ċertifikazzjoni Elettronika,
l-Aġenzija Nazzjonali tal-Frekwenzi, l-Awtorità Nazzjonali
tat-Telekomunikazzjonijiet), pereżempju bl-integrazzjoni tal-ANĊE
fil-proġetti dwar il-firma elettronika; ·
Tiġi żviluppata kooperazzjoni fil-qasam
taċ-ċertifikazzjoni elettronika, li tibda bil-qasam tal-firma elettronika,
u bil-valutazzjoni tal-possibbiltajiet ta’ skambju ta’ esperjenzi tekniċi
u/jew ġuridiċi; ·
Jiġu skambjati l-esperjenzi fil-qasam
tas-sigurtà u tal-fiduċja diġitali (sigurtà ċibernetika) ·
Jiġu skambjati l-esperjenzi u l-għarfien
li jsaħħu l-kapaċitajiet ta’ valutazzjoni tas-swieq
tat-telekomunikazzjonijiet u l-prospetti ta’ tkabbir offruti mill-kummerċ
elettroniku; ·
Tiġi żviluppata kooperazzjoni aktar
avvanzata fil-qasam tas-soċjetà tal-informazzjoni u tal-ekonomija
diġitali dwar it-temi komuni, billi jittieħed il-pjan ta’ azzjoni
bħala referenza; ·
Jiġi promoss l-użu liberu tal-internet,
li jinkludi skambju ta’ għarfien u esperjenzi dwar l-iżviluppi
Ewropej, internazzjonali u Tuneżini, rigward il-prinċipji li
jirregolaw l-internet ·
Tkompli tissaħħaħ il-kompetittività
u l-kapaċitajiet tas-settur tal-ICT fit-Tuneżija ·
Tkompli u tiġi żgurata l-kooperazzjoni
dwar in-netwerks ta’ riċerka u ta’ tagħlim, b’mod partikolari
fil-qafas tan-Netwerk Reġjonali Mediterran (EUROMEDCONNECT), li
jippermetti l-aċċess għar-riżorsi elettroniċi
speċifiċi ta’ riċerka. 74. L-iżvilupp
tal-infrastruttura teknoloġika ·
Tiġi żviluppata soċjetà
tal-informazzjoni inklużiva u jiġu promossi l-kooperazzjoni,
l-iżvilupp tal-ħiliet u l-iskambji tal-esperjenzi fl-oqsma marbuta
mal-iżviluppi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni fis-settur pubbliku
b’mod speċjali r-ristrutturar tal-applikazzjonijiet il-kbar tal-Istat
fil-qafas ta’ mudell ekonomiku ġdid li jibbaża ruħu eventwalment
fuq it-Teknoloġija tal-Cloud Computing, l-Open Gov, l-Open Data u l-SaaS
“Software as a Service”; ·
Jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-esperjenzi
u l-għarfien dwar id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tan-normi u
l-istandards relatati mal-iżviluppi u l-użu tat-teknoloġiji
tal-informazzjoni; ·
Jiġi ppreżentat u diskuss l-għan
tat-Tuneżija li tistabbilixxi ruħha bħala Ċentru
reġjonali tat-telekomunikazzjonijiet u tal-internet; ·
Tiġi promossa l-espansjoni tan-netwerk
(Televiżjoni Diġitali Terrestri) fuq terminu qasir u ssir
valutazzjoni tal-prospetti tat-TV terrestri fit-tul. Pilastru 7 – Kooperazzjoni settorjali
msaħħa 7.1: L-Agrikoltura u
s-Sajd 75. Jingħata appoġġ
għall-immodernizzar tas-settur agrikolu ·
Jingħata appoġġ
għall-istabbiliment ta’ programm multiannwali ta’ żvilupp agrikolu u
rurali (ENPARD); ·
Jingħata appoġġ għall-implimentazzjoni
tal-istrateġija nazzjonali ta’ żvilupp agrikolu f’koerenza mal-linji
gwida ewlenin dwar it-tisħiħ tas-sigurtà fl-ikel, il-ġestjoni
sostenibbli tar-riżorsi naturali, il-promozzjoni tal-esportazzjonijiet u
ta’ adattament għall-bidliet klimatiċi; ·
Tissokta u tissaħħaħ
il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni u esperjenzi dwar il-politika
agrikola; ·
Appoġġ għall-programm ta’
aġġornament agrikolu li jaffettwa kemm lill-azjendi agrikoli,
lill-istituzzjonijiet kif ukoll lill-istrutturi ta’ appoġġ għall-agrikoltura; ·
Jiġu żviluppati u kkonsolidati
l-organizzazzjonijiet professjonali Tuneżini fil-qasam tal-agrikoltura
permezz tat-titjib tar-rappreżentattività tagħhom u l-effettività
tagħhom fil-promozzjoni u l-organizzazzjoni tas-setturi agrikoli u agro-industrijali; ·
Jiġu promossi relazzjonijiet ta’ sħubija
bejn l-istrutturi professjonali Tuneżini u l-kontropartijiet tagħhom
Ewropej sabiex jissaħħaħ ir-rwol tagħhom ta’ tmexxija
fit-taħriġ, konsulenza, għoti ta’ pariri u
kummerċjalizzazzjoni; ·
Tiġi implimentata l-istrateġija
nazzjonali għall-agrikoltura bijoloġika u jingħata
appoġġ għall-konverġenza mal-leġiżlazzjoni u
l-politiki tal-UE; ·
Tiġi implimentata l-istrateġija
nazzjonali tas-settur tas-sajd għall-isfruttament sostenibbli
tar-riżorsi tas-sajd, il-konsolidament tal-infrastruttura portwarja,
l-iżvilupp tal-prodotti tas-sajd u t-titjib tal-kompetittività
tagħhom, kif ukoll il-promozzjoni tal-akkwakultura tal-baħar u
tal-ilma ħelu; ·
Tiġi żviluppata l-kooperazzjoni
mal-Unjoni Ewropea fil-qafas tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali
tal-Ġestjoni tas-Sajd (ORĠS) tal-Mediterran (il-Kummissjoni
Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku - ICCAT u
l-Kummissjoni Ġenerali għas- Sajd fil-Mediterran -
GFCM) għal sfruttament sostenibbli tar-riżorsi. 7.2: L-industrija 76. Jingħata appoġġ
għal industrija aktar kompetittiva, li toħloq valuri u
tiġġenera t-tkabbir ·
Jingħata sostenn għad-definizzjoni u
l-implimentazzjoni tal-istrateġiji industrijali li jiffavorixxu
ż-żieda fis-setturi u l-ħolqien ta’ setturi, li jġibu jew
li għandhom potenzjal ta’ tkabbir; kif ukoll il-ħolqien ta’ netwerks
teknoloġiċi u industrijali tematiċi u l-iżvilupp ta’
raggruppamenti u poli ta’ innovazzjoni; ·
Tiġi żviluppata u msaħħa
l-infrastruttura industrijali u teknoloġika (żoni industrijali,
teknopoli, kumplessi industrijali u teknoloġiċi) u tiġi promossa
l-attrazzjoni tagħha, b’mod partikolari, b’mod internazzjonali; ·
Jissaħħaħ l-aġġornament
tal-istrutturi ta’ appoġġ lill-impriżi u jittejjeb l-intervent
tagħhom fil-livell reġjonali; ·
Tiġi ottimizzata l-parteċipazzjoni
tat-Tuneżija fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-azzjonijiet
u n-netwerks orizzontali u settorjali ta’ kooperazzjoni industrijali
Ewro-Mediterranja inklużi n-netwerks tal-poli ta’ kompetittività; ·
Jiġi promoss ir-referenzjar tal-impriżi
industrijali fost iċ-ċentrali tax-xiri u tal-esternalizzaturi Ewropej
u internazzjonali u jingħata appoġġ lill-organizzazzjoni
fit-Tuneżija ta’ fiera ta’ sħubija industrijali u teknoloġika
Tuneżina-Ewropea; 77. Jitkompla d-djalogu dwar il-futur
tas-settur tat-tessut/tal-ħwejjeġ ·
Jingħata appoġġ
għall-passaġġ mis-sottokuntrattar għall-kuntratti
konġunti u għall-iżvilupp tal-prodotti u l-intensifikar
tal-kooperazzjoni fl-istabbiliment ta’ tikketti li jiffavorixxu
l-aċċess għas-swieq; ·
Tiġi żviluppata l-kooperazzjoni u
t-trasferiment tal-għarfien fil-qasam tal-irfinar (iffrankar
tal-enerġija, tal-konsum tal-ilma) u tiġi promossa l-kooperazzjoni u
l-iskambju tal-prattiċi tajbin fil-qasam tal-loġistika, tat-trasport
multimodali, tat-trattament tad-drenaġġ u l-arti tessili. 7.3: Turiżmu 78. Tiġi żviluppata
l-kooperazzjoni mal-UE biex tgħin fl-implimentazzjoni tal-istrateġija
ta’ żvilupp tas-settur tat-Turiżmu ·
Jiġi ffaċilitat l-adattament tas-settur
tat-turiżmu u tal-impriżi tiegħu għall-bidliet fis-suq u
għat-teknoloġiji l-ġodda tal-informazzjoni (kummerċ
turistiku elettroniku, Web compatible); ·
Tissaħħaħ il-kwalità u
d-diversifikazzjoni tal-offerta fid-dimensjonijiet tagħha kollha u
jittejbu l-ħiliet professjonali fis-settur. ·
Jitħeġġeġ ir-ristrutturar
tal-investiment u tal-finanzjament tas-settur turistiku 79. Jiġu promossi r-relazzjonijiet
ta’ sħubija u l-iskambju tal-aħjar prattiki fl-investiment u
fil-promozzjoni tat-turiżmu, bl-involviment tas-settur privat
tat-turiżmu ·
Tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni
tat-Tuneżija fid-diversi programmi tal-UE dwar l-innovazzjoni,
il-kompetittività, it-tikkettar u jiġi inkoraġġut
l-iżvilupp tal-offerta. ·
Tiġi promossa l-organizzazzjoni tal-Fora dwar
l-opportunitajiet ta’ investiment u ta’ sħubija fit-turiżmu u ta’
azzjonijiet ta’ promozzjoni. 7.4: Tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-qasam tas-snajja’ 80. Jingħata appoġġ
lit-Tuneżija għall-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali ta’
żvilupp tas-snajja’ li għandu l-għan partikolari li: ·
Jiġi kkonsolidat u mmodernizzat il-qafas istituzzjonali,
professjonali, regolatorju, fiskali u finanzjarju tal-attivitajiet
artiġjanali u tiġi żviluppata strateġija fit-tul ta’
komunikazzjoni għall-artiġjanat; ·
Jiġu żviluppati l-għarfien u
l-ħiliet tekniċi tan-nies tas-snajja’ u tal-impriżi artiġjanali
permezz tal-immodernizzar tal-istrutturi u l-proċeduri tal-edukazzjoni,
tat-taħriġ professjonali, tat-tagħlim, tar-riċerka u
tal-innovazzjoni u ta’ għajnuna għall-ħolqien
tal-intrapriżi; ·
Jiġi promoss l-aġġornament
tal-impriżi artiġjanali, l-iżvilupp tal-kwalità, l-iżvilupp
tas-swieq u l-investiment fl-infrastruttura ta’ produzzjoni. 7.5: It-tisħiħ
tal-kooperazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi 81. Kooperazzjoni dwar il-ħarsien
tal-konsumaturi ·
Jiġi żviluppat l-iskambju ta’ esperjenzi
u għarfien dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi bl-għan li
jissaħħu l-ħiliet amministrattivi fl-applikazzjoni tal-politika
tal-protezzjoni tal-konsumatur; ·
Tiġi ċċarata l-approssimazzjoni
tal-leġiżlazzjoni tat-Tuneżija vis-à-vis l-UE dwar
il-protezzjoni tal-konsumaturi. Titkompla, b’mod partikolari, l-analiżi
tal-leġiżlazzjoni Tuneżina dwar it-tikkettar,
il-kompożizzjoni, il-manifattura u d-deskrizzjoni tal-prodotti biex
tiġi assimilata mal-prinċipji ġenerali eżistenti fl-Unjoni
Ewropea; ·
Jissaħħaħ ir-rwol
tal-assoċjazzjonijiet fil-protezzjoni tal-konsumatur; ·
Jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet li
jirriżultaw mill-proġett ta’ ġemellaġġ bejn
l-istituzzjonijiet Tuneżini u Ewropej responsabbli mill-protezzjoni
tal-konsumatur. Pilastru 8 – Ekonomija ekoloġika u
sostenibbli 8.1: L-ambjent u
l-iżvilupp sostenibbli 82. Jiġi promoss l-iżvilupp
sostenibbli u tiġi stabbilita politika msaħħa dwar
il-protezzjoni tal-ambjent ·
Jitjieb l-ippjanar strateġiku dwar l-ambjent,
jiġu promossi l-valutazzjonijiet tas-sostenibbiltà u jissaħħu
l-istrutturi nazzjonali u lokali responsabbli għall-ambjent u
għall-iżvilupp sostenibbli; ·
Jissaħħu l-programmi ta’ konservazzjoni
tal-bijodiversità għat-titjib tal-qafas ġuridiku u l-applikazzjoni
tal-Pjan Strateġiku għall-Bijodiversità bijoloġika skont l-20
mira tal-pjan strateġiku tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika
(CBD) 2011-2020; ·
Jiġi stabbilit programm ta’ tindif mill-gruppi
industrijali u tiġi promossa l-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali ta’
ġestjoni tal-iskart, il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u
l-azzjonijiet ta’ ġlieda kontra d-degradazzjoni kostali,
id-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-ħamrija; ·
Tissaħħaħ il-politika nazzjonali
dwar il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi tal-ilma permezz tal-użu
tar-riżorsi mhux konvenzjonali inkluż id-drenaġġ ittrattat. 83. It-titjib tal-governanza ambjentali ·
Tittejjeb il-parteċipazzjoni tad-diversi
msieħba involuti fl-azzjoni ambjentali (is-soċjetà ċivili u
l-komunità xjentifika) skont il-Prinċipju 10 tad-Dikjarazzjoni ta’ Rio; ·
Tissaħħaħ is-sistema ta’
monitoraġġ, ġbir u pproċessar ta’ informazzjoni dwar
l-ambjent u tittejjeb il-kapaċità amministrattiva tal-istrutturi
għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni, ta’ kontroll
tat-tniġġis u ta’ monitoraġġ tal-istat tal-ambjent; ·
Jiġu adottati l-istrutturi ta’ komunikazzjoni
fil-qasam tal-ambjent u jingħata appoġġ għall-programmi
edukattivi għall-iżvilupp sostenibbli. 84. Appoġġ
għat-tranżizzjoni lejn l-ekonomija ekoloġika ·
Jiġi żviluppat qafas ġuridiku
għall-investimenti ekoloġiċi u jiġu żviluppati għodod
ta’ pjanifikazzjoni settorjali u territorjali taħt it-tranżizzjoni
lejn l-ekonomija ekoloġika; ·
Jingħata appoġġ
għall-ħolqien ta’ pjattaformi u ta’ netwerks ta’ eko-innovazzjoni u
ta’ eċċellenza għall-kondiviżjoni tal-għarfien
xjentifiku dwar l-ekonomija ekoloġika, il-promozzjoni tar-riċerka u
l-innovazzjoni teknoloġika u t-tixrid tat-teknoloġiji
ekoloġiċi; ·
Jingħata appoġġ għall-programmi
ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva tal-impriżi
għat-tranżizzjoni lejn l-ekonomija ekoloġika. 85. Tissaħħaħ il-kooperazzjoni
reġjonali dwar il-kwistjonijiet ambjentali ·
Tissaħħaħ il-kooperazzjoni
reġjonali mal-pajjiżi ġirien, u bejn l-awtoritajiet
reġjonali u lokali, b’mod partikolari fil-qafas tal-inizjattiva “Horizon 2020”
għat-tindif tal-Mediterran f’dak li jirrigwarda l-problemi tal-ilma u
tad-deżertifikazzjoni; ·
Kooperazzjoni għall-implimentazzjoni
tal-impenji meħuda fi ħdan il-Konvenzjoni ta’ Barċellona kif
ukoll ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Protokolli ta’ din il-Konvenzjoni; ·
Jiġu implimentati l-istrumenti innovattivi ta’
kooperazzjoni mal-UE għall-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet u
l-protokolli relatati mal-protezzjoni tal-ambjent u b’mod partikolari
mal-bijodiversità, il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni u
l-ġestjoni tal-iskart; ·
Tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn
it-Tuneżija u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. 8.2: Il-bidla fil-klima 86. L-iżvilupp tal-kooperazzjoni
fil-qasam tal-bidla fil-klima ·
Jissaħħaħ il-qafas istituzzjonali
Tuneżin responsabbli mill-kwistjonijiet tal-klima u titkompla
l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil
fil-Klima (UNFCCC). B’mod partikolari, jiġu implimentati l-Ftehimiet ta’
Cancun 2010 u ta’ Durban 2011. B’mod partikolari: ·
Issir kooperazzjoni fl-iżvilupp
tal-istrateġiji għall-iżvilupp b’emissjonijiet baxxi ta’ CO2
lejn ekonomija b’karbonju baxx u reżistenti għall-klima. ·
Jiġu stabbiliti inventarji dwar il-gassijiet
b’effett ta’ serra u jiġu implimentati l-miżuri ta’ komunikazzjoni,
notifikazzjoni u verifikazzjoni (sistema “MRV”) ·
Issir kooperazzjoni fl-iżvilupp u
fl-implimentazzjoni ta’ skema post 2012 dwar il-bidla fil-klima, li tinkludi
l-miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa fil-livell nazzjonali (NAMA). ·
Tiġi skambjata l-esperjenza u jiġu
stabbiliti u implimentati l-istrateġiji u l-pjanijiet ta’ mitigazzjoni u
ta’ adattament għall-bidla fil-klima. ·
Jittieħdu l-ewwel azzjonijiet ta’
tħejjija ta’ sistema ta’ kummerċ ta’ emissjonijiet tal-gassijiet
b’effett ta’ serra ·
Jiġu stabbiliti l-istrumenti ta’
monitoraġġ u ta’ twissija bikrija għal kooperazzjoni aqwa
fil-qasam tal-bidla fil-klima fuq skala Ewro-Mediterranja. 8.3: Il-Politika
Marittima Integrata 87. Jiġi żviluppat
approċċ integrat tal-attivitajiet li jirrigwardaw jew li
għandhom impatt fuq il-baħar u ż-żoni kostali, kemm
fil-livell nazzjonali kif ukoll reġjonali skont il-liġi
internazzjonali ·
Tiġi żviluppata politika marittima
integrata li tikkunsidra d-diversi interessi tal-baħar u dawk marittimi u
fuq il-bażi tal-konvenzjonijiet internazzjonali/reġjonali rilevanti; ·
Jissaħħu l-istrutturi istituzzjonali
fl-amministrazzjoni għall-koordinazzjoni bejn id-diversi setturi li
għandhom impatt fuq il-baħar u tisħiħ tal-governanza
tad-diversi attivitajiet marittimi fil-livelli xierqa; ·
Jiġi promoss il-ħolqien kif ukoll
il-ġestjoni taż-żoni protetti/riservi bijoloġiċi
filwaqt li jiġu rrispettati r-rakkomandazzjonijiet u l-attivitajiet li
bħalissa huma żviluppati fil-qafas tal-kooperazzjoni internazzjonali
u reġjonali, b’mod partikolari tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona u
tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran, ir-ratifika u
l-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar il-Ġestjoni Integrata
taż-Żoni Kostali tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona (ICZM). C. Id-dimensjoni umana u xjentifika: it-tqarrib
tal-popli Pilastru 1 – Żvilupp tal-ħiliet u
aċċess għall-għarfien : 1.1:
Edukazzjoni 88. Tittejjeb il-kwalità tas-sistema
edukattiva u l-kontenut tal-programmi ·
Jissokta t-titjib tal-kwalità u tal-prestazzjoni
tas-sistema edukattiva, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-falliment
skolastiku, it-taħriġ tal-għalliema, u l-kurrikuli u l-kotba
skolastiċi; ·
Jiġi stabbilit tagħlim tekniku u
teknoloġiku ta’ kwalità u titħeġġeġ l-orjentazzjoni
tal-istudenti lejn dawn l-oqsma; ·
Jissaħħaħ it-tagħlim tal-lingwi
barranin u l-iżvilupp tat-taħriġ interattiv; ·
Jissaħħaħ u jiġi
ġeneralizzat l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni (ICT)
fis-sistema edukattiva 1.2: Taħriġ
vokazzjonali 89. Tiġi mmodernizzata s-sistema
nazzjonali ta’ taħriġ vokazzjonali u jittejbu l-korsijiet
professjonali b’impjegabbiltà għolja ·
Jissaħħu l-ħiliet istituzzjonali tal-Ministeru
tat-Taħriġ Vokazzjonali u tal-Impjieg (MTVI) fit-tmexxija
tal-istrateġija u l-ġestjoni bbażata fuq ir-riżultati. ·
Titfassal u tiġi implimentata strateġija
ta’ riforma tat-taħriġ vokazzjonali ikkoordinata ma’ dik prevista
għall-edukazzjoni għolja biex ikun hemm aktar rilevanza
mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. ·
Tissokta l-implimentazzjoni tal-qafas nazzjonali
tal-kwalifiki; ·
Tissokta l-implimentazzjoni tal-Karta
Ewro-Mediterranja għall-Impriżi f’dak li jirrigwarda
l-inkoraġġiment tat-taħriġ fl-intrapriża
l-iżvilupp tal-ispirtu tal-intraprenditorija fost l-istudenti
tat-taħriġ vokazzjonali u t-titjib tat-taħriġ
fl-internazzjonalizzazzjoni; jiġi vvalutat b’mod konġunt il-progress
magħmul minn indikaturi definiti fil-qasam fuq il-livell reġjonali. 1.3: L-edukazzjoni
għolja 90. Jingħata appoġġ
għar-riforma tas-sistema tal-edukazzjoni għolja fit-Tuneżija u
l-konverġenza tagħha mal-prinċipji tal-proċess ta’ Bolonja ·
Tisħiħ tad-djalogu li jsostni r-riforma
tas-sistema ta’ edukazzjoni għolja fit-Tuneżija u l-konverġenza
tagħha mal-prinċipji tal-proċess ta’ Bolonja; ·
Tiġi ffinalizzata r-riforma tal-LMD
(Liċenzja, Master, Dottorat), il-konsolidament tal-iżvilupp
tal-istudji għad-dottorat, l-implimentazzjoni ta’ sistema nazzjonali ta’
valutazzjoni, ta’ assigurazzjoni tal-kwalità u ta’ ċertifikazzjoni u
tal-Qafas Nazzjonali tal-Kwalifiki (QNK); ·
It-tisħiħ tal-programmi ta’ ko-diplomi u
ta’ ko-superviżjoni tat-teżijiet bejn it-Tuneżija u
l-pajjiżi tal-UE u tiġi promossa l-mobilità tal-istudenti,
tal-għalliema u tar-riċerkaturi; ·
L-introduzzjoni ta’ għodod li
jiffaċilitaw it-trasparenza, il-komparabbiltà u r-rikonoxxenza tal-istudji
bħas-Sistema ta’ Akkumulazzjoni u Trasferiment ta’ Krediti (ECTS); ·
It-tisħiħ tat-tagħlim tal-lingwi
barranin. 91. It-titjib tal-kwalità u tal-governanza
tas-sistema ta’ edukazzjoni għolja fit-Tuneżija u t-tisħiħ
tal-impjegabbiltà tal-gradwati tal-edukazzjoni għolja ·
It-tisħiħ tal-governanza, tal-awtonomija
tal-istabbilimenti tal-edukazzjoni għolja u tal-proċess ta’
ċertifikazzjoni, fost oħrajn permezz tal-iskambju tal-esperjenzi u
tal-prattiki tajbin; ·
Tissaħħaħ l-impjegabbiltà
tal-gradwati tal-edukazzjoni għolja, permezz tat-titjib tas-sistema ta’
informazzjoni u ta’ gwida b’kollaborazzjoni mas-sistema tal-edukazzjoni,
l-edukazzjoni għolja u min iħaddem. ·
It-titjib tas-sistema tal-informazzjoni u ta’ gwida
b’kollaborazzjoni mas-sistema tal-edukazzjoni, l-edukazzjoni għolja u min
iħaddem; ·
Jiġu żviluppati korsijiet vokazzjonali
fil-livell tal-edukazzjoni għolja. 92. It-tisħiħ
tal-parteċipazzjoni tat-Tuneżija fil-programmi Ewropej ta’
kooperazzjoni esterna ·
Tiġi promossa l-parteċipazzjoni
tat-Tuneżija fil-programmi ta’ appoġġ għar-riforma
tas-sistema ta’ edukazzjoni għolja u ta’ sħubijia u ta’ mobilità
universitarja eżistenti u fil-programmi futuri Ewropej f’dan il-qasam; ·
Jitkomplew il-kampanji ta’ informazzjoni dwar dawn
il-programmi mmirati lejn kandidati potenzjali, studenti u universitarji; 1.4: Ir-riċerka
xjentifika u teknoloġika u l-innovazzjoni 93. It-tisħiħ tar-rwol
tas-sistema nazzjonali ta’ riċerka innovattiva fil-bini tal-ekonomija
tal-għarfien ·
It-titjib tal-governanza tas-sistema nazzjonali
tar-riċerka innovattiva u tal-koordinazzjoni bejn id-diversi atturi
tagħha; ·
Jissaħħu s-sinerġiji bejn is-sistema
ta’ riċerka innovattiva u s-setturi produttivi permezz tat-twaqqif ta’
strutturi ta’ żvilupp u ta’ interface, l-iżvilupp tan-netwerks
settorjali tematiċi ta’ innovazzjoni li jiġbru fihom l-istrutturi
tar-riċerka, l-istrutturi ta’ interface u l-impriżi ekonomiċi, u
l-promozzjoni ta’ proġetti bejn dawn in-netwerks u l-kontropartijiet
Ewropej tagħhom; ·
It-twessigħ tan-netwerk Tuneżin
tal-laboratorji tal-analiżi u tal-ittestjar ·
Jingħata appoġġ lill-iżvilupp
tal-infrastrutturi ta’ riċerka, ta’ teknoloġija u ta’ innovazzjoni: ·
Tkompli l-implimentazzjoni tal-Karta
Ewro-Mediterranja għall-Intrapriża għall-aspetti relatati
mal-innovazzjoni u l-konsolidament tal-progress miksub mill-indikaturi definiti
fil-livell reġjonali; ·
Il-promozzjoni tal-kooperazzjoni u tal-iskambji
reċiproċi ta’ informazzjoni relatata mal-privattivi u
mat-trasferiment tat-teknoloġija. ·
Appoġġ mill-UE għall-iżvilupp
tal-istrumenti ta’ finanzjament adattati għall-innovazzjoni; ·
Jissaħħaħ id-djalogu politiku
bilaterali u reġjonali dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni, b’mod
partikolari billi tiġi promossa l-approssimazzjoni tas-sistemi
nazzjonali/reġjonali ta’ innovazzjoni taż-żewġt ixtut
tal-Mediterran u bit-tisħiħ tas-sinerġiji bejn ir-riċerka u
d-dinja produttiva kif ukoll il-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-impriżi
fir-reġjun Ewro-Mediterranju kollu; 94. Il-parteċipazzjoni
tat-Tuneżija fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka ·
Jissaħħaħ l-għarfien u
l-ħiliet tal-istituzzjonijiet ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni
Tuneżini sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom
fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka (FP7, CIP, Horizon2020, COST u
l-Aġenziji); ·
Jiġu identifikati s-suġġetti ta’
interess komuni dwar il-komponent tar-riċerka u tal-innovazzjoni, aktar
tisħiħ tal-iskambju ta’ riċerkaturi fil-proġetti ta’
riċerka u ta’ innovazzjoni u tissaħħaħ il-kooperazzjoni
fil-kuntest bilaterali u reġjonali; ·
Jiġu promossi l-iskambji reċiproċi
ta’ informazzjoni dwar l-istrateġiji ta’ innovazzjoni u ta’ żvilupp
teknoloġiku (b’mod partikolari dawk magħmula fil-qafas
tal-Istrateġija 2020 tal-UE); ·
Jiġi kkonsolidat in-netwerk tal-punti ta’
kuntatt nazzjonali u tematiċi għall-programm-qafas ta’ riċerka; ·
Tiġi ffaċilitata l-mobilità u
ċ-ċirkolazzjoni tar-riċerkaturi u tal-persunal involut
fl-azzjonijiet ta’ kollaborazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn
it-Tuneżija u l-Ewropa. Pilastru 2 – L-iżvilupp tal-kooperazzjoni
fil-qasam tas-saħħa 95. Jittejbu l-livell
tas-saħħa, ir-riċerka u l-monitoraġġ
tas-saħħa fit-Tuneżija ·
Tiġi promossa r-riforma fis-settur
tas-saħħa li tiffavorixxi t-titjib tal-prestazzjoni u t-tnaqqis
tad-differenzi bejn ir-reġjuni u l-istabbiliment ta’ sistema ta’ kwalità
tas-saħħa Tuneżina ·
Jingħata appoġġ
lill-kompjuterizzazzjoni tas-sistema tal-informazzjoni tal-isptarijiet
tas-saħħa u l-ġeneralizzazzjoni tas-sistema ta’ valutazzjoni
medika-ekonomika tal-irkuprar fl-isptar; ·
Tiġi promossa r-riforma tas-sistema ta’
finanzjament tas-saħħa: struttura tal-finanzjament, pakketti ta’ kura
u livell ta’ solidarjetà; ·
Jiġu promossi l-approċċi għal
aktar ugwaljanza fl-aċċess għall-kura ta’ kwalità,
l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ organizzazzjoni, rinnovazzjoni u
organizzazzjoni mill-ġdid tal-isptarijiet (karta tas-saħħa,
studji ta’ pprogrammar mediku, arkitettorali u ta’ Kwalità għolja
ambjentali u finanzjament tal-pjanijiet ta’ investiment); ·
Tissaħħaħ l-istrateġija
nazzjonali tat-trapjanti tal-organi permezz tal-istabbiliment ta’ reġistru
nazzjonali tal-insuffiċjenzi tal-organi terminali; ·
Tissaħħaħ il-kooperazzjoni
mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u Ewropej, fost oħrajn
fir-riċerka u l-iżvilupp tas-saħħa 96. Il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard
li jittieħed u tal-mard li ma jittiħidx ·
Jiġu implimentati l-istrumenti internazzjonali
fil-qasam tas-saħħa bħar-Regolament Internazzjonali
tas-Saħħa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), kif
ukoll l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni-Qafas tad-WHO għall-ġlieda
kontra t-tabakk; ·
Tiġi promossa l-kooperazzjoni fil-qasam
tal-indikaturi tas-saħħa, permezz tan-netwerks internazzjonali
tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li
jittieħed u li ma jittiħidx; ·
Tiġi żviluppata u stabbilita
strateġija nazzjonali ta’ prevenzjoni u ta’ trattament tal-vizzji u
jingħata appoġġ lill-approċċi ta’ promozzjoni ta’
saħħa tajba u ta’ mġiba sana fl-etajiet kollha sabiex jiġi
evitat jew ittardjat il-bidu ta’ mard kroniku; ·
Jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ skoperta
u ta’ rispons għall-perikli tas-saħħa, inkluż
it-taħriġ, b’mod partikolari permezz tal-istabbiliment ta’ sistema
ta’ sorveljanza epidemjoloġika kompjuterizzata, it-tfassil ta’
strateġiji u ta’ programmi ta’ ġestjoni tar-riskji
tas-saħħa, Pilastru 3 –It-tqarrib bejn il-popli fl-oqsma
tal-kultura, taż-żgħażagħ u tal-midja: 3.1: Kooperazzjoni
kulturali 97. It-tisħiħ tal-kooperazzjoni
kulturali ·
Tissaħħaħ il-politika kulturali
tat-Tuneżija u l-kapaċità tal-operaturi kulturali, speċjalment
permezz tad-dħul tat-Tuneżija fil-programmi u l-proġetti
Ewropej, l-appoġġ għall-proġetti ta’ ristrutturar u ta’
istituzjonalizzazzjoni tas-settur kulturali u l-promozzjoni tal-iskambju
tal-prattiki tajbin u tat-tfassil ta’ studji u ta’ proġetti komuni
fil-qasam tal-governanza lokali tal-kultura. ·
Jiġu promossi l-iskambji kulturali permezz ta’
parteċipazzjoni msaħħa tat-Tuneżija fil-programmi ta’
kooperazzjoni kulturali fir-reġjun tal-Mediterran; ·
Jiġi promoss l-aċċess
tal-produzzjoni kulturali Tuneżija fiż-żona Ewropea permezz
tal-promozzjoni tal-mobilità tal-artisti, tal-professjonisti u tal-prattikanti
Tuneżin, l-istabbiliment tan-netwerks u tal-ġemellaġġi
ddedikati u l-promozzjoni tal-industriji kulturali. ·
Permezz tal-azzjonijiet imsemmija hawn fuq,
tiġi promossa l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2005 dwar
il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali, li
għaliha t-Tuneżija hija parti kontraenti. 3.2: Żgħażagħ 98. Tissaħħaħ
il-kooperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ ·
Tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-qasam
tal-edukazzjoni mhux formali taż-żgħażagħ u
tal-animaturi soċjo-edukattivi sabiex ikunu promossi l-iskambji ta’
informazzjoni u ta’ prattiki tajbin fuq suġġetti ta’ interess komuni,
id-djalogu interkulturali u l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili; ·
Tissaħħaħ il-kooperazzjoni dwar
iż-żgħażagħ u l-konsolidament tal-ħajja
assoċjattiva u ċivika b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni
tal-ambjent, il-volontarjat, il-ġlieda kontra t-tipjip u d-drogi,
il-prevenzjoni tal-mard li jixxerred sesswalment: Aids/HIV. 3.3: Kooperazzjoni
fil-qasam tal-awdjoviżiv u tal-midja 99. Tissaħħaħ
il-kooperazzjoni fil-qasam tal-midja ·
Jiġi promoss u jissokta d-djalogu u
l-kooperazzjoni fil-qassam tal-awdjoviżiv u tal-midja. Tingħata
attenzjoni partikolari biex tkun garantita sistema regolatorja trasparenti,
effiċjenti u prevedibbli b’awtorità regolatorja indipendenti fis-settur
tal-awdjoviżiv u tal-midja. D. Appoġġ
u akkumpanjament tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni Pilastru 1 – Appoġġ tekniku u
finanzjarju 1. Id-dimensjoni finanzjarja
tas-sħubija bejn it-Tuneżija u l-Unjoni Ewropea sejra tikkunsidra
t-tfassil u l-implimentazzjoni tar-riformi, b’mod partikolari fl-oqsma
prijoritarji stabbiliti fil-qafas tal-perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ dan
il-pjan ta’ azzjoni u tar-reviżjonijiet suċċessivi tiegħu,
skont il-Komunikazzjonijiet dwar il-politika tal-viċinat żviluppati
mill-UE fl-2011[5]
u 2012[6]. Matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-pjan ta’
azzjoni, it-Tuneżija sejra tkun meħtieġa tilħaq bosta sfidi
marbuta mal-istabbiliment ta’ demokrazija sostenibbli minn naħa,
mal-irkuprar tat-tkabbir ekonomiku u l-promozzjoni tal-koeżjoni
soċjali u mal-konklużjoni tad-DCFTA min-naħa l-oħra. L-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim sejra
teħtieġ sforzi kbar għall-approssimazzjoni mal-acquis
communautaire, l-immodernizzar tal-istituzzjonijiet u l-aġġornament
tal-infrastrutturi. L-appoġġ finanzjarju tal-UE li
żdied wara r-rivoluzzjoni għandu għalhekk ikomplu jevolvi sabiex
jappoġġja politika ġenwina ta’ konverġenza mal-UE u
jakkumpanja lit-Tuneżija fl-isforzi ta’ riformi tagħha. L-oqsma prinċipali fejn l-UE sejra
tintervjeni fil-futur bl-appoġġ tekniku u finanzjarju tagħha
sejrin ikunu definiti fuq il-bażi tal-prijoritajiet identifikati f’dan
il-pjan ta’ azzjoni u sejrin ikunu bbażati fuq l-ambizzjonijiet ta’
riforma politiċi u soċjo-ekonomiċi tat-Tuneżija, kif
speċifikati f’dan il-pjan ta’ azzjoni; dawn l-oqsma sejrin ikunu
deċiżi miż-żewġ partijiet fil-kuntest tal-eżerċizzju
ta’ pprogrammar, minbarra n-negozjati dwar il-pjan ta’ azzjoni. Matul dan il-proċess, it-Tuneżija sejra
tgawdi mill-istrumenti kollha ta’ finanzjament disponibbli taħt l-azzjoni
esterna tal-UE u tal-Politika Ewropea l-Ġdida tal-Viċinat (PEĠV)
u taħt l-esperjenza tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri biex
isseħħ din l-integrazzjoni. 2. Iż-żewġ partijiet
qablu li jeżaminaw il-modalitajiet bl-għan li jitilgħu
tarġa oħra fl-aċċess għall-mezzi finanzjarji
Komunitarji adegwati sabiex jakkumpanjaw lit-Tuneżija, f’loġika
tal-politika reġjonali u ta’ koeżjoni tal-UE u ta’ adozzjoni ta’
proċeduri ġodda ta’ implimentazzjoni. Fil-qafas tal-bidliet storiċi li
għaddejja minnhom it-Tuneżija u l-aspirazzjonijiet leġittimi
tal-poplu tagħha u taż-żgħażagħ tagħha
għall-progress u għall-ġid, it-Tuneżija sejra taffaċċja
żewġ prijoritajiet assoluti li huma, il-ħolqien tal-impjiegi
għal popolazzjoni żgħażugħa u dejjem aktar edukata u
żvilupp reġjonali aktar ekwu. 3. Il-kooperazzjoni finanzjarja mal-BEI
u l-BERŻ sejra tissaħħaħ ukoll biex jingħata
appoġġ lill-investiment fl-infrastruttura, is-settur finanzjarju u
l-iżvilupp tas-settur privat u tas-sħubija kif ukoll appoġġ
lis-setturi innovattivi li joħolqu l-impjiegi għall-gradwati
żgħażagħ. Il-kooperazzjoni maż-żewġ
istituzzjonijiet sejra tintalab ukoll skont il-linji gwida tal-PEĠV sabiex
tgħin l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjamenti u
tiżviluppa l-mekkaniżmi ta’ sigurtà. Fil-kuntest tar-riflessjoni dwar l-estensjoni
tal-mandat tal-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) għall-Mediterran
ikkontemplata fil-PEĠV, sejra tibda kooperazzjoni mal-Fond Ewropew
tal-Investiment skont il-linji gwida tal-PEĠV biex tgħin
l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjamenti u tiżviluppa
l-mekkaniżmi ta’ sigurtà. 4. Lil hinn mill-konsistenza
tal-appoġġ finanzjarju, iż-żewġ partijiet sejrin
ikomplu bl-isforzi tagħhom sabiex: ·
itejbu kemm jistgħu l-implimentazzjoni
tal-istrumenti finanzjarji eżistenti, permezz ta’ programmi ta’
kooperazzjoni mmirati u kollaborazzjoni akbar bejn it-Tuneżija u l-UE
sabiex itejbu l-kapaċità ta’ assorbiment tat-Tuneżija; ·
jieħdu vantaġġ mill-istrumenti
l-ġodda kollha u l-programmi tematiċi rilevanti u meħtieġa
stabbiliti mill-Unjoni Ewropea taħt l-azzjoni esterna tagħha filwaqt
li jiġu kkunsidrati l-ħtiġijiet tagħha, il-progress miksub
fir-riformi u fil-kapaċità ta’ assorbiment tat-Tuneżija, u waqt li
jiġu rrispettati l-prinċipji tal-effettività tal-għajnuna, b’mod
partikolari l-ipprogrammar konġunt. Pilastru 2 – Parteċipazzjoni
fil-programmi u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea Parteċipazzjoni fil-programmi u
l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea ·
Tiġi mħeġġa
l-parteċipazzjoni tat-Tuneżija fl-aġenziji u l-programmi
tal-Unjoni Ewropea miftuħa għall-pajjiżi terzi. ·
Jiġi konkluż ftehim-qafas
għall-parteċipazzjoni tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni
Ewropea miftuħa għall-pajjiżi terzi. E. Adozzjoni u Tul ta’ Żmien Dan il-pjan ser ikun ippreżentat
lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Tuneżija-UE li ser jadottah b’mod
formali. Dan ser idum ħames snin. L-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija
jistgħu bid-dritt jagħmlu l-analiżijiet proprji unilaterali
tal-progress tal-implimentazzjoni tal-pjan. Ir-Relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea
u t-Tuneżija: sħubija privileġġjata Pjan ta’ Azzjoni 2013-2017 Anness 1: Matriċi tal-prijoritajiet (April 2014) Għanijiet || Azzjonijiet tat-Tuneżija || Appoġġ possibbli mill-UE[7] || Indikaturi u skeda ta’ żmien 1) L-istabbiliment ta’ sistema elettorali demokratika, b’mod partikolari permezz tal-konsolidament tal-indipendenza u tal-funzjonament tal-Awtorità Elettorali Għolja Indipendenti inkarigata mill-ġestjoni u l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet. || -Jiġu adottati l-istandards kostituzzjonali jew leġiżlattivi xierqa u l-miżuri tranżitorji adegwati. -L-Awtorità Elettorali Għolja Indipendenti tingħata l-mezzi meħtieġa sabiex tkun tista’ taħdem b’mod awtonomu. -Tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-leġiżlazzjoni elettorali kif ukoll fl-iżvolġiment u l-osservazzjoni tal-elezzjonijiet. - Tiġi promossa s-sħubija mas-soċjetà ċivili permezz ta’ approċċ parteċipattiv. || -Jingħata appoġġ dirett lill-Awtorità Elettorali Għolja Indipendenti. -Disponibbiltà tal-għarfien espert dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-proċess elettorali, inkluż fil-qasam tas-sigurtà. - Stazzjonament ta’ Missjoni ta’ Osservazzjoni elettorali tal-UE. - Appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. || -Liġi Organika Nru 23/2012 tal-20 ta’ Diċembru 2012 dwar l- Awtorità Elettorali Għolja Indipendenti. - Funzjonament effettiv tal-Awtorità Elettorali Għolja Indipendenti. -Organizzazzjoni tal-elezzjonijiet ġenerali abbażi tar-riżultati tal-vot demokratiku ta’ Ottubru 2011. - Djalogu dwar il-proċess elettorali, inkluż dwar is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-MOE/2011 mid-diversi awtoritajiet kompetenti, skont il-prerogattivi u l-kompetenzi speċifiċi tagħhom. - Pubblikazzjoni effikaċi tar-riżultati eżawrjenti tal-elezzjonijiet u proċedura għall-ġestjoni tal-iżbalji stabbilita. Żmien: fuq terminu qasir 2) Tiġi assigurata l-indipendenza tal-ġudikatura, jiżdiedu l-professjonaliżmu u l-effikaċja tagħha (aċċess għall-ġustizzja, tul tal-proċessi), jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt għal smigħ xieraq . || -Tisħiħ tal-Istat tad-dritt u appoġġ lit-tranżizzjoni demokratika billi jingħata sostenn lill-proċess ta’ riforma tal-ġustizzja u tas-sistema tal-ħabs skont in-normi u l-istandards internazzjonali. -Jiġi adottat qafas leġiżlattiv xieraq għall-istandards internazzjonali. - Jiġi stabbilit qafas istituzzjonali operattiv/riżorsi umani u riżorsi loġistiċi xierqa. Tiġi mmodernizzata s-sistema tal-ħabs. -Jiġu promossi s-sħubija mas-soċjetà ċivili u approċċ parteċipattiv f’dawn ir-riformi. -Jiġu promossi t-trasparenza u l-aċċess għall-informazzjoni - Jiġi adottat u implimentat l-abbozz ta’ Liġi ppreżentat lill-ANK f’Novembru 2012 dwar il-ġustizzja tranżitorja. - Titwaqqaf l-awtorità nazzjonali tal-ġustizzja tranżitorja prevista mil-liġi (Kummissjoni Verità u Dinjità) || - Assistenza teknika - It-tisħiħ tal-ħiliet – Appoġġ għall-immodernizzar tal-infrastruttura ġudizzjarja - Appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. - Provvediment ta’ tagħrif espert. - Taħriġ. - Appoġġ tekniku lill-awtorità nazzjonali tal-ġustizzja tranżitorja. || -L-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ liġijiet relatati mal-indipendenza u l-aċċess għall-ġustizzja adottati mill-ANK u mill-Parlament futur. - L-adozzjoni tal-liġi dwar l-istatus tal-imħallfin u l-adozzjoni tal-liġi organika dwar il-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura. - Jibda jopera l-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura -Is-soċjetà ċivili tiġi mistiedna tieħu sehem fil-laqgħat tal-kumitat ta’ tmexxija tal-programm ta’ appoġġ għar-riforma tal-ġustizzja (konkluż mill-UE u t-Tuneżija fl-2012). -Riabilitazzjoni gradwali tal-qrati skont il-mezzi u l-baġits allokati, b’mod konformi mal-istandards internazzjonali. -L-armonizzazzjoni tal-qafas leġiżlattiv, regolatorju u istituzzjonali mal-istandards internazzjonali. - L-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni li tawtorizza u ssaħħaħ l-aċċess tal-NGOs għall-ħabsijiet. - L-istabbiliment tal-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ tal-għadd ta’ detenzjonijiet qabel il-proċess u tal-bidliet fir-rata ta’ inkarċerazzjoni. Żmien: fuq terminu medju 3) It-twettiq tar-riforma fis-settur tas-sigurtà, fil-kuntest ta’ riforma komprensiva u dettaljata, biex ikun assigurat ir-rispett tal-istandards internazzjonali f’termini ta’ Stat tad-dritt, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi internazzjonali. || -Jiġu adottati r-riformi leġiżlattivi u regolatorji xierqa, inklużi l-mekkaniżmi ta’ sorveljanza demokratika u r-responsabbiltajiet. - Tiġi assigurata l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fit-tfassil u l-monitoraġġ tar-riformi (approċċ parteċipattiv). Evalwazzjoni tar-riżultati. - Jiġi żgurat it-taħriġ meħtieġ (li jinkludi r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem) lill-persunal ikkonċernat. - Il-forzi tas-sigurtà jingħataw il-mezzi u t-tagħmir meħtieġ u xieraq skont il-ħtiġijiet tagħhom, fi spirtu ta’ użu minimu tal-forza. Jiġu vvalutati l-effetti ta’ din l-azzjoni. [- Provvediment lill-pubbliku ta’ skedi organizzattivi u kodiċijiet ta’ kondotta tal-qawwiet tas-sigurtà interna] || - Akkumpanjament finanzjarju għall-programm ta’ riforma fis-settur tas-sigurtà. -Disponibbiltà ta’ għarfien espert u taħriġ. - Appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. || - L-adozzjoni mill-ANK u l-Parlament futur u l-implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jintegraw l-istandards internazzjonali dwar il-governanza, ir-rispett u l-promozzjoni tad-dritt internazzjonali, tad-drittijiet tal-bniedem skont il-prinċipji tal-Istat tad-dritt Żmien: fuq terminu medju - L-adozzjoni mill-ANK u l-Parlament futur tal-mekkaniżmu ta’ kontroll demokratiku fuq il-korpi u l-qawwiet tas-sigurtà. - L-istabbiliment ta’ kumitati parlamentari għas-segwitu tal-baġits nazzjonali tas-sigurtà. Żmien: fuq terminu medju - Il-validazzjoni u t-tnedija tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tar-reviżjonijiet mill-pari dwar il-fruntieri u l-migrazzjonijiet/ir-riforma tas-settur tas-sigurtà. Żmien: fuq terminu qasir u medju 4) Il-konsolidament tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tad-drittjiet tan-nisa u tat-tfal. || -L-iżgurar ta’ applikazzjoni gradwali u effettiva tal-Konvenzjonijiet internazzjonali. - L-adozzjoni tar-riformi leġiżlattivi u regolatorji xierqa. - Tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fit-tfassil u fil-monitoraġġ tar-riformi. - L-iżgurar tat-taħriġ meħtieġ lill-persunal ikkonċernat - Tiġi kkonfermata l-istedina permanenti lill-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Mekkaniżmi Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem. -L-istabbiliment ta’ mekkaniżmu indipendenti għall-monitoraġġ tad-drittijiet tat-tfal. It-tfassil ta’ Liġi qafas dwar il-vjolenza kontra n-nisa, f’konformità mal-istandards nazzjonali. - Iż-żamma ta’ moratorju de facto dwar l-eżekuzzjonijiet. - Tkompli l-assoċjazzjoni fl-inizjattiva transreġjonali dwar il-piena tal-mewt, appoġġjata mill-UE fil-qafas tal-Assemblea Ġenerali tan-NU. - Tiġi promulgata l-liġi organika dwar l-awtorità nazzjonali għall-prevenzjoni kontra t-tortura. - Tiġi stabbilita l-awtorità nazzjonali għall-prevenzjoni kontra t-tortura. - Tiġi riveduta l-liġi dwar l-Awtorità għad-drittijiet tal-bniedem skont il-prinċipji ta’ Pariġi (1993). || -Djalogu politiku u ftehim fil-fora tan-NU. - Provvediment ta’ esperti. -Taħriġ. -Appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. -Appoġġ tekniku u istituzzjonali || -Promulgazzjoni u implimentazzjoni gradwali u effettiva tat-testi leġiżlattivi u regolatorji bl-għan li jiġu applikati l-konvenzjonijiet internazzjonali ratifikati mit-Tuneżija Żmien: fuq terminu twil - Preżentazzjoni tal-istrumenti ta’ ratifika tal-irtirar tar-riżervi lis-CEDAW. Żmien: fuq terminu medju - Reviżjoni tal-kodiċi kriminali u tal-proċedura kriminali b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-libertà tal-espressjoni, id-drittijiet tan-nisa u tat-tfal, b’mod konformi mal-istandards nazzjonali. Żmien: fuq terminu medju - L-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-liġijiet li jinstawraw dan il-mekkaniżmu indipendenti għall-monitoraġġ tad-drittijiet tat-tfal. Żmien: fuq terminu qasir -Progress lejn ir-ratifika tat-tielet Protokoll fakultattiv dwar il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Żmien: fuq terminu medju - L-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ liġi-qafas dwar il-vjolenza kontra n-nisa, f’konformità mal-istandards internazzjonali. Żmien: fuq terminu medju -Ikompli d-djalogu nazzjonali dwar l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt Żmien: fuq terminu medju. - L-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-Abbozz ta’ Liġi ppreżentat lill-Assemblea Nazzjonali Kostitwenti f’Novembru 2012. Żmien: fuq terminu qasir - Reviżjoni tal-liġi dwar l-Awtorità għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-implimentazzjoni effettiva tal-Awtorità skont il-Prinċipji ta’ Pariġi (1993). - L-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-istatuti tal-Awtorità għad-Drittijiet tal-bniedem. Żmien: fuq terminu qasir u medju -L-organizzazzjoni tat-taħriġ dwar id-drittijiet tal-bniedem lill-persunal ikkonċernat Żmien: Implimentazzjoni tul il-Pjan ta’ Azzjoni kollu 5) Titwettaq ir-riforma tal-midja u l-professjonalizzazzjoni tas-settur. || -L-adozzjoni tan-normi kostituzzjonali, leġiżlattivi u regolatorji xierqa. - Jiġi assigurat it-taħriġ meħtieġ lill-istituzzjonijiet ikkonċernati. - Tiġi assigurata l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fit-tfassil u fil-monitoraġġ tar-riformi u fosthom it-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet li jaħdmu fil-qasam tal-libertà tal-istampa u tal-espressjoni. || - Provvediment ta’ esperti. - Taħriġ. -Appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. || - Il-funzjonament effettiv tal-Awtorità tal-Komunikazzjoni Awdjoviżiva. Żmien: fuq terminu qasir - Ikompli d-djalogu mibdi dwar il-mekkaniżmi ta’ protezzjoni tal-ġurnalisti fl-eżerċizzju tal-professjoni Żmien: fuq terminu qasir 6) Il-konsolidament tar-rwol u tal-kapaċitajiet tas-soċjetà ċivili. || - Il-garanzija ta’ qafas trasparenti u miftuħ għall-organizzazzjoni u l-attività tal-atturi tas-soċjetà ċivili. || - Provvediment ta’ esperti. - Taħriġ. - Appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. || -L-adozzjoni tal-liġijiet li jiggarantixxu l-libertà ta’ assoċjazzjoni magħmula mid-Digriet-Liġi Nru 2011-88 tal-24 ta’ Settembru 2011 -L-adozzjoni ta’ regoli trasparenti għall-finanzjament pubbliku tal-assoċjazzjonijiet Żmien: fuq terminu qasir - Isiru konsultazzjonijiet tematiċi u reġjonali minn żmien għal żmien mal-komponenti tas-soċjetà ċivili, speċjalment fil-kuntest tad-djalogu mal-UE Żmien: implimentazzjoni tul il-Pjan ta’ Azzjoni kollu 7) Djalogu dwar il-migrazzjoni, il-mobilità u s-sigurtà u l-konklużjoni ta’ Sħubija dwar il-Mobilità. || - Ikompli d-djalogu dwar il-migrazzjoni, il-mobilità u s-sigurtà. - It-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ strateġija nazzjonali dwar il-migrazzjoni u t-Tuneżini barra l-pajjiż. -L-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fil-qafas tas-Sħubija dwar il-Mobilità (tisħiħ tal-kapaċitajiet, ġestjoni tal-għarfien, ġbir ta’ dejta...eċċ.). - Tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fit-tfassil u fil-monitoraġġ tar-riformi. -Kooperazzjoni mal-UNHCR fl-implimentazzjoni tal-programm reġjonali ta’ protezzjoni, l-adozzjoni ta’ liġi u l-istabbiliment ta’ kapaċitajiet amministrattivi fil-qasam tal-ażil. -Kooperazzjoni mal-UE fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, li tinkludi l-kuntrabandu tal-migranti u t-traffikar tal-bnedmin. - Jittieħdu azzjonijiet li jippromwovu l-konnessjonijiet bejn il-migrazzjonijiet u l-iżvilupp -L-iżvilupp tar-riċerka dwar il-migrazzjonijiet, b’mod partikolari l-profili tal-migrazzjoni - Tiġi promossa l-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema Tuneżini u tal-membri tal-familja tagħhom u tiġi implimentata d-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali bejn it-Tuneżija u l-UE fil-kuntest tal-Artikoli 65-68 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u t-Tuneżija sabiex titjieb il-portabilità tad-drittijiet tal-pensjoni miksuba mill-ħaddiema Tuneżini u l-membri tal-familji tagħhom fl-UE skont l-Artikolu 8 tas-Sħubija dwar il-Mobilità bjen it-Tuneżija, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri parteċipanti tagħha. -Jinħoloq l-osservatorju nazzjonali tal-migrazzjonijiet u jingħata l-kapaċitajiet meħtieġa għall-iżvilupp tal-istudji, tal-profili migratorji, tal-politiki u tal-esperjenza fil-qasam tal-migrazzjoni. -Jiġu instawrati inizjattivi u programmi li jippermettu lill-osservatorju jinvolvi aktar liċ-ċittadini Tuneżini barra l-pajjiż fl-iżvilupp tal-pajjiż. || - Appoġġ għall-istabbiliment tal-miżuri previsti taħt is-Sħubija dwar il-Mobilità. - Appoġġ tekniku u taħriġ fl-implimentazzjoni tal-istrateġija. -Appoġġ tekniku u istituzzjonali. -Tisħiħ tal-kapaċitajiet u provvediment ta’ esperti. - Skambju ta’ esperjenzi u ta’ informazzjoni mal-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE u tal-Istati Membri. - Taħriġ - Appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. - Appoġġ f’dak li jirrigwarda taħriġ u appoġġ tekniku. - Taħriġ. - Appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. - Ġemellaġġ u skambji bejn l-istituzzjonijiet. -Tisħiħ tal-kapaċitajiet permezz tat-taħriġ tad-diriġenti Tuneżini fir-regolamenti Komunitarji dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali, il-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni (OMC), is-sistema Ewropea ta’ skambji elettroniċi ta’ informazzjoni dwar is-sigurtà soċjali (EESSI). - Laqgħa(t) tas-sottokumitat “Migrazzjoni u Affarijiet Soċjali” sabiex tibda d-diskussjoni ta’ abbozz ta’ deċiżjoni għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni - Appoġġ tekniku -Ġemellaġġ || - Stabbiliment tal-istrateġija. -Implimentazzjoni tal-għanijiet tal-istrateġija skont l-istandards internazzjonali. Żmien: fuq terminu medju - Isiru konsultazzjonijiet minn żmien għal żmien mal-komponenti tas-soċjetà ċivili, speċjalment fil-kuntest tan-negozjati tas-Sħubija dwar il-mobilità. Żmien: fuq terminu qasir - L-anness għas-Sħubija dwar il-Mobilità ser jiddefinixxi l-azzjonijiet ta’ appoġġ mill-UE u mill-Istati Membri partijiet għas-Sħubija. Żmien: implimentazzjoni tul il-Pjan ta’ Azzjoni kollu -Stabbiliment ta’ Kumitat interministerjali ta’ monitoraġġ tas-sitwazzjoni ta’ sigurtà u umanitarja wara l-għeluq tal-kamp ta’ Choucha. Żmien: fuq terminu qasir -Ir-rappreżentant permanenti tal-UNHCR fit-Tuneżija jieħu sehem fil-ħidma ta’ dan il-Kumitat. - Implimentazzjoni tal-miżuri miftiehma taħt is-Sħubija dwar il-Mobilità Żmien: implimentazzjoni tul il-Pjan ta’ Azzjoni kollu -Proposta għall-adozzjoni ta’ abbozz ta’ deċiżjoni lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni. Żmien: fuq terminu medju Digriet li qed jiġi ppreżentat, adottat u implimentat. Żmien: fuq terminu medju 8/ Ir-riformi ekonomiċi għat-tkabbir inklużiv, il-kompetittività u t-titjib tal-ambjent tan-negozju u tal-investimenti || - Ir-riforma tal-governanza pubblika, il-konsolidament tal-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni u t-trasparenza fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi. - It-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ reżiljenza tal-ekonomija permezz tal-konsolidament tal-fundamenti makroekonomiċi. - Tibda r-riflessjoni dwar ir-riforma tas-sistema ta’ sussidji għall-ikel u għall-enerġija. - L-implimentazzjoni tar-riforma tas-sistema tat-taxxa (qafas leġiżlattiv u istituzzjonali). - It-tisħiħ tal-kontroll intern u estern, il-verifika u l-awditjar fi ħdan is-settur pubbliku. - It-tisħiħ tal-kompetittività tal-ekonomija bis-segwitu tal-programmi ta’ riforma, ta’ rkuprar u ta’ aġġornament [u l-ħolqien ta’ qafas adattat] (l-industrija, l-agrikoltura, is-servizzi, is-snajja’ u t-turiżmu. - It-tisħiħ tat-tkabbir ekoloġiku biex jinħolqu strateġiji ta’ promozzjoni ta’ ekonomija ekoloġika || - Appoġġ partikolarment permezz ta’ programmi ta’ appoġġ għall-irkupru u l-ġestjoni baġitarja skont l-objettivi. -Provvediment ta’ esperti, taħriġ, appoġġ istituzzjonali u ġemellaġġ. - Djalogu dwar l-istrateġiji ta’ rkupru - Akkumpanjament tal-programmi ta’ aġġornament fl-oqsma tal-industrija, tal-agrikoltura, tas-snajja’ u tat-turiżmu - Appoġġ lis-soċjetà ċivili || -Validazzjoni u implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali dwar il-governanza u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Żmien: fuq terminu twil - Tkompli l-implimentazzjoni tal-ĠBO. (Ġestjoni Baġitarja skont l-Objettivi): żmien fuq terminu medju Żmien: fuq terminu twil - Stabbiliment tal-ġestjoni attiva tat-Teżor tal-Istat. Żmien: fuq terminu medju - Jitniedi studju dwar ir-riforma tas-sistema ta’ sussidji għall-ikel u għall-enerġija. Żmien: fuq terminu qasir u medju - Adottat il-programm ta’ riforma tat-tassazzjoni. Żmien: fuq terminu medju - - Il-pjan ta’ proċeduri għall-akkwist pubbliku mingħajr l-użu tal-karti jiġi implimentat. Żmien: fuq terminu medju - Tibda ġenerazzjoni ġdida ta’ applikazzjonijiet kbar tal-Istat (e-gov iddedikat, dejta miftuħa). - Żmien: fuq terminu twil - Id-disinn u l-istabbiliment ta’ pjan ġdid ta’ azzjoni ddedikat għall-aċċess għall-informazzjoni fid-dawl tal-liġi l-ġdida organika li għandha x’taqsam miegħu - Żmien: fuq terminu qasir - L-iżvilupp ta’ qafas strateġiku għall-konsultazzjoni maċ-ċittadin. Żmien: fuq terminu medju -Adottata u implimentata l-istrateġija ta’ ristrutturar u ta’ tisħiħ tal-kontroll intern u estern, tal-verifika u tal-awditjar fi ħdan is-settur pubbliku. Żmien: fuq terminu twil -Jibda l-programm ta’ aġġornament tas-settur turistiku u jitkomplew il-programmi ta’ aġġornament u ta’ modernizzar (agrikoltura, industrija, servizzi u snajja’. Żmien: fuq terminu medju || - Reviżjoni tal-qafas leġiżlattiv u regolatorju u tisħiħ tal-politiki u tal-istrumenti li jgħinu lill-impriżi fl-investiment, fl-ambjent tan-negozju u fis-sħubiji, b’mod partikolari billi tissaħħaħ il-protezzjoni tal-investimenti barranin. - It-tqajjim tal-kuxjenza fost l-atturi ekonomiċi u b’mod partikolari l-SMEs Tuneżini u jingħatalhom l-appoġġ meħtieġ sabiex japplikaw id-direttivi u l-istandards Ewropej adottati mit-Tuneżija || - Provvediment ta’ esperti u taħriġ - Appoġġ lill-politiki u l-programmi ta’ finanzjament tal-innovazzjoni u tas-settur privat - Appoġġ għall-attrazzjoni tal-investimenti mill-UE - Appoġġ istituzzjonali u ġemellaġġ - Appoġġ lill-Kunsill Konġunt tal-Intraprenditorija. - Appoġġ għall-internalizzazzjoni tal-Impriżi Żgħar u Medji (SMEs), fost oħrajn bil-kooperazzjoni bejn l-SMEs Ewropej u Tuneżini permezz tan-netwerk “Enterprise Europe Network”. || - Qafas ġuridiku u istituzzjonali tas-sħubiji pubbliċi privati finalizzat. Żmien: fuq terminu qasir - Kodiċi tal-investiment rivedut Żmien: fuq terminu qasir - Stabbilita l-Awtorità Nazzjonali għall-Investiment. Żmien: fuq terminu medju -Il-Kunsill Konġunt tal-Intraprenditorija operattiv. Żmien: fuq terminu qasir - Ir-rata ta’ żvilupp tal-investiment lokali u barrani fit-Tuneżija. Żmien: fuq terminu twil - Jiddaħħlu d-domandi ta’ sħubija ma’ SMEs Ewropej fid-database tal-Enterprise Europe Network. - Żmien: fuq terminu medju - Żieda tan-numru ta’ SMEs li jieħdu sehem fil-laqgħat organizzati permezz ta’ “Enterprise Europe Network”. Żmien: fuq terminu medju || - Titjib tal-governanza tas-Sistema Nazzjonali tal-Istatistika, u tal-kwalità u l-aċċessibbiltà għall-prodotti tal-istatistika || - Provvediment ta’ esperti u taħriġ - Appoġġ għall-proġetti ta’ modernizzazzjoni tas-Sistema Nazzjonali tal-Istatistika - Appoġġ istituzzjonali u ġemellaġġ || - Pjan ta’ azzjoni adottat għall-immodernizzar tas-Sistema Nazzjonali tal-Istatistika. Żmien: fuq terminu medju - Numru ta’ serjiet tal-istatistika disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-INS. -Numru ta’ pubblikazzjonijiet ta’ serjiet u metodoloġiji tal-istatistika uffiċjali skont in-normi u l-istandards internazzjonali disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-INS. Żmien: fuq terminu qasir -Numru ta’ talbiet lis-sit tal-INS bħala parti mit-tiġdid tad-disinn tas-sit. Żmien: fuq terminu qasir - Eżistenza ta’ rapporti ta’ kwalità skont il-qasam tal-istatistika. Żmien: fuq terminu qasir - Eżistenza ta’ skeda ta’ pubblikazzjoni tad-dejta. Żmien: fuq terminu qasir || - L-istabbiliment ta’ politika ta’ żvilupp tas-servizzi u tal-infrastrutturi tat-trasport u strateġija nazzjonali għat-trasport sostenibbli. - Appoġġ għall-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali ta’ żvilupp tal-loġistika. - Promozzjoni tal-iżvilupp tan-netwerks u tal-infrastrutturi tat-telekomunikazzjonijiet. - Żvilupp u tisħiħ tan-netwerks, l-infrastrutturi u l-interkonnessjonijiet tal-enerġija. || - Provvediment ta’ esperti u taħriġ. - Appoġġ għall-attrazzjoni tal-investimenti mill-UE. - Appoġġ istituzzjonali u ġemellaġġ || -Il-politika ta’ trasport adottata. Żmien: fuq terminu twil -Jibdew in-negozjati għal Ftehim dwar il-liberalizzazzjoni tal-ispazju tal-ajru “Open sky”. Żmien: fuq terminu qasir - L-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali tal-iżvilupp tal-loġistika. Żmien: fuq terminu qasir u medju -Il-Kodiċi tat-telekomunikazzjonijiet rivedut sabiex ikunu żgurati fit-tul id-disponibbiltà u l-aċċess għal netwerks/servizzi effiċjenti tal-ITC fir-reġjuni kollha. Żmien: fuq terminu medju -Jitfassal dokument ta’ politika dwar l-enerġija li jiddefinixxi l-għanijiet u l-istrateġiji. Żmien: fuq terminu twil || - Jiġu definiti u implimentati l-istrateġiji settorjali li jgħinu l-iżvilupp tas-setturi b’potenzjal għoli ta’ tkabbir. - Jiġi definit u implimentat Pjan Nazzjonali Strateġiku tat-Tuneżija Diġitali. || - Provvediment ta’ esperti u taħriġ - Djalogu istituzzjonali - Appoġġ istituzzjonali u ġemellaġġ || - Definita strateġija ġdida industrijali li tgħin lis-setturi b’potenzjal għoli ta’ tkabbir. Żmien: fuq terminu medju u twil -Qafas ta’ sħubija settorjali li jiddefinixxi għanijiet komuni (tessuti-ħwejjeġ u partijiet tal-karozzi). Żmien: fuq terminu medju - Rata ta’ progress tal-investiment fl-infrastruttura industrijali u teknoloġika. Żmien: fuq terminu medju - L-istabbiliment ta’ Pjan Nazzjonali Strateġiku u ta’ Pjan ta’ Azzjoni għat-Tuneżija Diġitali (2013-2018). Żmien: fuq terminu medju 9/ Approfondiment tal-integrazzjoni, il-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kummerċ ħieles profond u komprensiv u l-approssimazzjoni mal-acquis communautaire || - Tiġi ffinalizzata l-fażi ta’ tħejjija għan-negozjati ta’ ftehim ta’ kummerċ ħieles profond u komprensiv. - Jibdew in-negozjati ta’ ftehim ta’ kummerċ ħieles profond u komprensiv. - Jittejbu l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għas-suq tal-oġġetti u s-servizzi u tal-fornituri tas-servizzi. - Approssimazzjoni tar-regolamenti orizzontali (dwar iċ-ċertifikazzjoni, il-valutazzjoni tal-konformità u s-sorveljanza tas-suq) u settorjali. - Jitkompla u jitħaffef l-aġġornament tal-istituzzjonijiet responsabbli miċ-ċertifikazzjoni, l-istandardizzazzjoni, il-valutazzjoni tal-konformità, il-metroloġija u s-sorveljanza tas-suq. - Jiġi negozjat mal-UE ftehim dwar il-valutazzjoni tal-konformità u l-aċċettazzjoni tal-prodotti industrijali (ACAA) fl-oqsma tal-materjal tal-kostruzzjoni u tal-prodotti elettriċi, imbagħad jiddaħħlu s-setturi l-oħrajn ta’ prijorità fil-ftehim. - Tkompli l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni Tuneżina mal-istandards tal-UE fl-oqsma identifikati bħala prijoritajri taħt id-DCFTA. - Tkompli l-implimentazzjoni tal-miżuri doganali li jgħinu l-iffaċilitar tal-kummerċ. - Titjib fil-livell ta’ protezzjoni tal-konsumaturi billi: - jissaħħu l-kapaċitajiet amministrattivi għall-applikazzjoni tal-politika ta’ protezzjoni tal-konsumatur; - jissaħħaħ ir-rwol tal-assoċjazzjonijiet fil-protezzjoni tal-konsumatur. || - Provvediment ta’ esperti u taħriġ - Djalogu istituzzjonali - Appoġġ finanzjarju permezz tal-programm attwali ta’ appoġġ għall-kompetittività u għall-faċilitazzjoni tal-aċċess għas-suq għat-tiġdid tal-istrutturi ta’ kwalità, ta’ ċertifikazzjoni, ta’ valutazzjoni tal-konformità u ta’ sorveljanza tas-suq - Tisħiħ tal-infrastruttura ta’ kontroll - Ġemellaġġ - Appoġġ lis-soċjetà ċivili - Assistenza teknika u akkumpanjament permezz tal-Programm kurrenti ta’ appoġġ għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u għat-Tranżizzjoni u permezz ta’ programm li jsegwi lil dan, b’appoġġ għan-negozjati u għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni || -Tnedija tan-negozjati tad-DCFTA fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet tal-fażi esploratorja. -Konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili waqt dawn in-negozjati. -Il-Ftehim tal-ACAA ffirmat għas-setturi prijoritarji. Żmien: fuq terminu medju -Numru ta’ proġetti ta’ ġemellaġġ konklużi fl-oqsma tad-DCFTA. - Numru ta’ proġetti ta’ ġemellaġġ u ta’ appoġġ istituzzjonali magħmula taħt “programm ta’ appoġġ għan-negozjati u għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni”. Żmien: fuq terminu qasir u medju 10) Żvilupp tal-ħiliet, aċċess għall-għarfien u innovazzjoni || - Riforma, titjib tal-kwalità u tisħiħ tal-governanza tas-sistemi nazzjonali tal-edukazzjoni, tal-edukazzjoni għolja u tat-taħriġ vokazzjonali || · Provvediment ta’ esperti u skambju ta’ informazzjoni · Appoġġ baġitarju permezz tal-programm kurrenti PEFESE · Appoġġ istituzzjonali permezz tal-proġetti kurrenti TEMPUS u ġemellaġġ · Appoġġ metodoloġiku tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ. · Appoġġ finanzjarju permezz tal-programm futur Erasmus + fl-oqsma tal-edukazzjoni għolja u taż-żgħażagħ || -L-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta’ governanza tas-setturi tal-Edukazzjoni, tal-edukazzjoni għolja u tat-taħriġ vokazzjonali bbażata fuq l-impjegabbiltà. Żmien: fuq terminu medju u twil -L-adozzjoni ta’ qafas nazzjonali ta’ kwalifika u ta’ validazzjoni tat-tagħlim u tal-esperjenza, implimentat abbażi tal-indikaturi statistiċi li ġejjin. Żmien: fuq terminu medju -Numru ta’ programmi ta’ ko-diplomi u ta’ ko-superviżjoni tat-teżijiet bejn it-Tuneżija u l-pajjiżi tal-UE. Żmien: fuq terminu medju Soġġett għad-disponibbiltà ta’ din l-istatistika: -Numru ta’ sezzjonijiet/oqsma tekniċi maħluqa fis-sistema skolastika (fuq terminu twil) -Perċentwal ta’ skejjel konnessi mal-Internet -Perċentwal ta’ żgħażagħ gradwati mill-edukazzjoni terzjarja li sabu impjieg sena wara li ggradwaw -Perċentwal ta’ studenti li ħarġu mill-iskola sekondarja li bbenefikaw minn għażla ta’ korsijiet. Żmien: fuq terminu medju || - Tisħiħ tar-rwol tas-sistema nazzjonali tar-riċerka innovattiva - Tiġi promossa l-approssimazzjoni u l-integrazzjoni tat-Tuneżija fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka - Tkompli l-implimentazzjoni tal-programm PASRI (Proġett ta’ Appoġġ għas-Sistema tar-Riċerka u tal-Innovazzjoni) u l-konsolidament tiegħu fil-livell reġjonali || || -Numru ta’ istituzzjonijiet ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni jipparteċipaw fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka u numru ta’ proġetti konġunti. Żmien: fuq terminu medju -Numru akbar ta’ studenti u ta’ riċerkaturi jipparteċipaw fil-programmi Ewropej speċifiċi tar-riċerka. Żmien: fuq terminu medju 11/ Impjiegi, koeżjoni u integrazzjoni soċjali u żvilupp reġjonali u lokali || - Żvilupp u implimentazzjoni ta’ strateġija nazzjonali integrata tal-impjieg u ta’ tisħiħ tal-impjegabbiltà. - Titjib tat-trasformazzjonijiet ekonomiċi u soċjali permezz tal-konklużjoni ta’ kuntratt soċjali ġdid u djalogu soċjali effettiv bejn is-sħab soċjali. - Promozzjoni tal-politika ta’ inklużjoni soċjali u stabbiliment ta’ miżuri ta’ ġlieda kontra l-faqar u integrazzjoni tal-kategoriji l-aktar vulnerabbli. - Żvilupp ta’ leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol, sabiex issir aktar trasparenti u moderna fis-sens li tagħmel aktar flessibbli lis-suq tax-xogħol waqt li tħares id-drittijiet tal-ħaddiema. - L-istabbiliment ta’ bażi ta’ protezzjoni soċjali. - Implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali previsti fl-Artikli 65 u sussegwenti tal-Ftehim f’konformità mal-Artikolu 8 tas-Sħubija dwar il-Mobilità. || - Provvediment ta’ esperti u taħriġ - Skambju ta’ informazzjoni u djalogu istituzzjonali - Appoġġ istituzzjonali u assistenza teknika. - Appoġġ lis-soċjetà ċivili - Appoġġ istituzzjonali u ġemellaġġ u b’mod partikolari t-tisħiħ tal-ħiliet istituzzjonali tal-fondi tas-sigurtà soċjali . - Assistenza teknika dwar il-protezzjoni soċjali ( riforma tal-pensjonijiet, valutazzjoni tal-iskemi l-ġodda ta’ assigurazzjoni tal-mard, ….) - Taħriġ, skambju ta’ esperjenzi u esperti, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni - Programm tematiku u kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet speċjalizzati tal-UE || Implimentata l-istrateġija nazzjonali integrata dwar l-impjiegi. Żmien: fuq terminu medju -Kuntratt soċjali ġdid jiġi konkluż u jitwaqqfu sottokumitati tekniċi. Żmien: fuq terminu qasir -It-twaqqif ta’ Kunsill Nazzjonali għad-Djalogu Soċjali Żmien: fuq terminu qasir -Struttura/i operattiva/i ta’ netwerking tal-operaturi pubbliċi ta’ informazzjoni dwar l-impjiegi u l-pariri u dwar l-għajnuna għall-impjegabbiltà. Żmien: fuq terminu medju -Sistema ta’ valutazzjoni regolari tal-politiki attivi dwar l-impjiegi. Żmien: fuq terminu medju -Adozzjoni tal-Programm tat-Tuneżija għax-Xogħol Deċenti. Żmien: fuq terminu medju -It-twaqqif ta’ sistema ta’ informazzjoni dwar il-familji fil-bżonn u bi dħul limitat. Żmien: fuq terminu medju -L-istrateġija tal-ġlieda kontra l-faqar u tal-inklużjoni soċjali tiġi mfassla u tibda tiġi implimentata. Żmien: fuq terminu medju -Laqgħa tas-sottokumitat dwar “il-migrazzjoni u l-kwistjonijiet soċjali” biex jibda jiddiskuti abbozz ta’ deċiżjoni għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, Żmien: fuq terminu qasir -Proposta għall-adozzjoni ta’ abbozz ta’ deċiżjoni lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni. Żmien: fuq terminu medju || - Jibda proċess komprensiv ta’ deċentralizzazzjoni u ta’ governanza lokali, u ta’ żvilupp tal-missjonijiet tas-servizzi tal-Istat. - Jissaħħu l-isforzi tal-iżvilupp reġjonali u lokali u ta’ tnaqqis tad-differenzi territorjali. - Tittejjeb il-governanza tal-istituzzjonijiet responsabbli mill-iżvilupp reġjonali. - Tittejjeb l-effiċjenza tal-politiki ta’ żvilupp reġjonali u lokali. || - Djalogu istituzzjonali u skambji bl-għan li t-Tuneżija tingħata għajnuna f’loġika ta’ żvilupp reġjonali u ta’ koeżjoni tal-UE. - Provvediment ta’ esperti u taħriġ. - Appoġġ baġitarju kurrenti għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet lokali. - Appoġġ lis-soċjetà ċivili - Appoġġ lill-politiki u lill-programmi ta’ żvilupp reġjonali. - Appoġġ istituzzjonali u ġemellaġġ - Kooperazzjoni transfruntiera u deċentralizzata. - Ikompli l-appoġġ għat-tisħiħ tal-ħiliet tal-awtoritajiet lokali u taħriġ tar-rappreżentanti eletti lokali. - Kontribut għall-iżvilupp ta’ korpi inkarigati mill-iżvilupp fil-livell reġjonali. || Pjan direzzjonali għad-deċentralizzazzjoni u għall-governanza lokali adottat. Żmien: fuq terminu medju -Tibda r-riforma tas-sistemi ġuridiċi u regolatorji (liġijiet u regolamenti), istituzzjonali u organizzattivi (Ħiliet u responsabbiltajiet), u finanzjarji (taxxi lokali) li jirregolaw lill-awtoritajiet lokali. Żmien: fuq terminu twil - Adottata strateġija għall-ġestjoni tar-riżorsi umani fil-livell lokali Żmien: fuq terminu twil -Il-missjonijiet tas-servizzi tal-Istat, fil-livell ċentrali u reġjonali, appoġġjati fil-kuntest tal-istabbiliment tad-deċentralizzazzjoni Żmien: fuq terminu twil -Għadd ta’ proġetti mwettqa fi sħubija bejn l-awtoritajiet lokali Tuneżini u Ewropej. Żmien: fuq terminu qasir u medju || - Implimentazzjoni ta’ riforma tas-settur tas-saħħa li jgħin il-prestazzjoni u jagħti aċċess aħjar għal kura ta’ kwalità || - Provvediment ta’ esperti u taħriġ. - Kontribut għall-aġġornament tal-infrastruttura tas-saħħa. - Appoġġ istituzzjonali u ġemellaġġ || - Imfassla strateġija ta’ riforma tas-saħħa. Żmien: fuq terminu qasir - Implimentazzjoni tar-riforma tas-saħħa. - Żmien: fuq terminu medju u twil 12/ Żvilupp agrikolu u rurali || - L-implimentazzjoni tal-programm multiannwali tal-iżvilupp agrikolu u rurali, b’konformità mal-linji gwida strateġiċi tal-agrikoltura nazzjonali u ENPARD - Jissaħħaħ il-programm ta’ aġġornament tal-azjendi agrikoli, tas-setturi, tal-organizzazzjonijiet u tal-istituzzjonijiet u l-istrutturi ta’ appoġġ tekniku lill-agrikoltura - Jingħata appoġġ għall-iżvilupp ta’ agrikoltura ta’ kwalità (prodotti bijoloġiċi u indikazzjonijiet ġeografiċi), tas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura || - Provvediment ta’ esperti u taħriġ - Appoġġ b’mod speċjali permezz tal-proġett pilota futur ENPARD - Appoġġ lill-programm ta’ aġġornament tal-agrikoltura - Appoġġ istituzzjonali u ġemellaġġ - Appoġġ għall-organizzazzjoni ta’ seminars dwar l-IĠP/id-DPO u l-prodotti bijoloġiċi || - Programm multiannwali ta’ żvilupp agrikolu u rurali, stabbilit u operattiv żmien għall-implimentazzjoni tul il-Pjan ta’ Azzjoni - Il-programm ta’ aġġornament tal-agrikoltura mniedi mill-ġdid (numru ta’ azjendi u istituzzjonijiet ta’ appoġġ involuti). - Żmien: fuq terminu twil - Is-setturi agrikoli ewlenin (uċuħ, frott u ħaxix, laħam, ħalib) attivati mill-ġdid. Żmien: fuq terminu qasir u medju - Kopertura ta’ 20 % tal-popolazzjoni mis-settur kooperattiv. Żmien: fuq terminu twil - - Implimentati strateġiji ta’ żvilupp tas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura u tal-agrikoltura bijoloġika. Żmien: fuq terminu medju 13) Żvilupp u implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-programmi li jassiguraw żvilupp sostenibbli || - Tittejjeb il-governanza ambjentali u jiġi promoss approċċ lokali (deċentralizzazzjoni, governanza lokali) b’mod partikolari permezz tat-tisħiħ tal-politika u tal-amministrazzjoni nazzjonali dwar l-aċċess għall-informazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku - Jiġi stabbilit qafas ta’ ppjanar strateġiku relatat b’mod partikolari mal-iżvilupp sostenibbli, (ekonomija ekoloġika, politika ta’ tibdil fil-klima, responsabbiltà soċjali tal-organizzazzjonijiet, innovazzjoni u teknoloġiji ambjentali). || - Provvediment ta’ esperti u taħriġ - Tisħiħ tal-kooperazzjoni istituzzjonali u tal-ġemellaġġ. - Appoġġ lis-soċjetà ċivili - Djalogu politiku u istituzzjonali || - Jissaħħu l-istrutturi u l-azzjonijiet ambjentali fuq skala reġjonali u lokali. Żmien: fuq terminu medju - Tiġi stabbilita sistema ta’ informazzjoni dwar l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli bis-sehem tas-soċjetà ċivili. Żmien: fuq terminu medju Titfassal Strateġija Nazzjonali ta’ Żvilupp Sostenibbli u viżjoni strateġika għall-ekonomija ekoloġika, ivvalidati mid-diversi partijiet interessati. - Żmien: fuq terminu medju || - Jiġi stabbilit programm nazzjonali ta’ prevenzjoni tat-tniġġis, ta’ tindif, ta’ aġġornament ambjentali u ta’ ġestjoni tal-iskart || || - Definit programm nazzjonali għat-tindif taċ-ċentri industrijali u bidu tal-implimentazzjoni tiegħu. Żmien: fuq terminu medju - - Titwettaq reviżjoni strateġika tas-settur tal-iskart. Żmien: fuq terminu qasir || - Jiġu implimentati l-ftehimiet u l-konvenzjonijiet reġjonali internazzjonali rilevanti dwar il-protezzjoni tal-ambjent u tal-klima, dwar il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni u l-konservazzjoni tal-bijodiversità. - Jiġu żviluppati ż-żoni żvantaġġjati, jiġu promossi l-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-abitanti ġewwa u qrib il-parks nazzjonali fin-Nofsinhar u tal-abitanti tal-oasijiet permezz tal-promozzjoni ta’ azzjonijiet ambjentali lokali li joħolqu l-impjieg u li għandhom valur miżjud, imfassal u implimentat u b’mod partikolari l-ekoturiżmu. - Implimentazzjoni tal-istrateġiji u tal-programmi mmirati biex itaffu u jgħinu fl-adattament għall-bidliet fil-klima || || - Imfassla strateġija ta’ promozzjoni tad-diversità bijoloġika u tal-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-abitanti ġewwa u qrib il-parks nazzjonali fin-Nofsinhar u tal-abitanti tal-oasijiet. Żmien: fuq terminu medju - Imfassla u vvalidata strateġija nazzjonali dwar il-bidliet fil-klima. Żmien: fuq terminu qasir - Imfassal inventarju tal-gassijiet b’effett ta’ serra. Żmien: fuq terminu qasir - Stabbilita sistema MRV (monitoraġġ, rappurtar, verifika) fis-setturi tal-enerġija, tal-industrija, tal-agrikoltura u tal-iskart. Żmien: fuq terminu medju [1] Komunikazzjoni Konġunta “Strateġija ġdida
għal Viċinat li qed jinbidel” COM(2011) 303, 25/05/2011 [2] It-Tuneżija u l-UE ffirmaw l-ewwel Ftehim ta’
Kooperazzjoni fl-1969, segwit mill-konklużjoni tal-Ftehim ta’
Assoċjazzjoni fl-1995. Kien f’dan il-kuntest u fil-kuntest aktar
ġenerali tal-Politika Ewropea tal-Viċinat li ġie adottat l-ewwel
Pjan ta’ Azzjoni fl-2005. [3] “Baġit għall-Ewropa 2020” - COM(2011) 500
finali, 29.06.2011. [4] L-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali internazzjonali,
il-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni kontra t-Tortura u
t-Trattamenti jew Kastigi oħra Krudili, Inumani jew Degradanti,
il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Persuni kollha kontra
l-Għibien Infurzat, il-Protokoll Fakultattiv għall-Patt
Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi. [5] Strateġija ġdida rigward viċinat li qed
jinbidel - COM(2011) 303 - 25/05/2011 [6] Il-Politika Ewropea tal-viċinat: lejn sħubija
aktar b’saħħitha - JOIN(2013) 4 finali – 20.03.2013 [7] L-appoġġ
possibbli mill-UE f’dan l-istadju huwa indikattiv. Il-prijoritajiet
tal-kooperazzjoni finanzjarja huma miftiehma fil-qafas tal-eżerċizzji
konġunti ta’ programmar u inklużi fid-dokument “qafas uniku ta’
appoġġ”. L-appoġġ tal-UE jista’
jieħu l-forom diversi ta’ appoġġ u strumenti finanzjarji
disponibbli (appoġġ baġitarju, ġemellaġġ,
assistenza teknika inkluż mas-soċjetà ċivili, u
t-tisħiħ tal-kapaċitajiet materjali), li għandhom ikunu
ddeterminati skont il-missjonijiet ta’ identifikazzjoni u ta’ formulazzjoni
fid-diversi oqsma fejn l-UE tixtieq timmobilizza l-istrumenti tagħha.