This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014DC0030
REPORT FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT AND THE COUNCIL on the implementation of the Recommendation of the European Parliament and of the Council of 18 June 2009 on the establishment of a European Quality Assurance Reference Framework for Vocational Education and Training
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-implimentazjzoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-implimentazjzoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali
/* COM/2014/030 final */
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-implimentazjzoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali /* COM/2014/030 final */
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT
EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-implimentazjzoni tar-Rakkomandazzjoni
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar
l-istabbiliment ta' Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni
tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) WERREJ 1........... Introduzzjoni................................................................................................................ 3 2........... Kisbiet fil-garanzija tal-kwalità
fl-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ........................ 4 2.1........ Mekkaniżmi ta’ garanzija
tal-kwalità fil-livell tas-sistema tal-ETV.............................. 4 2.2........ Mekkaniżmi ta’ garanzija
tal-kwalità fil-livell ta’ fornitur tal-ETV.............................. 5 3........... Sfidi li jridu jingħelbu................................................................................................... 7 3.1........ Il-kontribuzzjoni tal-EQAVET
għat-trasparenza fl-ETV............................................. 7 3.2........ Governanza................................................................................................................... 8 4........... Il-konklużjonijiet u l-passi
li jmiss................................................................................. 8 4.1........ Konklużjonijiet evalwattivi........................................................................................... 8 4.2........ It-tlestija tal-EQAVET................................................................................................. 9 4.3........ Lil hinn mill-EQAVET............................................................................................... 10 1. Introduzzjoni Sabiex toħroġ mill-kriżi
ekonomika l-Ewropa teħtieġ tkabbir intelliġenti[1], li jeħtieġ
nies b’ħiliet aħjar. It-tbassir tas-CEDEFOP jikkonferma li d-domanda
għal dawk b’ħiliet baxxi se tonqos, filwaqt li d-domanda għal
ħiliet ogħla se tiżdied, u l-ogħla domanda ser tkun
għal nies b’ħiliet medji[2]. F’dan il-kuntest, l-edukazzjoni u
t-taħriġ vokazzjonali (ETV), għandhom rwol kruċjali kif
enfasizzat f’serje ta’ dokumenti ta’ strateġija reċenti tal-Kummissjoni.
Minkejja l-fokus politiku qawwi li ngħata lill-ETV, l-isfidi għadhom
sinifikanti: li tiżdied l-attrattività tiegħu, li jiġi integrat
fih element akbar tat-tagħlim fuq ix-xogħol, li titjieb ir-relevanza
tiegħu fis-suq tax-xogħol, li tiġi żviluppata gwida
aħjar fil-karrieri u l-edukazzjoni, li jiġi integrat l-iżvilupp
professjonali tal-għalliema u ta' dawk li jħarrġu, u li jittejbu
r-rikonoxximent u t-trasparenza tar-riżultati tat-tagħlim tal-ETV
bejn il-pajjiżi u fil-mogħdijiet kollha differenti tal-edukazzjoni. Il-garanzija tal-kwalità (Quality Assurance)
għandha rwol importanti fit-taħlil ta’ dawn l-isfidi, b’mod
partikolari biex jingħeleb in-nuqqas ta’ tlaqqigħ bejn il-ħiliet
u tittejjeb l-impjegabilità taż-żgħażagħ sabiex
finalment ikun hemm fehim komuni tal-eċċellenza tal-ETV,
jitħaffef ir-rikonoxximent reċiproku ta’ tagħlim miksub
f’diversi pajjiżi u biex b’hekk ikun hemm aktar mobbiltà u rispons
aħjar tal-isfidi ekonomiċi u tas-soċjetà. Dan hu l-ewwel rapport dwar il-progress
tal-garanzija tal-kwalità fl-ETV fl-Unjoni Ewropea, wara l-adozzjoni
tar-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju
2009 dwar l-istabbiliment ta' Qafas ta' Referenza Ewropew
għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ
Vokazzjonali[3]
(minn hawn 'il quddiem ir-Rakkomandazzjoni dwar l-EQAVET) Dan jiġbor
fil-qosor l-esperjenza miksuba u jippreżenta l-proposti tal-Kummissjoni
għall-ġejjieni. Ir-Rakkomandazzjoni dwar l-EQAVET
tistabbilixxi strument ta’ referenza sabiex jgħin lill-Istati Membri
jippromwovu u jissorveljaw it-titjib kontinwu tas-sistemi tal-ETV. Il-qafas
għandu jikkontribwixxi għat-titjib tal-kwalità fl-ETV u għal
aktar trasparenza, u konsistenza fl-iżviluppi tal-politika tal-ETV fost
l-Istati Membri, u b'hekk jippromwovi l-fiduċja reċiproka,
il-mobilità tal-ħaddiema u l-istudenti, u t-tagħlim tul
il-ħajja. Il-qafas jinkludi ċiklu ta’ erba’
fażijiet (ippjanar, implimentazzjoni, valutazzjoni u reviżjoni); kull
wieħed hu appoġġat minn kriterji tal-kwalità u deskritturi
indikattivi[4],
li għandhom jiġu applikati fuq il-livelli tas-sistema tal-ETV,
il-fornitur u l-għoti tal-kwalifiki. Dan jipprovdi approċċ
sistematiku għall-kwalità u jagħti enfasi qawwija
lill-monitoraġġ u t-titjib tal-kwalità billi jamalgama l-evalwazzjoni
interna u esterna, ir-reviżjoni u l-proċessi l-oħra
għat-titjib, appoġġati mill-kejl u l-analiżi kwalitattiva. Il-qafas għandu jitqies bħala “kaxxa
tal-għodda”, li minnha utenti varji jistgħu jagħżlu dawk
l-elementi li huma jqisu l-aktar rilevanti għas-sistemi speċifiċi
tagħhom. L-indikaturi proposti għall-kejl tat-titjib fil-kwalità
fl-ETV jikkonċernaw dejta bħalma huma investiment
fit-taħriġ tal-għalliema u ta’ min iħarreġ,
il-parteċipazzjoni, ir-rata ta' dawk li jlestu u jiġu allokati
fil-programmi tal-ETV, l-utilizzazzjoni tal-ħiliet miksuba fuq il-post
tax-xogħol, ir-rata tal-qgħad, il-prevalenza ta’ gruppi vulnerabbli,
il-mekkaniżmi għall-identifikar tal-ħtiġijiet
tat-taħriġ fis-suq tax-xogħol u skemi użati
għall-promozzjoni tal-aċċess għall-ETV. Ir-Rakkomandazzjoni stiednet lill-Istati
Membri biex ifasslu approċċ nazzjonali bl-għan li jtejbu
s-sistemi tal-garanzija tal-kwalità fil-livell nazzjonali, jaħtru Punt
Nazzjonali ta' Referenza ta' Garanzija tal-Kwalità (NRP) u li jipparteċipaw
fin-netwerk Ewropew (in-netwerk EQAVET). 2. Kisbiet
fil-garanzija tal-kwalità fl-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ 2.1. Mekkaniżmi
ta’ assigurazzjoni tal-kwalità fil-livell tas-sistema tal-ETV L-eċċellenza tal-ETV fil-livell
tas-sistema timplika strateġija ta' żvilupp kontinwu tal-ħiliet,
li timmira lejn riżultati ta’ tagħlim ta’ kwalità għolja,
mobilità, rikonoxximent u permeabilità reċiproċi, kif ukoll
il-ħolqien ta’ politiki bbażati fuq l-evidenza li jtejbu
l-effettività u l-effiċjenza tas-sistema; din timplika wkoll kooperazzjoni
u investiment konġunt u l-integrazzjoni tal-ETV fis-sistema ġenerali
tal-edukazzjoni u t-taħriġ[5]. Skont ir-riżultati
tal-istħarriġ tas-segretarjat tal-EQAVET[6] u tal-evalwazzjoni
esterna[7],
aktar minn 20 pajjiż ikkonsolidaw l-approċċi tal-garanzija tal-kwalità
tagħhom u l-EQAVET ikkontribwixxa direttament fit-tfassil tas-sistema
nazzjonali f’14-il pajjiż (BG, CZ, EL, HU, HR, MT, RO, FYROM, u BE fr, ES,
IT, LV, LT, SI fejn għaddejjin ir-riformi). Il-maġġoranza
tal-approċċi jkopru kemm l-ETV[8]
inizjali u kemm l-ETV li jkompli[9],
u fil-biċċa l-kbira l-forniment istituzzjonali ffinanzjat
pubblikament. Xi pajjiżi diġà kellhom approċċi kompatibbli
mal-EQAVET u għalhekk ma kienx hemm bżonn li jinbidlu b’mod
sinifikanti. Ilum il-ġurnata, ħafna mis-sistemi
nazzjonali tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-UE għandhom standards
ta’ kwalità għall-fornituri tal-ETV[10]
li jintużaw prinċipalment bħala kundizzjoni
għall-finanzjament, l-akkreditazzjoni u/jew ikunu meħtieġa
bħala parti mill-leġiżlazzjoni. Kważi l-Istati Membri kollha jiġbru
dejta biex itejbu l-effettività u l-effiċjenza tas-sistemi tagħhom u
ħasbu għal metodoloġiji xierqa tal-ġbir tad-dejta,
pereżempju, kwestjonarji u indikaturi/metrika. Madankollu, dan ma jfissirx
awtomatikament li l-proċessi jiġu eżaminati mill-ġdid b'mod
regolari u li tfasslu pjanijiet ta’ azzjoni għall-bidla, billi
l-istħarriġ juri li madwar terz biss tal-pajjiżi dejjem iwettqu
reviżjonijiet regolari u jfasslu pjanijiet ta’ azzjoni.
Fil-maġġoranza tal-każijiet, l-Istati Membri jippubblikaw
l-informazzjoni dwar ir-riżultati tal-valutazzjonijiet disponibbli.[11] Fir-rigward tal-użu tal-indikaturi,
il-prattiki fil-pajjiżi kollha huma pjuttost differenti. Filwaqt li xi
indikaturi jidhru li jintużaw mill-maġġoranza tal-Istati Membri
(pereżmpju, ir-rata tal-parteċipazzjoni u t-tlestija fil-programmi
tal-ETV) indikaturi ewlenin oħra orjentati lejn ir-riżultat,
bħalma huma “l-utilizzazzjoni ta’ ħiliet fuq il-post tax-xogħol”
jew “is-sehem tal-istudenti impjegati f'mument magħżul wara
t-tlestija tat-taħriġ” jintużaw inqas, anke jekk dawn
jistgħu jipprovdu evidenza ewlenija dwar kif jista’ jiġi żgurat
li jkun hemm allinjament aħjar mal-ħtiġijiet tas-suq
tax-xogħol. B’mod ġenerali, dawn l-indikaturi huma dawk li dejta
dwarhom hi l-aktar diffiċli li tinkiseb. Skont stħarriġ reċenti fost
il-punti nazzjonali ta’ referenza għall-EQAVET, 75 % minnhom isibuha
utli li kieku tiżdied il-kooperazzjoni tal-UE bil-ħsieb li
jaħdmu fuq kundizzjonijiet ta’ valutazzjoni komparattiva bl-użu ta’
wieħed jew aktar mill-indikaturi tal-EQAVET[12]. L-istess stħarriġ jinnota li
d-deskritturi indikattivi tal-EQAVET jintużaw
għall-immaniġġjar tal-kwalità fi 22 sistema tal-ETV inizjali.
L-evalwazzjoni esterna ssemmi d-diffikultà li l-miżuri nazzjonali tal-QA
jitqabblu mad-deskritturi tal-EQAVET minħabba li d-deskritturi huma
ġenerali ħafna u ta' spiss ikopru aspetti li mhumiex koperti minn
miżuri speċifiċi tal-QA iżda pjuttost jidhru f'politiki
tal-ETV u approċċi ta' tfassil tal-politika.[13] Madankollu dan
l-approċċ globali jgħin ukoll biex nitbiegħdu
mill-approċċ tal-"kaxxa tal-għodda" lejn kultura ta’
titjib tal-kwalità. Sistema tal-ETV ta’ kwalità għolja
tiffaċilita wkoll l-iżvilupp kontinwu tal-ħiliet, il-mobilità u
l-permeabilità bejn il-VET u l-edukazzjoni għolja (HE). Kważi nofs
il-pajjiżi jiddikjaraw li l-garanzija tal-kwalità fis-sistemi tal-ETV
tagħhom tgħin biex jinkiseb aċċess għall-edukazzjoni
għolja permezz ta' mekkaniżmi differenti: kwalifiki tal-ETV
b'garanzija ta' kwalità huma rikonoxxuti jew bħala kwalifika normali ta'
dħul għall-edukazzjoni għolja (pereżempju, IE, NL) jew bi
status doppju, edukattiv u vokazzjonali (pereżempju, PT) Madankollu, dan
jindika wkoll il-fatt li f’ħafna pajjiżi l-permeabilità għadha
biss għan u hemm bżonn li jsiru sforzi sinifikanti biex din
titwettaq. Fil-maġġoranza kbira
tal-pajjiżi ġew stabbiliti mekkaniżmi u proċeduri biex
jiġu identifikati l-ħtiġijiet tat-taħriġ fl-ETV
inizjali (IVET) u ħafna minnhom għandhom dawn il-mekkaniżmi wkoll
għall-ETV Kontinwu (CVET)[14].
Madankollu, hemm bżonn ta’ analiżi fil-fond biex tiġi
eżaminata l-effiċjenza ta’ dawn is-sistemi, is-sinerġiji
tagħhom mal-Panorama ta’ Ħiliet[15]
tal-UE u jekk l-involviment fil-qasam professjonali (b’mod partikolari
organizzazzjonijiet professjonali u l-intrapriżi) iseħħx f’mod
kollaborattiv/deliberattiv[16]
peress li din hi importanti għat-tfassil ta' kwalifiki bbażati fuq
riżultat ta' tagħlim ta’ kwalità għolja li jissodisfaw
il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. 2.2. Mekkaniżmi
ta’ granazija tal-kwalità fil-livell ta’ fornitur tal-ETV Appoġġ għal tagħlim u
għalliema u dawk li jħarrġu ta’ kwalità għolja, u tmexxija
effiċjenti permezz ta' mexxej ta' skola ta' sengħa huma kollha
fatturi importanti, iżda l-fornituri tal-ETV huma aħjar biex
jipprovdu ETV eċċellenti anki meta jkun hemm rabtiet
strateġiċi u netwerking mal-komunità ekonomika usa’ fuq livell
reġjonali, nazzjonali u internazzjonali.[17] Bosta pajjiżi għandhom jew
qegħdin fil-proċess li jakkwistaw qafas komuni ta’ garanzija ta'
kwalità għall-fornituri tal-ETV li jkun kompatibbli mal-qafas ta’ referenza
Ewropew għall-garanzija tal-kwalità fl-ETV. Kważi l-pajjiżi
kollha għandhom evalwazzjoni esterna statutorja tal-fornituri l-ETV,
filwaqt li 22 pajjiż[18]
jitolbu lill-fornituri tal-ETV li jkollhom mekkaniżmi ta' garanzija
tal-kwalità interna u f’sitt pajjiżi oħra (BE FR, BG, FR, IT, LT, SK)
din hija volontarja iżda mħeġġa. L-aktar forma frekwenti ta’ reviżjoni
esterna hija l-ispezzjoni. B’mod ġenerali dawn huma servizzi
tal-ispezzjoni tal-iskejjel u jkopru kemm l-IVET u l-edukazzjoni ġenerali.
Jintużaw forom oħra esterni ta’ valutazzjoni, iżda tipikament
l-aktar fis-CVET u huma inqas komuni fl-IVET. Pereżempju xi Länder
fil-Ġermanja jobbligaw lill-fornituri li jimplimentaw sistemi ta’
mmaniġġjar tal-kwalità bħalma huma l-Q2E, l-EFQM, il-QZS jew
l-ISO 9001. Malta teżiġi li l-fornituri jgħaddu minn awditjar
ta’ kwalità minn esperti esterni. Xi pajjiżi għandhom aġenziji
speċifiċi għall-garanzija tal-kwalità jewl-evalwazzjoni,
pereżempju, fil-Komunità Fjamminga tal-Belġju, l-aġenzija
għall-garanzija tal-kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ tkopri
l-edukazzjoni u t-taħriġ kollu ħlief l-edukazzjoni ogħla,
l-istitut Daniż għall-evalwazzjoni — li jkopri s-sistema edukattiva
kollha, u l-Istitut Nazzjonali Spanjol għall-evalwazzjoni tal-edukazzjoni
u t-taħriġ. F’ħafna pajjiżi
l-leġiżlazzjoni tirrikjedi lill-fornituri tal-ETV biex jevalwaw
sistematikament l-attivitajiet tagħhom, kif ukoll il-kwalità u
l-efettività tat-taħriġ li joffru. Fil-BG, HR, CZ, DK, EE, HU, RO, SI
u SK dan jinkludi rapporti obbligatorji ta' awtoevalwazzjoni u pjanijiet
għat-titjib li jinformaw l-evalwazzjonijiet esterni. L-awtoevalwazzjoni
tintuża b’mod wiesa’ mill-fornituri tal-IVET fl-Awstrija minkejja li mhix
obbligatorja. Filosofija importanti fit-tfassil
tal-awtoevalwazzjoni fil-livell ta’ fornitur hija l-iżvilupp ta’ kultura
ta’ kwalità fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u
t-taħriġ. Hemm ukoll effetti pożittivi f’termini ta’ kontabbiltà
u governanza tal-fornituri tal-ETV, li jrsiru responsabbli li jipprovdu riżultati
ta’ kwalità. Peress li l-kuntest ta’ kull fornitur tal-ETV hu differenti,
l-awtoevalwazzjoni tippermetti li kull organizzazzjoni tiżżviluppa
qafas u sett ta’ miżuri li huma adattati għall-kuntest u r-realtà
tagħha. Fl-Istati Membri, hemm varjetà kbira ta’
prattiki rigward ir-reviżjoni interna. Xi pajjiżi jitolbu
lill-fornituri tal-ETV biex jiffokaw ir-reviżjoni interna fuq oqsma
speċifiċi ta’ attivitajiet. Oħrajn ma jagħtux gwida dwar
kif għandha titwettaq il-garanzija tal-kwalità, filwaqt li diversi
pajjiżi żviluppaw manwali, metodoloġiji jew websajts li
jappoġġaw dan il-proċess[19].
Xi pajjiżi stabbilixxew xi forma ta’ reviżjoni/tagħlim bejn
il-pari fost il-fornituri tal-ETV, fil-biċċa l-kbira
tal-każijiet ibbażata fuq metodoloġija Ewropea żviluppata
skont proġett Leonardo da Vinci[20]. B’mod ġenerali il-fornituri tal-ETV
għandhom it-tendenza li jagħmlu anqas użu mid-deskritturi milli
hu evidenti fil-livell tas-sistema[21].
Il-fornituri tal-ETV ħafna drabi jgħaddu minn proċess ta'
akkreditazzjoni[22]
u reviżjonijiet esterni jew interni, iżda l-użu mifrux
taċ-ċiklu tal-EQAVET mhux komuni. Dan juri li għad hemm lok
għal titjib biex jintlaħaq il-livell tal-fornitur tal-ETV,
partikolarment permezz ta’ multiplikaturi. F’dak is-sens, il-proġetti
tal-EQAVET jistgħu jservu bħala prattiki tajbin. Bħala
eżempju, il-proġett Malti QA-VET irriżulta f’linji gwida
għall-istituzzjonijiet tal-ETV biex japplikaw l-indikaturi; proġett
Olandiż żviluppa approċċ minn isfel għal fuq lejn
il-QA billi sar xogħol ma’ fornituri tal-ETV u ġiet promossa kultura
ta’ kwalità.[23] Sfida sinifikanti għall-garanzija
tal-kwalità hija d-dimensjoni ta’ tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol.
Ta' spiss it-taħriġ ta’ min iħarreġ mhux garantit u
ħafna drabi l-valutazzjoni ta' dawn l-arranġamenti tkun batuta. Il-kriterji, id-deskritturi u l-indikaturi
tal-EQAVET ma jipprovdux gwida speċifika dwar il-garanzija tal-kwalità
għat-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol. Dan in-nuqqas relattiv
ġie indirizzat fuq il-livell politiku permezz tal-Communiqué ta’ Bruges li
tistieden lill-pajjiżi parteċipanti sabiex jiżviluppaw qafas
komuni ta’ garanzija tal-kwalità għall-fornituri tal-ETV sal-2015,
applikabbli wkoll għat-tagħlim marbut mal-post tax-xogħol u
kompatibbli mal-EQAVET[24].
In-netwerk tal-EQAVET waqqaf grupp ta’ ħidma u bħalissa qed
jiżviluppa linji gwida f’dan ir-rigward. 3. Sfidi
li jridu jingħelbu L-istħarriġ u l-evalwazzjoni esterna
tal-EQAVET juru li xi karatteristiċi tal-EQAVET huma integrati fil-kulturi
tal-QA tal-Istati Membri. Madankollu, jibqa’ lok sinifikanti għal titjib
biex jintlaħaq fehim komuni li jiffaċilita ħafna r-rikonoxximent
reċiproku tal-kwalifiki u ż-żieda fil-mobilità. 3.1. Kontribuzzjoni
tal-EQAVET għat-trasparenza fl-ETV Li l-potenzjal tal-EQAVET għall-finijiet
ta' trasparenza – appoġġ lill-fiduċja reċiproka, mobilità
fil-pajjiżi kollha u tagħlim matul il-ħajja – għadu ma
ġiex sfruttat bis-sħiħ, jista' jidher mis-sinerġija
limitata mal-għodod Ewropej li jindirizzaw b'mod speċifiku
t-trasparenza tal-kwalifiki u l-kompetenzi: il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki
(EQF)[25],
is-Sistema Ewropea ta' Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ
Vokazzjonali (ECVET)[26],
u l-qafas tal-Europass[27],
li jiffukaw fuq ir-riżultati tal-proċess tat-tagħlim – dak li
n-nies taf u x'kapaċi tagħmel. Filwaqt li l-kwalità
tar-riżultati hija l-kriterju aħħari biex ikun hemm deċiżjoni
dwar il-kwalità ta' opportunità ta' tagħlim, dan l-aspett mhux indirizzat
b'mod reali mill-EQAVET, li ma jkoprix b'mod speċifiku l-garanzija
tal-kwalità tat-tfassil tal-kwalifika, il-valutazzjoni u
ċ-ċertifikazzjoni, minkejja li r-Rakkomandazzjoni tistipula li
l-qafas għandu jkun applikat ukoll fil-livelli tal-għoti
taċ-ċertifikati. Dan jenfasizza l-bżonn ta' relazzjoni eqreb
mal-oqfsa tal-kwalifiki fuq livell nazzjonali u Ewropew. Hemm arranġamenti biex ir-rikonoxximent
reċiproku jitħeffef għall-ETV (iċ-ċertifikati
internazzjonali għal xi pożizzjonijiet) u l-HE (in-netwerks
ENIC/NARIC). Madankollu, huwa ċar li dawn l-arranġamenti għadhom
ma laħqux il-maturità. Qasam ieħor ta' żvilupp potenzjali se
jkun dak ta'rabtiet aktar b'saħħithom bejn l-EQAVET u l-ECVET.
Fil-fatt, wieħed mill-għanijiet tal-EQAVET oriġinarjament kien
li jappoġġa t-twaqqif tal-ECVET. Madankollu, ftit pajjiżi biss
żviluppaw sistemi tal-krediti tal-ETV (FI, IE, UK, EE, SE, SL u LU, IT
għall-IVET)[28]
u f’ħafna pajjiżi, l-ECVET għadu fi stadju ta’ żvilupp[29]. Il-kwistjoni tal-mobilità bejn is-sottosetturi
tal-edukazzjoni hija ta’ importanza kruċjali. Il-permeabilità lejn
l-edukazzjoni għolja tirrappreżenta element ewlieni
għall-attrattività tal-ETV u fid-dawl tal-isforzi mmirati lejn
l-eċċellenza tal-ETV. Ilum għad hemm lok għal żvilupp
f’dan ir-rigward. Il-linji gwida u l-istandards Ewropej (ESG)
għall-garanzija tal-kwalità fil-qasam Ewropew tal-Edukazzjoni Għolja[30] fihom prinċipji
komuni, iżda jippermettu approċċi operattivi differenti u, ta'
min josservali ftit hemm koordinazzjoni bejn l-għodod. Madankollu, dan
l-aħħar id-djalogu u l-kooperazzjoni żdiedu bl-organizzazzjoni
ta’ diversi avvenimenti konġunti. L-Anness 3 tal-EQF jipproponi
prinċipji ta’ garanzija ta’ kwalità komuni kemm għall-edukazzjoni
għolja u kif ukoll għall-ETV iżda espliċitament la
jirreferi għall-ESG u lanqas għall-EQAVET[31]. Żvilupp xieraq
tal-mudell tal-EQAVET, possibbilment b'enfasi akbar fuq il-kwalità
tar-riżultati tat-tagħlim, huwa miżura ssuġġerita
mill-grupp ta’ ħidma Ewropew dwar kwalità fit-tagħlim tal-adulti
(għalhekk ukoll fl-ETV kontinwu), bil-ħsieb tal-approċċ ta’
garanzija tal-kwalità globali tat-tagħlim tul il-ħajja fuq medda ta’
żmien itwal[32]. 3.2. Governanza Filwaqt li r-rakkomandazzjoni dwar l-EQAVET
titlob l-involviment tal-partijiet interessati kollha fiċ-ċiklu kollu
tal-garanzija tal-kwalità, fil-livell Ewropew, l-istruttura tal-governanza
tidher li trid tkun magħmula l-aktar minn rappreżentanti mis-settur
tal-ETV inizjali. Meta niġu għal strutturi ta’ governanza nazzjonali,
l-istħarriġ tas-segretarjat tal-EQAVET jindika l-bżonn sabiex
jiġi żgurat it-titjib u l-involviment sostnut ta’ ċerti
kategoriji tal-partijiet interessati, b’mod partikolari tal-istudenti,
is-settur tal-edukazzjoni għolja, l-impjegaturi u l-atturi tas-suq
tax-xogħol kif ukoll l-awtoritajiet reġjonali u lokali. Jekk l-EQAVET ikkontribwixxa għal
garanzija aħjar tal-kwalità tas-sistemi nazzjonali tal-ETV, huwa
ħeffef ukoll il-komunikazzjoni u l-iskambju bejniethom, filwaqt li
ppromwova l-konsistenza tal-iżviluppi tal-ETV fil-pajjiżi kollha. Sa
ċertu punt, dan jikkontribwixxi għall-għan ġenerali li
tiġi promossa t-trasparenza, u l-konsistenza fl-iżviluppi
tal-politika tal-ETV fost l-Istati Membri. Madankollu, dan ma wassalx għal
deskrizzjonijiet faċilment komparabbli ta’ miżuri nazzjonali
tal-garanzija tal-kwalità, li spiss mhumiex ippreżentati f’dokumenti
komprensivi u mhux neċessarjament jadottaw l-istruttura tal-EQAVET.
Il-pajjiżi jiddeskrivu l-aktar is-sistemi tal-garanzija tal-kwalità
tagħhom billi jirreferu għall-evalwazzjoni interna u esterna
tal-fornituri tal-ETV, evalwazzjoni fuq il-livell tas-sistema għal
finijiet ta’ żvilupp ta’ politika, u l-kwalità tat-tfassil u
tal-għoti ta’ kwalifika. Sa ċertu punt dan huwa minħabba
l-approċċ flessibbli tar-Rakkomandazzjoni dwar l-EQAVET, li
jippermetti li l-pajjiżi ul-fornituri tal-ETV jagħżlu
għodod u elementi minn firxa aktar wiesgħa u jaġġustawhom.
Min-naħa, dan kien tabilħaqq effettiv sabiex jinfirex l-użu ta'
dawn l-għodod, iżda min-naħa l-oħra, dan ma wassalx
għall-adozzjoni ta’ approċċ komuni bejn il-pajjiżi biex
jiddeskrivu miżuri tal-garanzija tal-kwalità u l-iżviluppi tal-ETV. L-użu dirett tal-EQAVET bħala
referenza biex jiġu deskritti miżuri nazzjonali jista’ jkun
diffiċli minħabba li l-EQAVET jipproponi terminoloġiji
differenti għall-kwalità tas-sistema tal-ETV u fil-livell tal-fornitur
tal-ETV[33].
Dan mhuwiex kompatibbli mal-prattika fil-livell nazzjonali, fejn miżura
klassika bħall-ispezzjonijiet tista' tindirizza kemm is-sistema kif ukoll
il-fornitur individwali. 4. Il-konklużjonijiet
u l-passi li jmiss 4.1. Konklużjonijiet
evalwattivi Il-konsiderazzjonijiet fit-taqsimiet
preċedenti jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej: –
L-EQAVET ikkontribwixxa għall-promozzjoni ta’
kultura tal-kwalità fl-ETV fil-pajjiżi Ewropej, kif ukoll
l-implimentazzjoni prattika tiegħu permezz ta’ żvilupp, partikolarment
tal-miżuri operattivi ta' kwalità fi ħdan in-netwerk tal-EQAVET[34]. –
Madankollu, dawn il-miżuri ffukaw fuq
il-forniment istituzzjonali bbażat fl-iskejjel (ħafna mill-ETV
inizjali u parti mill-VET kontinwu), b’impatt anqas viżibbli fuq
tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol u l-forniment mhux formali (li
jifforma ħafna mill-ETV kontinwi iżda jista’ jkollu wkoll rwol
ewlieni fl-ETV inizjali f’sistemi doppji); –
L-approċċ flessibbli tal-EQAVET, li
jagħmel disponibbli l-għodod għall-għażla u
l-aġġustament, ħaffef l-użu tiegħu, iżda
fl-istess ħin naqqas il-potenzjal tiegħu bħala lingwa komuni u
qafas kunċettwali fil-pajjiżi kollha. Għalhekk joħroġ ċar li
hemm bżonn ta' kooperazzjoni msaħħa ma’ strumenti oħra
Ewropej għall-garanzija tal-kwalità u t-trasparenza. L-EQAVET jimplimenta qafas ta’ referenza li
jippermetti użu flessibbli. Jista’ jiġi esplorat sa liema punt
id-dimensjoni tal-qafas hija meħtieġa biex jiġu organizzati
kriterji, deskritturi u indikaturi ta’ kwalità — billi l-użu tagħhom
xorta waħda huwa flessibbli. L-esperjenza tal-istandard u l-linji gwida
Ewropej għall-garanzija tal-kwalità fl-edukazzjoni għolja (ESG)
jistgħu jiġu kkunsidrati anke f'dak li jirrigwarda l-kamp ta'
applikazzjoni (l-ESG jappoġġaw b’mod speċifiku l-kwalità
tal-istituzzjonijiet, mhux tas-sistema), filwaqt li jkun hemm kuxjenza dwar xi
nuqqasijiet tal-ESG. 4.2. It-tlestija
tal-EQAVET L-għan aħħari tal-miżuri
tal-kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ huwa l-kwalità
tar-riżultati tal-proċess tat-tagħlim — jiġifieri, dawk
l-istudenti tal-ETV għandhom jiksbu ħiliet vokazzjonali u
transversali tajba. Dan l-aħħar, ir-relevanza tal-livelli
tal-ħiliet ġiet enfasizzata minn sejba speċifika
tal-Istħarriġ dwar il-Ħiliet tal-Adulti (PIAAC):
fil-pajjiżi kollha, l-adulti li għandhom kwalifika fl-istess livell
juru ħiliet f'livelli differenti b'mod sinifikattiv[35]. Aktar attenzjoni espliċita lill-garanzija
tal-kwalità tat-tfassil u l-għoti tal-kwalifiki, permezz
tal-kollaborazzjoni mal-EQF, l-ECVET u s-Suppliment taċ-Ċertifikat
tal-Europass, jistgħu jippermettu li l-EQAVET jindirizza aħjar l-ETV
mhux formali u dak ibbażat fuq ix-xogħol u jindirizza wkoll
il-kwistjoni emerġenti tar-riżorsi edukattivi miftuħa (OER) jew
il-korsijiet onlajn miftuħa massivi (MOOCs) u li jittejjeb l-impatt
tiegħu fuq it-trasparenza u l-għarfien reċiproku,
b’kunsiderazzjoni għall-prinċipji stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni
tal-Kunsill għall-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali[36]. Filwaqt li tinvolvi l-awtoritajiet nazzjonali
u l-partijiet interessati rilevanti, il-Kummissjoni qed tippjana li twettaq
l-azzjoni li ġejja għal implimentazzjoni aktar komprensiva
tal-EQAVET: –
Tiżviluppa deskritturi, indikaturi u linji
gwida relatati biex tindirizza aħjar il-kwalità u l-livell xieraq ta’
profiċjenza tar-riżultati akkwistati mill-istudenti tal-ETV. Dan
jeħtieġ koordinazzjoni ma’ inizjattivi oħra tal-garanzija
tal-kwalità u strumenti tat-trasparenza, u kooperazzjoni ma’ korpi u netwerks
rilevanti. –
Tiżviluppa u tittestja linji gwida tat-test
għal dawk li jfasslu l-politika u l-fornituri, flimkien ma’ listi ta’
kontroll ta’ sostenn, deskritturi u indikaturi mmirati lejn ir-realtà diversa
tal-ETV kontinwu u għall-karatteristiċi speċifiċi
tat-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol. Dan jirrikjedi kooperazzjoni
ma’ partijiet interessati diversi u koordinazzjoni ma’ żviluppi relatati
mal-kwalità fit-tagħlim tal-adulti. –
Tittestja l-opportunità għal arranġamenti
Ewropej biex jagħmlu l-miżuri nazzjonali tal-garanzija tal-kwalità
aktar trasparenti fl-pajjiżi kollha. Dan jista’ jinkludi l-iżvilupp
ta’ suppliment ta’ informazzjoni biex jitħaffef il-fehim komuni
tal-proċessi tal-akkreditazzjoni nazzjonali tal-fornituri tal-ETV,
il-promozzjoni ta' linji gwida komuni dwar kif jiġu deskritti
proċeduri tal-garanzija tal-kwalità kompatibbli mal-EQAVET, jew biex nersqu
lejn template komuni għall-akkreditazzjoni tal-fornituri tal-ETV
abbażi wkoll tal-esperjenza tar-Reġistru Ewropew
għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni Ogħla (EQAR)[37] u r-rapporti
nazzjonali dwar ir-referenzar tal-QEK[38]. Permezz tal-Erasmus +, l-UE se tipprovdi: ·
Appoġġ għall-kooperazzjoni
transfruntiera fil-QA tal-ETV permezz ta’ sħubijiet strateġiċi u
alleanzi tal-ħiliet settorjali li jappoġġaw l-involviment
sinifikanti ta’ firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati, u djalogu
transettorjali mtejjeb mal-edukazzjoni għolja u t-tagħlim tal-adulti
fuq it-tema tal-QA ·
Appoġġ għal aktar djalogu fuq
il-livell Ewropew permezz: –
tan-netwerk tal-EQAVET dwar l-iżvilupp ta’
kultura tal-kwalità billi jiġu appoġġati gruppi ta’ ħidma,
seminars, Attivitajiet ta’ Tagħlim bejn il-Pari li jinvolvu partijiet
interessati fil-garanzija tal-kwalità fl-ETV; –
l-iżvilupp ta' materjali ta’ appoġġ
bħalma huma għodod u manwali tal-IT; –
proġetti innovattivi biex tittejjeb
il-kapaċità ta’ garanzija tal-kwalità sabiex ikun appoġġat
it-titjib tal-ETV. Permezz tal-programm Orizzont 2020, l-UE se: ·
Tavvanza l-għarfien dwar l-effettività ta’
politiki pubbliċi dwar is-CVET u forom oħra tal-edukazzjoni
għall-adulti (inklużi aspetti tal-garanzija tal-kwalità) fl-UE u
l-kumplimentarjetà tagħhom mad-dinamika tas-swieq privati. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni
tinnota li ċertu numru ta’ pajjiżi qed jimmiraw li jużaw sehem
mill-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment għall-finanzjament ta’
riformi tas-sistemi tal-ETV. Huwa vitali li biex jitmexxew 'il quddiem dawn
l-inizjattivi, it-tisħiħ tal-garanzija tal-kwalità tal-ETV
jilgħab rwol ċentrali. 4.3. Lil
hinn mill-EQAVET Iċ-ċittadini qegħdin aktar
jgħaddu minn sistema għal oħra — kemm fil-mogħdija
tradizzjonali tal-edukazzjoni inizjali kif ukoll biex jaġġornaw u
jwessgħu l-għarfien u l-ħiliet tagħhom matul ħajjithom
kollha. Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar opportunitajiet ta’
tagħlim ma għadhomx tajbin għal arranġamenti ta’ klassifikazzjoni
konvenzjonali. Kulma jmur l-istudenti qed ikunu offruti — u bix-xieraq — aktar
ċansijiet li jgħaqqdu t-triq tat-tagħlim tagħhom billi
jagħżlu opportunitajiet minn diversi sottosistemi u forom ta’
forniment, inkluż permezz ta’ riżorsi ta’ tagħlim imwassla
permezz tal-ICT, u għandhom bżonn ikunu kapaċi li jafdaw
il-kwalità tagħhom. Il-wasla tal-oqsfa tal-kwalifiki bil-garanzija
tal-kwalità għat-tagħlim tul il-ħajja, promossi ħafna
mill-QEK, titlob riflessjonijiet dwar approċċ ibbażat skont
is-settur għall-garanzija tal-kwalità u dwar jekk hux possibbli li
jiġu identifikati xi prinċipji u linji gwida bażiċi validi
għas-setturi kollha u applikabbli għall-kwalifiki kollha. Biex
jiġu indirizzati dawn l-isfidi, ikun utli li jiġi diskuss l-EQAVET
fil-kuntest komprensiv tal-istrumenti kollha għat-trasparenza u l-garanzija
tal-kwalità. Il-każ għal koordinazzjoni eqreb tal-istrumenti Ewropej
kollha għat-trasparenza u l-garanzija tal-kwalità qed jiġi esplorat
mill-Kummissjoni bħala mezz biex jinkiseb qasam sħiħ Ewropew
tal-ħiliet u l-kwalifiki[39].
Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni qed tippjana
li tniedi l-azzjonijiet li ġejjin biex ikun hemm kooperazzjoni Ewropea
aħjar fil-garanzija tal-kwalità għat-tagħlim tul il-ħajja: –
Konsultazzjoni mal-partijiet interessati dwar
is-sejbiet ta’ dan ir-rapport u dwar il-bżonn u l-vijabilità ta' koerenza
mtejba bejn l-garanzija tal-kwalità fis-sottosetturi differenti
tal-edukazzjoni, bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika dwar żona
Ewropea tal-ħiliet u l-kwalifiki biex jinstabu aktar sinerġiji u
konverġenza tat-trasparenza u l-għodod ta’ rikonoxximent tal-UE. –
L-eżami ta' kif l-għanijiet tal-EQAVET
jistgħu jiġu segwiti permezz ta’ approċċ komprensiv
għall-garanzija tal-kwalità għat-tagħlim tul il-ħajja: –
F’koordinazzjoni mal-inizjattivi l-oħra
tal-garanzija tal-kwalità u ma' strumenti ta’ trasparenza, l-esplorazzjoni
tar-rekwiżiti prattiċi marbuta mal-iżvilupp ta’ prinċipji u
linji gwida transsettorjali għall-garanzija għall-kwalità
tat-tagħlim tul il-ħajja u l-kundizzjonijiet biex jitħarsu
l-ispeċifiċitajiet xierqa tas-sottosistemi jew is-sitwazzjonijiet
nazzjonali. [1] Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, "Industrija
Ewropea Aktar B’saħħitha għat-Tkabbir u l-Irkupru Ekonomiku -
Aġġornament tal-Komunikazzjoni dwar il-Politika Industrijali”,
COM(2012)582 final, 10.10.2012. [2] CEDEFOP, Roads to recovery: three skill and labour
market scenarios for 2025, Ġunju 2013. [3] ĠU C 155, 8.07.2009, p. 1. [4] Pereżempju, fl-istadju tal-ippjanar fil-livell
tas-sistema d-deskritturi jipprovdu miri bħalma huma deskrizzjonijiet
tal-għanijiet fuq perjodu twil u medju tas-sistema ETV b’konsultazzjoni
mal-partijiet interessati, li jiddefinixxu l-miri u l-indikaturi
tal-monitoraġġ u jidentifikaw il-ħtiġijiet
tat-taħriġ. [5] Id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni
SWD(2012)375, 20.11.2012 p. 38. [6] EQAVET, Supporting the implementation of the European
quality assurance reference framework: Ir-riżultati
tal-Istħarriġ tas-Segretarjat tal-EQAVET, 2012, p. 20.
Disponibbli fuq il-websajt tas-segretarjat tal-EQAVET, http://www.eqavet.eu/gns/what-we-do/annual-forum.aspx [7] ICF GHK, Evaluation of implementation of EQAVET Final
report, (minn hawn 'il quddiem Evalwazzjoni Esterna) 2013 p. 51. [8] "Edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali
mwettqa fis-sistema tal-edukazzjoni inizjali, ġeneralment qabel
id-dħul fil-ħajja tax-xogħol" ispirat mis-CEDEFOP, Terminology
of European education and training policy, il-Lussemburgu, UP, 2008 [9] “Edukazzjoni jew taħriġ wara l-edukazzjoni u
t-taħriġ inizjali — jew wara d-dħul fil-ħajja
tax-xogħol [...]”, CEDEFOP, idem hawn fuq. [10] L-Istħarriġ tas-Segretarjat tal-EQAVET, cit. ,
p. 29. [11] Ibid, p. 68: BE (nl), BG, DK, DE, EE, IE, ES, LV, LT, NL,
AT, PL, RO, SK, FI, SE, UK, HR. [12] L-Istħarriġ tas-Segretarjat tal-EQAVET, cit.
Il-Kap. 5. [13] Evalwazzjoni Esterna, cit., p. 32. [14] L-Istħarriġ tas-Segretarjat tal-EQAVET, cit. p.
61 u p. 72. [15] Cf. http://euskillspanorama.ec.europa.eu/. [16] Diversi proġetti ta’ riċerka tal-FP 7 indirizzaw
is-CVET u l-edukazzjoni tal-adulti. Ara: “Adult and continuing education in
Europe. Using public policy to secure a growth in skills”, il-Kummissjoni
Ewropea 2013. [17] SWD(2012)375, cit. p. 38. [18] AT, BE, NL, CY, CZ, DK, EE, FI, HU, IE, LU, LV, MT, NL,
PL, PT, RO, SE, SI, UK, HR, IC u FYROM, l-Istħarriġ tas-Segretarjat tal-EQAVET,
cit. p. 24. [19] Evalwazzjoni Esterna, cit. p. 25 [20] http://www.peer-review-education.net/
[21] L-Istħarriġ tas-Segretarjat tal-EQAVET, cit.
p.104. [22] Il-kelma
"akkreditazzjoni" f'dan id-dokument għandha tinftiehem
bħala akkreditazzjoni edukattiva u mhux fit-tifsira ta'
"akkreditazzjoni" kif użta fir-Regolament (KE) 765/2008. [23] Cf. http://eqavetprojects.eu/
[24] Ara Bruges Communiqué on enhanced European cooperation
in vocational education and training, 7.12.2010, oġġettiv
strateġiku 2b. [25] Ir-Rakkomandazzjoni Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23
ta' April, ĠU 2008/C 111/01, tas-6.5.2008. [26] Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tat-18 ta' Ġunju 2009, ĠU 2009/C 155/02, tat-8.7.2009. [27] Id-Deċiżjoni Nru. 2241/2004/KE, ĠU L 390/6,
tal-31.12.2004. [28] EQAVET, Serban Iosifescu, Quality assurance procedures
in the processes of certification, curricula setting, accreditation and
training of trainers in European VET systems, 2011. [29] CEDEFOP, Trends in VET policy in Europe 2010-12,2012,
p. 59. [30] ENQA, European Standards and Guidelines for Quality
Assurance in the European Higher Education Area, 2005. [31] Minkejja li l-EQAVET ma kienx jeżisti, kien hemm
diġà Qafas Komuni ta’ Garanzija tal-Kwalità għall-ETV. [32] Final report of the Thematic Working Group on quality
in adult learning. Ara l-istudju parallel dwar il-kwalità fit-tagħlim
għall-adulti, http://ec.europa.eu/education/adult/doc/qualityannex_en.pdf.. [33] Dan jartikola differenza sinifikanti bejn l-EQAVET u l-ESG
li jindirizzaw biss il-livell istituzzjoniali. [34] http://www.eqavet.eu –
Ara b'mod partikolari l-għodda tal-IT għaċ-ċiklu
tal-kwalità. [35] OECD, Skills Outlook 2013, b'mod partikolari p.
204. [36] Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2012/C 398/01) [37] Cf. http://www.eqar.eu/. [38] Cf. http://ec.europa.eu/eqf/documentation_en.htm. [39] Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Reviżjoni
tal-Edukazzjoni: Ninvestu fil-ħiliet għal eżiti
soċjoekonomiċi aħjar, COM(2012) 669 final, 2012.