Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0867

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES)

/* COM/2013/0867 final - 2013/0418 (NLE) */

52013PC0867

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) /* COM/2013/0867 final - 2013/0418 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) daħlet fis-seħħ fl-1975 u issa għandha 178 Partijiet (inklużi l-Istati Membri kollha tal-UE). L-għan tagħha huwa li tiżgura li l-kummerċ internazzjonali ta' kampjuni ta' annimali u pjanti selvaġġi ma jheddidx is-sopravivenza tagħhom. Hi tkopri 35,000 speċi li huma mniżżla fi tliet Appendiċijiet, skont il-grad ta' protezzjoni li jeħtieġu. Kull importazzjoni, esportazzjoni, riesportazzjoni u introduzzjoni mill-baħar ta’ speċijiet koperti mill-Konvenzjoni għandha tkun awtorizzata permezz ta’ sistema ta’ liċenzjar.

It-test inizjali tal-Konvenzjoni ppreveda li s-sħubija fis-CITES se tkun limitata għal Stati biss. Fit-tieni laqgħa straordinarja tal-konferenza tal-Partijiet tas-CITES f’Gaborone, Botswana, fit-30 ta’ April 1983, sar qbil fuq emenda għall-Konvenzjoni. Hija tikkonsisti minn żieda ta’ ħames paragrafi (bin-numri 2 sa 6 hawn taħt) mal-Artikolu XXI kif ġej:

1. Din il-Konvenzjoni għandha tkun miftuħa indefinittivament għal adeżjoni. L-istrumenti tal-adeżjoni għandhom ikunu ddepożitati mal-Gvern Depożitarju.

2. Din il-Konvenzjoni għandha tkun miftuħa għall-adeżjoni minn organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali kkostitwiti minn Stati sovrani li għandhom kompetenza fir-rigward tan-negozjar, il-konklużjoni u l-applikazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali fil-kwistjonijiet trasferiti lilhom mill-Istati Membri tagħhom u koperti minn din il-Konvenzjoni.

3. Fl-istrumenti tagħha ta’ adeżjoni, tali organizzazzjoni għandha tiddikjara sa fejn u sakemm twassal il-kompetenza tagħha fir-rigward tal-kwistjonijet irregolati mill-Konvenzjoni. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jgħarrfu wkoll lill-Gvern Depożitarju dwar kull modifika sostanzjali rigward safejn u sakemm twassal il-kompetenza tagħhom. In-notifiki minn organizzazzjonijiet reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika li jikkonċernaw il-kompetenza tagħhom rigward kwistjonijiet irregolati minn din il-Konvenzjoni u l-modifiki li jsirulhom għandhom jiġu distribwiti lill-Partijiet mill-Gvern Depożitarju.

4. Fir-rigward tal-kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tagħhom, dawn l-organizzazzjonijiet ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali għandhom jeżerċitaw id-drittijiet u jissodisfaw l-obbligi li din il-Konvenzjoni tattribwixxi lill-Istati Membri tagħhom, li huma Partijiet fil-Konvenzjoni. F'tali każijiet, l-Istati Membri tal-organizzazzjonijiet m'għandhomx ikunu ntitolati li jeżerċitaw tali drittijiet individwalment.

5. Fl-oqsma tal-kompetenza tagħhom, l-organizzazzjonijiet ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali għandhom jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jivvotaw b’għadd ta’ voti ugwali għan-numru tal-Istati Membri tagħhom li huma Partijiet għal din il-Konvenzjoni. Dawn l-organizzazzjonijiet m'għandhomx jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jivvutaw jekk l-Istati Membri tagħhom jeżerċitawx tagħhom, u viċe versa.

6. Kwalunkwe referenza għal "Parti" fis-sens użat fl-Artikolu 1(h) ta’ din il-Konvenzjoni, għal "Stat"/"Stati " jew għal "Parti tal-Istat"/"Partijiet tal-Istat" għall-Konvenzjoni għandha titqies li tinkludi referenza għal kull organizzazzjoni ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali li għandha l-kompetenza fir-rigward tan-negozjar, il-konklużjoni u l-applikazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali fi kwistjonijiet koperti minn din il-Konvenzjoni.

Din l-emenda (“l-emenda ta’ Gaborone”) daħlet fis-seħħ fid-29 ta’ Novembru 2013, wara r-ratifika tagħha minn żewġ terzi mit-80 pajjiż li kienu Partijiet fiż-żmien l-adozzjoni tal-emenda. L-Unjoni Ewropea sal-lum kienet osservatur għas-CITES u d-dħul fis-seħħ tal-emenda ta’ Gaborone issa jippermetti lill-Unjoni Ewropea ssir Parti għas-CITES.

Il-kwistjonijiet koperti mis-CITES jirrelataw maż-żoni (protezzjoni tal-ambjent, il-kummerċ, is-suq intern, id-dwana) li huma soġġetti għal-liġi tal-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet tas-CITES ġew implimentati b’mod armonizzat fil-livell tal-UE mill-1984 'l hawn u issa huma rregolati permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 u diversi Regolamenti tal-Kummissjoni (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 578/2013).

L-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għas-CITES huwa pass loġiku u neċessarju biex ikun żgurat li l-Unjoni Ewropea tkun kompletament kapaċi ssegwi l-objettivi tagħha skont il-politika ambjentali tagħha.

Il-proposta għad-Deċiżjoni tal-Kunsill għandha l-għan li tapprova l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għas-CITES filwaqt li tappella lill-President tal-Kunsill biex jaħtar il-persuna li jkollha s-setgħa li tipproċedi, f’isem l-Unjoni Ewropea, għad-depożitu tal-istrument ta’ Adeżjoni kif previst fl-Artikolu XXI (1) tal-Konvenzjoni u tad-dikjarazzjoni tal-kompetenzi previsti fl-Artikolu XXI (3).

2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Mhux rilevanti.

3.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-konvenzjoni tas-CITES, bħal Ftehimiet Ambjentali Multilaterali Oħrajn (MEAs) amministrati mill-UNEP, hija ffinanzjata permezz ta’ kontribuzzjonijiet stmati mħallsa mill-partijiet kollha u li jkunu bbażati fuq l-Iskala ta’ Valutazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti adottata kull tliet snin mill-Assemblea Ġenerali.

Huwa mistenni li għas-CITES bħall-MEAs globali oħra, il-Konferenza tal-Partijiet (CoP) se tiddeċiedi li, wara l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għas-CITES, l-UE għandha tħallas 2,5 % mill-ammont totali tal-Fond Fiduċjarju tas-CITES kull sena.

Għalkemm il-Konferenza tal-Partijiet (CoP) li jmiss mhux se titlaqqa' qabel l-2016 l-UE xorta se tkun mistennija li tagħmel kontribuzzjoni fl-2014 u l-2015 (madwar EUR 112 000, 2.5 % mill-ammont totali tal-Fond Fiduċjarju tas-CITES għall-2015), bi qbil mal-prattika li l-Partijiet għandhom jikkontribwixxu hekk kif jaderixxu.

2013/0418 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 192 u 207, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)       Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) li għaliha 178 pajjiż, inklużi l-Istati Membri kollha, huma parti, hija sors prinċipali ta’ strument internazzjonali li għandu l-għan li jipproteġi speċi fil-periklu ta’ fawna u flora salvaġġi permezz ta’ kontrolli fuq il-kummerċ internazzjonali ta’ kampjuni ta’ dawk l-ispeċi.

(2)       L-Emenda ta’ Gaborone għas-CITES, adottata permezz ta' Konferenza speċjali tal-Partijiet f’Gaborone, Botswana, fl-1983, immodifikat l-Artikolu XXI tal-Konvenzjoni sabiex l-aċċess għall-Konvenzjoni, li qabel kien limitat għal Stati, infetaħ għall-organizzazzjonijiet ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali kostitwiti minn Stati sovrani li għandhom kompetenza fir-rigward tan-negozjar, il-konklużjoni u l-implimentazzjoni ta’ ftehim internazzjonali fil-kwistjonijet trasferiti lilhom mill-Istati Membri tagħhom u koperti minn din il-Konvenzjoni. L-Emenda ta’ Gaborone għas-CITES daħlet fis-seħħ fid-29 ta’ Novembru 2013.

(3)       Il-kwistjonijiet koperti mis-CITES għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-ambjent u l-kummerċ. Dawn huma oqsma fejn l-Unjoni għandha kompetenza: fin-negozjar, il-konklużjoni u l-applikazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali. Id-dispożizzjonijiet tas-CITES ġew implimentati b’mod uniformi fl-Istati Membri kollha mill-1 ta’ Jannar 1984. Dawn issa huma rregolati permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97[1] u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006.[2]

(4)       L-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għas-CITES se tippermettilha li tassumi rwol sħiħ fil-ħidma tal-Konvenzjoni u se torbot legalment lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri kollha tagħha biex jimplimentaw u jdaħħlu fis-seħħ il-Konvenzjoni. Hija se toħloq responsabbiltajiet formali għall-Unjoni Ewropea sabiex trendi l-Unjoni Ewropea Parti responsabbli viżavì l-Partijiet l-oħra għall-implimentazzjoni tagħha tal-Konvenzjoni.

(5)       L-Unjoni Ewropea għandha għalhekk taderixxi għall-Konvenzjoni CITES,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu hija b’dan approvata f’isem l-Unjoni.

It-test tal-Konvenzjoni huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar il-persuna awtorizzata li tipproċedi, f'isem l-Unjoni Ewropea, bid-depożitu tal-istrument ta' adeżjoni previst fl-Artikolu XXI (1) tal-Ftehim, sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni Ewropea li tintrabat bil-Konvenzjoni. Fl-istess ħin, il-persuna maħtura għandha tiddepożita d-dikjarazzjoni stipulata fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, skont l-Artikolu XXI (3) tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi .[3]

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Qasam/oqsma ta’ politika konċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

              1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    Għan(ijiet)

              1.5.    Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

              1.7.    Il-metodu/i tal-ġestjoni previst(i)

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

              2.1.    Regoli għall-monitoraġġ u r-rappurtar

              2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.           STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata

              3.2.    Stima tal-impatt fuq in-nefqa

              3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.2. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

              3.2.3. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

              3.2.4. Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

              3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

              3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titolu tal-proposta/inizjattiva

Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fi Speċijiet Ipperikolati ta’ Fawna u Flora Selvaġġi (CITES)

1.2.        Qasam/oqsma ta' politika kkonċernat/i fl-istruttura ABM/ABB[4]

07 L-Ambjent

1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva

x Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida

¨Il-proposta / inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni ta' tħejjija[5]

¨Il-proposta / inizjattiva tirrigwarda l-estensjoni ta' azzjoni eżistenti

¨Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma' azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4.        Għan(ijiet)

1.4.1.     L-għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva:

Strateġija UE 2020 — Effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, tkabbir intelliġenti u inklużiv

1.4.2.     L-objettiv(i) speċifiku/ċi u attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Għan speċifiku Nru

2.1 Affarijiet ambjentali globali

L-attività/attivitajiet ABM/ABB konċernata/i

(ABB Kodiċi: 0702)

1.4.3.     Riżultat/i u impatt mistenni/ja

Speċifika l-effetti li għandu jkollha l-proposta/inizjattiva fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Is-sħubija fis-CITES tipprovdi wkoll lill-Unjoni Ewropea b'bażi istituzzjonali aktar b'saħħitha biex tikkontribwixxi għal proġetti tas-CITES u biex tgħin lil Partijiet individwali fil-programmi tagħhom għall-bini tal-kapaċità. Barra minn hekk, l-Unjoni Ewropea tkun tista' tikkontribwixxi għall-ispejjeż operattivi tal-Konvenzjoni permezz tal-baġit billi tħallas rata perċentwali mill-baġit ċentrali. L-Unjoni Ewropea, bħala Parti, tkun tista' tiżgura pożizzjoni koerenti tal-UE. L-adeżjoni tippermetti lill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni Ewropea biex tmexxi negozjati u li tkun katalist biex jintlaħaq kompromess bilanċjat bejn il-pożizzjonijiet tat-28 Stat Membru.

1.4.4.     L-indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Il-livell tal-influwenza tal-UE fuq id-deċiżjonijiet meħuda minn ftehimiet u proċessi ambjentali u multilaterali, il-parteċipazzjoni f’laqgħat regolari tas-CITES (Konferenza tal-Partijiet, Kumitat Permanenti, Kumitati tal-Annimali u l-Pjanti) u l-implimentazzjoni sussegwenti tad-deċiżjonijiet tas-CITES fil-liġi tal-UE

1.5.        Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva:

1.5.1.     Rekwiżit(i) li għandu/hom jiġi/u ssodisfat(i) fi żmien qasir jew twil

Ladarba d-Deċiżjoni tkun adottata mill-Kunsill, il-persuna li tingħata s-setgħa mingħand il-President tal-Kunsill għandha tiddepożita l-istrument tal-adeżjoni lill-gvern depożitarju tal-Konvenzjoni CITES.

1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

L-adeżjoni tal-UE mas-CITES se tippermetti lill-UE żżid l-istatus tagħha ta’ ftehim ambjentali multilaterali b’rilevanza diretta mal-acquis fil-qasam tal-ambjent.

1.5.3.     Tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fil-passat

L-istatus imtejjeb tal-UE f’konvenzjonijiet internazzjonali isaħħaħ il-pożizzjoni tal-UE u l-influwenza tagħha fl-oqsma koperti.

1.5.4.     Il-kompatibbiltà u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti oħra xierqa

Id-dispożizzjonijiet tas-CITES huma diġà implimentati fil-liġi tal-UE (cf. ir-Regolament tal-Kunsill 338/97 u r-Regolamenti Implimentattivi tal-Kummissjoni assoċjati). L-adeżjoni tal-UE għas-CITES, se saħħaħ is-sinerġiji mal-leġiżlazzjoni tal-UE.

1.6.        Tul ta' żmien u impatt finanzjarju:

¨Proposta / inizjattiva ta' tul limitat

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

– ¨  Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

X Il-proposta/inizjattiva b'tul ta' żmien mhux limitat

– Implimentazzjoni b’perjodu tat-tnedija mill-SSSS sal-SSSS,

– u warajh tħaddim fl-iskala kollha

1.7.        Il-mod(i) ta’ ġestjoni ppjanata(i)[6]

Għall-baġit 2013 — mhux applikabbli

¨Ġestjoni ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni.

¨Ġestjoni indiretta ċentralizzata bid-delega ta' kompiti ta' implimentazzjoni lil:

– ¨  aġenziji eżekuttivi

– ¨  korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[7]

– ¨  korp/i nazzjonali tas-settur pubbliku b'missjoni ta' servizz pubbliku

– ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti fis-sens tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

¨Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

¨Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (li jridu jiġu speċifikati)

– Jekk ikunu indikati aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fis-sezzjoni "Kummenti"

Mill-baġit tal-2014

x Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

– x mid-dipartimenti tagħha, inkluż il-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

– ¨  mill-aġenziji eżekuttivi;

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni indiretta permezz tad-delega ta' kompiti ta' implimentazzjoni lil:

– ¨ pajjiżi terzi jew il-korpi nnominati minnhom;

– ¨ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati);

– ¨il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

– ¨ korpi msemmijin fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

– ¨ korpi tal-liġi pubblika;

– ¨ korpi rregolati mil-liġi privata b'missjoni ta’ servizz pubbliku safejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

– ¨ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

– ¨ il-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi fis-CFSP skont it-Titolu V tat-Trattat tal-UE u identifikati fl-att bażiku relevanti.

– Jekk ikunu indikati aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fis-sezzjoni "Kummenti"

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.        Regoli għall-monitoraġġ u r-rappurtar:

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet

Il-baġits ta’ konvenzjonijiet internazzjonali huma mmonitorjati permezz tal-konferenza tal-partijiet tagħhom, minbarra li jsegwu r-regoli tan-Nazzjonijet Uniti li ġejjin għall-ġestjoni tagħhom (sakemm il-UNEP ikun fiduċarju għal Fond Fiduċjarju tas-CITES).

2.2.        Sistema ta’ ġestjoni u kontroll:

2.2.1.     Riskju/i identifikat(i)

Il-baġit tas-CITES huwa vverifikat f’intervalli regolari bħala parti mill-iskema tan-Nazzjonijet Uniti.

2.2.2.     Informazzjoni li tikkonċerna s-sistema ta' kontroll interna stabbilita:

Ara 2.2.1 hawn fuq

2.2.3.     Stima tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-kontrolli u l-valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta' żbalji

Mhux applikabbli

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet:

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.

Ara 2.2.1 hawn fuq

3.           STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata:

· L-intestaturi baġitjarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitjarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Numru 07(02) Intestatura "Politika Ambjentali fil-Livell tal-Unjoni u Internazzjonali" || Diff./mhux diff. ([8]) || minn pajjiżi tal-EFTA[9] || minn pajjiżi kandidati[10] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

4 || 07 02 04 — Kontribuzzjoni għall-ftehimiet ambjentali multilaterali || Diff || LE || LE || LE || LE

· Il-linji baġitarji ġodda mitluba (M/A) - mhux applikabbli

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitjarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Numru […][Intestatura…...….] || Diff./mhux diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

|| […][XX.YY.YY.YY] || || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE

3.2.        Stima tal-impatt fuq in-nefqa

[Din il-parti għandha timtela bl-użu tal-ispreadsheet dwar id-dejta ta' baġit ta' natura amministrattiva(it-tieni dokument anness ma' din id-dikjarazzjoni finanzjarja) u għandha tittella' fis-CISNET għal raġunijiet ta' konsultazzjoni bejn s-servizzi.]

3.2.1.     Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || 4 || Ewropa Globali

DĠ: ENV || || || Sena N[11] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal is-snin skont kemm hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL:

ŸApproprjazzjonijiet operazzjonali || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Tul bla limitu.

07 02 04 || Impenji || (1) || 112 000 || 112 000 || 112 000 || 115 000 || 115 000 || 117 000 || 117 000 || 800 000

Ħlasijiet || (2) || 112 000 || 112 000 || 112 000 || 115 000 || 115 000 || 117 000 || 117 000 || 800 000

Numru tal-linja baġitarja || Impenji || (1a) || || || || || || || ||

Ħlasijiet || (2a) || || || || || || || ||

Approprjazzjonjiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi[12] - mhux applikabbli || || || || || || || ||

Numru tal-linja baġitarja || || (3) || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ ENV || Impenji || = 1 +1A +3 || 112 000 || 112 000 || 112 000 || 115 000 || 115 000 || 117 000 || 117 000 || 800 000

Ħlasijiet || = 2+2a +3 || 112 000 || 112 000 || 112 000 || 115 000 || 115 000 || 117 000 || 117 000 || 800 000

ŸTOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || || || || || || || ||

Ħlasijiet || (5) || || || || || || || ||

ŸTOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTAURA 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || = 4 + 6 || 112 000 || 112 000 || 112 000 || 115 000 || 115 000 || 117 000 || 117 000 || 800 000

Ħlasijiet || =5+ 6 || 112 000 || 112 000 || 112 000 || 115 000 || 115 000 || 117 000 || 117 000 || 800 000

Jekk hija affettwata aktar minn intestatura waħda mill-proposta / inizjattiva:

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || || || || || || || ||

Ħlasijiet || (5) || || || || || || || ||

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI MILL-1 sal-4 tal-qafas finanzjarju pluriennali (ammont ta' referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || || || || || ||

Ħlasijiet || =5+ 6 || || || || || || || ||

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || 5 || "Nefqa amministrattiva" – mhux applikabbli

EUR

|| || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal snin skont kemm hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL:

DĠ: ENV ||

Ÿ Riżorsi umani || || || || || || || ||

Ÿ Nefqiet amministrattivi oħrajn: || || || || || || || ||

TOTAL DĠ <….> || Approprjazzjonijiet || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Total tal-impenji = Total tal-ħlasijiet) || || || || || || || ||

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

|| || || Sena N[13] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal is-snin skont kemm hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL:

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI MILL-1 sal-5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || || || || || || || ||

Ħlasijiet || || || || || || || ||

3.2.2.     Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet operattivi

– X  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzonijiet ta’ impenn f’EUR miljuni (sa tliet postijiet deċimali)

Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal snin skont kemm hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL:

RIŻULTATI

Tip[14] || Spiża medja || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru totali || Spiża totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 Affarijiet ambjentali globali...[15] ... || || || || || || || || || || || || || || || ||

— Riżultat || Rapport ta' Konferenza; || 112 000 || 1 || 112 000 || 1 || 112 000 || 1 || 112 000 || 1 || 115 000 || 1 || 115 000 || 1 || 117 000 || 1 || 117 000 || || 800 000

— Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

— Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || ||

SPEJJEŻ TOTALI || || 112 000 || || 112 000 || || 112 000 || || 115 000 || || 115 000 || || 117 000 || || 117 000 || || 800 000

3.2.3.     Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.  Sommarju

– x   Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva jeħtiġilha tuża approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

|| Sena N[16] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal snin skont kemm hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL:

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || || || ||

Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || || || || || || || ||

Subtotal għall-INTESTURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Barra mill-INTESTATURA 5[17] tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || || || ||

Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || || || || || || || ||

Subtotal barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

TOTAL || || || || || || || ||

L-approprjazzjonijiet tar-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà huma assenjati lill-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew allokati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji

3.2.3.2.  Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

– X  Il-proposta / l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full-time

|| || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal snin skont kemm hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

|| ŸPostijiet tat-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju) || ||

|| XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || || || || || || ||

|| XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||

|| XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || ||

|| 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

ŸPersunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full-Time: FTE)[18] ||

|| XX 01 02 01 (CA, SNE, INT mill-“pakkett globali”) || || || || || || ||

|| XX 01 02 02 (CA, LA, SNE, INT u JED fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

|| XX 01 04 ss[19] || -fil-Kwartieri Ġenerali || || || || || || ||

|| — Delegazzjonijiet || || || || || || ||

|| XX 01 05 02 (CA, SNE, INT - Riċerka indiretta) || || || || || || ||

|| 10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka Diretta) || || || || || || ||

|| Linji baġitarji oħra (speċifika) || || || || || || ||

|| TOTAL || || || || || || ||

XX huwa l-qasam tal-politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat

Ir-riżorsi umani mitluba għandhom jiġu mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-immaniġġjar tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fid-DĠ, flimkien, jekk inhu meħtieġ, ma' kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jimmaniġġja skont il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju ||

Persunal estern ||

3.2.4.     Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

– x   Proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali kurrenti

– ¨  Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali,

Spjega liema ripprogrammar huwa meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi tal-baġit konċernati u l-ammonti korrispondenti.

[…]

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrumenti tal-flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali[20].

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-intestaturi tal-baġit konċernati u l-ammonti korrispondenti.

[…]

3.2.5.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

– Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għall-kofinanzjament minn partijiet terzi.

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

|| Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal snin skont kemm hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament || MA || || || || || || ||

TOTAL tal-approprijazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || ||

3.3.        Impatt stmat fuq id-dħul

– x   Il-proposta/inizjattiva ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

– ¨         fuq ir-riżorsi proprji

– ¨         fuq id-dħul mixxellanju

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali || Impatt tal-proposta/inizjattiva[21]

Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal snin skont kemm hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu …. || || || || || || || ||

Għad-dħul mixxellanju "assenjat", speċifika l-linja/linji tan-nefqa tal-baġit affettwat(i).

[…]

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

[…]

[1]               Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom, (ĠU L 61, 3.3.1997, p.1).

[2]               Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 tal-4 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 166, 19.6.2006, p. 1).

[3]               Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għall-Unjoni Ewropea għandha tiġi ppublikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

[4]               ABM: activity-based management (amministrazzjoni ibbażata fuq l-attività – ABB: activity-based budgeting (baġitjar ibbażat fuq l-attività).

[5]               Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[6]               Id-dettalji tal-modi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[7]               Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[8]               Diff.= Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux Diff. = Approprjazzjonijiet Mhux differenzjati.

[9]               EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[10]             Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi potenzjalment kandidati mill-Balkani tal-Punent.

[11]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[12]             Assistenza teknika u/jew amministrattiva u n-nefqa bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[13]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[14]             Ir-riżultati huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereżempju l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).

[15]             Kif deskritt fil-punt 1.4.2. "Obbjettiv(i) speċifiku/ċi..."

[16]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[17]             Assistenza teknika u/jew amministrattiva u n-nefqa bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[18]             CA= (Contract Staff - Persunal bil-Kuntratt); LA = (Local Staff - Persunal Lokali); SNE= (Seconded National Expert - Espert Nazzjonali SSekondat); INT = (agency staff - persunal mill-aġenziji); JED= (Junior Experts in Delegations - Esperti Żgħażagħ f'Delegazzjonijiet).

[19]             Sublimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operattivi (l-eks linji "BA").

[20]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali (għall-perjodu 2007-2013).

[21]             Fir-rigward ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti taz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara tnaqqis ta’ 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.

ANNESS

għall-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fi Speċijiet Ipperikolati ta’ Fawna u Flora Selvaġġi (CITES)

DIKJARAZZJONI MILL-UNJONI EWROPEA SKONT L-ARTIKOLU XXI (IL-PARAGRAFU 3) TAL-KONVENZJONI DWAR IL-KUMMERĊ INTERNAZZJONALI FI SPEĊIJIET IPPERIKOLATI TA’ FAWNA U FLORA SELVAĠĠI

“L-Unjoni Ewropea tiddikjara li, bi qbil mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 191 tiegħu, hija kompetenti li tidħol fi qbil internazzjonali, u li timplimenta l-obbligi li joħorġu minnhom, li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet li ġejjin:

– il-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent;

– il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem;

– l-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali;

– il-promozzjoni ta' miżuri fuq livell internazzjonali biex jiġu ttrattati problemi ambjentali fuq livell reġjonali jew globali, inkluż it-tibdil fil-klima.

Barra minn hekk, l-Unjoni Ewropea tadotta miżuri f'livell tal-Unjoni Ewropea għall-funzjonament kif suppost tas-swieq interni tagħha.

L-Unjoni Ewropea għandha kompetenza esklussiva fir-rigward ta’ miżuri li jikkonċernaw l-Unjoni Doganali bejn l-Istati Membri tagħha u fir-rigward tal-politika kummerċjali komuni tagħha.

L-Unjoni Ewropea tiddikjara li diġà adottat strumenti legali, vinkolanti fuq l-Istati Membri tagħha, li jkopru kwistjonijiet iggovernati b'din il-Konvenzjoni b'mod partikolari iżda mhux limitati għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 tal-4 ta' Mejju 2006.[1]

Barra minn hekk l-Unjoni Ewropea tiddikjara li hija responsabbli għat-twettiq ta’ dawk l-obbligi li joħorġu mill-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fi Speċijiet Ipperikolati ta’ Fawna u Flora Selvaġġi li huma koperti mil-liġi tal-Unjoni.

L-eżerċizzju ta' kompetenza tal-Unjoni huwa, min-natura tiegħu, suġġett għal żvilupp kontinwu."

[1]               ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1 u ĠU L 166, 19.6.2006, p. 1.

Top