Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014DC0052

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL DWAR L-INGREDJENTI TAL-IKEL ITTRATTATI BIR-RADJAZZJONI JONIZZANTI GĦALL-2012

/* COM/2014/052 final */

52014DC0052

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL DWAR L-INGREDJENTI TAL-IKEL ITTRATTATI BIR-RADJAZZJONI JONIZZANTI GĦALL-2012 /* COM/2014/052 final */


RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

DWAR L-INGREDJENTI TAL-IKEL ITTRATTATI BIR-RADJAZZJONI JONIZZANTI GĦALL-2012

1.       Introduzzjoni

Kif mitlub mill-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 1999/2/KE, dan ir-rapport ikopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012. Huwa fih ġabra ta' tagħrif mibgħut lill-Kummissjoni minn 27 Stat Membru.

2.       Il-bażi legali u l-isfond

L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b’radjazzjoni li tionizza[1] jistipula li kull sena l-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni:

– ir-riżultati tal-kontrolli li jkunu saru fil-faċilitajiet tal-irradjazzjoni, b’mod partikulari fir-rigward tal-kategoriji u l-kwantitajiet tal-ikel u tal-ingredjenti tal-ikel ittrattati u d-dożi li ngħataw

u

– r-riżultati tal-kontrolli li jkunu saru fl-istadju tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq u l-metodi użati għall-individwazzjoni tat-trattament bir-radjazzjoni jonizzanti.

L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva jistipula li l-Kummissjoni għandha tippubblika, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:

– id-dettalji tal-faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati fl-Istati Membri, kif ukoll kull bidla fl-istatus tagħhom; u

– rapport dwar it-tagħrif ipprovdut mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni.

It-tagħrif dwar l-aspetti ġenerali tal-irradjazzjoni tal-ikel huwa disponibbli fuq is-sit tal-internet tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għas-Saħħa u l-Konsumaturi[2].

2.1.      Il-faċilitajiet tal-irradjazzjoni

Skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 1999/2/KE, l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel jistgħu jiġu trattati bir-radjazzjoni biss f’faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati. Għall-faċilitajiet fl-UE, l-approvazzjoni tingħata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-Artikolu 7(3) jistipula li l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-lista tal-faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati tagħhom.

L-irradjazzjoni tal-ikel u tal-ingredjenti tal-ikel tista' ssir biss permezz tas-sorsi li ġejjin:

– ir-raġġi gamma mir-radjunuklidi 60Co jew 137Cs;

– ir-raġġi-X iġġenerati minn magni mħaddmin fil-livell tal-enerġija nominali (l-enerġija massima tal-kwantum) ta' 5 MeV jew inqas;

– l-elettroni ġġenerati minn magni mħaddmin fil-livell tal-enerġija nominali (l-enerġija massima tal-kwantum) ta' 10 MeV jew inqas.

Il-lista tal-faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati fl-Istati Membri hija disponibbli għall-pubbliku peress li ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni[3].

2.2.      L-ikel u l-ingredjenti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni

L-irradjazzjoni ta’ ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir veġetali mnixxfin hija awtorizzata fil-livell tal-UE bid-Direttiva 1999/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ ikel u ta’ ingredjenti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti[4]. Barra minn hekk, seba' Stati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni li għad għandhom awtorizzazzjonijiet nazzjonali għal ċertu ikel u għal ċerti ingredjenti tal-ikel skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 1999/2/KE. Il-lista ta’ awtorizzazzjonijiet nazzjonali ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni[5].

Kull oġġett tal-ikel ittrattat bir-radjazzjoni li fih ingredjent wieħed tal-ikel jew aktar ittrattat bir-radjazzjoni għandu jkun immarkat bil-kliem “ittrattat bir-radjazzjoni” jew “ittrattat b’radjazzjoni jonizzanti”. Jekk prodott ittrattat bir-radjazzjoni jintuża bħala ingredjent f'ikel kompost, l-istess kliem għandu jakkumpanja d-deskrizzjoni tiegħu fil-lista tal-ingredjenti. Fil-każ ta’ prodotti mibjugħin bl-ingrossa, dan il-kliem għandu jidher flimkien mal-isem tal-prodott fuq targa jew avviż fuq il-kontenitur li fih jitqiegħdu l-prodotti jew maġenbu.

Sabiex jiġi infurzat it-tikkettar korrett jew biex jiġu individwati prodotti mhux awtorizzati, ġew standardizzati bosta metodi analitiċi mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), wara mandat mogħti lilu mill-Kummissjoni Ewropea.

3.       Ir-riżultati tal-kontrolli mwettqin fil-faċilitajiet tal-irradjazzjoni u d-dożi li ngħataw

Din it-taqsima tar-rapport tittratta r-riżultati tal-kontrolli mwettqin fil-faċilitajiet tal-irradjazzjoni, b’mod partikulari fir-rigward tal-kategoriji u l-kwantitajiet tal-prodotti ttrattati u d-dożi li ngħataw. Skont l-informazzjoni mibgħuta mill-Istati Membri, il-kontrolli mwettqin mill-awtoritajiet kompetenti kkonfermaw il-konformità tal-faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati mar-rekwiżiti tad-Direttiva 1999/2/KE.

It-tabelli u l-figuri li ġejjin juru r-riżultati tal-kontrolli li twettqu fil-faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati fl-Istati Membri tal-UE fl-2012, b’mod partikulari fir-rigward tal-kategoriji u l-kwantitajiet tal-ikel u tal-ingredjenti tal-ikel ittrattati u d-dożi li ngħataw.

3.1.      Sommarju għall-UE

It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor il-kwantitajiet (f'tunnellati) tal-oġġetti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti fil-faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati fl-Unjoni Ewropea.

Stat Membru || Numru ta’ faċilitajiet approvati || Kwantità ttrattata (f’tunnellati)

Il-Belġju || 1 || 5157,7

Il-Bulgarija || 2 || L-ebda ikel ittrattat bir-radjazzjoni

Ir-Repubblika Ċeka || 1 || 23.8

Il-Ġermanja || 4 || 125.8

L-Estonja || 1 || 33.7

Spanja || 2* || 326.6

Franza || 5 || 612.9

L-Italja || 1 || L-ebda ikel ittrattat bir-radjazzjoni

L-Ungerija || 1 || 124.9

Il-Pajjiżi l-Baxxi || 2 || 1476.0

Il-Polonja || 2 || 89.0

Ir-Rumanija || 1 || 1.6

Ir-Renju Unit || 1 || L-ebda ikel ittrattat bir-radjazzjoni

Ammont totali || 24 || 7972.1

*     L-ebda ikel ma ġie ttrattat bir-radjazzjoni f’waħda minn dawn il-faċilitajiet.

Il-figura li ġejja tiġbor fil-qosor il-kwantitajiet (f’tunnellati) tal-oġġetti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti fil-faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati fl-Unjoni Ewropea fl-2012:

Ma hemm l-ebda faċilità approvata fl-Istati Membri li ġejjin: id-Danimarka, l-Irlanda, il-Greċja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, l-Awstrija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u l-Portugall.

3.2.      Il-Belġju

Oġġetti tal-ikel || Doża assorbita (f’kGy)

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir veġetali (imnixxfin) || 5 - 9

Demm, plażma u koagulati deidratati || 2 - 4

Saqajn taż-żrinġijiet iffriżati || 2.7 - 5.5

Gambli bla ras jew imqaxxrin iffriżati || 2 - 7

Tjur || 2 - 6.1

3.3.      Ir-Repubblika Ċeka

Oġġetti tal-ikel || Doża assorbita (f’kGy)

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir veġetali (imnixxfin) || 5.77 - 9.82

Frott u ħaxix imnixxef || 5.66 - 6.55

3.4.      Il-Ġermanja

Oġġetti tal-ikel || Doża assorbita (f’kGy)

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir veġetali (imnixxfin) || <10

3.5.      L-Estonja

Oġġetti tal-ikel || Doża assorbita (f’kGy)

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir veġetali (imnixxfin) || 10

3.6.      Spanja

Oġġetti tal-ikel || Doża assorbita (f’kGy)

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir veġetali (imnixxfin) || 9.09

3.7.      Franza

Oġġetti tal-ikel || Doża assorbita (f’kGy)

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir veġetali (imnixxfin) || 10

Saqajn taż-żrinġijiet iffriżati || 5

Gomma arabika || 3

Tjur || 5

3.8.      L-Ungerija

Oġġetti tal-ikel || Doża assorbita (f’kGy)

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir veġetali (imnixxfin) || 2 - 10

3.9.      Il-Pajjiżi l-Baxxi

Oġġetti tal-ikel || Doża assorbita (f’kGy)

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir veġetali (imnixxfin) || 6.9

Laħam tat-tiġieġ || 3.8

Frott u ħaxix imnixxef || 3

Abjad tal-bajd || 1

Saqajn taż-żrinġijiet iffriżati || 4

Gambli || 3.2

3.10.    Il-Polonja

Oġġetti tal-ikel || Doża assorbita (f’kGy)

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir veġetali (imnixxfin) || 5 - 10

3.11.    Ir-Rumanija

Oġġetti tal-ikel || Doża assorbita (f’kGy)

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir veġetali (imnixxfin) || 8

4.       Ir-riżultati tal-kontrolli mwettqin fl-istadju tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq u l-metodi użati għall-individwazzjoni tal-ikel ittrattat bir-radjazzjoni

It-tabelli li ġejjin juru r-riżultati tal-kontrolli mwettqin fl-istadju tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq u l-metodi użati għall-individwazzjoni tat-trattament bir-radjazzjoni jonizzanti.

4.1.      Sommarju għall-UE

It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor il-kampjuni analizzati u r-riżultati miksubin għall-Unjoni Ewropea kollha kemm hi:

Stat Membru || Kampjuni konformi || Riżultati inkonklużivi || Kampjuni mhux konformi || Għadd totali tal-kampjuni || Perċentwali meta mqabbel mal-kampjuni kollha tal-UE

BE || 89 || 18 || 3 || 110 || 2,1 %

BG || 47 || 0 || 2 || 49 || 0,9 %

CZ || 23 || 7 || 0 || 30 || 0,6 %

DK || EKI || EKI || EKI || EKI ||

DE || 2676 || 27 || 13 || 2716 || 52,4 %

EE || EKI || EKI || EKI || EKI ||

IE || 78 || 0 || 0 || 78 || 1,5 %

EL || EKI || EKI || EKI || EKI ||

ES || 139 || 1 || 0 || 140 || 2,7 %

FR || 46 || 5 || 3 || 54 || 1,0 %

IT || 281 || 3 || 7 || 291 || 5,6 %

CY || EKI || EKI || EKI || EKI ||

LV || 6 || 0 || 5 || 11 || 0,2 %

LT || 63 || 0 || 20 || 83 || 1,6 %

LU || 12 || 0 || 0 || 12 || 0,2 %

HU || 60 || 0 || 0 || 60 || 1,2 %

MT || 20 || 0 || 0 || 20 || 0,4 %

NL || 362 || 0 || 11 || 373 || 7,2 %

AT || 132 || 0 || 2 || 134 || 2,6 %

PL || 241 || 1 || 4 || 246 || 4,7 %

PT || 47 || 0 || 2 || 49 || 0,9 %

RO || 104 || 0 || 1 || 105 || 2,0 %

SI || 21 || 0 || 0 || 21 || 0,4 %

SK || 22 || 1 || 0 || 23 || 0,4 %

FI || 219 || 4 || 31 || 254 || 4,9 %

SE || EKI || EKI || EKI || EKI ||

UK || 291 || 13 || 19 || 323 || 6,2 %

Ammont totali tal-UE || 4979 || 80 || 123 || 5182 || 100,0 %

96,1% || 1,5 % || 2,4 % || 100,0 % ||

EDM: L-ebda dejta mibgħuta

EKI: L-ebda kontroll imwettaq

Il-figura li ġejja tiġbor fil-qosor il-kampjuni analizzati u r-riżultati miksubin għall-Unjoni Ewropea kollha kemm hi:

4.2.      Il-Belġju

Oġġetti tal-ikel analizzati fl-istadju tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq || Għadd ta’ kampjuni: 107 || Metodu tas-CEN użat

Kampjuni konformi || Riżultati inkonklużivi || Kampjuni mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir veġetali (imnixxfin) || 24 || 1 || 0 || EN 1788

Prodotti taċ-ċereali || 8 || 8 || 0 || EN 1788

Supplimenti tal-ikel || 14 || 2 || 2* || EN 1788

Frott (imnixxef) || 6 || 3 || 0 || EN 1788

Molluski || 16 || 3 || 1* || EN 1788

Faqqiegħ jew prodotti mill-faqqiegħ (imnixxfin) || 2 || 0 || 0 || EN 1788

Legumi || 2 || 0 || 0 || EN 1788

Te || 16 || 1 || 0 || EN 1788

Ħaxix u prodotti veġetali (imnixxfin) || 1 || 0 || 0 || EN 1788

Ammont totali || 89 || 18 || 3 ||

Total f’perċentwali tal-kampjuni analizzati || 83 % || 17 % || 3 % ||

*      ittikkettati ħażin

4.3.      Il-Bulgarija

Oġġetti tal-ikel analizzati fl-istadju tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq || Għadd ta’ kampjuni: 49 || Metodu tas-CEN użat

Kampjuni konformi || Riżultati inkonklużivi || Kampjuni mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir veġetali (imnixxfin) || 19 || 0 || 0 || EN 1788; EN 1787

Ħut u prodotti tal-ħut || 2 || 0 || 0 || EN 1786

Frott (imnixxef) || 5 || 0 || 0 || EN 13708

Tejiet tal-ħxejjex / Infużjonijiet || 8 || 0 || 2* || EN 1788; EN 13751; EN 1787

Ikliet u dixxijiet (lesti) || 3 || 0 || 0 || EN 1788; EN 1787

Ġewż || 3 || 0 || 0 || EN 1788; EN 1787

Laħam tat-tjur || 5 || 0 || 0 || EN 1786

Gambli || 2 || 0 || 0 || EN 1786

Ammont totali || 47 || 0 || 2 ||

Total f’perċentwali tal-kampjuni analizzati || 96 % || 0 % || 4 % ||

*      ittikkettati ħażin

4.4.      Ir-Repubblika Ċeka

Oġġetti tal-ikel analizzati fl-istadju tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq || Għadd ta’ kampjuni: 30 || Metodu tas-CEN użat

Kampjuni konformi || Riżultati inkonklużivi || Kampjuni mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir veġetali (imnixxfin) || 7 || 2 || 0 || EN 1788

Supplimenti tal-ikel || 2 || 0 || 0 || EN 1788

Tewm || 3 || 0 || 0 || EN 1788

Tejiet tal-ħxejjex / Infużjonijiet || 3 || 1 || 0 || EN 1788

Taljarini ta’ malajr || 6 || 3 || 0 || EN 1788

Faqqiegħ jew prodotti mill-faqqiegħ (imnixxfin) || 2 || 1 || 0 || EN 1788

Ammont totali || 23 || 7 || 0 ||

Total f’perċentwali tal-kampjuni analizzati || 77 % || 23 % || 0 % ||

4.5.      Id-Danimarka

Fl-2012, minħabba r-riżorsi finanzjarji limitati, ma twettaq l-ebda kontroll fl-istadju tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq.

4.6.      Il-Ġermanja

Oġġetti tal-ikel analizzati fl-istadju tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq || Għadd ta’ kampjuni: 2716 || Metodu tas-CEN użat

Kampjuni konformi || Riżultati inkonklużivi || Kampjuni mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir veġetali (imnixxfin) || 1285 || 15 || 4* || EN 1788; EN 13751; EN 1787

Butir (imħawwar) || 1 || 0 || 0 || EN 1788; L12.01-1; EN 13751; EN 1787

Ċereali, żrieragħ u frott u ħaxix || 94 || 0 || 0 || EN 1786

Ġobon (li fih il-ħxejjex aromatiċi jew il-ħwawar) || 41 || 0 || 0 || EN 1788; EN 1787

Ġobon (preparazzjonijiet mingħajr ħxejjex aromatiċi u ħwawar) || 1 || 0 || 0 || EN 1788; EN 1787

Kafè || 64 || 0 || 0 || EN 1786

Krustaċji, frott il-baħar, molluski u annimali akkwatiċi oħrajn (inklużi l-prodotti tagħhom) || 83 || 1 || 2* || EN 1788; EN 13751

Ħut u prodotti tal-ħut || 121 || 0 || 3** || EN 1788; EN 13751; EN 1786

Supplimenti tal-ikel || 97 || 9 || 2** || EN 1786

Frott (imnixxef) || 63 || 1 || 1 || EN 1788; L12.01-1; EN 13751

Frott (frisk) || 88 || 0 || 0 || EN 13751; EN 1787; EN 13708

Ikliet u dixxijiet (lesti) || 64 || 1 || 2** || EN 1788; EN 13751; EN 1787

Laħam || 41 || 0 || 0 || EN 13751

Laħam (minbarra l-laħam tat-tjur u l-laħam tal-annimali tal-kaċċa) || 61 || 0 || 0 || EN 1788; EN 1786

Prodotti tal-laħam (minbarra z-zalzett) || 30 || 0 || 0 || EN 1786

Faqqiegħ (frisk) || 51 || 0 || 0 || EN 1784; EN 1786

Faqqiegħ jew prodotti mill-faqqiegħ (imnixxfin) || 111 || 0 || 0 || EN 1788; EN 1785; ESR; EN 13751

Oġġetti tal-ikel oħrajn || 21 || 0 || 0 || EN 1788; EN 13751; EN 1787

Bajd u prodotti tal-bajd || 16 || 0 || 0 || EN 1788; EN 13751

Legumi, żrieragħ li minnhom jingħasar iż-żejt u ġewż || 15 || 0 || 0 || EN 1784

Te u prodotti simili għat-te || 73 || 0 || 0 || EN 1788; EN 13751; EN 1787

Patata || 30 || 0 || 0 || EN 1788; EN 13751; EN 1787

Laħam tat-tjur || 40 || 0 || 0 || EN 1788; EN 13751

Zlazi u sopop (deidratati) || 83 || 0 || 1* || EN 1784; EN 1786

Prodotti taz-zalzett || 9 || 0 || 0 || EN 1788; EN 13751

Ħaxix u prodotti veġetali (imnixxfin) || 46 || 0 || 0 || EN 1784; EN 1786

Ħaxix (frisk) || 47 || 0 || 0 || EN 1788; EN 13751; EN 1787

Ammont totali || 2676 || 27 || 13 ||

Total f’perċentwali tal-kampjuni analizzati || 98 % || 1 % || 1 % ||

*      ittikkettati ħażin

**    irradjazzjoni mhix permessa

4.7       L-Estonja

Fl-2012, ma twettaq l-ebda kontroll fl-istadju tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq.

4.8       L-Irlanda

Oġġetti tal-ikel analizzati fl-istadju tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq || Għadd ta’ kampjuni: 78 || Metodu tas-CEN użat

Kampjuni konformi || Riżultati inkonklużivi || Kampjuni mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir veġetali (imnixxfin) || 1 || 0 || 0 || EN 1788; EN 13751

Supplimenti tal-ikel || 4 || 0 || 0 || EN 1788; EN 13751

Taljarini ta’ malajr || 9 || 0 || 0 || EN 1788; EN 13751

Frak tal-ħobż || 1 || 0 || 0 || EN 1788; EN 13751

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar || 29 || 0 || 0 || EN 1788; EN 13751

Zlazi u sopop (deidratati) || 1 || 0 || 0 || EN 1788; EN 13751

Żrieragħ || 6 || 0 || 0 || EN 1788; EN 13751

Te || 27 || 0 || 0 || EN 1788; EN 13751

Ammont totali || 78 || 0 || 0 ||

Total f’perċentwali tal-kampjuni analizzati || 100 % || 0 % || 0 % ||

4.9.      Il-Greċja

Fl-2012, ma twettaq l-ebda kontroll fl-istadju tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq.

4.10.    Spanja

Oġġetti tal-ikel analizzati fl-istadju tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq || Għadd ta’ kampjuni: 140 || Metodu tas-CEN użat

Kampjuni konformi || Riżultati inkonklużivi || Kampjuni mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir veġetali (imnixxfin) || 76 || 1 || 0 || EN 1788; EN 13751; EN 1787

Ħut u prodotti tal-ħut || 30 || 0 || 0 || EN 13751

Tejiet tal-ħxejjex / Infużjonijiet || 8 || 0 || 0 || EN 1787

Laħam u prodotti tal-laħam || 2 || 0 || 0 || EN 13751; EN 1787

Faqqiegħ jew prodotti mill-faqqiegħ (imnixxfin) || 9 || 0 || 0 || EN 1788; EN 13751

Ġewż || 6 || 0 || 0 || EN 1786

Ħaxix (frisk) || 8 || 0 || 0 || EN 1786

Ammont totali || 139 || 1 || 0 ||

Total f’perċentwali tal-kampjuni analizzati || 99 % || 1 % || 0 % ||

4.11.    Franza

Oġġetti tal-ikel analizzati fl-istadju tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq || Għadd ta’ kampjuni: 54 || Metodu tas-CEN użat

Kampjuni konformi || Riżultati inkonklużivi || Kampjuni mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir veġetali (imnixxfin) || 5 || 0 || 0 || EN 1788

Krustaċji jew molluski (iffriżati) || 2 || 0 || 0 || EN 1788

Supplimenti tal-ikel || 6 || 3 || 0 || EN 1788

Saqajn taż-żrinġijiet || 9 || 0 || 0 || EN 1788

Frott (imnixxef) || 5 || 0 || 0 || EN 1788

Tejiet tal-ħxejjex / Infużjonijiet || 5 || 0 || 0 || EN 1788

Taljarini ta’ malajr || 1 || 0 || 0 || EN 1788

Faqqiegħ jew prodotti mill-faqqiegħ (imnixxfin) || 1 || 0 || 0 || EN 1784

Avokado || 2 || 1 || 0 || EN 1788

Laħam tat-tjur || 2 || 0 || 0 || EN 1786

Zlazi u sopop (deidratati) || 4 || 1 || 3* || EN 1788

Ħaxix u prodotti veġetali (imnixxfin) || 4 || 0 || 0 || EN 1784

Ammont totali || 46 || 5 || 3 ||

Total f’perċentwali tal-kampjuni analizzati || 85 % || 9 % || 6 % ||

*      ittikkettati ħażin

4.12.    L-Italja

Oġġetti tal-ikel analizzati fl-istadju tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq || Għadd ta’ kampjuni: 291 || Metodu tas-CEN użat

Kampjuni konformi || Riżultati inkonklużivi || Kampjuni mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar || 96 || 0 || 0 || EN 1788; EN 13751

Ħut u prodotti tal-ħut || 5 || 2 || 0 || EN 13751

Supplimenti tal-ikel || 1 || 0 || 0 || EN 13783; EN 1788; EN 13751; EN 1787

Supplimenti tal-ikel || 9 || 1 || 2 || EN 13784; EN 1788; EN 1785; EN 13751; EN 1786

Saqajn taż-żrinġijiet || 4 || 0 || 5 || EN 13751

Frott (frisk) || 3 || 0 || 0 || EN 13783; EN 13751; EN 1787

Tewm u basal || 14 || 0 || 0 || EN 1787; EN 13708

Tejiet tal-ħxejjex / Infużjonijiet || 9 || 0 || 0 || EN 13751

Bebbux tal-art || 1 || 0 || 0 || EN 1788; EN 13751

Laħam || 67 || 0 || 0 || EN 13783; EN 13751; EN 1787

Faqqiegħ jew prodotti mill-faqqiegħ (imnixxfin) || 7 || 0 || 0 || EN 13751; EN 1785; EN 1786

Ġewż u frott imnixxef || 14 || 0 || 0 || EN 13783; EN 13751; EN 1787

Żrieragħ li minnhom jingħasar iż-żejt || 6 || 0 || 0 || EN 13783; EN 1788; EN 13751

Patata || 7 || 0 || 0 || EN 13751; EN 1787

Legumi || 13 || 0 || 0 || EN 1788; EN 1786

Taħwir veġetali || 9 || 0 || 0 || EN 13751

Ħaxix (frisk) || 15 || 0 || 0 || EN 1787; EN 13708

Qamħ || 1 || 0 || 0 || EN 1788

Ammont totali || 281 || 3 || 7 ||

Total f’perċentwali tal-kampjuni analizzati || 97 % || 1 % || 2 % ||

4.13.    Ċipru

Fl-2012, ma twettaq l-ebda kontroll fl-istadju tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq. Ma hemm l-ebda laboratorju f’Ċipru li jwettaq l-analiżi għar-radjazzjoni jonizzanti. Minħabba r-riżorsi finanzjarji limitati, il-kampjuni ma ntbagħtux barra l-pajjiż għall-analiżi.

4.14.    Il-Latvja

Oġġetti tal-ikel analizzati fl-istadju tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq || Għadd ta’ kampjuni: 11 || Metodu tas-CEN użat

Kampjuni konformi || Riżultati inkonklużivi || Kampjuni mhux konformi

Supplimenti tal-ikel || 6 || 0 || 5* || EN 1788

Ammont totali || 6 || 0 || 5 ||

Total f’perċentwali tal-kampjuni analizzati || 55 % || 0 % || 45 % ||

*      irradjazzjoni f’faċilitajiet mhux approvati mill-UE

4.15.    Il-Litwanja

Oġġetti tal-ikel analizzati fl-istadju tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq || Għadd ta’ kampjuni: 83 || Metodu tas-CEN użat

Kampjuni konformi || Riżultati inkonklużivi || Kampjuni mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir veġetali (imnixxfin) || 50 || 0 || 0 || EN 13783

Supplimenti tal-ikel || 13 || 0 || 20 || EN 13783

Ammont totali || 63 || 0 || 20 ||

Total f’perċentwali tal-kampjuni analizzati || 76 % || 0 % || 24 % ||

4.16.    Il-Lussemburgu

Oġġetti tal-ikel analizzati fl-istadju tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq || Għadd ta’ kampjuni: 12 || Metodu tas-CEN użat

Kampjuni konformi || Riżultati inkonklużivi || Kampjuni mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir veġetali (imnixxfin) || 2 || 0 || 0 || EN 1788

Ċereali, żrieragħ u frott u ħaxix || 1 || 0 || 0 || EN 1788

Frott (imnixxef) || 1 || 0 || 0 || EN 1788

Tejiet tal-ħxejjex / Infużjonijiet || 3 || 0 || 0 || EN 1788

Faqqiegħ jew prodotti mill-faqqiegħ (imnixxfin) || 1 || 0 || 0 || EN 1788

Te || 1 || 0 || 0 || EN 1788

Ħaxix u prodotti veġetali (imnixxfin) || 2 || 0 || 0 || EN 1787

Prodotti tal-ħmira || 1 || 0 || 0 || EN 1788

Ammont totali || 12 || 0 || 0 ||

Total f’perċentwali tal-kampjuni analizzati || 100 % || 0 % || 0 % ||

4.17.    L-Ungerija

Oġġetti tal-ikel analizzati fl-istadju tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq || Għadd ta’ kampjuni: 60 || Metodu tas-CEN użat

Kampjuni konformi || Riżultati inkonklużivi || Kampjuni mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir veġetali (imnixxfin) u te || 60 || 0 || 0 || EN 1788

Ammont totali || 60 || 0 || 0 ||

Total f’perċentwali tal-kampjuni analizzati || 100 % || 0 % || 0 % ||

4.18.    Malta

Oġġetti tal-ikel analizzati fl-istadju tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq || Għadd ta’ kampjuni: 20 || Metodu tas-CEN użat

Kampjuni konformi || Riżultati inkonklużivi || Kampjuni mhux konformi

Kafè || 2 || 0 || 0 || EN 13751

Ħut u prodotti tal-ħut || 2 || 0 || 0 || EN 13751

Saqajn taż-żrinġijiet || 1 || 0 || 0 || EN 13751

Tewm || 1 || 0 || 0 || EN 13751

Tejiet tal-ħxejjex / Infużjonijiet || 2 || 0 || 0 || EN 13751

Għasel u prodotti oħrajn tan-naħal || 1 || 0 || 0 || EN 13751

Taljarini ta’ malajr || 2 || 0 || 0 || EN 13751

Faqqiegħ jew prodotti mill-faqqiegħ (imnixxfin) || 1 || 0 || 0 || EN 13751

Laħam tat-tjur || 3 || 0 || 0 || EN 13751

Gambli u ikliet ħfief (moqlijin) || 1 || 0 || 0 || EN 13751

Prodotti taz-zalzett || 1 || 0 || 0 || EN 13751

Soppa || 1 || 0 || 0 || EN 13751

Te || 2 || 0 || 0 || EN 13751

Ammont totali || 20 || 0 || 0 ||

Total f’perċentwali tal-kampjuni analizzati || 100 % || 0 % || 0 % ||

4.19.    Il-Pajjiżi l-Baxxi

Oġġetti tal-ikel analizzati fl-istadju tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq || Għadd ta’ kampjuni: 373 || Metodu tas-CEN użat

Kampjuni konformi || Riżultati inkonklużivi || Kampjuni mhux konformi

Prodotti taċ-ċereali || 34 || 0 || 0 || EN 1788; EN 13751

Ħut u prodotti tal-ħut || 19 || 0 || 0 || EN 1788; EN 13751

Supplimenti tal-ikel || 52 || 0 || 9* || EN 1788; EN 13751

Frott (imnixxef) || 36 || 0 || 0 || EN 1788; EN 13751

Oġġetti tal-ikel oħrajn || 6 || 0 || 0 || EN 1788; EN 13751

Laħam tat-tjur || 23 || 0 || 0 || EN 1788; EN 13751

Insalati, għaġin u soppa, eċċ. || 40 || 0 || 0 || EN 1788; EN 13751

Żrieragħ || 35 || 0 || 0 || EN 1788; EN 13751

Taħlitiet speċjali ta’ ħxejjex aromatiċi || 57 || 0 || 2* || EN 1788; EN 13751

Ħwawar/taħwir || 34 || 0 || 0 || EN 1788; EN 13751

Ħaxix u prodotti veġetali (imnixxfin) || 22 || 0 || 0 || EN 1788; EN 13751

Preparazzjonijiet tal-vitamini || 4 || 0 || 0 || EN 1788; EN 13751

Ammont totali || 362 || 0 || 11 ||

Total f’perċentwali tal-kampjuni analizzati || 97 % || 0 % || 3 % ||

*      nuqqas ta’ konformità jew minħabba irradjazzjoni f’faċilità mhux approvata jew minħabba nuqqas ta’ ttikkettar

4.20.    L-Awstrija

Oġġetti tal-ikel analizzati fl-istadju tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq || Għadd ta’ kampjuni: 134 || Metodu tas-CEN użat

Kampjuni konformi || Riżultati inkonklużivi || Kampjuni mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir veġetali (imnixxfin) || 46 || 0 || 0 || EN 1788; EN 13751

Laħam tat-tjur || 62 || 0 || 0 || EN 1786

Zlazi u sopop (deidratati) || 24 || 0 || 2* || EN 1788; EN 13751

Ammont totali || 132 || 0 || 2 ||

Total f’perċentwali tal-kampjuni analizzati || 99 % || 0 % || 1 % ||

*      ittikkettati ħażin

4.21.    Il-Polonja

Oġġetti tal-ikel analizzati fl-istadju tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq || Għadd ta’ kampjuni: 246 || Metodu tas-CEN użat

Kampjuni konformi || Riżultati inkonklużivi || Kampjuni mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir veġetali (imnixxfin) || 9 || 0 || 0 || EN 13751

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir veġetali (imnixxfin) || 1 || 0 || 0 || EN 1786

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir veġetali (imnixxfin) || 57 || 0 || 0 || EN 1788

Frott tal-bosk || 1 || 0 || 0 || EN 1787

Ġobon li fih il-ħwawar jew il-ħxejjex aromatiċi || 7 || 0 || 0 || EN 1788

Ġobon (moxx) || 1 || 0 || 0 || EN 1788

Kafè || 1 || 0 || 0 || EN 1788

Krustaċji jew molluski (iffriżati) || 2 || 0 || 0 || EN 1788

Krustaċji, frott il-baħar, molluski u annimali akkwatiċi oħrajn (inklużi l-prodotti tagħhom) || 1 || 0 || 0 || EN 1788

Frott imnixxef || 17 || 0 || 0 || EN 13708

Frott imnixxef || 2 || 0 || 0 || EN 1788

Ħut u prodotti tal-ħut || 9 || 0 || 0 || EN 1786

Ħut u frott il-baħar (imnixxef) || 2 || 0 || 0 || EN 1788

Ikel għal użu nutrizzjonali partikulari || 1 || 0 || 0 || EN 13751

Ikel għal użu nutrizzjonali partikulari || 1 || 0 || 2 || EN 1788

Supplimenti tal-ikel || 5 || 0 || 0 || EN 13751

Supplimenti tal-ikel || 6 || 1 || 0 || EN 1788

Saqajn taż-żrinġijiet || 1 || 0 || 2 || EN 1786

Frott (frisk) || 1 || 0 || 0 || EN 1784

Frott (frisk) || 3 || 0 || 0 || EN 1788

Frott (tropikali) || 3 || 0 || 0 || EN 1784

Frott (tropikali) || 1 || 0 || 0 || EN 1787

Frott (tropikali) || 8 || 0 || 0 || EN 1788

Tewm || 1 || 0 || 0 || EN 13751

Tewm || 1 || 0 || 0 || EN 1787

Tewm || 10 || 0 || 0 || EN 1788

Tejiet tal-ħxejjex / Infużjonijiet || 7 || 0 || 0 || EN 13751

Laħam || 2 || 0 || 0 || EN 1784

Laħam u prodotti tal-laħam || 1 || 0 || 0 || EN 1784

Laħam (minbarra l-laħam tat-tjur u l-laħam tal-annimali tal-kaċċa) || 1 || 0 || 0 || EN 1784

Laħam (minbarra l-laħam tat-tjur u l-laħam tal-annimali tal-kaċċa) || 1 || 0 || 0 || EN 1786

Laħam ta’ għasafar differenti, tal-kangaru u tal-fniek slavaġ || 1 || 0 || 0 || EN 1784

Laħam ta’ għasafar differenti, tal-kangaru u tal-fniek slavaġ || 4 || 0 || 0 || EN 1786

Prodotti tal-laħam (minbarra z-zalzett) || 1 || 0 || 0 || EN 1786

Ħalib u prodotti tal-ħalib || 1 || 0 || 0 || EN 1788

Ġewż || 2 || 0 || 0 || EN 1786

Ġewż || 20 || 0 || 0 || EN 1787

Oġġetti tal-ikel oħrajn || 1 || 0 || 0 || EN 13708

Oġġetti tal-ikel oħrajn || 1 || 0 || 0 || EN 13751

Oġġetti tal-ikel oħrajn || 5 || 0 || 0 || EN 1788

Legumi || 3 || 0 || 0 || EN 1788

Bżar aħmar || 1 || 0 || 0 || EN 1788

Zlazi u sopop (deidratati) || 11 || 0 || 0 || EN 1788

Gambli || 7 || 0 || 0 || EN 1788

Sopop || 5 || 0 || 0 || EN 1788

Te || 11 || 0 || 0 || EN 13751

Ħaxix u prodotti veġetali (imnixxfin) || 1 || 0 || 0 || EN 1788

Ħaxix (frisk) || 2 || 0 || 0 || EN 1788

Ammont totali || 241 || 1 || 4 ||

Total f’perċentwali tal-kampjuni analizzati || 98 % || 0 % || 2 % ||

4.22.    Il-Portugall

Oġġetti tal-ikel analizzati fl-istadju tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq || Għadd ta’ kampjuni: 49 || Metodu tas-CEN użat

Kampjuni konformi || Riżultati inkonklużivi || Kampjuni mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir veġetali (imnixxfin) || 4 || 0 || 0 || EN 13751

Supplimenti tal-ikel || 18 || 0 || 2 || EN 13751

Te || 4 || 0 || 0 || EN 13751

Estratti veġetali (imnixxfin) || 7 || 0 || 0 || EN 13751

Partijiet tal-pjanti (għeruq u weraq tar-rand) || 7 || 0 || 0 || EN 13751

Arzelli ffriżati (bil-qoxra) || 7 || 0 || 0 || EN 13751

Ammont totali || 47 || 0 || 2 ||

Total f’perċentwali tal-kampjuni analizzati || 96 % || 0 % || 4 % ||

4.23     Ir-Rumanija

Oġġetti tal-ikel analizzati fl-istadju tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq || Għadd ta’ kampjuni: 105 || Metodu tas-CEN użat

Kampjuni konformi || Riżultati inkonklużivi || Kampjuni mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir veġetali (imnixxfin) || 68 || 0 || 1* || EN 1788; EN 13751

Supplimenti tal-ikel || 4 || 0 || 0 || EN 13751

Tejiet tal-ħxejjex / Infużjonijiet || 10 || 0 || 0 || EN 13751

Żrieragħ || 6 || 0 || 0 || EN 13751

Te || 11 || 0 || 0 || EN 13751

Ħaxix u prodotti veġetali (imnixxfin) || 5 || 0 || 0 || EN 13751

Ammont totali || 104 || 0 || 1 ||

Total f’perċentwali tal-kampjuni analizzati || 99 % || 0 % || 1 % ||

*      irradjazzjoni f’faċilitajiet mhux approvati mill-UE

4.24.    Is-Slovenja

Oġġetti tal-ikel analizzati fl-istadju tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq || Għadd ta’ kampjuni: 21 || Metodu tas-CEN użat

Kampjuni konformi || Riżultati inkonklużivi || Kampjuni mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir veġetali (imnixxfin) || 14 || 0 || 0 || EN 1788; EN 13751

Te || 7 || 0 || 0 || EN 13751

Ammont totali || 21 || 0 || 0 ||

Total f’perċentwali tal-kampjuni analizzati || 100 % || 0 % || 0 % ||

4.25.    Is-Slovakkja

Oġġetti tal-ikel analizzati fl-istadju tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq || Għadd ta’ kampjuni: 23 || Metodu tas-CEN użat

Kampjuni konformi || Riżultati inkonklużivi || Kampjuni mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir veġetali (imnixxfin) || 15 || 1 || 0 || EN 1784; EN 1788

Ġobon (immaturat) || 2 || 0 || 0 || EN 1784

Ġewż || 5 || 0 || 0 || EN 1784

Ammont totali || 22 || 1 || 0 ||

Total f’perċentwali tal-kampjuni analizzati || 96 % || 4 % || 0 % ||

4.26.    Il-Finlandja

Oġġetti tal-ikel analizzati fl-istadju tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq || Għadd ta’ kampjuni: 254 || Metodu tas-CEN użat

Kampjuni konformi || Riżultati inkonklużivi || Kampjuni mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir veġetali (imnixxfin) || 119 || 3 || 8* || EN 1788 għal konferma; EN 13751

Frott tal-bosk || 6 || 0 || 0 || EN 13751

Ikel għal użu nutrizzjonali partikulari || 4 || 0 || 2** || EN 1788 għal konferma; EN 13751

Supplimenti tal-ikel || 35 || 0 || 13** || EN 1788 għal konferma; EN 13751

Tejiet tal-ħxejjex / Infużjonijiet || 11 || 1 || 1** || EN 1788 għal konferma; EN 13751

Oġġetti tal-ikel oħrajn (ingredjenti taz-zlazi, ingredjenti tal-ikel, eċċ.) || 26 || 0 || 7** || EN 1788 għal konferma; EN 13751

Te || 17 || 0 || 0 || EN 13751

Ħaxix u prodotti veġetali (imnixxfin) || 1 || 0 || 0 || EN 13751

Ammont totali || 219 || 4 || 31 ||

Total f’perċentwali tal-kampjuni analizzati || 86 % || 2 % || 12 % ||

*      ittikkettati ħażin, irradjazzjoni f’faċilitajiet mhux approvati mill-UE

**    irradjazzjoni mhix permessa

4.27.    L-Isvezja

Fl-2012, ma twettaq l-ebda kontroll fl-istadju tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq.

4.28.    Ir-Renju Unit

Oġġetti tal-ikel analizzati fl-istadju tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq || Għadd ta’ kampjuni: 323 || Metodu tas-CEN użat

Kampjuni konformi || Riżultati inkonklużivi || Kampjuni mhux konformi

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir veġetali (imnixxfin) || 156 || 5 || 3* || EN 1788; EN 13751

Prodotti taċ-ċereali || 3 || 0 || 0 || EN 13751

Ċereali, żrieragħ u frott u ħaxix || 2 || 0 || 0 || EN 13751

Krustaċji, frott il-baħar, molluski u annimali akkwatiċi oħrajn (inklużi l-prodotti tagħhom) || 1 || 0 || 0 || EN 13751

Kuskus imħawwar || 1 || 0 || 0 || EN 13751

Zokkor fin tal-ġelu mħawwar || 1 || 0 || 0 || EN 13751

Supplimenti tal-ikel || 26 || 3 || 1** || EN 1788; EN 13751

Frott (imnixxef) || 2 || 0 || 0 || EN 13751

Meraq tal-frott || 1 || 0 || 0 || EN 13751

Frott (frisk) || 1 || 0 || 0 || EN 13751

Tewm || 13 || 0 || 0 || EN 13751

Tejiet tal-ħxejjex / Infużjonijiet || 5 || 0 || 0 || EN 13751

Pejsts tal-ħxejjex aromatiċi u tal-ħwawar || 7 || 0 || 0 || EN 13751

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar (friski) || 4 || 0 || 0 || EN 13751

Taljarini ta’ malajr || 40 || 4 || 7* || EN 1788; EN 13751

Ikliet u dixxijiet (lesti) || 3 || 0 || 0 || EN 13751

Ġewż || 1 || 0 || 0 || EN 13751

Ross || 1 || 0 || 0 || EN 1788; EN 13751

Zlazi u sopop (deidratati) || 21 || 1 || 7** || EN 1788; EN 13751

Żrieragħ || 1 || 0 || 0 || EN 13751

Ħaxix u prodotti veġetali (imnixxfin) || 0 || 0 || 1* || EN 1788; EN 13751

Ħaxix (frisk) || 1 || 0 || 0 || EN 13751

Ammont totali || 291 || 13 || 19 ||

Total f’perċentwali tal-kampjuni analizzati || 90 % || 4 % || 6 % ||

*      ittikkettati ħażin u/jew irradjazzjoni f’faċilitajiet mhux approvati mill-UE

**    irradjazzjoni mhix permessa, ittikkettati ħażin, irradjazzjoni f’faċilitajiet mhux approvati mill-UE

5.       Sommarju

Dan ir-rapport ikopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012. Jinkludi fih ġabra ta' tagħrif mibgħut lill-Kummissjoni mis-27 Stat Membru.

Fl-2012, 24 faċilità tal-irradjazzjoni approvata kienu qed jaħdmu fi 13-il Stat Membru skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 1999/2/KE. Ma ġiet approvata l-ebda faċilità ġdida tal-irradjazzjoni. Ma ngħalqet l-ebda faċilità tal-irradjazzjoni approvata. Ħames faċilitajiet tal-irradjazzjoni ma ttrattawx l-ikel bir-radjazzjoni matul l-2012.

Kwantità totali ta’ 7 972 tunnellata ta’ prodotti ġiet ittrattata bir-radjazzjoni jonizzanti fl-Istati Membri tal-UE, u 91 % minnha ġiet ittrattata bir-radjazzjoni prinċipalment fi tliet Stati Membri, jiġifieri fil-Belġju (64.7 %), fil-Pajjiżi l-Baxxi (18.5 %) u fi Franza (7.7 %). L-akbar tliet prodotti bażiċi fil-kategoriji tal-prodotti ttrattati bir-radjazzjoni huma s-saqajn taż-żrinġijiet (36 %), it-tjur (35 %) u l-ħxejjex aromatiċi u l-ħwawar imnixxfin (15 %). Kien hemm tnaqqis żgħir fil-kwantità totali ta’ prodotti ttrattati bir-radjazzjoni fl-UE meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, jiġifieri l-2011 (8 067.5 tunnellata).

27 Stat Membru bagħtu informazzjoni dwar il-kontrolli li saru fl-istadju tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq. Fl-2012, ħames Stati Membri ma wettqu l-ebda kontroll analitiku waqt il-kontrolli u l-ispezzjonijiet uffiċjali.

B’kollox ġew analizzati 5 182 kampjun minn 22 Stat Membru, tliet Stati Membri kienu responsabbli għal 66 % tal-kampjuni (il-Ġermanja 52,4.0 %, il-Pajjiżi l-Baxxi 7.2 % u r-Renju Unit 6.2 %). 4 979 kampjun (96.1 %) kienu konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, 123 kampjun (2.4 %) ma kinux konformi u 80 kampjun (1.5 %) ma wasslux għal riżultati konklużivi. Iż-żewġ raġunijiet ewlenin għan-nuqqas ta’ konformità tal-kampjuni ttestjati kienu ttikkettar ħażin u irradjazzjoni pprojbita; in-nuqqas ta’ konformità kienet dovuta wkoll għall-irradjazzjoni f’faċilitajiet mhux approvati mill-UE. Ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ konformità huma mogħtija f'kull tabella li turi t-testijiet imwettqin f’kull Stat Membru.

[1]       ĠU L 66, 13.3.1999, p. 16.

[2]       http://ec.europa.eu/food/food/biosafety/irradiation/index_en.htm.

[3]       ĠU C 265, 1.9.2012, p. 3.

[4]       ĠU L 66, 13.3.1999, p. 24.

[5]       ĠU C 283, 24.11.2009, p. 5.

Top