This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014IP0161
European Parliament resolution of 26 February 2014 on long-term financing of the European economy (2013/2175(INI))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-finanzjament fit-tul tal-ekonomija Ewropea (2013/2175(INI))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-finanzjament fit-tul tal-ekonomija Ewropea (2013/2175(INI))
ĠU C 285, 29.8.2017, pp. 71–77
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/71 |
P7_TA(2014)0161
Finanzjament fit-tul tal-ekonomija Ewropea
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-finanzjament fit-tul tal-ekonomija Ewropea (2013/2175(INI))
(2017/C 285/10)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni intitolata “Il-Finanzjament fuq Terminu Twil tal-Ekonomija Ewropea” (COM(2013)0150), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (COM(2013)0462), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Prinċipji ta' Livell Għoli tal-OECD tal-Finanzjament ta' Investiment fit-Tul minn Investituri Istituzzjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”: “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa” (COM(2008)0394), li tirrikonoxxi r-rwol ċentrali tal-SMEs fl-ekonomija tal-UE u għandha l-għan li ssaħħaħ ir-rwol tal-SMEs u tippromwovi t-tkabbir tagħhom u l-potenzjal li joħolqu l-impjiegi billi ttaffi għadd ta' problemi meqjusa li qed ifixklu l-iżvilupp tagħhom, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Pjan ta' azzjoni għat-titjib tal-aċċess għall-finanzi għall-SMEs” (COM(2011)0870), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal “regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (2014-2020)” (COM(2011)0834), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Frar 2011 intitolata “Reviżjoni tal-‘Att dwar in-Negozji ż-Żgħar’ għall-Ewropa” (COM(2011)0078) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-12 ta' Mejju 2011 dwarha (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (3), |
|
— |
wara li kkunsidra n-negozjati tas-Sħubija Transatlantika għall-Kummerċ u l-Investiment, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjieg u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0065/2014), |
|
A. |
billi, skont il-Kummissjoni, il-banek kummerċjali huma sors primarju ta' finanzjament fl-UE, peress li jipprovdu aktar minn 75 % ta' intermedjazzjoni finanzjarja; |
|
B. |
billi l-kriżi finanzjarja globali u l-kriżi tad-dejn sovran fl-UE fixklu b’mod sinifikanti l-proċess ta’ intermedjazzjoni finanzjarja u l-abilità tas-settur finanzjarju tal-Ewropa li jidderieġi t-tfaddil għall-ħtiġijiet ta’ investiment fuq terminu twil, minħabba l-ambjent makroekonomiku dgħajjef; |
|
C. |
billi l-investiment pubbliku għandu rwol ewlieni x’jaqdi biex jimmotiva l-investiment fit-tul; billi, kif jidher mill-istudji reċenti tal-Kummissjoni (4), il-politiki ta’ konsolidazzjoni fiskali, b’mod partikolari meta kkoordinati fil-livell tal-UE, kellhom impatt kbir ħafna fuq l-investiment fit-tul, minħabba l-effetti sekondarji u l-eżistenza ta’ multiplikatur fiskali pożittiv; |
|
D. |
billi l-kompetituri internazzjonali tal-UE, bħall-Istati Uniti jew il-Ġappun, żammew livelli għolja ta’ investiment pubbliku, filwaqt li l-politiki tal-UE wasslu għal livelli baxxi ħafna ta’ dan it-tip ta' investiment; |
|
E. |
billi hemm nuqqas persistenti ta' fiduċja u livell għoli ta' averżjoni għar-riskju min-naħa tal-investituri kemm privati kif ukoll istituzzjonali; |
|
F. |
billi l-interessi baxxi u l-projezzjonijiet ta’ tkabbir baxx, għall-inqas għall-futur prevedibbli u l-inċertezza ekonomika naqqsu b’mod sinifikanti l-provvista tal-finanzjament fit-tul kif ukoll il-ħajra għar-riskju għall-proġetti fit-tul; |
|
G. |
billi finanzi pubbliċi limitati fl-Istati Membri fixklu l-kapaċità tas-settur pubbliku li jinvesti fl-infrastruttura; |
|
H. |
billi l-Parlament talab aktar minn darba att leġiżlattiv dwar ir-ristrutturar tal-kumpaniji (kif kien diġà mitlub f'Jannar 2013) sabiex in-negozji jkunu jistgħu jippjanaw fit-tul; |
|
I. |
billi ż-żieda fil-qgħad ġenerali, b’mod partikolari fil-qgħad fost iż-żgħażagħ, tibqa’ theddida kbira għall-konverġenza ekonomika u soċjali fil-livell tal-UE; |
Raġunament
|
1. |
Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tibda dibattitu wiesa' dwar modi li jħeġġu l-provvista ta' finanzjament fit-tul u jtejbu u jiddiversifikaw is-sistema ta' intermedjazzjoni finanzjarja għal investiment fit-tul fl-UE; jenfasizza, madankollu, li jeħtieġ isir progress konkret b'mod urġenti sabiex jerġa’ jiġi mniedi l-investiment fit-tul u l-ħolqien ta’ impjiegi fl-UE; jenfasizza li d-definizzjoni ta’ finanzjament fit-tul għandha tkun ibbilanċjata u tinkludi l-eżistenza ta’ obbligazzjonijiet stabbli li jimmaniġġjaw l-assi fit-tul mingħajr ebda riskju ta’ likwidità eċċessiva; |
|
2. |
Jenfasizza li l-investimenti fit-tul iridu jkunu konformi mal-ħtiġijiet tal-ekonomija reali sabiex jipprovdu l-bażi neċessarja għat-tkabbir ekonomiku kontinwu u sostenibbli u l-benessri soċjali meħtieġa biex tinkiseb UE kompetittiva, sostenibbli, soċjalment inklussiva u innovattiva; |
|
3. |
Jinnota l-ispeċifiċità taċ-ċirkostanzi ffaċċjati fil-livelli lokali u reġjonali u jitlob kooperazzjoni effiċjenti bejn l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jiġu ffaċilitati proġetti transnazzjonali u l-istabbiliment ta' kultura ta' investiment fit-tul fl-UE kollha; |
|
4. |
Jenfasizza li l-investimenti fit-tul iridu jkunu konformi mal-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir, l-aġġornament tal-politika industrijali tal-2012, l-inizjattiva tal-Unjoni ta' Innovazzjoni kif ukoll il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa; |
|
5. |
Jenfasizza li l-ispejjeż tat-taħriġ u l-edukazzjoni għandhom jiġu trattati bħala investimenti fit-tul; |
|
6. |
Jinnota li l-kapaċità tal-ekonomija li tipprovdi finanzjament għal investiment fit-tul tiddependi fuq id-domanda pubblika u privata, li t-tnejn huma baxxi ħafna fl-UE, il-kultura ta’ investiment tagħha kif ukoll il-kapaċità tagħha li tiġġenera finanzjamenti u li tattira u żżomm kapital ta’ investiment dirett domestiku u barrani; |
|
7. |
Jenfasizza li l-investimenti fit-tul għandhom rwol kruċjali fl-istabbilizzazzjoni tas-swieq finanzjarji permezz ta' investiment kontroċikliku li jippromwovi t-tkabbir ekonomiku sostenibbli; |
|
8. |
Jinnota li l-banek fl-UE jipprovdu aktar minn 75 % tal-investiment fit-tul, li joħloq dipendenza sinifikanti fuq dan is-sors ta' finanzjament, filwaqt li fl-Istati Uniti anqas minn 20 % tal-finanzjament fit-tul huwa pprovdut mill-banek, u maġġoranza kbira minn swieq tal-kapital żviluppati sew; |
|
9. |
Jinnota li s-sistema finanzjarja tal-UE se ssir aktar flessibbli b’firxa usa’ ta’ sorsi ta’ finanzi mhux bankarji u strumenti li jservu lil dawk li jfaddlu u l-ħtiġijiet finanzjarji fit-tul tal-kumpaniji; |
|
10. |
Jinnota li biex jintlaħqu l-għanijiet tal-UE fil-qasam tal-klima u l-enerġija, jeħtieġ li allokazzjoni tal-assi tiġi indirizzata lejn l-investiment ekoloġiku fit-tul; |
|
11. |
Jenfasizza li l-konsolidazzjoni fiskali hija l-prijorità għall-baġits pubbliċi bl-għan li tiżgura u tirkupra l-konformità mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u mat-tieni pakkett ta' proposti għall-governanza ekonomika; għalhekk jappoġġja l-inizjattiva maħsuba biex issaħħaħ l-investiment privat fil-finanzjament fit-tul; |
Ostakoli għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv
|
12. |
Jinnota li l-finanzjament pubbliku huwa limitat minħabba t-tkabbir ekonomiku bil-mod, ġestjoni ħażina tal-baġit pubbliku u l-għoti tal-għajnuna statali biex ikunu salvati l-istituzzjonijiet finanzjarji; |
|
13. |
Jinnota li ċerti pajjiżi qed jiffaċċjaw ostakoli serji għall-aċċess tas-swieq tal-kapital, jew qed ikunu saħansitra mċaħħda minn dan l-aċċess għaliex akkumulaw livelli eċċessivi ta' dejn fis-snin riċenti, filwaqt li s-swieq tal-kapital kienu l-kawża ewlenija tal-kriżi riċenti; jinnota wkoll li l-SMEs f’bosta Stati Membri qed ikollhom diffikultà kbira biex jaċċedu għall-kapital, minħabba li l-banek kummerċjali huma lesti biss li jselfu taħt kundizzjonijiet diffiċli wisq; |
|
14. |
Jinnota li ċerti investituri mis-settur bankarju u tal-assigurazzjoni jeħtieġu jadattaw il-mudelli tan-negozju tagħhom għal rekwiżiti regolatorji stretti u li qed jevolvu; jenfasizza li dawn ir-rekwiżiti huma mistennija li jsaħħu l-finanzjament tal-ekonomija reali u għandhom jikkontribwixxu għall-għanijiet ġenerali tal-UE maħsuba għal ekonomija sostenibbli, inklussiva u intelliġenti; |
|
15. |
Jinnota li l-investituri jistgħu wkoll jiġu skoraġġuti milli jinvestu f’ċerti setturi, minħabba r-riskju ta’ tibdiliet regolatorji li jistgħu materjalment ibiddlu l-kundizzjonijiet ekonomiċi ta’ proġett; |
|
16. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex, f’kooperazzjoni mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, tivvaluta r-riskji sistemiċi li jinħolqu għas-swieq tal-kapital u s-soċjetà ġenerali minħabba l-eċċess ta' assi marbuta mal-karbonju li ma jistgħux jerġgħu jintużaw; jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta dwar dik il-valutazzjoni bħala segwitu għall-Green Paper tagħha; |
|
17. |
Jinnota li l-kodiċijiet ta’ falliment attwali fl-UE huma frammentati u jistgħu, f'ċerti każijiet, jiskoraġġixxu l-investiment transfruntier u jirrestrinġu l-kapaċità tal-investituri li jirkupraw il-kapital tagħhom f’każ li jfalli proġett; iwissi li ġirja lejn l-iktar livell baxx rigward il-protezzjoni tal-investitur trid tiġi evitata; jirrikonoxxi li d-dispożizzjonijiet tal-falliment jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri; |
Mekkaniżmi alternattivi ta' finanzjament
|
18. |
Jinnota li l-banek kummerċjali x’aktarx jibqgħu sors ewlieni ta’ finanzjament u li huwa fundamentali għall-Istati Membri li jistabbilixxu sorsi ġodda biex jikkumplimentaw mekkaniżmi stabbiliti u jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta’ finanzjament, filwaqt li jipprovdu qafas regolatorju u superviżorju xieraq immirat lejn il-ħtiġijiet tal-ekonomija reali; jiddispjaċih li matul l-aħħar għoxrin sena l-offerti pubbliċi fl-UE naqsu u dan fixkel it-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi, l-innovazzjoni u l-istabbiltà. jinnota li l-SMEs elenkati jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti tal-impjiegi kollha maħluqa fl-UE u jiddispjaċih għall-konsegwenzi negattivi li jkollhom dawn il-kumpaniji minħabba kapital limitat fil-fażi tat-tkabbir; |
|
19. |
Jipproponi li jitqies il-ħolqien ta’ sezzjoni ta’investiment fi ħdan il-baġit tal-UE; |
|
20. |
Jilqa’ l-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni dwar il-fondi ta' investiment fit-tul; jinnota li l-karatteristiċi previsti tagħhom ifisser li se jservu prinċipalment lill-investituri istituzzjonali; jirrimarka li r-reġim tal-UE dwar fondi alternattivi ta' investiment, kapital ta' riskju u fondi ta' investiment soċjali jipprovdi wkoll mudelli ta' strument xieraq ta' investiment; |
|
21. |
Jenfasizza r-rwol imsaħħaħ ta’ strumenti finanzjarji innovattivi ġodda fl-oqsma kollha ta’ attività u fil-fondi kollha koperti mill-Fondi Strutturali u mill-Fondi ta’ Investiment Ewropej; jenfasizza li r-rwol tal-istrumenti finanzjarji fi ħdan il-politika ta’ koeżjoni qed jikber, minħabba d-disponibilità fqira ta’ self għall-investiment fl-ekonomija reali; jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi ċ-ċarezza legali u t-trasparenza tal-istrumenti finanzjarji ġodda kummerċjalment disponibbli u tistabbilixxi rabtiet aktar sodi mal-għażliet ta’ self tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI); |
|
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi qafas Ewropew imsaħħaħ għall-fondi ta’ investiment anqas likwidi sabiex tidderieġi l-likwidità għal żmien qasir tal-unitajiet domestiċi privati f’investimenti fit-tul, u biex tipprovdi soluzzjoni addizzjonali ta’ rtirar; |
|
23. |
Iħeġġeġ lill-partijiet interessati jiżviluppaw aktar l-Inizjattiva tal-UE-Bank Ewropew tal-Investiment tal-Bonds tal-Proġetti biex iżidu l-finanzjament ta’ proġetti kbar Ewropej ta’ infrastruttura fis-setturi tat-trasport, l-enerġija u t-teknoloġija tal-informazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw inizjattivi nazzjonali tal-bonds tal-proġetti appoġġati minn skemi ta' garanzija; ifakkar li l-garanziji pubbliċi għandhom jingħataw biss taħt kundizzjonijiet stretti maħsuba biex jiżguraw il-provvediment xieraq tal-beni pubbliċi; |
|
24. |
Jemmen li s-Sħubiji Pubbliċi-Privati (PPP) jistgħu jkunu metodu effettiv u kosteffiċjenti biex jiffaċilitaw il-kollaborazzjoni bejn is-settur pubbliku u privat għal ċerti investimenti, speċjalment fil-proġetti ta’ infrastruttura; jinnota li hemm ħtieġa kbira għal livell għoli ta’ għarfien li jippermetti selezzjoni xierqa, evalwazzjoni, disinn, ippjanar fit-tul u stabbiliment ta' arranġamenti ta’ finanzjament ta’ tali proġetti. |
|
25. |
Jemmen li l-investituri pubbliċi fit-tul (banek ta' żvilupp nazzjonali, reġjonali u multilaterali u istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi) huma għodda b'saħħithom biex jistimulaw l-investiment privat u b'hekk jippermettu l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament u jikkatalizzaw il-finanzjament fit-tul għall-impriżi ta' interess pubbliku usa' u ta' importanza strateġika, jiġifieri dawk li jżidu l-valur għall-objettivi ta' politika pubblika relatati mat-tkabbir ekonomiku, il-koeżjoni soċjali u l-protezzjoni ambjentali; jenfasizza l-importanza tar-responsabbiltà, it-trasparenza u s-sjieda demokratika tal-għanijiet mixtieqa tal-investiment fit-tul u l-mekkaniżmi ta’ faċilitazzjoni; |
|
26. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex, f'dokument ta’ segwitu, tesplora u tiżviluppa approċċ armonizzat għal valutazzjoni fit-tul ta’ proġetti ta’ interess ġenerali appoġġjat mir-riżorsi pubbliċi fil-livell tal-UE u dak nazzjonali; |
|
27. |
Jistieden lill-Istati Membri joħolqu netwerks xierqa għall-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni, u jistabbilixxu investituri pubbliċi fit-tul nazzjonali jew reġjonali li jistgħu jitgħallmu mill-aħjar prattika tal-istituzzjonijiet diġà stabbiliti; jenfasizza, f’dan ir-rigward, li tali banek tal-iżvilupp nazzjonali jew reġjonali, li spiss huma strutturati fuq linji kooperattivi, komplew joffru finanzjament affidabbli għall-ekonomiji reġjonali u lokali matul il-kriżi attwali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-appoġġ tagħhom għall-istituzzjonijiet finanzjarji ta’ dan it-tip; |
|
28. |
Jistieden lill-Kummissjoni tesplora modi li bihom tappoġġja lill-Istati Membri li jirrikjedu assistenza finanzjarja u teknika biex jistabbilixxu l-investituri pubbliċi fit-tul nazzjonali u reġjonali tagħhom, u biex jeżaminaw il-possibilità ta’ mekkaniżmu ta’ garanzija tal-UE għall-investituri fit-tul nazzjonali; |
|
29. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jesploraw il-potenzjal għal tekniki ta’ aggregazzjoni u raggruppament biex b’hekk itejbu l-prospetti għal proġetti ta’ infrastruttura soċjali u proġetti oħrajn fuq skala iżgħar biex jiġi attirat l-investiment meħtieġ; |
|
30. |
Jinnota t-tkabbir mgħaġġel tal-finanzjament kollettiv u jemmen li dan jista’ jġib opportunitajiet ġodda; jenfasizza, madankollu, li l-protezzjoni u t-trasparenza tal-investitur iridu jiġu rispettati; |
|
31. |
Jemmen li l-investituri istituzzjonali – kumpaniji tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjonijiet, negozji tal-familja, fondi mutwi u allokazzjonijiet – huma fornituri xierqa u affidabbli tal-finanzjament fit-tul, minħabba l-perspettivi ta’ żmien itwal tal-mudelli ta’ negozju tagħhom; jenfasizza li r-rekwiżiti ta’ superviżjoni u dawk prudenzjali xierqa relatati ma’ dawn l-investituri istituzzjonali jeħtieġu jiġu mtejba u kkalibrati sabiex jippromwovu l-investimenti fit-tul għal ekonomija reali intelliġenti, sostenibbli u inklussiva; |
|
32. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jitjieb l-aċċess għas-swieq tal-kapital permezz ta’ sorsi ġodda ta’ finanzjament bħal pereżempju offerti inizjali għall-pubbliku, finanzjament kollettiv, self bejn il-pari u bonds (koperti) jew permezz ta’ sezzjonijiet ġodda tas-suq; jistieden lill-UE tieħu rendikont tal-inizjattivi nazzjonali li rnexxew u tibni fuqhom sabiex tidentifika u tneħħi l-ostakoli għall-offerti pubbliċi inizjali; jappoġja l-introduzzjoni tal-klassifikazzjoni tas-swieq tat-tkabbir tal-SME skont id-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-iżvilupp tagħhom permezz tar-rieżami tad-Direttiva dwar il-Prospett; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tikkunsidra approċċ trasversali bl-għan li tesplora modi għat-tisħiħ tas-swieq pubbliċi għall-SMEs u ta' diversifikazzjoni tar-raggruppamenti ta' investituri fid-dawl tad-Direttivi dwar il-Pjan ta' Azzjoni tas-Servizzi Finanzjarji; |
|
33. |
Iħeġġeġ sforzi regolatorji li jiggarantixxu t-titolizzazzjoni ta' kwalità għolja tal-assi filwaqt li jipprevjenu strutturi ta' titolizzazzjoni mill-ġdid kumplessi ħafna u eċċessivi u li jkollhom aktar minn tliet segmenti; jinnota li hemm skop għal aktar standardizzazzjoni u trasparenza fir-rigward ta' riskji sottostanti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Bank Ċentrali Ewropew isegwu mill-qrib il-ħidma tal-grupp ta' ħidma dwar it-titolizzazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli–Bord għall-Istabilità Finanzjarja (FSB) u jipparteċipaw b'mod attiv f'din il-ħidma; jinnota li huwa nieqes approċċ konsistenti, u għalhekk jitlob l-iżvilupp ta' qafas regolatorju ġenerali u definizzjoni ta' “titolizzazzjoni ta' kwalità għolja”; iqis li t-titolizzazzjoni jista’ jkollha rwol importanti fl-intermedjazzjoni finanzjarja kemm ta’ assi fuq terminu twil kif ukoll fuq terminu qasir u tista’ tkun ta’ benefiċċju għal mutwatarji ta’ daqs żgħir u medju; |
|
34. |
Jinnota li t-titolizzazzjoni kienet waħda mill-fatturi li kkontribwixxew għall-kriżi, peress li r-responsabbiltà fit-tul għar-riskju ġiet imxerrda mal-katina ta’ titolizzazzjoni. għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tkompli ssaħħaħ kemm is-sistema bankarja, inklużi banek kooperattivi u ta’ tfaddil pubbliċi, kif ukoll il-kapaċità tal-banek li jaċċedu għal finanzjament mill-ġdid fit-tul sabiex ikopru l-investimenti tagħhom fit-tul; |
|
35. |
Jilqa' l-operazzjonijiet tat-tisħiħ tal-kreditu tal-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) u l-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni maħsuba biex jiġġeneraw finanzjament addizzjonali għall-SMEs; |
|
36. |
Jistieden lill-Kummissjoni tnaqqas il-piżijiet amministrattivi u regolatorji żejda, u biex speċjalment tqis l-ispeċifiċitajiet tal-SMEs u l-intraprendituri; jilqa' l-adozzjoni tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa u l-Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (COSME) u l-Programm Orizzont 2020; jinnota li l-frammentazzjoni tas-swieq finanzjarji għamlet il-finanzjament tas-settur tal-SME aktar diffiċli u ta' piż; |
|
37. |
Jirrakkomanda li l-BEI iwaqqaf fergħa speċjali għall-finanzjament tal-SMEs b’kundizzjonijiet tas-self imfassla apposta; |
|
38. |
Jinnota s-sejħa tal-Kummissjoni għall-użu ta’ ekwità privata jew kapital ta’ riskju, kif irregolat mid-Direttiva dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi (AIFM) u r-Regolament dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju, bħala sors alternattiv ta’ finanzjament, partikolarment lejn kumpaniji f’fażijiet ta’ bidu u tkabbir; jinnota li bħalissa hemm żbilanċ fiskali qawwi li jiffavorixxi l-finanzjament tad-dejn; jemmen li l-ekwità privata u d-ditti tal-kapital ta’ riskju jipprovdu appoġġ mhux finanzjarju ta’ valur fosthom servizzi ta’ konsulenza, konsulenza finanzjarja, konsulenza dwar strateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni u taħriġ; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta aktar ir-rwol ta' dawn id-ditti fil-finanzjament tal-ekonomija tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni taħdem biex telimina l-preġudizzju kollu kontra l-ekwità fid-diversi ekonomiji nazzjonali, Ewropej u globali; |
Ambjent regolatorju
|
39. |
Jemmen li klima ta' negozju favur l-investitur b'rieda b'saħħitha lejn progress teknoloġiku hija prerekwiżit biex l-UE ssir destinazzjoni attraenti għall-investiment dirett barrani; jenfasizza l-ħtieġa li jitħeġġeġ il-moviment liberu tal-kapital kemm fl-UE kif ukoll bejn l-UE u pajjiżi terzi, sabiex l-Ewropa tkun tista’ taċċessa r-raggruppamenti globali tal-kapital; f’dan ir-rigward jinnota b’mod partikolari l-importanza li jiġi żgurat li d-Direttiva dwar l-AIFM tiġi implimentata b’tali mod li jitħeġġeġ l-investiment barrani fl-Ewropa; |
|
40. |
Iqis li huwa importanti għall-investituri li jkollhom għażla bejn bosta prodotti ta’ investiment attraenti biex jiddiversifikaw l-investiment tagħhom; |
|
41. |
Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi eliminata l-perspettiva ta' inklinazzjoni eċċessiva għal terminu qasir fl-imġiba tal-investitur u li nersqu qrib kultura ta’ investiment responsabbli li jwassal għal investiment fit-tul fl-EU; |
|
42. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jitrawwem fehim komuni li l-istabbiltà finanzjarja u t-tkabbir ma jeskludux lil xulxin iżda jkunu pjuttost interdipendenti u jiffurmaw bażi importanti li fuqha tinbena u tissaħħaħ il-fiduċja tal-investituri fuq bażi fit-tul; |
|
43. |
Jissottolinja l-importanza tal-edukazzjoni finanzjarja u l-fehim tal-investitur fl-istabbiliment ta’ kultura ta’ investiment fit-tul fl-Ewropa u jenfasizza r-rwol li r-regolamentazzjoni tal-UE jista’ jkollha f’dan ir-rigward; |
|
44. |
Jenfasizza li qafas regolatorju konsistenti u ċertezza legali huma indispensabbli għal suq uniku li jiffunzjona għas-servizzi finanzjarji; jemmen li r-riforma attwali u futura tas-sistema regolatorja għandha tiġi vvalutata sew u l-konsegwenzi tagħha jiġu segwiti mill-qrib; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħaffu l-promozzjoni tal-Unjoni Bankarja sabiex inaqqsu l-frammentazzjoni tas-swieq finanzjarji; jistieden lill-Kummissjoni tikkompleta s-suq uniku għas-servizzi sabiex tuża l-potenzjal kollu tiegħu; |
|
45. |
Jitlob implimentazzjoni ta’ inċentivi biex itejbu l-ishma fit-tul, bħad-drittijiet addizzjonali tal-vot fil-bordijiet ta’ tmexxija, ishma addizzjonali jew dividendi ogħla; |
|
46. |
Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa l-impatt kumulattiv tar-regolament finanzjarju diġà konkluż u li għaddej bħalissa dwar l-investiment fit-tul; |
|
47. |
Jilqa’ l-iżviluppi fin-negozjati li għaddejjin dwar is-Sħubija Transatlantika għall-Kummerċ u l-Investiment; jinnota l-importanza ta’ dawn in-negozjati fit-tisħiħ tal-politiki u l-miżuri biex jiżdied l-investiment bejn l-Istati Uniti u l-UE b’appoġġ għall-ħolqien ta’ impjiegi, it-tkabbir ekonomiku sostenibbli u l-kompetittività internazzjonali; |
|
48. |
Jemmen li valutazzjoni tal-impatt speċifika dwar il-finanzjament fit-tul għandha tiġi inkluża f'kull proposta leġiżlattiva rigward ir-regolament dwar is-servizzi finanzjarji rilevanti; |
|
49. |
Jappoġġja bis-sħiħ it-talba tal-Kummissjoni lill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol biex teżamina l-kalibrar potenzjali ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ rekwiżit tal-kapital skont ir-reġim tas-Solvenza II biex tevita ostakoli possibbli għall-finanzjament fit-tul; jistieden lill-Kummissjoni tikkonsulta b’mod sħiħ dwar il-kalibrazzjonijiet proposti u tkompli temenda l-leġiżlazzjoni attwali; |
|
50. |
Itenni t-talba tiegħu għall-proposta għal regolament dwar rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment biex ikun assenjat piż tar-riskju xieraq għal skoperturi ggarantiti totalment u kompletament b'ipoteki fuq proġetti ta' infrastruttura kritiċi fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija u l-kommunikazzjoni; iqis li leġiżlazzjoni ulterjuri għandha tqis il-ħtiġijiet ta’ investituri fit-tul, tevalwa r-riskju ta’ assi finanzjarji billi tinkludi n-natura u t-tul ta’ żmien tal-obbligazzjonijiet u tirrikonoxxi l-effett pożittiv ta’ obbligazzjonijiet stabbli; |
|
51. |
Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tfittex kooperazzjoni internazzjonali mtejba u konverġenza fil-qasam tal-investiment fit-tul permezz ta’ djalogu globali kemm fil-livell tal-G20 kif ukoll f’dak tal-FSB; |
|
52. |
Jemmen li l-investimenti f’assi fit-tul jeħtieġu għarfien fil-fond u valutazzjoni tar-riskji fit-tul marbuta magħhom; għalhekk, jenfasizza, li l-investituri jeħtieġu jistabbilixxu kompetenza qawwija u ġestjoni tajba tar-riskju biex jissalvagwardjaw impenji fit-tul; |
|
53. |
Jemmen li prinċipji sodi ta’ kontabilità konsistenti ma' objettivi fit-tul applikabbli għall-investituri istituzzjonali, bħat-tranżizzjoni għal ekonomija favur il-klima, jistgħu jsaħħu t-trasparenza u l-konsistenza tal-informazzjoni finanzjarja u għandhom jirriflettu b’mod sistematiku l-approċċ ekonomiku użat mill-investituri fit-tul; jenfasizza li, minkejja dan, l-implimentazzjoni ta’ dawn il-prinċipji ta’ kontabilità ma jrid ikollhom l-effett li joħolqu inċentivi għal strateġiji pro-ċikliċi; iħeġġeġ lill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà jqis ir-riskju tal-proċikliċità meta jerġa' jeżamina l-prattiki skont is-suq u skont il-mudelll u jirrikonoxxi l-importanza ċentrali tal-prudenza fir-reviżjoni tal-Qafas Kunċettwali tiegħu; jemmen li l-iżvelar ta’ informazzjoni mhux finanzjarja ċara u standardizzata ta’ kumpaniji kbar jista’ jżid it-trasparenza u jrawwem klima aktar favorevoli għall-investitur; |
|
54. |
Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni ssegwi mill-qrib ix-xogħol tal-G20 dwar il-proposti biex jinħoloq qafas ta’ investiment multilaterali li jistabbilixxi standards minimi u jimmodifika ċerti regolamenti ta’ investiment fit-tul u regoli tal-kontabbiltà ta’ valur ġust sabiex jiġu indirizzati varjazzjonijiet u volalitilità fuq terminu qasir u li konsegwentement ikattru investimenti transkonfinali; |
|
55. |
Jemmen li hemm ħtieġa kbira għal ambjent prevedibbli tat-taxxa li jipprevjeni impedimenti għall-investimenti fit-tul; jinnota li ċerti inċentivi u konċessjonijiet tat-taxxa jistgħu jkunu fundamentali għat-trawwim tal-investiment; jinkoraġixxi l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u jenfasizza li s-suq intern jirrikjedi trasparenza u koordinazzjoni aktar qawwija tal-politiki tat-taxxi nazzjonali sabiex jiffaċilitaw l-investiment transfruntiera u jevitaw tassazzjoni doppja jew nontassazzjoni doppja; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibilità li tagħti rendiment fiskali vantaġġjuż fuq proġetti ta' infrastruttura sostenibbli jew inċentivi u konċessjonijiet fiskali oħra biex jippromwovu l-investiment fit-tul; |
|
56. |
Jistieden lill-Istati Membri biex f'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, jeżaminaw mill-ġdid l-għodod tagħhom ta' ppjanar tal-baġit u biex jiżviluppaw u jippubblikaw il-pjanijiet ta' infrastruttura nazzjonali tagħhom stess sabiex jipprovdu lill-investituri u lill-partijiet interessati oħra b'informazzjoni dettaljata u jippermettu aktar ċertezza u ppjanar bil-quddiem fir-rigward ta' proġetti futuri; jistieden lill-Kummissjoni tippermetti lill-Istati Membri jiżviluppaw mezz ta' standardizzazzjoni tad-data tal-proġetti ta' infrastruttura u biex jagħmluh disponibbli permezz ta’ maħżen tad-data ċentrali; |
|
57. |
Jemmen li qafas regolatorju settorjali stabbli fit-tul huwa essenzjali għal detenturi ta' konċessjonijiet li joperaw infrastrutturi kbar ta’ trasport, iffinanzjati mingħajr fondi pubbliċi, għaliex dan se jippermettilhom, permezz tal-applikazzjoni ta' regoli ta’ pprezzar xieraq, jiksbu l-finanzjament li għandhom bżonn, jirkupraw l-ispejjeż tagħhom fit-tul u jiżguraw biżżejjed ritorn fuq l-investiment tagħhom; |
|
58. |
Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt tal-inċentivi fiskali tal-Istati Membri dwar il-finanzjament fit-tul u t-tranżizzjoni tal-enerġija u tidentifika l-aħjar prassi fid-distinzjoni bejn l-ispejjeż kapitali aktar baxxi għall-investimenti ekoloġiċi u l-ispejjeż kapitali ogħla għall-investimenti fi proġetti inkompatibbli mat-tranżizzjoni għal provvista ta’ enerġija sostenibbli; |
|
59. |
Jitlob biex l-SMEs jingħataw aċċess prijoritarju għall-fondi ta' investiment fit-tul (ELTIFs) peress li huma jiffurmaw is-sinsla tat-tkabbir u l-ħolqien tax-xogħol fl-UE; iqis li dan l-aċċess għandu jiġi akkumpanjat minn simplifikazzjoni tal-proċeduri ta’ applikazzjoni; jenfasizza l-importanza li jkun żgurat aċċess aktar faċli għall-finanzjament matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja ta’ kumpanija sabiex jinħolqu u jinżammu impjiegi sostenibbli ta’ kwalità; |
|
60. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħeġġu lill-fondi tal-pensjonijiet jieħdu deċiżjonijiet ta’ investiment soċjalment responsabbli li jikkonformaw mad-drittijiet tal-bniedem u mal-istandards soċjali u ambjentali internazzjonali u tal-UE, inklużi l-linji gwida u l-prinċipji rilevanti tal-OECD u tan-NU; ifakkar li l-pjanijiet tal-Kummissjoni li tagħmel rieżami tad-Direttiva dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar mill-impjieg (id-Direttiva IORP) m’għandhomx jiskoraġġixxu l-finanzjament fit-tul sostenibbli; |
|
61. |
Jenfasizza l-ħtieġa għal regolamentazzjoni u superviżjoni finanzjarja aħjar biex jiġu protetti l-ħaddiema, il-kontribwenti u l-ekonomija reali kontra fallimenti futuri tas-suq; |
|
62. |
Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-komunikazzjoni u r-relazzjoni mal-BEI fir-rigward ta' self imfassal apposta u skemi ta' garanzija; iħeġġeġ lill-BEI biex jaħdem aktar mill-qrib mal-Istati Membri u mar-reġjuni b'rabta mal-implimentazzjoni, min-naħa tagħhom, ta' strumenti finanzjarji ġodda mill-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment, u biex ikompli jsostni l-istrateġiji ta' investiment tagħhom immirata lejn is-settur soċjoekonomiku; barra minn hekk, jistieden lill-BEI biex jikkunsidra wkoll il-possibbiltà ta' flessibbiltà akbar fit-tfassil tad-daqs u r-regoli ta' dan is-self imfassal apposta u skemi oħra relatati, b'tali mod li jkunu kompatibbli kemm jista' jkun mal-istrumenti finanzjarji offruti permezz tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-finanzjament adatt ta' imprendituri żgħażagħ u impriżi soċjali; |
o
o o
|
63. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 102.
(2) ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1.
(4) http://ec.europa.eu/economy_finance/publications/economic_paper/2013/pdf/ecp506_en.pdf