Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014AP0153

P7_TA(2014)0153 Ir-rappurtar tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rappurtar tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 u li jħassar id-Direttiva Nru 2003/42/KE, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2007 (COM(2012)0776 – C7-0418/2012 – 2012/0361(COD)) P7_TC1-COD(2012)0361 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Frar 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007

ĠU C 285, 29.8.2017, p. 567–567 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/567


P7_TA(2014)0153

Ir-rappurtar tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rappurtar tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 u li jħassar id-Direttiva Nru 2003/42/KE, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2007 (COM(2012)0776 – C7-0418/2012 – 2012/0361(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2017/C 285/58)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0776),

wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0418/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-17 ta' April 2013 (1),

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-2 ta' Diċembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0317/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 198, 10.7.2013, p. 73.


P7_TC1-COD(2012)0361

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Frar 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 376/2014.)


Top