Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0462

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil

/* COM/2013/0462 final - 2013/0214 (COD) */

52013PC0462

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil /* COM/2013/0462 final - 2013/0214 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

L-investiment fit-tul huwa l-forniment ta' kapital ta’ ħajja twila sabiex ikunu ffinanzjati assi tanġibbli (bħalma huma l-enerġija, it-trasport u l-infrastrutturi tal-komunikazzjoni, il-faċilitajiet industrijali u ta' servizz, l-akkomodazzjoni soċjali u t-tibdil fil-klima u t-teknoloġiji tal-ekoinnovazzjoni) kif ukoll assi intanġibbli (bħalma huma l-edukazzjoni u r-riċerka u l-iżvilupp) li jagħtu spinta lill-innovazzjoni u lill-kompetittività. Ħafna minn dawn l-investimenti għandhom benefiċċji usa’ għall-pubbliku, minħabba li jiġġeneraw redditi akbar għas-soċjetà kollha kemm hi, billi jappoġġjaw servizzi essenzjali u jtejbu l-istandards tal-għixien. Din il-proposta hija maħsuba biex il-pula tal-kapital disponibbli għall-investiment fuq terminu twil tiżdied fl-ekonomija tal-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea, bl-għan li tkun iffinanzjata t-tranżizzjoni lejn tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. Dan se jsir billi jinħoloq fond ta' koinvestiment ġdid, Fondi ta’ Investiment fuq Terminu Twil tal-UE jew ELTIFs. L-ELTIFs, minħabba l-klassijiet tal-assi li dawn jistgħu jinvestu fihom, huma mistennija li se jkunu jistgħu jipprovdu lill-investituri b'redditu stabbli fuq terminu twil. L-assi eliġibbli jikkwalifikaw bħala parti mill-"investimenti alternattivi" – Klassijiet ta’ assi li ma jaqgħux fid-definizzjoni tradizzjonali ta’ ishma u bonds elenkati. Filwaqt li investimenti alternattivi jinkludu l-proprjetà immobbli, il-kapital ta’ riskju, l-ekwità privata, il-fondi ħeġġ, il-kumpaniji mhux elenkati, it-titoli u l-komoditajiet f'diffikultà, l-ELTIFs ikunu jiffokaw biss fuq investimenti alternattivi li jaqgħu taħt kategorija definita ta’ klassijiet ta’ assi fuq terminu twil li l-iżvilupp b’suċċess tagħhom jeħtieġ l-impenn fit-tul tal-investituri. Għalhekk, il-proprjetà immobbli, il-kumpaniji mhux elenkati jew il-proġetti tal-infrastruttura jkunu eliġibbli filwaqt li l-komoditajiet ma jkunux.

Hemm ħtieġa ċara għalhekk li jiġi żgurat li l-ostakli għall-investiment b’perspettiva fit-tul jiġu indirizzati fil-livell tal-Unjoni Ewropea. Dan huwa partikolarment il-każ għal assi bħal proġetti ta’ infrastruttura li jiddependu fuq impenji fuq terminu twil. Dawn l-assi jiddependu, parzjalment, fuq dak li huwa ħafna drabi msejjaħ “il-kapital paċenzjuż”. Dan it-tip ta’ investiment jista' ma jinfediex għal għadd ta' snin, iżda huwa investit b’tali mod li jkun kapaċi jipprovdi redditu stabbli u prevedibbli. Proġetti ta’ infrastruttura, investimenti fil-kapital uman, jew konċessjonijiet operattivi joqogħdu taħt din id-deskrizzjoni. Il-kapital investit għal terminu twil b'dan il-mod "paċenzjuż" huwa ta' benefiċċju għall-ekonomija reali billi jipprovdi flussi prevedibbli u sostnuti ta' finanzi lill-impriżi u joħloq l-impjiegi.

L-investituri bħall-kumpaniji tal-assigurazzjoni kif ukoll il-fondi tal-pensjoni li għandhom obbligazzjonijiet fit-tul, urew ix-xewqa li jinvestu f’assi ta’ investiment fuq terminu itwal. Fl-istess ħin huma ġibdu l-attenzjoni lejn in-nuqqas ta’ mekkaniżmi ta’ ppuljar li jkunu faċilment disponibbli, bħall-fondi ta’ investiment, sabiex jiġi aġevolat l-aċċess għal dawn it-tipi ta’ investimenti. Bħala riżultat opportunitajiet ta’ investiment bħal dawn huma ristretti għal ftit investituri kbar ħafna, bħall-fondi tal-pensjoni jew l-impriżi tal-assigurazzjoni kbar, li kapaċi jiġbru u jimpenjaw biżżejjed kapital permezz tar-riżorsi tagħhom stess. Dan, min-naħa l-oħra, huwa ta' ostakolu għall-investituri ż-żgħar bħall-pjanijiet tal-pensjoni lokali, il-muniċipalitajiet, l-iskemi tal-pensjoni mħaddma minn professjonijiet liberi jew il-pjanijiet tal-pensjoni korporattivi, li jistgħu altrimenti jibbenefikaw billi jiddiversifikaw l-investimenti tagħhom f'assi bħal dawn. In-nuqqas ta' dawn il-gruppi ta’ investituri, bħala konsegwenza, qed iċaħħad l-ekonomija reali milli jkollha aċċess aktar profond għall-puli ta' finanzjament li jkunu mwieżen bil-kapital. Fl-aħħar, iżda mhux l-inqas, anke investituri individwali fil-livell tal-konsum b'obligazzjoni għall-ġejjieni (ix-xiri ta' dar, l-edukazzjoni jew il-finanzjament ta’ ristrutturazzjonijiet maġġuri) jistgħu jibbenefikaw minn qligħ jew redditu offruti minn fondi ta’ investiment fuq terminu twil.

L-impenji ta' kapital fuq skala kbira u fuq terminu twil li huma meħtieġa għat-tħaddim effiċjenti ta' puli ta’ investiment għal assi fuq terminu twil s’issa ġew imxekkla mill-frammentazzjoni regolatorja ta' fost l-Istati Membri. Fejn il-fondi u l-inċentivi jeżistu f'livell nazzjonali dawn ma jkunux konformi ma’ inizjattivi paragunabbli fi Stati Membri oħra. Dan jimpedixxi l-iskala tal-ippuljar tal-kapital u tal-għarfien espert fl-investiment li joħolqu ekonomiji ta' skala għall-fondi, għall-benefiċċju tal-investituri. Min-naħa l-oħra, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ma għandhomx mudelli ta' fondi jew inċentivi ekwivalenti li jindirizzaw klassijiet ta’ assi fuq terminu twil. Fin-nuqqas ta’ fond ta' koinvestiment transfruntier, l-investituri f’dawn is-swieq huma esklużi milli jinvestu fi klassijiet ta’ assi fuq terminu twil.

Ir-riżultat aħħari huwa li attwalment ma hemmx disponibbli mekkaniżmu li jikkanalizza l-fondi li għandhom jiġu impenjati għal perjodi twal ta’ żmien għal proġetti ekonomiċi reali li jeħtieġu finanzjament bħal dan. Din trażżan l-iżvilupp ta’ investiment għal terminu twil. L-għarfien espert fost professjonisti tal-investiment ma jiġix żviluppat minħabba in-nuqqas ta’ domanda. Ekonomiji ta’ skala li jwasslu għat-tnaqqis tal-kostijiet fil-ġestjoni ta' fond ta’ investiment fuq terminu twil ma jseħħux.

Barra minn hekk, proġetti ta' inġinerija infrastrutturali jew industrijali fuq skala kbira jistgħu jeħtieġu aċċess għal puli ta' kapital li mhux dejjem ikunu disponibbli meta l-kapital jinġabar fi Stat Membru wieħed biss. Barra minn hekk, proġetti fuq skala kbira jistgħu jinvolvu negozji bbażati f’għadd ta’ Stati Membri differenti. Kull mekkaniżmu tal-iffinanzjar irid jiffaċċja din il-problema ta' frammentazzjoni, u jaġevola investituri u proġetti f’diversi pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Għalhekk hemm bżonn, li jkun iffaċilitat fond ta' koinvestiment mfassal speċifikament biex jindirizza dawn il-problemi. Sabiex l-effiċjenza ta’ kull mekkaniżmu ta' ffinanzjar tkun fl-aqwa tagħha, teħtieġ tilħaq investituri minn madwar l-Unjoni. L-importanza tal-indirizzar ta' dawn il-kwistjonijiet diġà kienet ġiet stipulata fl-Att dwar is-Suq Uniku II (SMA II).[1] Wieħed mill-objettivi ewlenin tagħha huwa li ttejjeb l-investiment fuq terminu twil fl-ekonomija reali. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, l-SMA II ppropona li jiġi żviluppat sett ġdid ta’ regoli tal-UE li jiffaċilitaw iż-żieda tal-kapital transfruntier għall-kapital meħtieġ biex jiġu operati fondi ta' investiment kosteffettivi li għandhom fil-mira opportunitajiet ta’ investimenti fuq terminu twil.

Il-kuntest usa’ ta’ dan ix-xogħol ġie stabbilit fil-Green Paper tal-Kummissjoni Ewropea, l-Iffinanzjar fuq Terminu Twil tal-Ekonomija Ewropea[2], li tiddeskrivi l-kwistjonijiet tal-provvista u tad-domanda fl-istrutturi kollha ta’ finanzjament. Il-Green Paper ikkonfermat ukoll il-ħtieġa ta' miżuri dwar il-fondi ta’ investiment, kif deskritt f’din il-proposta, filwaqt li kkonċentrat fuq il-kuntest tal-ħtieġa usa’ li l-finanzjament tal-ekonomija reali jingħata l-ħajja mill-ġdid billi jittejbu t-taħlita u r-reżiljenza ġeneral ta' sorsi differenti ta’ finanzjament. F’dan, l-ELTIFs il-ġodda jistgħu jikkontribwixxu biex iżidu l-finanzjament mhux bankarju disponibbli għan-negozji, biex jikkumplimentaw l-aċċess għal finanzjament mill-banek.

Attwalment, is-swieq tal-fondi ta' investiment tal-UE huma ddominati minn fondi li jitħaddmu skont id-Direttiva tal-UCITS (Impriżi għall-Investiment Kollettiv fit-Titoli Trasferibbli), introdotta għall-ewwel darba fl-1985. L-assi tal-UCITS immaniġġjati issa laħqu EUR 6,697 biljun.[3] Id-Direttiva dwar il-UCITS fiha sett ta’ regoli dwar il-prodotti li jintużaw minn fondi ta’ investiment disponibbli għall-investituri fil-livell tal-konsum, iżda hija ffukata fuq titoli trasferibbli bl-iskop li jkun hemm disponibbli likwidità adegwata li ssostni l-ammortizzazzjonijiet li jintalbu. Bħala riżultat, il-UCITS ma jkunux jistgħu jikkontribwixxu għall-finanzjament ta' impenji kapitali paċenzjużi għall-infrastruttura u għal proġetti oħra. Filwaqt li l-inizjattiva tal-UCITS ma tfissirx neċessarjament li l-ħolqien tal-ELTIF se jattira livelli simili ta' interess mill-investituri, minħabba l-valur li fondi verament likwidi għandhom għal ħafna investituri fil-livell tal-konsum, is-suċċess tagħha juri li inizjattivi madwar l-UE kollha jista’ jkollhom impatt qawwi sabiex jiġi żviluppat suq u sabiex ikun hemm investituri li jkollhom fiduċja.

Il-ħolqien tal-Fondi ta’ Kapital ta’ Riskju Ewropej (EuVECA) u l-Fondi ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropej (EuSEF) flimkien mal-ELTIFs, se jgħinu biex jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-ekonomija Ewropea. Iżda l-iskemi tal-EuVECA u tal-EuSEF jiffukaw fuq niċċa speċifika tal-ekonomija tal-UE: Negozji li għadhom jibdew iffinanzjati mill-kapital ta’ riskju, u negozji li jispeċjalizzaw f'li jkollhom impatt soċjali.

Il-proposta dwar l-ELTIFs issegwi approċċ usa’ mill-EuVECA u l-EuSEF. Din għandha l-intenzjoni li tindirizza firxa wiesgħa ta’ klassijiet ta’ assi fuq terminu twil kif ukoll li toħloq fond ta’ investiment li jista' wkoll jinbiegħ lill-investituri fil-livell tal-konsum. Għalhekk huma meħtieġa tliet karatteristiċi ewlenin: (1) regoli speċifiċi tal-prodott li jkopru l-assi eliġibbli u d-diversifikazzjoni tagħhom; (2) grad għoli ta' kompetenza għal dawk li jistgħu jimmaniġġjaw u jikkummerċjaliżaw l-ELTIFs u (3) allinjament bejn l-orizzont temporali tal-investiment u l-ammortizzazzjoni li jistennew l-investituri.

Il-ħtieġa għal regoli tal-prodott

L-għan huwa li l-qafas tal-ELTIF ġdid joħloq "it-tieni passaport fil-livell tal-konsum" li jsegwi l-approċċ ippruvat u ttestjat tal-UCITS dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott u t-tixrid tar-riskju. Min-naħa tal-investituri hemm interess konsiderevoli f’opportunitajiet biex jinvestu fi klassijiet ta’ assi fuq terminu twil li jew jiżdiedu fil-valur tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom (kumpaniji żgħar jew ta' daqs medju) jew inkella jipproduċu introjtu regolari matul il-perijodu ta’ parteċipazzjoni (assi tal-infrastruttura). B'mod speċjali l-pjanijiet tal-pensjoni operati mill-muniċipalitajiet, id-distretti, il-kumpaniji żgħar u kbar jew il-professjonijiet liberi jridu mezz bħal dan. Minħabba l-fatt li f’ħafna Stati Membri ma jeżistux fondi ta’ assi fuq terminu twil, l-investituri f’dawn l-Istati huma esklużi minn din l-opportunita ta' investiment. Passaport transfruntier se jirrimedja din is-sitwazzjoni.

Biex jiġu sodisfatti dawn il-ħtiġijiet tal-investituri, l-ELTIF se jkun jista' jinvesti f’kull tip ta’ assi li mhumiex ikkummerċjalizzati fis-swieq regolati. Dawn l-assi huma nonlikwidi u, għal din ir-raġuni biss, jeħtieġu fond biex ikun hemm impenn fuq terminu twil meta jinxtraw. L-istess jgħodd għal dawk li jinvestu f’fond bħal dan. L-assi li mhumiex innegozjati f'suq sekondarju u li l-proprjetarji tagħhom ikunu jeħtieġu żmien konsiderevoli biex isibu xerrej ikunu jinkludu dan li ġej: (1) Investimenti fi proġetti infrastrutturali, bħal fil-qasam tat-trasport, l-enerġija u l-edukazzjoni; (2) Investimenti f'kumpaniji mhux elenkati, fil-prattika l-aktar SMEs; (3) Investimenti f’assi ta' proprjetà immobbli, bħall-bini jew ix-xiri dirett ta’ assi infrastrutturali.

Għaldaqstant, is-sempliċi fatt li assi ma jiġix innegozjat f’suq rregolat jikkwalifikah bħala assi għal terminu twil. Dawn l-assi huma nonlikwidi sempliċiment minħabba l-fatt li, mingħajr ċentru tan-negozjar pubbliku, ma jkunux jistgħu jinstabu mill-ewwel xerrejja għall-assi tiegħek. Barra minn hekk, dawn l-assi huma ta' spiss pjuttost idjosinkratiċi u jkunu attraenti biss għal xerrejja li jistgħu jużaw id-diliġenza tagħhom u huma speċjalizzati fil-qasam rilevanti. Pereżempju, ladarba ELTIF jinvesti f’kumpanija ta' proġett, ikun qed jantiċipa li immedjatament mhu se jkun hemm l-ebda xerrej identifikabbli għal dan is-sehem għal perjodu konsiderevoli ta’ żmien.

Quddiem in-nuqqas tagħhom ta' likwidità intrinsika, il-proposta tal-ELTIF toqgħod lura milli tippreskrivi perjodi ta’ parteċipazzjoni stabbiliti minn qabel. Minħabba l-fatt li investiment f'assi fuq terminu twil jeħtieġ li jsir b'livell għoli ta' diliġenza, il-preskrizzjoni ta' perjodi minimi ta' parteċipazzjojni ma tidhirx li hija politika prudenti. Dan għaliex kull deċiżjoni ta’ investiment se tkun differenti u l-meniġers tal-ELTIF huma fl-aħjar pożizzjoni biex jiddeċiedu kemm żmien iridu jibqgħu bl-investiment fl-assi biex jiġġeneraw ir-redditu mwiegħed. Din hija differenza kbira għall-meniġers tal-UCITS li jsegwu l-iżviluppi makroekonomiċi jew il-fluttwazzjoni ta’ kuljum fil-borża.

Jidher ukoll li hija meħtieġa l-flessibbiltà maniġerjali fir-rigward tal-qafas ta' żmien preċiż li fih portafoll ta’ assi fuq terminu twil irid jinbena. Din hija r-raġuni għaliex il-proposta tippermetti li jkun hemm perjodu ta’ ħames snin li fih il-portafoll tal-assi fuq terminu twil jista' jinbena. Barra minn hekk, il-proposta tippermetti lill-maniġer biex jinvesti sa 30 % tal-kapital tal-ELTIF f’titoli likwidi. Dawn ir-riżervi ta' likwidità ġew maħsuba b’tali mod li jippermettu lill-ELTIF jimmaniġġja l-fluss tal-flus li jirriżulta waqt li l-portafoll fuq terminu twil ikun qed jinħoloq. Dawn jippermettu wkoll lill-maniġer jitfa' l-likwidità żejda li tiġi minn “bejn l-investimenti” — jiġifieri meta jinbiegħ assi fuq terminu twil sabiex jieħu postu ieħor.

Biex tinħoloq il-fiduċja tal-investitur u ċ-ċertezza legali, b'mod speċjali għall-investituri fil-livell tal-konsum li jkunu fil-mira tal-ELTIFs, iżda mhux biss għalihom, l-iskema proposta teħtieġ sett ta’ regoli tal-prodott sodi iżda flessibbli. Ir-regoli tal-prodott jirrappreżentaw l-aktar mod xieraq sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet ta’ finanzjament fuq terminu twil identifikati, u jgħinu biex jipprovdu lill-ELTIFs bi profil tal-prodott prevedibbli. Ladarba jiġu awtorizzati, l-ELTIFs se jkunu disponibbli biex jitqiegħdu fis-suq għall-investituri professjonali kif ukoll għall-investituri fil-livell tal-konsum fi Stati Membri oħra.

L-ELTIFs jipprovdu opportunitajiet għall-investituri sabiex jiddiversifikaw il-portafolli ta’ investiment tagħhom. L-assi li l-ELTIF propost jista' jinvesti fihom huma investimenti alternattivi, u għalhekk differenti ħafna fin-natura mill-ishma elenkati aktar tradizzjonali u mit-titoli miżmuma minn għadd ta’ investituri. Filwaqt li r-regoli stretti ta’ diversifikazzjoni li jinsabu fil-qafas tal-UCITS jistgħu jagħmluha għalja jew anke impossibbli biex jitħaddem l-ELTIF, dan tal-aħħar xorta se jibbenefika minn livell raġonevoli ta’ diversifikazzjoni tal-assi.

Dan il-benefiċċju ta' diversifikazzjoni japplika ugwalment kemm għall-investituri fil-livell tal-konsum kif ukoll għal dawk istituzzjonali jew "sofistikati" bħalma huma individwi ta’ valur għoli. Ir-regoli rigorużi tal-prodott proposti u l-protezzjoni tal-investitur li joħolqu huma mfassla biex jagħmlu l-ELTIF addattat għall-investituri fil-livell tal-konsum.

Il-ħtieġa ta' livell għoli fil-kompetenza maniġerjali

Minħabba n-nuqqas ta’ likwidità tagħhom u minħabba l-fatt li l-parteċipazzjoni fi klassijiet ta’ assi fuq terminu twil fil-mira tal-ELTIF ma jkunux elenkati f’suq irregolat, l-assi ta' terminu twil kollha li l-ELTIF jista’ jinvesti fihom jaqgħu fil-kategorija ta’ “investimenti alternattivi” (ara d-deskrizzjoni ta’ investimenti alternattivi hawn fuq). Għalhekk huwa neċessarju li l-ELTIFs jiġu mmaniġġjati minn impriżi li huma awtorizzati skont l-AIFMD biex jimmaniġġjaw u jikkummerċjalizzaw investimenti alternattivi.

Għalhekk, il-qafas tal-ELTIFs propost se jibni fuq l-awtorizzazzjoni maniġerjali fid-Direttiva tal-AIFM[4], li tistipula r-regoli ġenerali għall-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi li jimmaniġġjaw u jikkummerċjalizzaw il-fondi tagħhom għall-investituri professjonali. Regoli tal-prodott speċifikament għal-LTIF se jiġu miżjuda sabiex l-ELTIFS ikunu jistgħu jiġu faċilment identifikati kemm minn investituri professjonali kif ukoll minn investituri fil-livell tal-konsum li huma interessati fil-profili ta' qligħ u redditu assoċjati ma’ investimenti f’assi fuq terminu twil.

Il-qafas tal-ELTIFs propost jibni fuq id-dispożizzjonijiet transfruntiera fl-AIFMD, u jżid mal-passaport “Ewropew” tal-investituri professjonali li joperaw f'ekonomija tas-suq il-passaport "Ewropew" għall-investituri fil-livell tal-konsum li joperaw f'ekonomija tas-suq ġewwa l-UE fir-rigward tal-ELTIFs. Billi l-ELTIFs jistgħu jinbiegħu lill-konsumaturi mhux professjonali, hemm bżonn ta' aktar ħarsien għall-konsumatur, pereżempju permezz ta' regoli tal-ELTIF li jipprojbixxu investiment f’assi li jistgħu joħolqu kunflitt ta’ interess, regoli dwar trasparenza li jirrikjedu l-pubblikazzjoni ta’ dokument bit-tagħrif ewlieni u kundizzjonijiet speċifiċi għall-kummerċjalizzazzjoni.

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, sabiex ikun jista' jiġi awtorizzat, il-maniġer tiegħu għandu jkun ukoll awtorizzat skont l-AIFMD. Il-maġġoranza tal-assi li ELTIF jista' jinvesti fihom għandhom skont id-definizzjoni jkunu assi li jridu jinżammu għal żmien twil. Il-konċentrazzjoni żejda f’assi wieħed jew f'impriża waħda toħloq riskji għall-investituri li jistgħu jkunu diffiċli ħafna biex jimmaniġġjawhom. Biex jittaffa dan ir-riskju l-ELTIF irid josserva r-regoli ta’ diversifikazzjoni. Barra minn hekk, qed jiġu proposti limiti fuq l-użu ta’ derivati f’dak li għandu x’jaqsam ma’ assi tal-ELTIF, kif ukoll livell limitu fuq is-self.

Il-ħtieġa li jsir allinjament bejn l-orizzont temporali tal-investiment u l-orizzont temporali tal-ammortizzazzjoni

L-assi li l-ELTIF jinvesti fihom min-natura tagħhom stess ikunu nonlikwidi. Jiġifieri, mhux se jkunu jistgħu jinxtraw u jinbiegħu faċilment. Jista’ ma jkunx hemm suq sekondarju affidabbli għal assi ta' terminu twil, fatt li jista' jagħmel il-valutazzjoni u l-bejgħ tagħhom aktar diffiċli. In-natura nonlikwida tal-assi mhijiex problema fiha nfisha, u l-proposta tal-ELTIF hija mfassla biex jinħoloq fond ta' koinvestiment adattat għal dawn it-tipi ta’ assi. Ir-rekwiżiti tal-AIFMD jindirizzaw wkoll dawn il-kwistjonijiet, pereżempju dawk li għandhom x'jaqsmu mal-valutazzjoni, u r-rekwiżit li l-maniġers ikollhom fis-seħħ politiki u mekkaniżmi xierqa ta' valutazzjoni..

In-natura nonlikwida tal-assi tista’ tagħmilha diffiċli għall-fondi biex jissodisfaw it-talbiet ta’ ammortizzazzjoni li jsiru mill-investituri qabel ma' investimenti f'assi jew proġett jilħqu l-maturità tagħhom. Il-ħtieġa li jinżammu assi likwidi biex jintlaqgħu t-talbiet ta’ ammortizzazzjoni tkun qed tiddevja l-likwidità mill-għan prinċipali tal-ELTIFs — l-investiment f'assi għal terminu twil. Barra minn hekk, l-opzjonijiet biex issir ammortizzazzjoni kmieni, jiġifieri, qabel tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tal-investiment fil-fond, se tqajjem il-ħtieġa li wieħed jiddisponi mill-assi kmieni biex jissodisfa t-talbiet ta’ ammortizzazzjoni bikrija. Hemm il-periklu li dawn l-assi jistgħu jkollhom jinbiegħu bi prezzijiet ta' “bejgħ bl-għaġġla”, ferm taħt dawk li l-maniġer tal-fond jemmen li l-assi għandhom jiswew f'bejgħ li ma jkunx furzat. Tali bejgħ jista’ wkoll inaqqas il-fluss tal-introjtu li jitħallas lil investituri oħrajn li jibqgħu investiti fl-ELTIF. Għaldaqstant l-ELTIFs mhux se joffru amortizzazzjoni bikrija lill-investituri. Dan l-approċċ se jneħħi l-kunflitti ta’ interess potenzjali bejn l-investituri li jkun hemm u dawk li jifdal.

L-ELTIF flimkien mal-AIFMD se jipprovdu qafas sod ta' mmaniġġjar u ta' prodott mfassal sabiex jagħti lill-investituri l-fiduċja li l-investimenti tagħhom qed jiġu mmaniġġjati b’mod prudenti, kompetenti u onest. Il-fatt li l-ammortizzazzjoni mhix se tkun permessa matul il-ħajja tal-investimenti magħżula għandu jiġi indikat b’mod ċar sabiex jiġu evitati aspettattivi mhux f'posthom dwar il-likwidità tal-fond. Il-ftuħ tal-ELTIF għall-investituri fil-livell tal-konsum se jiżgura wkoll li l-firxa wiesgħa l-aktar possibbli tal-pula tal-kapital tkun disponibbli.

Barra minn hekk, il-primjum ta’ nonlikwidità assoċjat ma’ investiment f’assi fuq terminu twil jistgħu jiġu sfruttati biss jekk il-meniġer tal-ELTIF huwa liberu li jinvolvi ruħu fi proġetti għal perjodu ta’ żmien sinifikanti mingħajr ma jiffaċċja pressjoni kostanti biex jagħti ħlas lura. Kif ġie indikat fil-valutazzjoni tal-impatt, il-primjum ta’ nonlikwidità intrinsiku f’investiment f’assi fuq terminu twil jeħtieġ perjodi ta’ parteċipazzjoni ta’ bejn l-10 u l-20 sena. Pereżempju, il-prestazzjoni tal-proprjetà immobbli ta' kull sena ta' 12,71 % qabżet l-S&P 500 (l-indiċi tal-ekwità) ta' 10,94 % u l-indiċi tipiku tal-bonds ta' 7,70 % meta vvalutata fuq perjodu ta’ 14-il sena. Bl-istess mod, il-prestazzjoni favorevoli ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju fl-Istati Uniti - b'redditu ta' kull sena ta’ 16,5 % meta mqabbel ma' S&P 500 bi 11,2 % - tista' tinkiseb biss meta jintgħażel orizzont temporali tal-investiment ta’ 20 sena.

Ir-redditu pożittiv ta’ investiment f’assi fuq terminu twil għandu jiġi vvalutat wkoll bir-riskji li dawn iġorru magħhom. Bħal fil-każ ta' investimenti tradizzjonali fi stokks u bonds, naturalment hemm ir-riskju li l-kapital kollu jintilef. Iżda dak li jiddistingwi l-assi fuq terminu twil minn titoli trasferibbli ttrattati f’suq irregolat huwa r-riskju ta' nonlikwidità tagħhom. Kuntrarju għal stokks u bonds li normalment jistgħu jinbiegħu faċilment f’suq irregolat, assi fuq terminu twil ma jibbenefikawx minn swieq sekondarji likwidi u ħafna drabi huma meħtieġa xhur jew snin qabel ma jkunu jistgħu jinbiegħu assi bħal dawn. Din hija r-raġuni għaliex l-abbozz tal-proposta jeħtieġ li ċ-ċiklu tal-ħajja ta’ ELTIF għandu jkun twil biżżejjed biex jakkomoda għażla diliġenti u impenn fuq terminu twil fi proġett, kumpanija jew assi reali li jkunu magħżula.

F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-passaport tal-fond futur irid ikun akkumpanjat minn grad suffiċjenti ta’ flessibbiltà maniġerjali għall-għażla tal-assi kif ukoll biex jiġi ddeterminat perjodu ta' żmien li fih dawn jistgħu jinżammu qabel żvestiment. Dan jispjega għaliex l-approċċ fl-abbozz tal-proposta ma jippreskrivix perjodi ta' żmien fissi sakemm jistgħu jinżammu l-assi tal-investiment jew it-tul taż-żmien tal-ELTIF innifsu.

L-ELTIF il-ġdid għaldaqstant għandu jkun flessibbli fil-politiki tal-investiment u fil-perjodi ta’ parteċipazzjoni. L-għan huwa biex tiġi attirata massa kritika ta' meniġers li se joffru mezz transfruntier biex jiġbdu massa kritika ta’ assi u investituri. Għalhekk, iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fond għandu jaqbel mal-profil partikolari tal-assi li se jinvesti fihom. Dan għandu implikazzjonijiet fuq l-opportunitajiet ta' ammortizzazzjoni li fond bħal dan jista’ realistikament joffri. L-esperjenza dwar fondi ta' terminu twil mingħajr limiti fi swieq nazzjonali turi li fond ma jistax joffri ammortizzazzjonijiet sakemm jibqa’ jinvesti fl-assi għal terminu twil li hemm fil-mira tal-proposta. It-tqabbil taċ-ċiklu tal-ħajja tal-fond mal-assi tal-investiment tiegħu huwa l-aħjar approċċ possibbli sabiex jiġi żgurat li l-managers jkollhom il-lok li jinvestu f’assi li jeħtieġu impenji fuq terminu twil u b’hekk jiffinanzjaw l-ekonomija. Il-possibilità li tiġi offruta ammortizzazzjoni fi stadju aktar bikri iddgħajjef il-perspettiva fuq terminu twil tal-fond; dan inaqqas l-attrattività tiegħu għall-biċċa l-kbira tal-investituri fi skemi ta' pensjoni li jridu introjtu stabbli u ta' terminu twil minflok faċilità għal ammortizzazzjoni bikrija.

Dan, madankollu, ma jimplikax li l-investituri ma jistgħux jifdu l-investimenti tagħhom qabel it-tmiem ta' ħajjet l-ELTIF. Il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni sabet li ħafna mis-suċċess tal-fondi fuq terminu twil fil-livell nazzjonali ġew strutturati bħala entitajiet elenkati. Dan jippermetti lill-investituri biex ibigħu jew jinnegozjaw l-ishma jew l-unitajiet tagħhom f'fond f'suq sekondarju. Jekk l-investiment fuq terminu twil huwa mistenni jsir attraenti għall-investituri fuq skala iżgħar jew għall-komunità fil-livell tal-konsum inġenerali, is-swieq sekondarji se jkunu l-post prinċipali fejn wieħed jista' jixtri jew joħroġ mill-fond ta' terminu twil.

L-ELTIFs se jkunu prodotti ta’ investiment skont id-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (MiFID)[5], u għalhekk huma suġġetti għar-rekwiżiti kollha ta’ din id-Direttiva rigward il-kummerċjalizzazzjoni, il-bejgħ u d-divulgazzjoni tagħhom.

L-ELTIF il-ġdid propost se jkunu disponibbli għall-kummerċjalizzazzjoni għall-investituri fl-Unjoni Ewropea. Għalhekk huwa importanti li l-investituri jkollhom il-kunfidenza li jafu li l-livell ta' protezzjoni li se jirċievu huwa l-istess, tkun xi tkun l-oriġini tal-meniġer tal-fond. Għal din ir-raġuni, l-istrument legali propost huwa regolament, ġaladarba dan huwa l-mod l-aktar adattat sabiex jinkisbu regoli konsistenti, ċari u li japplikaw direttament ġewwa l-Unjoni.

2.           IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

2.1.        Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Sa minn nofs l-2012 il-Kummissjoni Ewropea wettqet konsultazzjonijiet wiesgħa ma’ rappreżentanti minn firxa wiesgħa ta’ organizzazzjonijiet. Il-konsultazzjonijiet ħadu l-forma ta’ laqgħat bilaterali u multilaterali, konsultazzjoni pubblika bil-miktub dwar kwistjonijiet ta' mmaniġġjar tal-assi[6] li tinkludi l-investiment fuq terminu twil (LTI), u l-kwestjonarju ta' segwitu li ġie ċċirkolat fost il-partijiet interessati. Is-servizzi tal-Kummissjoni rċevew 65 reazzjoni dwar it-taqsima tal-LTI. Il-kwestjonarju ta' segwitu rriżulta f’50 tweġiba. Saru aktar diskussjonijiet bilaterali ma’ meniġers ta’ fondi li joperaw fl-infrastruttura u fi swieq ta' terminu twil, ma' assoċjazzjonijiet tal-immaniġġjar ta' fondi u ma' rappreżentanti ta' investituri fil-livell tal-konsum kif ukoll dawk istituzzjonali.

2.2.        Valutazzjoni tal-impatt

F’konformità mal-politika tagħha dwar "regolamenti aħjar", il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-impatt ta’ alternattivi politiċi. Dawn l-alternattivi ħaddnu firxa wiesgħa ta’ opzjonijiet politiċi, li jvarjaw minn li ma titteħidx azzjoni, li jiġu integrati l-klassijiet ta’ assi fuq terminu twil fil-qafas eżistenti tal-UCITS, għall-ħolqien ta’ fond ta' koinvestiment għall-investituri professjonali biss, jew fond ta' koinvestiment miftuħ għall-investituri kollha, b'faċilitajiet ta' ammortizzazzjoni jew mingħajr dawn il-faċilitajiet.

Dawn l-għażliet kollha ġew analizzati skont il-prinċipji ġenerali għal żieda fil-flussi tal-kapital disponibbli għall-finanzjament fuq terminu twil fl-ekonomija Ewropea reali, u għal żieda fil-konformità tas-suq uniku. Madankollu, kwalunkwe mekkaniżmu ta’ finanzjament ġdid jeħtieġ ukoll li jitfassal b’tali mod li l-objettiv li jinħolqu ekonomiji ta’ skala għall-maniġers tal-fondi u li tikber l-għażla ma jkunux f'kunflitt mal-ħtieġa li l-kategoriji kollha ta’ investituri jingħataw l-informazzjoni kif ukoll ikollhom il-protezzjoni adegwata.

L-opzjoni magħżula hija li jinħoloq fond ta’ koinvestiment fuq terminu twil miftuħ kemm għall-investituri professjonali kif ukoll għal dawk fil-livell tal-konsum. F'konformità mal-karatteristiċi nonlikwidi tal-klassijiet ta’ assi fuq terminu twil, ma jkun hemm l-ebda drittijiet ta’ ammortizzazzjoni qabel ma jintemm iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fond. Il-karatteristiċi tal-ELTIF propost jkunu li jippermettu l-firxa l-aktar wiesgħa ta’ investituri li jkollhom aċċess għall-ELTIFs. B’dan il-mod, il-pula potenzjali ta’ kapital disponibbli biex iseħħu dawn l-investimenti tkun massimizzata. L-ELTIFs se jkunu suġġetti għar-regoli tal-prodott imfassla biex jiżguraw biżżejjed diversifikazzjoni, jindirizzaw il-kunflitti ta’ interess potenzjali, iżidu t-trasparenza fir-rigward tal-kostijiet u jillimitaw l-użu ta’ derivati u lievi finanzjarji. Dawn il-karatteristiċi huma fis-seħħ sabiex jipprovdu protezzjoni tal-investitur għall-investituri fil-livell tal-konsum. Bin-nuqqas ta' drittjiet ta' ammortizzazzjoni tul ħajjet il-fond, aktar mill-kapital tiegħu jkun jista' jiġi investit f’assi nonlikwidi. Dan in-nuqqas ta’ dritt ta' ammortizzazzjoni huwa sinjal qawwi li juri n-natura tal-impenn fuq terminu twil għall-investituri fil-livell ta' konsum u dawk professjonali.

Tqiesu l-kummenti tal-Bord tal-Valutazzjoni tal-Impatt espressi fl-opinjoni tagħhom tal-31 ta’ Mejju 2013. Id-deskrizzjoni tal-problema ġiet imsaħħa biex ikun iċċarat aktar il-kobor tal-problema li qed tiġi indirizzata kif ukoll jekk iż-żmien tal-proposta hux opportun. Id-deskrizzjoni tal-opzjonijiet ġiet ukoll imtejba kif ukoll l-analiżi dwar l-effikaċja tal-opzjoni ppreferuta. Il-Valutazzjoni tal-Impatt issa tiċċara wkoll f’aktar dettall ir-raġunijiet għaliex il-proposta tiddevja minn xi fehmiet murija minn ċerti partijiet interessati waqt il-proċess ta’ konsultazzjoni. B’mod partikolari, ir-raġunament ġie msaħħaħ madwar l-għażla li jiġu esklużi d-drittjiet ta' ammortizzazzjoni, kemm mill-perspettiva ta' protezzjoni għall-investitur, kif ukoll mill-perspettiva li huwa mistenni li tittieħed l-opzjoni l-ġdida mill-investituri. Filwaqt li xi investituri fil-livell tal-konsum probabbilment ma jinvestux f'fond li m'għandux id-dritt fuq talba tal-ammortizzazzjoni, ir-riskji marbuta ma' dawn id-drittijiet jistgħu jimminaw il-mudell tal-fond, filwaqt li l-effiċjenza mnaqqsa tal-investimenti biex tkun żgurata likwidità addizzjonali se tnaqqas l-impatt ta’ kwalunkwe talba addizzjonali fil-livell tal-konsum.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

3.1.        Il-bażi legali u l-għażla tal-forma ġuridika

L-Artikolu 114(1) tat-TFUE jservi bħala l-bażi legali għal Regolament li joħloq dispożizzjonijiet uniformi mmirati lejn il-funzjonament tas-suq intern. Regoli tal-prodott prudenti jistabbilixxu l-limiti tar-riskji marbuta ma’ fondi ta’ investiment li għandhom fil-mira assi fuq terminu twil. Bħala tali, huma ma jirregolawx l-aċċess għal attivitajiet tal-immaniġġjar tal-assi iżda jirregolaw il-mod li bih dawn l-attivitajiet jitwettqu, sabiex tiġi żgurata protezzjoni għall-investitur u stabbiltà finanzjarja. Huma s-sisien tal-funzjonament korrett tas-suq intern.

Sabiex jintleħaq l-objettiv ta' integrità fis-suq intern, il-miżura leġiżlattiva proposta se toħloq qafas regolatorju għall-ELTIFs, bil-ħsieb li jiġi żgurat li dawn il-fondi jkunu suġġetti għal regoli konformi ġewwa l-UE, u li jkunu identifikabbli bħala tali minn investituri fl-UE kollha. L-għan tar-Regolament propost huwa li jinħoloq sett ta' regoli robusti iżda flessibbli li speċifikament jikkorrispondu għan-natura ta' terminu twil tal-investimenti inkwistjoni. Ir-regoli proposti għandhom jiżguraw kundizzjonijiet newtrali fil-kompetizzjoni bejn id-diversi meniġers ta’ fondi ta’ investiment fuq terminu twil. Din il-proposta leġiżlattiva, għalhekk, tarmonizza l-kundizzjonijiet operattivi għall-parteċipanti relevanti kollha fis-suq tal-fondi tal-investiment, għall-benefiċċju tal-investituri kollha u għall-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku għas-servizzi finanzjarji.

Regolament huwa meqjus bħala l-aktar strument legali xieraq sabiex jiġu introdotti rekwiżiti uniformi li se jittrattaw, fost l-oħrajn, il-kamp ta' applikazzjoni tal-assi eliġibbli, is-sura tal-portafoll, ir-regoli ta' diversifikazzjoni, il-politika tal-ammortizzazzjoni kif ukoll ir-regoli li jirrigwardaw l-awtorizzazzjoni għall-fondi li jkunu intenzjonati għal investiment fuq terminu twil. L-objettiv ta’ dawn ir-regoli tal-prodott huwa biex ikun żgurat li l-ELTIFs jaħdmu b’mod aktar effiċjenti. It-teħid ta' attivitajiet bħala meniġer tal-ELTIFs huwa rregolat mid-Direttiva tal-AIFM. L-attivitajiet tal-maniġers se jkomplu jkunu suġġetti għall-AIFMD, iżda prodotti ta’ investiment fuq terminu twil huma rregolati mir-Regolament propost, apparti r-regoli tal-AIFMD.

3.2.        Sussidjarjetà u proporzjonalità

L-approċċi regolatorji nazzjonali huma minnhom infushom limitati għall-Istat Membru inkwistjoni. Ir-regolazzjoni tal-profil ta' prodott ta’ ELTIF fuq livell nazzjonali biss iġib magħha r-riskju ta’ prodotti differenti ta’ investiment li kollha kemm huma jinbiegħu bħala fondi ta’ investiment għal terminu twil b’karatteristiċi differenti. Dan joħloq konfużjoni għall-investituri u jimpedixxi l-ħolqien ta’ kundizzjonijiet newtrali fil-kompetizzjoni fl-Unjoni kollha għal dawk il-meniġers li joffru ELTIFs lil investituri professjonali u/jew lil investituri fil-livell tal-konsum.

Billi s-settur tal-immaniġġjar tal-assi huwa essenzjalment ta’ natura transfruntiera, il-frammentazzjoni attwali tas-suq tal-ELTIFs wasslet lil dan is-settur biex jopera mingħajr effiċjenza. Il-qafas armonizzat u sostenibbli propost li jkopri l-ELTIF se jservi bħala sors ta’ finanzjament fuq terminu twil għall-ekonomija Ewropea. Il-qafas il-ġdid se jiżgura l-finanzjament ta’ diversi proġetti u setturi, kif ukoll se jipprovdi sorsi stabbli ta’ redditu għal investituri li jfittxu termini twal. Għalhekk, huwa meħtieġ suq pan-Ewropew, u l-miżura leġiżlattiva proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5(3) tat-TUE u fit-tieni Protokoll dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji tas-Sussidjarjetà u l-Proporzjonalità.

Fir-rigward tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 5(4) tat-TUE, il-proposta ssib il-bilanċ xieraq bejn l-interess pubbliku inkwistjoni u l-kosteffiċjenza tal-miżura. Ir-regoli proposti għandhom l-iskop li joħolqu marka ta' prodott komuni li għaliha hemm interess pubbliku qawwi u li tistabbilixxi s-sisien għal suq komuni, kompetittiv u kosteffiċjenti tal-ELTIFs ġewwa l-Unjoni. Ir-rekwiżiti imposti fuq il-partijiet differenti kkonċernati ġew ikkalibrati bir-reqqa. Kull meta kien possibbli, ir-rekwiżiti ġew imfassla bħala standards minimi (pereż. il-limiti ta' diversifikazzjoni tal-emittent,) u r-rekwiżiti regolatorji ġew imfassla b’tali mod li ma jfixklux bla bżonn il-mudelli ta' negozju eżistenti. B’mod partikolari, ir-Regolament propost għaqqad flimkien il-parametri adattati għal investimenti fuq terminu twil u gruppi ta’ investituri speċifiċi, billi qies il-kunsiderazzjonijiet ta' sigurtà u ta' fiduċja li għandhom x'jaqsmu mad-deżinjazzjoni ELTIFs. Għaldaqstant, il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintleħaq qafas legali komuni għall-ELTIF, filwaqt li fl-istess ħin tindirizza kwistjonijiet regolatorji li jaffettwaw l-validità tal-marka.

3.3.        Spjegazzjonijiet iddettaljati tal-proposta

Il-proposta għal Regolament dwar Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq terminu twil (ELTIF) hija maqsuma f’seba’ kapitoli.

3.3.1.     Kapitolu I - Dispożizzjonijiet ġenerali (l-Artikoli 1-6)

Il-Kapitolu I fih ir-regoli ġenerali, bħalma huma s-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni tad-definizzjonijiet proposti għall-qafas tal-fondi, il-proċedura għall-awtorizzazzjoni ta’ ELTIFs (fil-livell ta’ fondi), u l-interazzjoni tar-Regolament propost mar-regoli fis-seħħ li jirregolaw l-awtorizzazzjoni ta’ meniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi, kif stabbilit fid-Direttiva 2011/61/UE (AIFMD)

L-Artikolu 1 jispeċifika s-suġġett u jispjega l-iskop tar-Regolament. Jagħmilha ċara li r-rekwiżiti msemmija fir-Regolament huma eżawrjenti, b’hekk ma jħalli l-ebda lok għal “rekwiżiti eċċessivi” fil-livell nazzjonali. L-Artikolu 2 fih id-definizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi tar-Regolament propost. L-Artikolu 3 jistipula li l-AIFs tal-UE jkunu awtorizzati skont ir-Regolament propost sabiex jiġu kkummerċjalizzati jew immaniġjati fl-Unjoni bħala ELTIFs. Id-deżinjazzjoni “Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil” (ELTIFs) hija rriżervata għal dawk l-AIFs tal-UE li jikkonformaw mar-Regolament propost. Dan jimplika li meniġer ta’ klassijiet ta' assi alternattivi li jrid jimmaniġġja jew jikkummerċjalizza fondi ffukati fuq assi ta' terminu twil mingħajr l-użu tad-deżinjazzjoni proposta, mhux obbligat li jikkonforma mar-Regolament propost.

L-Artikolu 4 jipprevedi proċedura armonizzata għall-awtorizzazzjoni tal-ELTIFs, filwaqt li l-Artikolu 5 jistipula l-kundizzjonijiet għal din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 6 jiddeskrivi l-interazzjoni bejn ir-regoli eżistenti tal-AIFMD u r-Regolament propost, essenzjalment jispeċifika li l-meniġer tal-ELTIF irid jiżgura li hemm konformità mar-Regolament.

3.3.2.     Kapitolu II – L-obbligi li jirrigwardaw il-politiki ta’ investiment tal-ELTIFs (l-Artikoli 7 u 15)

Il-Kapitolu II fih ir-regoli dwar il-politiki ta’ investiment permissibbli li għandhom jiġu segwiti minn ELTIF, bħar-regoli relatati mal-investimenti eliġibbli, is-sura tal-portafoll u d-diversifikazzjoni, il-kunflitt ta’ interess, il-konċentrazzjoni u s-self ta’ flus.

L-Artikolu 7 jistipula li, fejn applikabbli, kull wieħed mill-kompartiment ta’ investiment ta’ ELTIF għandu jitqies bħala ELTIF separat għall-finijiet tal-Kapitolu II.

L-Artikolu 8 jiddeskrivi żewġ kategoriji ta’ assi finanzjarji li ELTIF jista' jinvesti fihom: assi għal terminu twil u assi elenkati fl-Artikolu 50(1) tad-Direttiva 2009/65/KE (id-Direttiva UCITS). Madankollu, ELTIF ma jistax ikun involut fil-bejgħ bin-nieqes ta’ assi, jikseb esponiment għall-komoditajiet, jidħol għal ftehimiet fejn isellef titoli jew jissellef titoli, jidħol għal ftehimiet ta' riakkwist jew juża strumenti finanzjarji derivati jekk dawn l-istrumenti jintużaw għall-finijiet ta’ ħħeġġjar.

L-Artikolu 9 jelabora dwar il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għal assi fuq terminu twil, bħall-kategoriji differenti ta’ strumenti użati biex jinkiseb aċċess għal impriżi b'portafoll li jikkwalifika, investiment f’unitajiet jew ishma ta’ ELTIFs oħra kif ukoll parteċipazzjoni f’assi reali, bħall-proprjetà immobbli, il-vapuri jew l-inġenji tal-ajru. L-Artikolu 10 jistipula l-kundizzjonijet għal impriża sabiex issir impriża b'portafoll li jikkwalifika. L-impriża b'portafoll li jikkwalifika ma għandhiex tkun elenkata, ikollha d-domiċilju fl-UE u jkollha l-għan li tiffinanzja proġetti infrastrutturali, kumpaniji, jew il-proprjetà immobbli, il-vapuri u l-inġenji tal-ajru. Hija ma għandhiex tieħu l-forma ta’ kumpanija tal-investiment kollettiv,

L-Artikolu 11 fih regola ġenerali dwar it-trattament tal-kunflitti ta’ interess mill-meniger tal-ELTIF. Il-meniġer ma jistax ikollu xi interess personali f'assi fuq terminu twil li fih jiġi investit l-ELTIF.

L-Artikolu 12 jipprevedi regoli ddettaljati dwar is-sura tal-portafoll li tikkaratterizza lil ELTIF. Dan ikopri wkoll ir-regoli ta' diversifikazzjoni li kull ELTIF irid jirrispetta fil-kuntest ta’ assi ta' investiment eliġibbli, bħar-regoli dwar l-esponiment massimu għar-riskju li ELTIF jista’ jkollu fil-konfront ta’ kontroparti waħda. L-Artikolu 13 jistipula l-limiti massimi li ELTIF jista' jżomm f’emittent uniku (il-limiti tal-konċentrazzjoni). L-Artikolu 14 jistipula l-kundizzjonijiet li taħthom ELTIF jista’ jissellef il-flus. L-Artikolu 15 fih dispożizzjonijiet dwar l-applikazzjoni tas-sura tal-portafoll u r-regoli ta' diversifikazzjoni, filwaqt li jqis l-istadji differenti fil-ħajja ta' Fond ELTIF.

3.3.3.     Kapitolu III – L-ammortizzazzjoni, il-kummerċ u l-ħruġ ta’ ishma jew unitajiet tal-ELTIF, u t-tqassim tal-introjtu (l-Artikoli 16-20)

Il-Kapitolu III jittratta l-politika ta' ammortizzazzjoni tal-ELTIFs, il-possibbiltà li jiġu kkumerċjalizzati unitajiet jew ishma tal-ELTIFs f'suq sekondarju, il-ħruġta’ ishma jew unitajiet ġodda, id-disponiment mill-assi tal-ELTIFs u t-tqassim tal-introjtu lill-investituri tal-ELTIFs.

L-Artikolu 16 jipprekludi lill-ELTIF milli joffri d-dritt ta' ammortizzazzjoni lill-investituri tiegħu qabel ma jispiċċa ċ-ċiklu tal-ħajja tal-ELTIF. Iċ-ċiklu tal-ħajja huwa mfisser fir-regoli tal-ELTIF u jikkorrispondi maċ-ċiklu tal-ħajja tal-assi individwali tal-ELTIF u mal-objettivi ta’ investiment tiegħu fuq terminu twil.

L-Artikolu 17 jipprevedi l-kummerċ ta’ unitajiet jew ishma ta’ ELTIF fi swieq irregolati, kif ukoll it-trasferiment liberu tal-unitajiet jew l-ishma ta’ ELTIF lil partijiet terzi. L-Artikolu 18 fih il-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ ishma jew unitajiet ġodda mill-ELTIF, bħall-offerta bil-quddiem għall-investituri eżistenti meta joħroġ prezz li huwa taħt in-NAV tal-ELTIF. L-Artikolu 19 jittratta l-proċedura li kull ELTIF jadotta biex jiddisponi mill-assi tiegħu. L-Artikolu 20 jistabbilixxi r-regoli applikabbli għat-tqassim tal-introjtu ġġenerat mill-assi ta' ELTIF u huwa meħtieġ li ELTIF jistipula l-politika ta’ distribuzzjoni tiegħu fir-regoli dwar il-fondi tiegħu.

3.3.4.     Kapitolu IV – Ir-rekwiżiti ta’ trasparenza (l-Artikoli 21-22)

Il-Kapitolu IV fih regoli dwar it-trasparenza meta l-ELTIFs ikunu qed jiġu rreklamati lill-investituri.

L-Artikolu 21 jistipula l-pubblikazzjoni minn qabel ta’ dokument bit-tagħrif ewlieni u ta' prospett, qabel mal-ELTIF jiġi kkumerċjalizzat lill-investituri fil-livell tal-konsum. Il-prospett u kwalunkwe dokument ta’ kummerċjalizzazzjoni ieħor jinfurmaw lill-investituri dwar in-natura speċjali ta' investiment fuq terminu twil f'ELTIF. L-Artikolu 22 jistipula li meniġer tal-ELTIF jagħti b'mod iddettaljat il-kostijiet kollha marbutin mal-fond.

3.3.5.     Kapitolu V – Il-kummerċjalizzazzjoni (l-Artikoli 23-25)

Il-Kapitlu V fih ir-regoli applikabbli għall-AIFM tal-UE biex jikkummerċjalizza unitajiet jew ishma ta’ ELTIF lil investituri professjonali u dwak fil-livell tal-konsum.

L-Artikolu 23 jistipula li meniġers tal-ELTIFs jkollhom faċilitajiet li jinstabu f’kull Stat Membru fejn huma jkun bi ħsiebhom jikkummerċjalizzaw l-ELTIFs tagħhom. L-Artikolu 24 jistipula r-rekwiżiti addizzjonali li l-meniġers iridu jikkonformaw magħhom sabiex ikollhom kummerċ ma’ investituri fil-livell tal-konsum. L-Artikolu 25 jibni fuq il-proċeduri ta’ notifika li jinsabu fid-Direttiva tal-AIFM sabiex meniġers tal-ELTIFs jingħataw l-awtorizzazzjoni biex jikkummerċjalizzaw l-unitajiet jew l-ishma tal-ELTIFs tagħhom lill-investituri kemm fi djarhom kif ukoll fl-Istati Membri li potenzjalment jospitawhom.

3.3.6.     Kapitolu VI – Is-superviżjoni (l-Artikoli 26-29)

Il-Kapitolu VI jistabbilixxi r-regoli applikabbli dwar is-superviżjoni tal-ELTIFs.

L-Artikolu 26 jiċċara r-rwoli rispettivi tal-awtoritajiet kompetenti tal-ELTIF u tal-meniġer ta’ ELTIF. L-Artikolu 27 jistipula li s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttivi tal-UCITS u tal-AIFM għandhom jiġu eżerċitati wkoll fir-rigward tar-Regolament propost. L-Artikolu 28 jirreferi għall-poter tal-ESMA, filwaqt li l-Artikolu 29 jipprevedi kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji.

3.3.7.     Kapitolu VII - Id-Dispożizzjonijiet Finali (l-Artikoli 30-31)

Il-Kapitolu VII fih regoli għall-analiżi tal-funzjonament tar-regoli previsti li għandhom jitħejjew mill-Kummissjoni kif ukoll dispożizzjonijiet dwar id-dħul fis-seħħ tar-Regolament propost.

4.           IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-impatt baġitarju tar-Regolament dwar l-ELTIF huwa kif indikat fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva mehmuża mal-proposta.

2013/0214 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Europea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[7],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)       Il-finanzjament fuq terminu twil huwa għodda kruċjali tajba biex l-ekonomija Ewropea titpoġġa fit-triq tat-tkabbir sostenibbli, intelliġenti u inklussiv, biex tkun tista' tinbena l-ekonomija tal-ġejjieni b’tali mod li tkun anqas suxxettibbli għar-riskji sistemiċi u tkun aktar reżiljenti. Il-fondi ta’ investiment Ewropej fuq terminu twil (ELTIFs) jipprovdu finanzjament ta' natura dejjiema lil diversi proġetti ta’ infrastruttura jew lil kumpaniji mhux elenkati li joħorġu strumenti ta' ekwità jew ta’ dejn li għalihom m’hemmx xerrej faċilment identifikabbli. Billi jipprovdu finanzjament lil proġetti bħal dawn, l-ELTIFs jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-ekonomiji tal-Unjoni.

(2)       Fuq in-naħa tad-domanda, l-ELTIFs jistgħu jipprovdu fluss ta' introjtu stabbli għall-amministraturi tal-pensjonijiet, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni u entitajiet oħra li jiffaċċjaw obbligazzjonijiet regolari u rikorrenti. Filwaqt li jipprovdu anqas likwidità minn investimenti f'titoli trasferibbli, l-ELTIFs jistgħu wkoll jipprovdu fluss ta' introjtu stabbli għal investituri individwali li jiddependu fuq il-fluss tal-flus regolari li ELTIF jista' jipproduċi. L-ELTIFs jistgħu joffru wkoll opportunitajiet tajbin għall-apprezzament tal-kapital tul iż-żmien għal dawk l-investituri li ma jirċevux fluss ta’ introjtu fiss.

(3)       Il-finanzjament għal proġetti fir-rigward tal-infrastruttura tat-trasport, il-ġenerazzjoni jew id-distribuzzjoni tal-enerġija sostenibbli, l-infrastruttura soċjali (l-akkomodazzjoni soċjali jew l-isptarijiet), it-tnedija ta’ teknoloġiji u sistemi ġodda li jnaqqsu l-użu tar-riżorsi u tal-enerġija jew aktar tkabbir tal-SMEs, jistgħu jkunu skarsi. Kif uriet il-kriżi finanzjarja, jekk il-finanzjament bankarju jkun ikkumplimentat minn varjeta usa' ta' sorsi ta' finanzjament li jimmobilizzaw aħjar is-swieq kapitali, ikunu jistgħu jiġu indirizzati l-lakuni ta’ finanzjament. L-ELTIFSs jista’ jkollhom rwol kruċjali f'dan ir-rigward.

(4)       Filwaqt li investituri individwali jistgħu jkunu interessati li jinvestu f’ELTIF, in-natura nonlikwida tal-maġġoranza tal-investimenti fi proġetti għal terminu twil tipprekludi lil ELTIF milli joffri ammortizzazzjoni regolari lill-investituri tiegħu. L-impenn ta' investitur individwali li jinvesti f'dawn l-assi, fin-natura tiegħu jagħmlu għat-terminu kollu tal-investiment. Konsegwentement, l-ELTIFs għandhom ikunu strutturati b’tali mod li ma joffrux ammortizzazzjonijiet regolari qabel tmiem ħajjet l-ELTIF. Wara tliet snin mill-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, isir rapport li jinvestiga jekk din ir-regola tkunx kisbet r-riżultati mistennija dwar id-distribuzzjoni tal-ELTIF jew jekk l-introduzzjoni, f’numru limitat ta’ każijiet, tal-possibbiltà għal xi investituri individwali fil-livell tal-konsum li jieħdu rimborż għall-unitajiet u l-ishma tagħhom qabel it-tmiem l-ELTIF, tistax tikkontribwixxi biex tiżdied id-distribuzzjoni ta’ ELTIF fost l-investituri individwali fil-livell tal-konsum.

(5)       Il-klassijiet ta’ assi għal terminu twil skont dan ir-Regolament għandhom jinkludu kumpaniji li mhumiex elenkati li joħorġu ekwità jew strumenti ta’ dejn li għalihom m’hemmx faċilment identifikabbli ix-xerrej. Dan ir-Regolament għandu jkopri wkoll assi reali li jeħtieġu nefqa kapitali bil-quddiem sinifikanti.

(6)       Fin-nuqqas ta’ Regolament li jistipula r-regoli dwar l-ELTIFs, jistgħu jiġu adottati fil-livell nazzjonali miżuri diverġenti li x’aktarx jikkawżaw distorsjonijiet fil-kompetizzjoni minħabba d-differenzi fil-miżuri ta’ protezzjoni tal-investiment. Rekwiżiti diverġenti dwar is-sura tal-portafoll, id-diversifikazzjoni u l-assi eliġibbli, b’mod partikolari l-investiment fil-komoditajiet, joħolqu ostakli għall-kummerċjalizzazzjoni transfruntiera ta’ fondi li jiffukaw fuq kumpaniji li mhumiex elenkati u fuq assi reali, għaliex l-investituri ma jistgħux faċilment iqabblu l-proposti differenti ta' investiment offruti lilhom. Rekwiżiti nazzjonali diverġenti wkoll iwasslu għal livelli differenti ta’ protezzjoni għall-investituri. Barra minn hekk, rekwiżiti nazzjonali differenti li jikkonċernaw it-tekniki ta’ investiment, bħalma huma l-livelli permessi tas-self, l-użu ta’ strumenti finanzjarji derivati, ir-regoli applikabbli għall-bejgħ bin-nieqes jew it-tranżazzjonijiet li jiffinanzjaw it-titoli, iwasslu għal diskrepanzi fil-livell ta’ protezzjoni għall-investitur. Barra minn hekk, rekwiżiti differenti dwar l-ammortizzazzjoni u/jew perjodi ta’ parteċipazzjoni jimpedixxu il-bejgħ transfruntier ta’ fondi li jinvestu f’assi mhux elenkati. Dawn id-diverġenzi jistgħu jipperikolaw il-kunfidenza tal-investituri meta dawn ikunu qed iqisu li jinvestu f’tali fondi, u jnaqqsu l-ambitu biex l-investituri jkunu jistgħu jagħżlu b’mod effettiv bejn id-diversi opportunitajiet ta’ investiment fuq terminu twil. Konsegwentement, il-bażi legali xierqa għal dan ir-Regolament hija l-Artikolu 114 tat-Trattat, kif interpretat mill-ġurisprudenza konsistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(7)       Huma meħtieġa fl-Unjoni regoli uniformi biex jiġi żgurat li hemm konformità fil-profil tal-prodott tal-ELTIFs ġewwa l-Unjoni. Sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern kif ukoll livell għoli ta’ protezzjoni għall-investitur, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli uniformi rigward it-tħaddim tal-ELTIFs, b’mod partikolari dwar is-sura tal-portafoll tal-ELTIFs u l-istrumenti ta’ investiment li huma jistgħu jużaw sabiex ikunu esposti għal kumpaniji li mhumiex elenkati u għall-assi reali. Regoli uniformi dwar il-portafoll ta’ ELTIF huma wkoll meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-ELTIFs li għandhom l-għan li jiġġeneraw introjtu regolari jżommu portafoll diversifikat ta’ assi għall-investiment adattati biex iżommu l-fluss regolari ta’ flus.

(8)       Huwa essenzjali li jiġi żgurat li d-definizzjoni tal-operat tal-ELTIFs, b’mod partikolari dwar is-sura tal-portafoll ta’ ELTIFs u l-istrumenti ta’ investiment li għandhom il-permess li jużaw, tkun tapplika b’mod dirett għall-meniġers ta’ ELTIFs, u għalhekk dawn ir-regoli l-ġodda jeħtieġ li jiġu adottati bħala Regolament. Dan jiżgura wkoll kundizzjonijiet uniformi meta tintuża d-deżinjazzjoni ELTIF għax jiġu evitati rekwiżiti nazzjonali diverġenti. Il-meniġers tal-ELTIFs għandhom isegwu l-istess regoli fl-Unjoni, sabiex tissaħħaħ ukoll il-fiduċja tal-investituri fl-ELTIFs kif ukoll ikun hemm kredibbiltà sostenibbli fid-deżinjazzjoni. Fl-istess ħin, l-adozzjoni ta' regoli uniformi tnaqqas il-kumplessità tar-rekwiżiti regolatorji applikabbli għall-ELTIFs. Permezz ta' regoli uniformi, jitnaqqas ukoll il-kost tal-meniġers biex jikkonformaw ma’ regoli nazzjonali differenti li jirregolaw il-fondi li jinvestu f’kumpaniji li mhumiex elenkati u fi klassijiet ta’ assi reali komparabbli. Dan huwa speċjalment minnu għal dawk il-meniġers li jixtiequ jżidu l-kapital fuq bażi transfruntiera. Dan jikkontribwixxi wkoll biex jiġu eliminati distorsjonijiet fil-kompetizzjoni.

(9)       Ir-regoli l-ġodda dwar l-ELTIFs huma marbutin mill-qrib mad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar meniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010[8] billi din id-Direttiva tifforma l-qafas legali li jirregola l-immaniġġjar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ fondi ta’ investiment alternattivi (AIFs) fl-Unjoni. Bħala definizzjoni l-ELTIFs huma AIFs tal-UE li huma mmaniġġjati minn meniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi (AIFMs) awtorizzati skont id-Direttiva 2011/61/UE.

(10)     Billi d-Direttiva 2011/61/UE tipprevedi wkoll sistemi ta' pajjiżi terzi fi stadji differenti li jirregolaw l-AIFMs mhux tal-UE u l-AIFs mhux tal-UE, ir-regoli l-ġodda dwar l-ELTIFs għandhom kamp ta' applikazzjoni aktar limitat li jenfasizza d-dimensjoni Ewropea tal-prodott ta’ investiment ġdid fuq terminu twil. Għaldaqstant, AIF tal-UE kif imfisser fid-Direttiva 2011/61/UE biss huwa eliġibbli li jsir ELTIF awtorizzat, u biss jekk ikun mmaniġġjat minn AIFM tal-UE li jkun ġie awtorizzat skont id-Direttiva 2011/61/UE.

(11)     Ir-regoli l-ġodda applikabbli għall-ELTIFs għandhom jibnu fuq il-qafas regolatorju eżistenti stabbilit permezz tad-Direttiva 2011/61/UE u tal-atti adottati għall-implimentazzjoni tagħha. Għalhekk, ir-regoli tal-prodott li jikkonċernaw l-ELTIFs għandhom japplikaw flimkien mar-regoli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti. B'mod partikolari, għandhom japplikaw għall-ELTIFs ir-regoli ta' mmaniġġjar u kummerċjalizzazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2011/61/UE. Bl-istess mod, ir-regoli dwar il-forniment transfruntier ta’ servizzi u l-libertà ta’ stabbiliment stipulati fid-Direttiva 2011/61/UE għandhom japplikaw skont il-każ għall-attivitajiet transfruntieri tal-ELTIFs. Dawn għandhom jiġu miżjuda b’regoli speċifiċi ta' kummerċjalizzazzjoni mfassla għall-kummerċjalizzazzjoni transfruntiera tal-ELTIFs kemm għall-investituri fil-livell tal-konsum kif ukoll għall-investituri professjonali fl-Unjoni.

(12)     Regoli uniformi għandhom japplikaw għall-AIFs tal-UE kollha li juru x-xewqa li jiġu kkummerċjalizzati bħala ELTIFs. L-AIFs tal-UE li ma jixtiqux li jiġu kkummerċjalizzati bħala ELTIFs m’għandhomx ikunu marbutin b'dawn ir-regoli u għaldaqstant ikun ikkonsentit ukoll li ma jibbenefikawx mill-vantaġġi li jirriżultaw. Min-naħa l-oħra, Impriżi għall-investiment kolletiv f'titoli trasferibbli (UCITS) u l-AIFs mhux tal-UE ma jkunux eliġibbli għall-kummerċjalizzazzjoni bħala ELTIFs.

(13)     Sabiex ikun żgurat li l-ELTIFs ikunu konformi mar-regoli armonizzati li jirregolaw l-attività ta’ dawn il-fondi, huwa neċessarju li l-awtoritajiet kompetenti jkunu meħtieġa jawtorizzaw l-ELTIFs. Il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni u superviżjoni armonizzati għall-AIFMs skont id-Direttiva 2011/61/UE għandhom għalhekk jiġu miżjuda bi proċedura ta' awtorizzazzjoni speċjali għall-ELTIFs. Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri li jiżguraw li l-AIFMs tal-UE biss, awtorizzati skont id-Direttiva 2011/61/UE u li kapaċi jimmaniġġjaw ELTIF, jistgħu jimmaniġġjaw l-ELTIFs. Jittieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex ikun żgurat li l-ELTIF jista' jkun konformi mar-regoli armonizzati li jirregolaw l-attività ta’ dawn il-fondi.

(14)     Minħabba li l-AIFs tal-UE jistgħu jieħdu forom legali differenti li mhux bilfors jagħtuhom personalità legali, id-dispożizzjonijiet li jeħtieġu li l-ELTIFs jieħdu azzjoni għandhom jinftiehmu li qed jirreferu għall-meniġer tal-ELTIF f’każijiet fejn l-ELTIF jiġi kostitwit bħala AIF tal-UE li mhux f’pożizzjoni li jaġixxi waħdu minħabba li huwa stess ma għandux personalità legali.

(15)     Sabiex jiġi żgurat li l-ELTIFs għandhom fil-mira l-investimenti għal terminu twil, ir-regoli dwar il-portafoll tal-ELTIFs għandu jkollhom kategoriji ta’ assi identifikati b'mod ċar li jistgħu jkunu eliġibbli għall-investiment minn ELTIFs, kif ukoll il-kundizzjonijiet li għandhom ikunu eliġibbli bihom. ELTIF għandu jinvesti mill-inqas 70 % tal-kapital tiegħu f’assi ta' investiment eliġibbli. Sabiex tiġi żgurata l-integrità tal-ELTIFs hemm ukoll ix-xewqa li ELTIF ikun ipprojbit milli jinvolvi ruħu f’ċerti tranżazzjonijiet finanzjarji li jistgħu jipperikolaw l-istrateġija u l-objettivi tal-investiment tiegħu billi jżid ir-riskji li jkunu differenti minn dawk li wieħed jista’ jistenna għal fond li għandu fil-mira investimenti fuq terminu twil. Sabiex ikun żgurat fowkus ċar fuq l-investimenti għal terminu twil, li jista' jkun ta’ ġid għal investituri fil-livell tal-konsum li ma jkunux midħla ta’ strateġiji ta' investiment inqas konvenzjonali, ELTIF m’għandux jitħalla jinvesti fi strumenti finanzjarji derivati ħlief bl-iskop li jiġi ħħeġġjat it-tul taż-żmien u r-riskju tal-valuta ta’ assi oħra. Minħabba n-natura likwida tal-komoditajiet u tal-istrumenti finanzjarji derivati li tesponihom b'mod indirett, l-investimenti f'komoditajiet m'għandhomx bżonn l-impenn ta' investitur fuq terminu twil, u għaldaqstant ghandhon jiġu esklużi. Dan ir-raġunament ma japplikax għal investimenti fl-infrastruttura jew f'kumpaniji relatati ma’ komoditajiet jew li l-prestazzjoni tagħhom hija marbuta indirettament mal-prestazzjoni ta' komoditajiet, bħalma huma l-azjendi agrikoli fil-każ ta’ komoditajiet agrikoli jew impjanti tal-enerġija fil-każ ta’ komoditajiet tal-enerġija.

(16)     Id-definizzjoni ta’ x’jikkostitwixxi investiment fuq terminu twil hija wiesgħa. L-assi ta' investiment eliġibbli huma ġeneralment nonlikwidi, u mingħajr ma neċessarjament jeħtieġu perjodi ta’ parteċipazzjoni fuq terminu twil għall-meniġer tal-ELTIF, jeħtieġu impenji għal ċertu perjodu ta’ żmien, u għandhom profil ekonomiku ta' natura ta' terminu twil. Assi ta' investiment eliġibbli huma titoli li mhumiex trasferibbli u għalhekk ma għandhomx aċċess għal-likwidità tas-swieq sekondarji. Ħafna drabi jeħtieġu impenji ta' terminu fiss li jillimitaw kemm jistgħu jiġu kkumerċjalizzati. Iċ-ċiklu ekonomiku tal-investiment imfittex mill-ELTIFs huwa essenzjalment ta’ natura twila minħabba l-impenji ta' kapital għoljin u t-tul ta’ żmien meħtieġ sabiex jipproduċu redditu. Għaldaqstant, dawn l-assi ma jkunux adattati għal investimenti bi drittijiet ta' ammortizzazzjoni.

(17)     L-ELTIF għandu jitħalla jinvesti f’assi, ħlief f'assi ta' investiment eliġibbli, skont il-ħtieġa biex jiġġestixxi b’effiċjenza l-fluss tal-flus tiegħu, u dejjem sakemm dan ikun konsistenti mal-istrateġija ta’ investiment tal-ELTIFs fuq terminu twil.

(18)     Assi ta' investiment eliġibbli jridu jinftiehmu li jinkludu parteċipazzjonijiet, bħal strumenti ta’ ekwità jew kważi ekwità, strumenti ta’ dejn f’impriżi ta' portafoll li jikkwalifikaw u s-self ipprovdut lilhom. Huma għandhom jinkludu wkoll parteċipazzjoni f’fondi oħra li huma ffukati fuq assi bħal investimenti f’kumpaniji li mhumiex elenkati li joħorġu ekwità jew strumenti ta’ dejn li għalihom mhuwiex dejjem faċilment identifikabbli xerrej. Parteċipazzjonijiet diretti ta’ assi reali, jekk dawn ma jkunux titolizzati, għandhom jiffurmaw ukoll klassi ta’ assi eliġibbli.

(19)     Strumenti ta' kważi ekwità jridu jinftiehmu li jinkludu tip ta' strument ta' finanzjament, li jikkonsisti f’kombinar ta' ekwità u dejn, fejn ir-redditu fuq l-istrument huwa konness mal-qligħ jew mat-telf tal-impriża ta' portafoll li tikkwalifika, u fejn il-ħlas lura tal-istrument f'każ ta' inadempjenza ma jkunx żgurat bis-sħiħ. Dawn l-istrumenti jinkludu varjetà ta' strumenti ta' finanzjament bħas-self subordinat, parteċipazzjonijiet passivi, self parteċipanti, drittijiet parteċipanti bi qligħ, bonds konvertibbli u bonds b'warrants.

(20)     Sabiex jiġu riflessi prattiki ta' negozju eżistenti, ELTIF għandu jitħalla jixtri ishma eżistenti ta’ impriża ta’ portafoll li tikkwalifika m'għand l-azzjonisti li jkun hemm f'din l-impriża. Barra minn hekk, bl-għan li jkun hemm l-aktar opportunitajiet wiesgħa possibbli għall-ġbir ta’ fondi, għandhom jitħallew investimenti f’ELTIFs oħrajn. Sabiex l-investimenti ma jispiċċawx f’impriżi ta’ portafoll li jikkwalifikaw, l-ELTIFs għandhom jitħallew jinvestu biss f’ELTIFs oħrajn, dejjem jekk dawn l-ELTIFs ma jkunux huma stess investew aktar minn 10 % tal-kapital tagħhom f’ELTIFs oħrajn.

(21)     L-użu ta’ impriżi finanzjarji jista' jkun meħtieġ sabiex jiġu ppuljati u organizzati l-kontribuzzjonijiet ta’ investituri differenti, inklużi l-investimenti ta’ natura pubblika, fi proġetti infrastrutturali. Għaldaqstant l-ELTIFs għandhom għalhekk jitħallew jinvestu f’assi ta' investiment eliġibbli permezz ta’ impriżi finanzjarji, dejjem jekk dawn l-impriżi huma mitfugħin fuq il-finanzjament ta’ proġetti fuq terminu twil.

(22)     Sabiex l-investituri jkunu żgurati li l-ELTIFs jikkontribwixxu direttament għall-iżvilupp ta’ investimenti fuq terminu twil, l-ELTIFs għandhom ikunu limitati għal investimenti f’impriżi li għadhom ma ġewx elenkati. Għalhekk impriżi ta’ portafoll li jikkwalifikaw ma għandhomx jiġu elenkati fi swieq regolati. Impriżi ta’ portafoll li jikkwalifikaw jinkludu proġetti ta’ infrastruttura, investiment f’kumpaniji li jfittxu tkabbir mhux elenkati, u investimenti f’proprjetà immobbli jew assi reali oħra li jistgħu jkunu adattati għal skopijiet ta’ investiment fuq terminu twil.

(23)     Minħabba d-daqs tal-proġetti infrastrutturali, dawn jirrikjedu ammonti kbar ta’ kapital li jeħtieġ li jibqa’ investit għal perjodi twal ta’ żmien. Dawn il-proġetti ta’ infrastruttura jinkludu l-infrastruttura pubblika b'binjiet bħal skejjel, sptarijiet jew ħabsijiet, l-infrastruttura soċjali bħall-akkomodazzjoni soċjali, l-infrastruttura tat-trasport bħat-toroq, is-sistemi ta’ tranżitu tal-massa jew l-ajruporti, l-infrastruttura tal-enerġija bħall-grilji tal-enerġija, il-proġetti dwar l-adattament u l-mitigazzjoni tal-klima, l-impjanti tal-enerġija jew il-pipelines, l-infrastruttura għall-ġestjoni tal-ilma bħas-sistemi tal-provvista tal-ilma, is-sistemi tad-drenaġġ u tal-irrigazzjoni, l-infrastruttura tal-komunikazzjoni bħan-netwerks u l-infrastruttura tal-ġestjoni tal-iskart bħar-riċiklaġġ jew is-sistemi ta’ ġbir.

(24)     Kumpaniji li mhumiex elenkati jistgħu jaffaċċjaw diffikultajiet biex jidħlu fis-swieq kapitali u jiffinanzjaw aktar tkabbir u espansjoni. Il-finanzjament privat permezz ta' pakketti ta’ ekwitajiet jew self huma mezzi tipiċi ta’ kif jista' jitkabbar il-finanzjament. Minħabba li dawn l-istrumenti min-natura tagħhom huma investimenti għal terminu twil, jeħtieġu kapital paċenzjuż li ELTIFs jistgħu jipprovdu.

(25)     L-investimenti f’assi reali jeħtieġu kapital paċenzjuż minħabba n-nuqqas ta’ swieq likwidi sekondarji. Il-fondi ta’ investiment jirrappreżentaw sors essenzjali ta’ finanzjament għall-assi li jeħtieġ nefqa kapitali kbira. Għal dawn l-assi, l-ippuljar tal-kapital huwa ħafna drabi meħtieġ sabiex jintleħaq il-livell mixtieq ta’ finanzjament. Investimenti bħal dawn jeħtieġu perjodi twal ta' żmien, ġeneralment minħabba ċ-ċiklu ekonomiku twil li għandu x'jaqsam ma’ dawn l-assi. Ġeneralment huma meħtieġa diversi snin sabiex l-investiment jiġi ammortizzat f’assi reali kbar. Sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ dawn l-assi l-kbar, l-ELTIFs għandhom ikunu jistgħu jinvestu direttament f’assi reali b’valur ta’ aktar minn EUR 10 miljun. Fil-prattika dan jinkludi assi bħall-infrastruttura, il-proprjetà immobbli, il-vapuri, l-inġenji tal-ajru jew il-vetturi ferrovjarji. Għal dawn ir-raġunijiet huwa neċessarju li jiġu ttrattati bl-istess mod il-parteċipazzjonijiet diretti f’assi reali u l-investimenti f’impriżi ta’ portafoll li jikkwalifikaw.

(26)     Fejn il-meniġer għandu sehem f'impriża ta' portafoll, hemm ir-riskju li l-maniġer ipoġġi l-interessi tiegħu qabel l-interessi tal-investituri f'dan il-fond. Sabiex jiġi evitat dan il-kunflitt ta’ interess, l-ELTIF għandu jinvesti biss f’assi li ma għandux x'jaqsam magħhom il-meniġer.

(27)     Sabiex il-maniġers ta’ ELTIFs jitħallew b'ċertu grad ta’ flessibbiltà fl-investiment tal-fondi tagħhom, il-kummerċ fl-assi, ħlief fuq l-investimenti ta' terminu twil, għandu jkun permessi sal-limitu massimu ta’ 30 % tal-kapital tagħhom.

(28)     Sabiex jiġi limitat it-teħid tar-riskju minn ELTIFs, huwa essenzjali li jitnaqqas ir-riskju tal-kontroparti billi l-portafoll tal-ELTIFs jiġi suġġett għall-ħtiġijiet ċari ta' diversifikazzjoni. Id-derivati barra l-borża (OTC) kollha għandhom ikunu suġġetti għar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet[9].

(29)     Sabiex ma jkunx hemm influwenza sinifikanti, minn ELTIF li jkun qed jinvesti fuq il-meniġment ta' ELTIF ieħor jew ta' korp emittenti, huwa neċessarju li tiġi evitata konċentrazzjoni eċċessiva fl-istess investiment minn ELTIF.

(30)     Sabiex il-meniġers ikunu jistgħu jżidu iktar il-kapital matul ħajjet il-fond, għandhom jitħallew jissellfu sa 30 % tal-kapital tal-fond fi flus. Dan għandu jservi biex jipprovdi redditu addizzjonali lill-investituri. Sabiex jiġi eliminat ir-riskju ta’ diskrepanza fil-valuta, l-ELTIF għandu jissellef biss fil-valuta li l-meniġer ikun qed jistenna li jakkwista l-assi fiha.

(31)     Minħabba n-natura ta' terminu twil u nonlikwida tal-investimenti tal-ELTIF, il-meniġers għandhom ikollhom biżżejjed żmien biex japplikaw il-limiti tal-investiment. Għandhom jitqiesu l-pekuljaritajiet u l-karatteristiċi tal-investimenti, għall-ammont ta' żmien meħtieg sabiex jiġu implimentati dawn il-limiti, iżda m’għandhomx jinqabżu l-ħames snin.

(32)     Minkejja l-fatt li l-ELTIFs ma joffrux drittjiet ta' ammortizzazzjoni qabel tmiem ħajjet l-ELTIF, xejn m’għandu jżomm ELTIF milli jfittex aċċess għal dawn l-ishma jew unitajiet f'suq regolat kif imfisser fl-Artikolu 4(14) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji[10], għal faċilità tal-kummerċ multilaterali kif definit fl-Artikolu 4(15) tad-Direttiva 2004/39/KE, jew għal faċilità tal-kummerċ organizzzata kif imfisser fil-punt (...) tar-Regolament (...), u b’hekk l-investituri jiġu pprovduti b'opportunità biex ibigħu l-unitajiet tagħhom jew l-ishma qabel tmiem ħajjet l-ELTIF. Ir-regoli jew l-istrumenti għall-inkorporazzjoni ta’ ELTIF għalhekk m’għandhomx jimpedixxu lill-unitajiet jew lill-ishma milli jiġu ammessi jew innegozjati fi swieq regolati, u lanqas ma għandhom jimpedixxu lill-investituri milli jittrasferixxu liberament l-ishma jew l-unitajiet tagħhom lill-partijiet terzi li jixtiequ jixtru dawn l-ishma jew l-unitajiet.

(33)     Sabiex l-investituri effettivament jifdu l-unitajiet u l-ishma tagħhom fi tmiem ħajjet il-fond, il-meniġer għandu jibda jbigħ il-portafoll tal-assi tal-ELTIF fil-ħin sabiex jiżgura li jġib valur tajjeb. Fl-istabbiliment ta’ skeda ta' diżinvestiment ikkontrollata, il-maniġer tal-ELTIF għandu jqis il-profili ta' maturazzjoni differenti tal-investimenti kif ukoll it-tul ta’ żmien meħtieġ sabiex jinstab ix-xerrej għall-assi li fihom hemm investit l-ELTIF. Minħabba li mhux prattiku li jinżammu l-limiti ta’ investiment matul dan il-perjodu ta’ likwidazzjoni, dawn għandhom ma jibqgħux japplikaw meta jibda l-perjodu ta’ likwidazzjoni.

(34)     L-assi li fihom jiġi investit ELTIF jistgħu jiġu elenkati f’suq regolat matul ħajjet il-fond. Fejn dan iseħħ, l-assi ma jibqax jikkonforma mar-rekwiżit ta' dan ir-Regolament li ma jiġix elenkat. Sabiex il-meniġers ikunu jistgħu jirtiraw b’mod ordnat mit-tali assi, dan l-assi jista' jibqa' jagħmel parti mil-limitu ta' 70 % tal-assi tal-investiment li jkunu eliġibbli sa tliet snin l-aktar.

(35)     Minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tal-ELTIFs, kif ukoll tal-investituri fil-livell tal-konsum u dawk professjonali fil-mira, huwa importanti li jkun hemm fis-seħħ rekwiżiti ta’ trasparenza b'saħħithom li jippermettu lill-investituri prospettivi jieħdu deċiżjoni infurmata u jkunu kompletament konxji tar-riskji implikati. Minbarra r-rekwiżiti ta’ trasparenza li jinsabu fid-Direttiva 2011/61/UE, l-ELTIFs għandhom jippubblikaw prospett li l-kontenut tiegħu għandu neċessarjament jinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa li trid tiġi divulgata minn impriżi għal investiment kollettiv tat-tip limitat skont id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[11] u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004.[12] Sabiex ELTIF jiġi kkummerċjalizzat lill-investituri fil-livell tal-konsum għandha tkun obbligatorja l-pubblikazzjoni ta' dokument bit-tagħrif ewlieni (KID) skont ir-Regolament Nru [...] ta’ [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Barra minn hekk, xi dokumenti promozzjonali għandhom espliċitament jiġbdu l-attenzjoni għall-profil tar-riskju tal-ELTIF.

(36)     Billi l-ELTIFs għandhom fil-mira kemm investituri fil-livell tal-konsum kif ukoll dawk professjonali fl-Unjoni, huwa meħtieġ li ċerti rekwiżiti jiġu miżjuda mar-rekwiżiti għall-kummerċjalizzazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2011/61/UE sabiex ikun żgurat livell xieraq ta’ protezzjoni għall-investituri. Għalhekk, għandhom ikunu disponibbli l-faċilitajiet fejn isiru s-sottoskrizzjonijiet, il-pagamenti lill-unità jew lill-azzjonisti, ix-xiri mill-ġdid jew ir-rimborż ta’ unitajiet jew ishma, u jkun disponibbli t-tagħrif li l-ELTIF u l-meniġer tiegħu huma mitluba jipprovdu. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-investituri fil-livell tal-konsum ma jkunux żvantaġġati meta mqabbla ma' investituri professjonali tal-esperjenza, ċerti salvagwardji għandhom jiġu stabbiliti meta l-ELTIFs huma kkummerċjalizzati għall-investituri fil-livell tal-konsum.

(37)     L-awtorità kompetenti tal-ELTIF għandha tivverifika jekk ELTIF huwiex kapaċi jikkonforma ma’ dan ir-Regolament fuq bażi kontinwa. Billi l-awtoritajiet kompetenti diġà għandhom setgħat estensivi skont id-Direttiva 2011/61/UE, huwa meħtieġ li dawn is-setgħat jiġu estiżi sabiex ikunu eżerċitati meta hemm referenza għar-regoli komuni l-ġodda dwar l-ELTIFs.

(38)     L-ESMA għandha tkun kapaċi teżerċita s-setgħat kollha mogħtija skont id-Direttiva 2011/61/UE fir-rigward ta’ dan ir-Regolament.

(39)     L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (ASE) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE,[13] għandu jkollha rwol ċentrali fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-ELTIFs billi tiżgura applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-Unjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Bħala korp b’kompetenzi ferm speċjalizzati rigward it-titoli u s-swieq tat-titoli, ikun effiċjenti u xieraq li l-ESMA tiġi fdata bl-elaborazzjoni ta’ abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li ma jinvolvux għażliet ta’ politika, għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni, fir-rigward taċ-ċirkostanzi li fihom il-ħajja ta' ELTIF tkun twila biżżejjed biex tkopri ċ-ċiklu ta' ħajja ta’ kull assi individwali tal-ELTIF, il-karatteristiċi tal-iskeda ta’ assi ELTIF għal disponiment b’mod ordnat, id-definizzjonijiet, il-metodoloġiji ta’ kalkolu u l-preżentazzjoni tan-notifiki tal-kost, u l-karatteristiċi tal-faċilitajiet li għandhom jitwaqqfu mill-ELTIFs f’kull Stat Membru li huwa biħsiebu jikkummerċjalizza unitajiet jew ishma.

(40)     Ir-regoli uniformi l-ġodda dwar l-ELTIFs għandhom ikunu konformi mad-Dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta[14], u mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta[15].

(41)     Billi l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu żgurati rekwiżiti uniformi għall-investimenti u l-kundizzjonijiet tal-operat għal ELTIFs fl-Unjoni filwaqt li tittieħed il-konsiderazzjoni kollha meħtieġa sabiex ikun hemm bilanċ bejn is-sikurezza u l-affidabbiltà tal-ELTIFs u t-tħaddim effiċjenti tas-suq għal finanzjament fuq terminu twil kif ukoll il-kost għall-partijiet interessati varji tagħhom, ma jistgħux jintleħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u għaldaqstant jistgħu minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintleħqu dawn l-objettivi.

(42)     Ir-regoli uniformi l-ġodda dwar l-ELTIFs jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u josservaw l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea b'mod partikolari dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, il-libertà li wieħed jopera negozju, id-dritt għal rimedju u għal proċess ġust, u l-protezzjoni tad-dejta personali. Ir-regoli uniformi l-ġodda dwar l-ELTIFs għandhom jiġu applikat f’konformità ma’ dawn id-drittijiet u l-prinċipji,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I Dispożizzjonijiet ġeneral

Artikolu 1 Suġġett

1.           Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi għall-awtorizzazzjoni, għall-politiki ta’ investiment u għall-kundizzjonijiet tal-operat tal-Fondi ta’ Investiment Alternattiv (AIFs) tal-UE li jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni Ewropea bħala fondi ta’ investiment fuq terminu twil (ELTIFs).

2.           L-Istati Membri ma jistgħux iżidu rekwiżiti addizzjonali fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “kapital” tfisser kontribuzzjonijiet kapitali aggregati u l-kapital impenjat mhux imħallas, ikkalkulati fuq il-bażi tal-ammonti investibbli wara li jitnaqqsu l-miżati, l-imposti u l-ispejjeż kollha li jerfgħu il-piż tagħhom direttament jew indirettament l-investituri;

(2) 'equity' tfisser interess azzjonarju f’impriża, irrappreżentat mill-ishma jew forom oħra ta’ parteċipazzjoni fil-kapital tal-impriża ta' portafoll kwalifikanti, maħruġa lill-investituri tagħha;

(3) "kważi ekwità" tfisser kwalunkwe tip ta’ strument ta' finanzjament fejn il-qligħ fuq l-istrument huwa konness mal-qligħ jew mat-telf tal-impriża ta' portafoll li tikkwalifika, u fejn il-ħlas lura tal-istrument f'każ ta' inadempjenza ma jkunx garantit bis-sħiħ.

(4) "impriża finanzjarja" tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(a) istituzzjoni ta’ kreditu kif imfisser fil-punt 1 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[16];

(b) kumpanija tal-investiment kif imfisser fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE;

(c) impriża tal-assigurazzjoni kif imfisser fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[17];

(d) kumpanija azzjonarja finanzjarja kif imfisser fil-punt (19) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE;

(e) kumpanija azzjonarja b’attivitajiet imħallta kif imfisser fil-punt (20) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE;

(5) "awtorità kompetenti ta' ELTIF" tfisser awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIF tal-UE kif imfisser fl-Artikolu 4(1)(p) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(6) "l-Istat Membru ta' domiċilju" tfisser l-Istat Membru fejn l-ELTIF huwa awtorizzat.

Artikolu 3 L-awtorizzazzjoni u l-użu tad-deżinjazzjoni

1.           L-AIFs tal-UE biss huma eliġibbli biex jiġu awtoriżżati bħala ELTIF.

2.           ELTIF jiġi kkummerċjalizzat biss fl-Unjoni meta jkun ġie awtorizzat f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

L-awtorizzazzjoni ta' ELTIF hija valida fl-Istati Membri kollha.

3.           Kumpanija tal-investiment kollettiv tuża biss id-deżinjazzjoni "ELTIF" jew "fondi ta’ investiment fuq terminu twil" għaliha stess jew għall-unitajiet jew l-ishma li toħroġ meta tkun ġiet awtorizzata f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

4.           L-awtoritajiet kompetenti ta' ELTIF fuq bażi trimestrali jinfurmaw lill-ESMA bl-awtorizzazzjonijiet mogħtija jew irtirati skont dan ir-Regolament.

L-ESMA jkollha reġistru pubbliku ċentrali li jidentifika kull ELTIF awtorizzat skont dan ir-Regolament, il-maniġer tiegħu kif ukoll l-awtorità kompetenti fuq l-ELTIF. Ir-reġistru jkun disponibbli f’format elettroniku.

Artikolu 4 Applikazzjoni biex ELTIF jiġi awtorizzat bħala tali

1.           ELTIF japplika għal awtorizzazzjoni għand l-awtorità kompetenti tiegħu.

L-applikazzjoni biex ELTIF jiġi awtorizzat bħala tali tinkludi dan li ġej:

(a) ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni;

(b) informazzjoni dwar l-identità tal-meniġer;

(c) informazzjoni dwar l-identità tad-depożitarju;

(d) deskrizzjoni tal-informazzjoni tkun disponibbli għall-investituri;

(e) kwalunkwe informazzjoni oħra jew dokument mitlubin mill-awtorità kompetenti tal-ELTIF sabiex tivverifika li hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

2.           Il-meniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi (AIFM) awtorizzati skont id-Direttiva 2011/61/UE japplika għand l-awtorità kompetenti tal-ELTIF sabiex ikollu l-approvazzjoni biex jimmaniġġja ELTIF li ppreżenta applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1.

L-applikazzjoni biex ELTIF jiġi mmaniġġjat tinkludi dan li ġej:

(a) il-ftehim bil-miktub mad-depożitarju;

(b) l-informazzjoni dwar l-arranġamenti għad-delegazzjoni fir-rigward tal-portafoll kif ukoll tal-immaniġġjar u l-amministrazzjoni tar-riskju fir-rigward tal-ELTIF;

(c) l-informazzjoni dwar l-istrateġiji tal-investiment, il-profil tar-riskju u karatteristiċi oħra tal-AIFs li l-AIFM ikun awtorizzat jimmaniġġja.

L-awtorità kompetenti tal-ELTIF tista’ titlob lill-awtorità kompetenti tal-AIFM tal-UE għal kjarifika u informazzjoni rigward id-dokumentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu, jew attestat dwar jekk l-ELTIFs jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjonni għal awtorizzazzjoni mill-AIFM tal-UE biex jimmaniġġa l-AIFs. L-awtorità kompetenti tal-AIFM tal-UE trid tagħti risposta fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol mid-data minn meta tkun irċeviet it-talba li ġiet sottomessa mill-awtorità kompetenti tal-ELTIF.

3.           L-ELTIF u l-AIFM tal-UE jiġu infurmat fi żmien xahrejn mid-data tas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni sħiħa dwar jekk ingħatatx awtorizzazzjoni għal ELTIF.

4.           Kwalunkwe modifika sussegwenti fid-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, tiġi nnotifikata minnufih lill-awtorità kompetenti tal-ELTIF.

Artikolu 5 Kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni

1.           ELTIF applikant ikun awtorizzat biss fejn l-awtorità kompetenti tiegħu:           

(a) tkun sodisfatta li l-ELTIF applikant kapaċi jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament;

(b) tkun approvat l-applikazzjoni tal-AIFM tal-UE awtorizzat skont id-Direttiva 2011/61/UE biex jimmaniġġja l-ELTIF, ir-regoli tal-fondi u l-għażla tad-depożitarju.

2.           L-awtorità kompetenti tal-ELTIF tista’ tirrifjuta l-applikazzjoni ta' AIFM tal-UE biex jimmaniġġja l-ELTIF meta:

(a) l-AIFM tal-UE ma jkunx konformi ma’ dan ir-Regolament;

(b) l-AIFM tal-UE ma jkunx konformi mad-Direttiva 2011/61/EU;

(c) l-AIFM tal-UE mhuwiex awtorizzat mill-awtorità kompetenti tiegħu biex jimmaniġġja l-AIFs li jinkludu fondi tat-tip koperti b’dan ir-Regolament;

(d) l-AIFM tal-UE ma pprovdiet id-dokumenti msemmija fil-Artikolu 4(2).

Qabel ma l-awtorità kompetenti ta' ELTIF tirrifjuta applikazzjoni, tikkonsulta l-awtorità kompetenti tal-AIFM tal-UE.

3.           L-awtorità kompetenti ma tagħtix awtorizzazzjoni għal ELTIF jekk l-ELTIF applikant huwa legalment ipprojbit milli jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma tiegħu fl-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu.

4.           L-awtorizzazzjoni m’għandhiex tkun suġġetta għar-rekwiżit li ELTIF ikun immaniġġjat minn AIFM tal-UE li jkun awtorizzat mill-ELTIF fl-Istat Membru tad-domiċilju, jew jekk l-AIFM tal-UE iwettaqx jew jiddelegax kwalunkwe attività fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-ELTIF.

Artikolu 6 Ir-regoli applikabbli u r-responsabbiltajiet

1.           L-ELTIF ikun konformi f’kull ħin mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.           L-ELTIF u l-maniġer ikunu konformi f’kull ħin mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2011/61/UE.

3.           Il-meniġer tal-ELTIF huwa responsabbli li jkun hemm konformità ma’ dan ir-Regolament. Il-maniġer huwa responsabbli għal kwalunkwe telf jew ħsara li jirriżultaw min-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament.

Kapitolu II L-obbligi dwar il-politiki ta' investiment tal-ELTIFs

Taqsima 1 Ir-regoli ġenerali u l-assi eliġibbli

Artikolu 7 Il-kompartimenti ta’ investiment

Meta ELTIF jinkludi iżjed minn kompartiment ta’ investiment wieħed, kull kompartiment jitqies bħala ELTIF separat għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu.

Artikolu 8 L-investimenti eliġibbli

1.           L-ELTIF jinvesti biss f’dawn il-kategoriji ta’ assi u taħt il-kondizzjonijiet speċifikati f’dan ir-Regolament biss:

(a) assi ta’ investiment eliġibbli;

(b) l-assi msemmija fl-Artikolu 50(1) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.[18]

2.           ELTIF ma jista' jagħmel l-ebda waħda minn dawn l-attivitajiet li ġejjin:

(a) il-bejgħ bin-nieqes ta’ assi;

(b) jesponi ruħu b'mod dirett jew indirett għall-komoditajiet, inkluż permezz ta’ derivattivi, ċertifikati li jirrappreżentawhom, indiċi bbażati fuqhom jew kwalunkwe mezz jew strument li jagħtihom esponiment;

(c) jidħol fi ftehimiet ta’ għoti b’self ta’ titoli, ftehimiet ta' teħid ta' self ta' titoli, u ftehim ta’ riakkwist jew kwalunkwe ftehim ieħor li jista’ jxekkel l-assi ta' ELTIF;

(d) juża strumenti finanzjarji derivati, ħlief meta l-istrument bażiku jikkonsisti f’rati tal-imgħax jew valuti, u jaqdi biss l-iskop li jiġi ħħeġġjat it-tul taż-żmien u r-riskju tal-valuta intrinsiċi għal investimenti oħrajn tal-ELTIF.

Artikolu 9 L-assi ta' investiment eliġibbli

L-assi msemmija fl-Artikolu 8(1)(a) ikunu eliġibbli għal investiment permezz ta’ ELTIF jekk jaqagħu biss f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a) strumenti ta' ekwità jew kważi ekwità li kienu:

(i)      maħruġa minn impriża ta’ portafoll li tikkwalifika u mixtrija direttament mill-ELTIF mill-impriża ta’ portafoll li tikkwalifika;

(ii)      maħruġa minn impriża ta’ portafoll li tikkwalifika bi skambju għal strument ta' ekwità akkwistat preċedentement b'mod dirett minn ELTIF mingħand l-impriża ta' portafoll li tikkwalifika;

(iii)     maħruġa minn impriża li l-impriża ta’ portafoll li tikkwalifika tagħha hija sussidjarja li tappartjeni b'maġġoranza, skambjata ma' strument ta’ ekwità akkwistat skont il-punti (i) jew (ii) mill-ELTIF mill-impriża ta’ portafoll li tikkwalifika;

(b) strumenti ta’ dejn maħruġa minn impriża ta’ portafoll li tikkwalifika;

(c) self mogħti minn ELTIF lil impriża ta’ portafoll li tikkwalifika;

(d) unitajiet jew ishma ta’ wieħed jew diversi ELTIFs oħra, tal-Fondi Ewropej ta’ Kapital ta’ Riskju (EuVECAs) u tal-Fondi ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropej (EuSEFs), dejjem jekk dawn l-ELTIFs, l-EuVECAs u l-EuSEFs ma jkunux huma stess investew aktar minn 10 % tal-kapital tagħhom f'ELTIFs.

(e) parteċipazzjoni diretta ta’ assi reali individwali li jeħtieġu nefqa kapitali bil-quddiem ta’ mill-inqas EUR 10 miljun, jew l-ekwivalenti tagħhom fil-valuta u fil-mument li issir in-nefqa.

Artikolu 10 Impriża ta' portafoll li tikkwalifika

1.           Impriża ta’ portafoll li tikkwalifika, msemmija fl-Artikolu 9(1), tkun impriża ta' portafoll u mhux impriża ta' investiment kollettiv, li tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a) mhijiex impriża finanzjarja;

(b) mhijiex ammessa għall-kummerċ:

(i)      f'suq irregolat kif imfisser fl-Artikolu 4(14) tad-Direttiva 2004/39/KE;

(ii)      f'faċilità tal-kummerċ multilaterali kif imfisser fl-Artikolu 4(15) tad-Direttiva 2004/39/KE;

(iii)     f'faċilitajiet organizzati għall-kummerċ kif imfisser fil-punt [...] tar-Regolament [...];

(c) tkun stabbilita fi Stat Membru, jew f’pajjiż terz dejjem jekk il-pajjiż terz:

(i)      mhuwiex ta' riskju għoli u ma għandux ġurisdizzjonijiet li mhumiex kooperattivi kif identifikat mit-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF);

(ii)      ikun iffirma ftehim mal-Istat Membru tad-domiċilju tal-maniġer tal-ELTIF u ma' kull Stat Membru ieħor fejn ikun intiż li jiġu kkummerċjalizzati l-unitajiet jew l-ishma tal-ELTIF, sabiex ikun assigurat li l-pajjiż terz jikkonforma kompletament mal-istandards stipulati fl-Artikolu 26 tal-Mudell ta' Konvenzjoni Fiskali tal-OECD dwar l-introjtu u l-kapital, u jiżgura skambju ta' informazzjoni effikaċi fil-kwistjonijiet fiskali, inklużi kwalunkwe ftehimiet fiskali multilaterali;

2.           B’deroga mill-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu, impriża ta’ portafoll li tikkwalifika tista’ tkun impriża finanzjarja li tiffinanzja esklussivament l-impriżi ta’ portafoll li jikkwalifikaw msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew l-assi reali msemmija fl-Artikolu 9.

Artikolu 11 Il-kunflitt tal-interess

ELTIF m’gћandux jinvesti f’assi ta’ investiment eliġibbli li l-maniġer ikollu jew qed jieħu interess fihom dirett jew indirett, ħlief jekk mhux f'unitajiet jew ishma ta' parteċipazzjoni tal-ELTIF li jimmaniġġja.

Taqsima 2 Dispożizzjonijiet dwar politiki ta' investiment

Artikolu 12 Is-sura tal-portafoll u d-diversifikazzjoni

1.           ELTIF jinvesti mill-inqas 70 % tal-kapital tiegħu f'assi ta' investiment eliġibbli.

2.           ELTIF ma jinvestix iktar minn:

(a) 10 % tal-kapital tiegħu f’assi maħruġa minn kwalunkwe impriża ta’ portafoll li tikkwalifika;

(b) 10 % tal-kapital tiegħu f’assi reali individwali;

(c) 10 % tal-kapital tiegħu f’unitajiet jew ishma ta’ kwalunkwe ELTIF, EuVECA jew EuSEF wieħed;

(d) 5 % tal-kapital tiegħu f’assi msemmija fl-Artikolu 8(1)(b) fejn dawn l-assi jkunu nħarġu minn kwalunkwe korp uniku.

3.           Il-valur aggregat ta’ unitajiet jew ishma ta’ ELTIFs, EuvECAs u EuSEFs f’portafoll ta' ELTIF ma jridx jaqbeż l-20 % tal-valur tal-kapital tiegħu.

4.           L-esponiment aggregat għar-riskju ta' kontraparti tal-ELTIF li jirriżulta minn tranżazzjonijiet ta’ derivati barra l-borża (OTC) jew minn ftehimiet ta’ xiri bil-patt ta' bejgħ mill-ġdid, ma għandux jaqbeż il-5 % tal-kapital tiegħu.

5.           B’deroga mill-paragrafu 2(a) u 2(b), l-ELTIF jista' jżid il-limitu ta' 10 % imsemmi fih għal 20 %, dejjem jekk il-valur aggregat ta’ assi fil-pussess tal-ELTIF f’impriżi ta’ portafoll li jikkwalifikaw u f’assi reali individwali li jinvesti fihom aktar minn 10 % tal-kapital tiegħu, ma jaqbiżx l-40 % tal-valur tal-kapital tiegħu.

6.           Kumpaniji li huma inklużi fl-istess grupp għall-finijiet ta’ kontijiet konsolidati, kif irregolat skont id-Direttiva 83/349/KEE[19] jew skont ir-regoli internazzjonali rikonoxxuti ta’ kontabilità, jitqiesu bħala impriża unika ta' portafoll li tikkwalifika jew korp uniku għall-finijiet tal-kalkolu tal-limiti li jinsabu f’dan fil-paragrafi minn 1 sa 5.

Artikolu 13 Il-konċentrazzjoni

1.           ELTIF ma jistax jakkwista' aktar minn 25 % tal-unitajiet jew l-ishma ta’ ELTIF, EuVECA jew EuSEF wieħed.

2.           Il-limiti ta’ konċentrazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 56(2) tad-Direttiva 2009/65/KE għandhom japplikaw għal investimenti fl-assi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 8(1)(b) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 14 It-teħid ta' self ta' flus

ELTIF jista’ jissellef il-flus dejjem jekk dan is-self jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) ma jirrappreżentax aktar minn 30 % tal-kapital tal-ELTIF;

(b) isir bl-iskop li tinkiseb parteċipazzjoni fl-assi ta' investiment eliġibbli;

(c) isir kuntratt fl-istess valuta bħal tal-assi li għandhom jiġu akkwistati mal-flus misselfa;

(d) ma jfixkilx il-prestazzjoni ta' kwalunkwe assi miżmum fil-portafoll tal-ELTIF;

(e) ma jfixkilx l-assi miżmum fil-portafoll tal-ELTIF;

Artikolu 15 L-applikazzjoni tas-sura tal-portafoll u r-regoli ta' diversifikazzjoni

1.           Il-limiti ta’ investiment stabbiliti fl-Artikolu 12(1):

(a) japplikaw skont id-data speċifikata fir-regoli tal-ELTIF jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni, fejn din id-data għandha tqis il-pekuljaritajiet u l-karatteristiċi tal-assi li għandhom jiġu investiti minn ELTIF u ma tkunx aktar tard minn ħames snin wara l-awtorizzazzjoni tal-ELTIF. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, l-awtorità kompetenti tal-ELTIF, wara s-sottomissjoni ta' pjan ta' investiment iġġustifikat kif dovut, tista' tapprova estensjoni ta' dan il-limitu ta' żmien b'mhux aktar minn sena;

(b) ma tibqax tapplika ladarba l-ELTIF jibda jbigħ l-assi skont il-politika ta' ammortizzazzjoni tiegħu kif stipulat fl-Artikolu 16;

(c) tiġi temporanjament sospiża meta ELTIF jiġbor kapital addizzjonali, dejjem sakemm sospensjoni bħal din ma tkunx itwal minn 12-il xahar.

2.           Meta assi ta' terminu twil li fih ELTIF ikun investa jinħareġ minn impriża ta’ portafoll li tikkwalifika, li ma għadhiex konformi mal-Artikolu 10(1)(b), l-assi fuq terminu twil jista' jkompli jingħadd għall-iskop tal-kalkolu tas-70 % msemmi fl-Artikolu 12(1) għall-massimu ta’ tliet snin mid-data sakemm l-impriża ta' portafoll ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti fl-Artikolu 10.

Kapitolu III L-ammortizzazzjoni, il-kummerċ u l-ħruġ ta' ishma jew unitajiet, u t-tqassim tal-introjtu

Artikolu 16 Il-politika ta' ammortizzazzjoni

1.           L-investituri ma jistgħux jitolbu biex l-unitajiet jew l-ishma taghhom jinfdew qabel tmiem ħajjet l-ELTIF. L-ammortizzazzzjoni għall-investituri tista' tkun possibbli dakinhar wara d-data li tistipula tmiem ħajjet l-ELTIF.

Tmiem ħajjet l-ELTIF ikun indikat b'data speċifika fir-regoli jew fl-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-ELTIF, u l-investituri jkunu jafu biha.

Ir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-ELTIF u d-divulgazzjoni lill-investituri jistipulaw il-proċeduri għall-ammortizzazzjoni u d-disponiment tal-assi u jiddikjaraw b'mod ċar li l-ammortizzazzjoni għall-investituri tibda dakinhar wara d-data li tistipula tmiem ħajjet l-ELTIF.

2.           Ħajjet l-ELTIF għandha tkun twila biżżejjed biex tkopri ċ-ċiklu tal-ħajja ta' kull assi individwali tal-ELTIF, imkejla skont il-profil ta' nonlikwidità u ċ-ċiklu tal-ħajja ekonomika tal-assi, u l-objettiv tal-investiment iddikjarat tal-ELTIF.

3.           L-investituri jistgħu jitolbu l-istralċ ta' ELTIF jekk it-talbiet ta’ ammortizzazzjoni tagħhom ma jiġux sodisfatti fi żmien sena wara t-tmiem ħajjet l-ELTIF.

4.           L-investituri dejjem għandhom l-għażla li jitħallsu lura fi flus.

5.           Il-ħlas lura in natura mill-assi tal-ELTIF għandu jkun possibbli biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) ir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni tal-ELTIF jipprevedu din il-possibbiltà, bil-kundizzjoni li l-investituri kollha jirċievu trattament ġust;

(b) l-investitur jitlob bil-miktub biex jitħallas lura permezz ta’ sehem mill-assi tal-fond;

(c) l-ebda regola speċifika ma tirrestrinġi t-trasferiment ta’ dawn l-assi.

6.           L-ESMA tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw iċ-ċirkustanzi li fihom ħajjet ELTIF hija twila biżżejjed biex tkopri ċ-ċiklu tal-ħajja ta’ kull assi individwali tal-ELTIF.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa […].

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 17 Is-suq sekondarju

1.           Ir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni ta' ELTIF ma jimpedixxux unitajiet jew strumenti ta' ELTIF milli jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat kif imfisser fl-Artikolu 4(14) tad-Direttiva 2004/39/KE jew f’faċilità multilaterali tan-negozjar kif imfisser fl-Artikolu 4(15) tad-Direttiva 2004/39/KE jew f’faċilità organizzata tan-negozjar kif imfisser fil-punt (...) tar-Regolament (...).

2.           Ir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni ta' ELTIF ma jimpedixxux lill-investituri milli jittrasferixxu l-ishma jew l-unitajiet tagħhom liberament lil partijiet terzi.

Artikolu 18 Il-ħruġ ta' ishma jew unitajiet oħra

1.           ELTIF jista' joffri l-ħruġ ta’ ishma jew unitajiet ġodda skont ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tiegħu.

2.           ELTIF ma jistax joffri l-ħruġ ta’ ishma jew unitajiet ġodda bi prezz taħt il-valur nett tal-assi tiegħu mingħajr ma joffri dawn l-ishma jew unitajiet bl-istess prezz għall-investituri eżistenti.

Artikolu 19 Id-disponiment tal-assi tal-ELTIF

1.           Kull ELTIF jadotta skeda ddettaljata għad-disponiment ordnat tal-assi tiegħu sabiex l-investituri jkollhom rimborż wara tmiem ħajjet l-ELTIF.

2.           L-iskeda msemmija f'paragrafu 1 tinkludi:

(a) valutazzjoni tas-suq għal xerrejja potenzjali;

(b) valutazzjoni u tqabbil ta’ prezzijiet tal-bejgħ potenzjali;

(c) valutazzjoni għall-assi biex jiġu divestiti;

(d) żmien preċiż għall-iskeda ta' disponiment.

3.           L-ESMA tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li jridu jintużaw għall-valutazzjonijiet fil-punt (a) u l-istimar fil-punt (c) tal-paragrafu 2.

L-ESMA għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa […].

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 20 It-tqassim tal-introjtu

1.           ELTIF jista' regolarment iqassam lill-investituri l-introjtu ġġenerat mill-assi li jinsabu fil-portfoll. Dan l-introjtu jkun magħmul minn:

(a) kwalunkwe introjtu li l-assi qed joħolqu b’mod regolari;

(b) l-apprezzament tal-kapital li jseħħ wara d-disponiment ta' assi, iżda li jeskludi l-impenji tal-kapital mittieħda oriġinarjament.

2.           L-introjtu ma għandux jiġi ddistribwit sal-punt li jiġi meħtieġ għall-impenji tal-ELTIF tal-ġejjieni.

3.           ELTIF fir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-fond tiegħu jiddikjara l-politika ta' tqassim li se jadotta matul ħajjet il-Fond.

Kapitolu IV Ir-rekwiżiti ta' trasparenza

Artikolu 21 It-trasparenza

1.           L-unitajiet jew l-ishma ta’ ELTIF awtorizzat ma għandhomx ikunu kkummerċjalizzati fl-Unjoni mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ prospett.

L-unitajiet jew l-ishma ta' ELTIF awtorizzat ma jiġux kkummerċjalizzati lill-investituri fil-livell tal-konsum fl-Unjoni qabel ma jiġi ppubblikat id-dokument bit-tagħrif ewlieni (KID) skont ir-Regolament Nru [...] ta’ [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.[20]

2.           Il-prospett jinkludi l-informazzjoni neċessarja biex l-investituri jkunu jistgħu jagħmlu ġudizzju infurmat rigward l-investiment propost lilhom, u, b'mod partikolari, tar-riskji li jinvolvi.

3.           Il-prospett għandu jinkludi mill-inqas dan li ġej:

(a) dikjarazzjoni li tagħti r-raġunijiet kif l-objettivi u l-istrateġija ta' investiment ta' ELTIF sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi jikkwalifikaw lill-Fond bħala ta' terminu twil fin-natura tiegħu;

(b) l-informazzjoni li għandha tingħata minn impriżi tal-investiment kollettiv tat-tip limitat skont id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u Kunsill[21] u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004[22];

(c) l-informazzjoni li għandha tingħata lill-investituri skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2011/61/UE, jekk ma tkunx diġà koperta taħt il-punt(b) ta’ dan il-paragrafu;

(d) indikazzjoni prominenti tal-kategoriji tal-assi li ELTIF huwa awtorizzat li jinvesti fihom;

(e) kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti bħala relevanti għall-iskop tal-paragrafu 2.

4.           Il-prospett, il-KID u kwalunkwe dokument promozzjonali ieħor jinnotifikaw b'mod prominenti lill-investituri dwar in-natura nonlikwida tal-Fond.

B’mod partikolari, il-prospett, il-KID, u kwalunkwe dokument promozzjonali ieħor b’mod ċar:

(a) jinfurmaw lill-investituri dwar in-natura ta' terminu twil tal-investimenti tal-ELTIF;

(b) jinfurmaw lill-investituri dwar tmiem ħajjet l-ELTIF;

(c) jiddikjaraw jekk hemmx il-ħsieb li l-ELTIF jiġi kkummerċjalizzat lill-investituri fil-livell tal-konsum;

(d) jiddikjaraw li l-investituri m’għandhom l-ebda dritt li jifdu l-investiment tagħhom sa tmiem ħajjet l-ELTIF;

(e) jiddikjaraw il-frekwenza u ż-żmien ta’ kwalunkwe introjtu mill-pagamenti, jekk ikun hemm, lill-investituri matul ħajjet il-fond;

(f) jagħtu parir lill-investituri li proporzjon żgħir biss tal-portafoll ta’ investiment globali tagħhom għandu jiġi investit f’ELTIF.

Artikolu 22 Divulgazzjoni tal-kost

1.           Il-prospett jinforma b'mod prominenti lill-investituri dwar il-livell tal-kostijiet differenti li jridu jitħallsu direttament jew indirettament mill-investitur. Il-kostijiet differenti jiġu miġbura skont l-intestaturi li ġejjin:

(a) il-kostijiet sabiex jitwaqqaf l-ELTIF;

(b) il-kostijet relatati mal-akkwist tal-assi;

(c) il-kostijiet tal-immaniġġjar;

(d) il-kostijiet tad-distribuzzjoni

(e) kostijiet oħra, inklużi kostijiet ta' amministrazzjoni, regolatorji, ta' kustodja, u ta' awditjar.

2.           Il-prospett jiddivulga l-proporzjon globali tal-kostijiet għall-kapital tal-ELTIF.

3.           Id-dokument bit-tagħrif ewlieni jirrifletti l-kostijiet kollha deskritti fil-prospett fi ħdan fl-ispjega tiegħu tal-ispejjeż totali f'termini monetarji u perċentwali.

4.           L-ESMA tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a) id-definizzjonijiet komuni, il-metodoloġiji ta’ kalkolu u l-formati ta' preżentazzjoni tal-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u l-proporzjon globali msemmi fil-paragrafu 2;

(b) id-definizzjonijiet komuni, il-metodoloġiji ta’ kalkolu u l-format ta' preżentazzjoni tal-ispjega tal-kostijiet totali fil-paragrafu 3.

L-ESMA, meta tkun qed tiżviluppa dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, tqis l-abbozz tal-istandards regolatorji msemmija fil-punt (...) tar-Regolament (...) [PRIPS].

L-ESMA għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa […].

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Kapitolu V Il-kummerċjalizzazzjoni ta' unitajiet jew ishma tal-ELTIFs

Artikolu 23 Faċilitajiet disponibbli għall-investituri

1.           Il-maniġer ta’ ELTIF għandu, f’kull Stat Membru fejn għandu l-intenzjoni li jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma ta’ dan l-ELTIF, iwaqqaf faċilitajiet disponibbli għas-sottoskrizzjonijiet, jagħmel pagamenti lill-azzjonisti tal-unitajiet jew ishma, jixtri mill-ġdid jew jifdi l-unitajiet jew l-ishma u jagħmel disponibbli l-informazzjoni li l-ELTIF u l-meniġer tiegħu huma mitluba jipprovdu.

2.           L-ESMA tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika t-tipi u l-karatteristiċi tal-faċilitajiet, l-infrastruttura teknika tagħhom u l-kontenut tal-kompiti tagħhom fir-rigward tal-investituri tal-ELTIF msemmija fil-paragrafu 1.

L-ESMA għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa […].

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 24 Ir-rekwiżiti addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni għall-investituri fil-livell tal-konsum

Il-meniġer ta’ ELTIF ikun kapaċi jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma ta’ dan l-ELTIF għall-investituri fil-livell tal-konsum dejjem jekk jiġu sodisfatti dawn ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjini:

(f) Ir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni ta' ELTIF jistipulaw li l-investituri kollha jibbenefikaw minn trattament ugwali u ma jingħata l-ebda trattament preferenzjali jew benefiċċju ekonomiku speċifiku lil investituri individwali jew lil gruppi ta’ investituri;

(g) l-ELTIF mhux strutturat bħala sħubija;

(h) l-investituri fil-livell tal-konsum jistgħu, matul il-perjodu tas-sottoskrizzjoni u mill-inqas ġimagħtejn wara sottoskrizzjoni ta’ unitajiet jew ishma tal-ELTIF, iħassru s-sottoskrizzjoni tagħhom u jieħdu l-flus lura mingħajr penali.

Artikolu 25 Il-kummerċjalizzazzjoni ta' unitajiet jew ishma tal-ELTIFs

1.           Il-maniġer ta’ ELTIF ikun kapaċi jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma ta’ dan l-ELTIF awtorizzat lil investituri professjonali u fil-livell tal-konsum fl-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu man-notifika skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2011/61/UE.

2.           Il-maniġer ta’ ELTIF ikun kapaċi jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma ta’ dan l-ELTIF awtorizzat lil investituri professjonali u fil-livell tal-konsum fl-Istati Membri ħlief fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-meniġer tal-ELTIF, man-notifika skont l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2011/61/UE.

3.           Il-meniġer tal-ELTIF għandu fir-rigward ta’ kull ELTIF jispeċifika lill-awtorità kompetenti tiegħu jekk għandux l-intenzjoni jew le li jikkummerċjalizzah fost l-investituri fil-livell tal-konsum.

4.           Minbarra d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 31 u 32 tad-Direttiva 2011/61/UE, il-meniġer tal-ELTIF għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti tiegħu dan kollu li ġej:

(a) il-prospett tal-ELTIF;

(b) id-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-ELTIF jekk se jiġi kkummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsum;

(c) l-informazzjoni dwar il-faċilitajiet msemmija fl-Artikolu 22.

5.           Il-kompetenzi u s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikoli 31 u 32 tad-Direttiva 2011/61/UE jinftiehmu li qed jirreferu wkoll għall-kummerċjalizzazzjoni tal-ELTIFs fost investituri fil-livell tal-konsum u li jkopru r-rekwiżiti addizzjonali stipulati f’dan ir-Regolament.

6.           Minbarra s-setgħat tagħha skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 31(3) tad-Direttiva 2011/61/UE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-maniġer tal-ELTIF timpedixxi wkoll il-kummerċjalizzazzjoni ta’ ELTIF awtorizzat jekk il-maniġer tal-ELTIF ma jikkonformax jew mhux se jkun konformi ma’ dan ir-Regolament.

7.           Minbarra s-setgħat tagħha skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 32(3) tad-Direttiva 2011/61/UE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-maniġer tal-ELTIF tirrifjuta wkoll it-trażmissjoni ta’ fajl komplut ta' notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-ELTIF huwa intiż li jiġi kkummerċjalizzat, jekk il-maniġer tal-ELTIF ma jikkonformax jew mhux se jkun konformi ma’ dan ir-Regolament.

Kapitolu VI Is-superviżjoni

Artikolu 26 Is-superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti

1.           L-awtoritajiet kompetenti jagħmlu superviżjoni għall-konformità ma’ dan ir-Regolament fuq bażi kontinwa.

2.           L-awtorità kompetenti tal-ELTIF tkun responsabbli għas-superviżjoni tal-konformità skont ir-regoli stabbiliti fil-Kapitoli II, III u IV.

3.           L-awtorità kompetenti tal-ELTIF tkun responsabbli għas-superviżjoni tal-konformità skont l-obbligi stipulati fir-regoli dwar il-fond jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni, u l-obbligi stipulati fil-prospett, li jkunu konsistenti ma’ dan ir-Regolament.

4.           L-awtorità kompetenti tal-meniġer tal-ELTIF hija responsabbli mis-superviżjoni tal-adegwatezza tal-arranġamenti u tal-organizzazzjoni tal-meniġer sabiex il-meniġer tal-ELTIF ikun f’pożizzjoni li jikkonforma mal-obbligi u r-regoli li għandhom x’jaqsmu mat-twaqqif u l-funzjonament tal-ELTIFs kollha li timmaniġġja.

L-awtorità kompetenti tal-maniġer hija responsabbli mis-sorveljanza tal-konformità tal-maniġer tal-ELTIFs ma’ dan ir-Regolament.

5.           L-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw l-impriżi ta’ investiment kollettiv stabbiliti jew ikkummerċjalizzati fit-territorji tagħhom biex jivverifikaw li dawn ma jużawx id-deżinjazzjoni ELTIF jew jissuġġerixxu li huma ELTIF sakemm dawn ma jkunux awtorizzati u jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 27 Poteri legali tal-awtoritajiet kompetenti

1.           L-awtoritajiet kompetenti jingħataw is-setgħat superviżorji u investigattivi kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom skont dan ir-Regolament.

2.           Is-setgħat ikkonferiti lill-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2011/61/UE jiġu eżerċitati wkoll fir-rigward ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 28 Setgħat u kompetenzi tal-ESMA

1.           L-ESMA jkollha s-setgħat meħtieġa biex twettaq il-kompiti attribwiti lilha f’dan ir-Regolament.

2.           Is-setgħat tal-ESMA skont id-Direttiva 2011/61/UE jiġu eżerċitati wkoll fir-rigward ta’ dan ir-Regolament u f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

3.           Għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, dan ir-Regolament jiġi inkluż taħt kwalunkwe att ieħor tal-Unjoni li jorbot legalment li jikkonferixxi kompiti fuq l-Awtorità kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 1095/2010.

Artikolu 29 Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet

1.           L-awtorità kompetenti tal-ELTIF u l-awtorità kompetenti tal-meniġer, jekk differenti, jikkoperaw ma’ xulxin u jiskambjaw informazzjoni bl-iskop li jwettqu dmirijiethom skont dan ir-Regolament.

2.           L-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA jikkoperaw ma’ xulxin bl-iskop li jwettqu d-dmirijiet rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.           L-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA jiskambjaw l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, b'mod partikolari biex jidentifikaw u jirrimedjaw kull ksur ta’ dan ir-Regolament.

Kapitolu VII Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 30 Evalwazzjoni

Mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni tevalwa b’mod partikolari:

(a) l-impatt tad-dispożizzjoni fl-Artikolu 16(1) li teskludi lill-investituri milli jifdu l-unitajiet u l-ishma tagħhom qabel tmiem ħajjet l-ELTIF. L-evalwazzjoni, filwaqt li tieħu kont tat-tqassim tal-ELTIFs f'kategoriji ta’ investituri differenti, tivvaluta wkoll jekk l-eżenzjoni ta' numru limitat ta’ investituri individwali fil-livell tal-konsum minn regola bħal din jkollhiex l-effett li tiżdied id-domanda għall-ELTIF fost l-investituri fil-livell tal-konsum;

(b) l-impatt fuq id-diversifikazzjoni tal-assi fl-applikazzjoni tal-limitu minimu ta’ 70 % tal-assi tal-investimenti eliġibbli stipulat fl-Artikolu 12(1), b'mod partikolari biex jiġi vvalutat jekk tkunx meħtieġa żieda fil-miżuri ta' likwidità f'każ li għadd limitat ta’ investituri individwali fil-livell tal-konsum jiġu eżentati mill-projbizzjoni fuq ir-rimborż tal-unitajiet tagħhom qabel tmiem ħajjet l-ELTIF;

(c) il-punt safejn l-ELTIFs huma kkummerċjalizzati fl-Unjoni, inkluż jekk l-AIFMs li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2011/61/UE jistgħux ikunu interessati li jikkummerċjalizzaw l-ELTIFs.

Ir-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, akkumpanjati fejn meħtieġ mill-proposti adattati għall-emendi.

Artikolu 31 Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament ikun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Qasam/oqsma tal-politika kkonċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB

              1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    Objettiv(i)

              1.5.    Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

              1,7.    Mod(i) ta’ mmaniġjar previst(i)

2.           MIŻURI TA' MMANIĠĠJAR

              2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

              2.2.    Sistema ta’ mmaniġġjar u kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i tan-nefqa tal-baġit milquta

              3.2.    Impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

              3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

              3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali:

              3,2.5. Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

              3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titolu tal-proposta/inizjattiva

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Fondi ta’ Investiment fit-Tul

1.2.        Qasam/oqsma tal-politika kkonċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB[23]

Suq intern - Swieq finanzjarji

1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva

x Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni ta' tħejjija[24]

¨ Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda l-estensjoni ta' azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni ridiretta lejn azzjoni ġdida

1.4.        Objettiv(i)

1.4.1.     L-objettiv strateġiku pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Żieda fis-sikurezza u l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji; tisħiħ tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji

1.4.2.     Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u l-attività/l-attivitajiet tal-ABM/ABB kkonċernata/i

Taġixxi bħala sors ta’ finanzjament fit-tul għall-ekonomija Ewropea; tiżgura livell ekwu ta’ kompetizzjoni bejn maniġers ta’ fondi ta’ investiment fit-tul; iżżid il-finanzjament mhux bankarju disponibbli għan-negozji; tiżgura protezzjoni għall-investituri u stabbiltà finanzjarja

1.4.3.     Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Il-proposta għandha l-għan li: ttejjeb il-kummerċjalizzazzjoni transfruntiera ta’ fondi ta’ investiment fit-tul Ewropej (ELTIFS) kemm għall-investituri mhux professjonali kif ukoll għal dawk professjonali madwar l-Unjoni; tipprovdi għal proċedura armonizzata għall-awtorizzazzjoni ta’ fondi ta’ investiment fit-tul; tidentifika l-politiki ta’ investiment permissibbli li għandhom jiġu segwiti minn fondi ta’ investiment fit-tul; timpedixxi l-kunflitti ta’ interess; tistabbilixxi rekwiżiti solidi ta’ trasparenza u kundizzjonijiet speċifiċi għall-kummerċjalizzazzjoni

1.4.4.     Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Għandhom jitħejjew rapporti dwar:

l-iżviluppi dwar il-kummerċjalizzazzjoni transfruntiera ta’ ELTIFs; l-impatt tar-Regolament propost fuq il-protezzjoni tal-investituri; il-progress li jsir lejn il-ksib ta’ kompetizzjoni mingħajr distorsjonijiet; l-impatt tal-miżuri proposti fuq il-provvista ta’ kapital disponibbli għal investimenti fit-tul (eż. investimenti fuq proġetti infrastrutturali, il-proprjetà immobbli u kumpaniji mhux ikkwotati)

1.5.        Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Rekwiżit(i) li għandhom jintlaħqu f’perjodu ta’ żmien qasir jew fit-tul

Bħala riżultat tal-adozzjoni tar-Regolament propost:

•        Hija prevista żieda fil-kummerċjalizzazzjoni transfruntiera ta’ fondi ta’ investiment fit-tul;

•        L-awtorizzazzjoni ta’ fondi ta’ investiment fit-tul mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tiġi armonizzata u l-koordinazzjoni bejn is-superviżuri nazzjonali tittejjeb;

•        L-iżvilupp ulterjuri ta’ investiment fit-tul madwar l-Unjoni: l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet operattivi għall-parteċipanti rilevanti kollha tas-suq tal-fondi tal-investiment se tiżgura l-effiċjenza tal-fondi ta’ investiment fit-tul, u għandha tippermetti wkol l-emerġenza ta’ ekonomiji ta’ skala;

•        Investituri istituzzjonali, bħal kumpaniji tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni, kif ukoll investituri individwali mhux professjonali se jibbenefikaw mir-rendimenti regolari offruti minn fondi ta’ investiment fit-tul;

•        Għażla akbar għall-investitur u kwalità aħjar tas-servizz riċevut;

•        Trasparenza mtejba ser isaħħaħ il-kunfidenza tal-investituri u huwa probabbli li din twassal għal kompetizzjoni aħjar;

•        Il-finanzjament fit-tul tal-ekonomija Ewropea se jissaħħaħ, b'mod partikolari l-proġetti ta’ infrastruttura u l-finanzjament ta’ impriżi żgħar u medji (SMEA);

1.5.2.     Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE Besoin(s) à satisfaire à court ou à long terme

1) Il-frammentazzjoni regolatorja timpedixxi lill-investituri milli jiksbu esponiment għal assi fit-tul u għalhekk timpedixxi ż-żieda ta’ ppuljar ta' kapital u għarfien espert fl-investiment li toħloq ekonomiji ta' skala għall-fondi ta’ investiment fit-tul;

2) Nuqqas ta’ azzjoni fil-livell tal-UE jirriżulta f’konfużjoni għall-investituri u jxekkel il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet indaqs fl-Unjoni kollha bejn maniġers ta’ fondi ta’ investiment fit-tul;

1.5.3.     Lezzjonijiet mitgħallma minn esperjenzi simili fil-passat

Id-Direttiva tal-UCITS (Impriżi għal Investimenti Kollettivi f’Titoli Trasferibbli) introduċiet għall-ewwel darba sett robust ta’ regoli tal-prodott użati minn fondi tal-investiment disponibbli għall-investituri mhux professjonali. L-assi mmaniġġjati tal-UCITS issa laħqu s-EUR 6 697 biljun. Filwaqt li l-inizjattiva tal-UCITS ma tfissirx neċessarjament li l-ħolqien ta’ ELTIF se jattira livelli simili ta' interess fl-investituri, hija tindika s-suċċess li jista’ jkollhom tali inizjattivi madwar l-UE kollha.

1.5.4.     Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti oħra xierqa Besoin(s) à satisfaire à court ou à long terme

Ir-regoli proposti jibnu fuq il-qafas regolatorju eżistenti stabbilit permezz tad-Direttiva 2011/61/UE (id-Direttiva dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi - AIFMD) u l-atti adottati għall-implimentazzjoni tagħha. Il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni u superviżjoni armonizzati għall-AIFMs skont l-AIFMD huma ssupplimentati bi proċedura ta' awtorizzazzjoni speċjali għal ELTIFs. Barra minn hekk, ir-regoli tal-prodott li jikkonċernaw l-ELTIFs japplikaw b’żieda mar-regoli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni, sakemm ma jiġux espliċitament diżapplikati. B'mod partikolari, ir-regoli tal-immaniġġjar u l-kummerċjalizzazzjoni stabbiliti fil-qafas eżistenti, kif ukoll ir-regoli dwar il-forniment transfruntier tas-servizzi u l-libertà tal-istabbiliment inklużi fl-AIFMD se japplikaw skont dan għall-ELTIFs.

1.6.        Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

¨ Proposta/inizjattiva ta' tul limitat

– ¨  Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

– ¨  Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

x Proposta/inizjattiva ta' tul mhux limitat

– Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu mill-2015 sal-2020,

– segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.        Il-mod(i) ta’ mmaniġġjar ppjanat(i)[25]

¨ Immaniġġjar ċentralizzat dirett mill-Kummissjoni

¨ Immaniġġjar ċentralizzat indirett b'delega tal-kompiti tal-implimentazzjoni lil:

– ¨  aġenziji eżekuttivi

– x   korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[26]

– ¨  korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

– ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Immaniġġjar kondiviż mal-Istati Membri

¨ Immaniġġjar deċentralizzat ma' pajjiżi terzi

¨ Immaniġġjar konġunt ma' organizzazzjonijiet internazzjonali (għandhom jiġu speċifikati)

– Jekk tindika aktar minn metodu wieħed ta’ mmaniġġjar, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

2.           MIŻURI TA' MMANIĠĠJAR

2,1.        Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet. Besoin(s) à satisfaire à court ou à long terme

L-Artikolu 81 tar-Regolament li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea tal-Pensjonijiet tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) jipprevedi l-evalwazzjoni tal-esperjenza miksuba b’riżultat tal-operat tal-ESMA fi żmien tliet snin mill-bidu effettiv tal-operat tagħha. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni se tippubblika rapport ġenerali li se jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2.2.        Sistema ta’ mmaniġġjar u kontroll

2.2.1.     Riskju/i identifikat(i) Besoin(s) à satisfaire à court ou à long terme

Ir-riżorsa addizzjonali għall-ESMA prevista bħala riżultat tal-proposta attwali hija meħtieġa sabiex l-ESMA tkun tista’ twettaq il-kompetenzi tagħha u b’mod partikolari r-rwol tagħha f'dawn li ġejjin:

•        L-iżgurar tal-armonizzazzjoni u l-koordinazzjoni tar-regoli tar-Regolament ELITF permezz tat-tħejjija ta' abbozz ta’ standards regolatorji;

•        It-tisħiħ u l-iżgurar tal-applikazzjoni konsistenti ta’ setgħat regolatorji nazzjonali billi toħroġ linji gwida u billi tħejji abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni;

•        Il-ġbir u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa rigward il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji fit-tul;

In-nuqqas ta’ din ir-riżorsa ma jistax jiżgura twettiq f’waqtu u effiċjenti tar-rwol tal-ESMA.

2.2.2.     Informazzjoni dwar is-sistema tal-kontroll intern stabbilita Besoin(s) à satisfaire à court ou à long terme

Is-sistemi ta’ mmaniġġjar u kontroll kif stipulati fir-Regolament tal-ESMA se japplikaw ukoll fir-rigward tar-rwol tal-ESMA skont din il-proposta.

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta' prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew maħsuba.

Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) għandhom japplikaw għall-ESMA mingħajr l-ebda restrizzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 66(1) tar-Regolament tal-ESMA.

L-ESMA għandha taċċedi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u għandha tadotta minnufih dispożizzjonijiet xierqa għall-persunal kollu tal-ESMA, kif previst fl-Artikolu 66(2) tar-Regolament tal-ESMA.

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i tan-nefqa tal-baġit milquta

· Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja tal-baġit || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Numru […][Intestatura………………………………………...……….] || Diff./mhux diff. ([27]) || minn pajjiżi tal-EFTA[28] || minn pajjiżi kandidati[29] || minn pajjiżi terzi || fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1.a || [12.03.04][ESMA] || Diff. || IVA || IVA || LE || LE

· Linji baġitarji ġodda mitlubin

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja tal-baġit || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Numru […][Intestatura………………………………………...……….] || Diff./mhux diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

|| || || || || ||

3.2.        Impatt stmat fuq in-nefqa

L-uniku impatt fuq l-infiq jirrigwarda l-impjieg ta' żewġ aġenti temporanji addizzjonali għal perjodu ta’ żmien mhux limitat. Il-kompiti l-ġodda se jitwettqu bir-riżorsi umani disponibbli fl-allokazzjoni tal-baġit annwali, fid-dawl tal-limiti baġitarji li huma applikabbli għall-korpi kollha tal-UE u konformi mal-programmar finanzjarju għall-aġenziji.

3.2.1.     Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

Miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || 1.a || Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi

DĠ: MARKT || || || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || ||

12.03.04 ESMA || Impenji || (1) || 0,140 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,788

Pagamenti || (2) || 0,140 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,788

Numru tal-linja tal-baġit || Impenji || (1a) || || || || || || ||

Pagamenti || (2 a) || || || || || || ||

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi[30] || || || || || || ||

Numru tal-linja tal-baġit || || (3) || || || || || || ||

TOTAL ta' approprjazzjonijiet għad-DĠ MARKT || Impenji || =1+1a +3 || 0,140 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,788

Pagamenti || =2+2a +3 || 0,140 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,788

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || 0,140 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,788

Pagamenti || (5) || 0,140 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,788

Ÿ TOTAL ta' Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || ||

TOTAL ta' approprazzjonijiet għall-INTESTATURA 1.a tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || 0,140 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,788

Pagamenti || =5+ 6 || 0,140 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,788

Jekk aktar minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta / inizjattiva:

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || || || || || || || ||

Pagamenti || (5) || || || || || || || ||

Ÿ TOTAL ta' Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

TOTAL ta' approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali (Ammont ta' referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || || || || || ||

Pagamenti || =5+ 6 || || || || || || || ||

Kumment: dan iqis biss 40 % tal-ispejjeż totali, is-60 % l-oħra huma ffinanzjati mill-Istati Membri

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || 5 || “Nefqa amministrattiva”

Miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

DĠ: <…….> ||

Ÿ Riżorsi umani || || || || || || || ||

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || ||

TOTAL DĠ <…….> || Approprjazzjonijiet || || || || || || || ||

TOTAL ta' approprazzjonijiet għall-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Ħlasijiet totali) || || || || || || || ||

Miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

TOTAL ta' approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 0,140 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,788

Pagamenti || 0,140 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,130 || 0,788

3.2.2.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

– þ  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

Kumment:

Ara hawn fuq.

Approprjazzjonijiet ta' impenn f'miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Indika l-objettivi u r-riżultati ò || || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

RIŻULTATI

Tip[31] || Spiża medja || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru totali || Spiża totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU NRU 1[32] ... || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || ||

OBJETTIV SPEĊIFIKU NRU 2 ... || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || ||

SPIŻA TOTALI || || || || || || || || || || || || || || || ||

3.2.3.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.  Sommarju

– þ  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi ta' natura amministrattiva

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

Miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

|| Sena N[33] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || || || ||

Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || ||

Subtotal INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Barra mill-INTESTATURA 5[34] tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || || || ||

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva || || || || || || || ||

Subtotal barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

TOTAL || || || || || || || ||

L-approprjazzjonijiet tar-riżorsi umani meħtieġa se jiġu sodisfatti mill-approprjazzjonijiet mid-DĠ li huma diġà assenjati għall-immaniġġjar tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk dan ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.2.  Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani

– þ  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

Kumment:

– L-ebda riżorsa umana u amministrattiva addizzjonali mhi se tkun meħtieġa fid-DĠ MARKT bħala riżultat tal-proposta. Żewġ aġenti temporanji addizzjonali se jiġu ingaġġati fl-ESMA għal perjodu mingħajr limitu.

L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full time

|| || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

|| Ÿ Postijiet tat-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju) || ||

|| XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || || || || || || ||

|| XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||

|| XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || ||

|| 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

Ÿ Persunal estern (f'unitajiet Ekwivalenti għal Full Time: FTE)[35] ||

|| XX 01 02 01 (CA, SNE, INT mill-“pakkett globali”) || || || || || || ||

|| XX 01 02 02 (CA, LA, SNE, INT u JED fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

|| XX 01 04 yy[36] || - fil-Kwartieri Ġenerali || || || || || || ||

|| - Delegazzjonijiet || || || || || || ||

|| XX 01 05 02 (CA, SNE, INT - Riċerka Indiretta) || || || || || || ||

|| 10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka Diretta) || || || || || || ||

|| Linji oħra tal-baġit (speċifika) || || || || || || ||

|| TOTAL || || || || || || ||

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu sodisfatti mill-persunal mid-DĠ li huma diġà assenjati għall-immaniġġjar tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk dan ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-immaniġġjar skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju ||

Persunal estern ||

3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali:

– þ  Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi r-ripprogrammar tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’riprogrammazzjoni hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali[37].

Spjega x’inhuwa meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

– Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi

– þ Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f'miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

|| 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

Stati Membri permezz ta’ superviżuri nazzjonali tal-UE * || 0,210 || 0,194 || 0,194 || 0,194 || 0,194 || 0,194 || 1 181

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet kofinanzjati || 0,210 || 0,194 || 0,194 || 0,194 || 0,194 || 0,194 || 1 181

* Stima bbażata fuq il-mekkaniżmu ta' finanzjament attwali fir-regolament ESMA (Stati Membri 60 %, Komunità 40 %)

3.3.        Impatt stmat fuq id-dħul

– þ  Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

¨         fuq ir-riżorsi proprji

¨         fuq id-dħul mixxellanju

Miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Linja tal-baġit tad-dħul: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti || Impatt tal-proposta/inizjattiva[38]

Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu …………. || || || || || || || ||

Għad-dħul mixxelanju “assenjat”, speċifika l-linja/i tan-nefqa tal-baġit affettwat(i).

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

Anness mad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għal proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Fondi ta’ Investiment fit-Tul Ewropej (ELTIF)

Din il-proposta għandha l-ħsieb li tgħin iżżid il-provvista tal-kapital disponibbli għal investiment fit-tul fl-ekonomija reali tal-Unjoni Ewropea. Dan se jsir billi tinħoloq forma ġdida ta' strument ta' fond, il-Fondi ta’ Investiment fuq Terminu Twil tal-UE jew ELTIFs. L-ELTIFs, minħabba l-klassijiet tal-assi li dawn jistgħu jinvestu fihom, huma mistennija li se jkunu jistgħu jipprovdu lill-investituri b'redditu stabbli fuq terminu twil. L-assi eliġibbli jikkwalifikaw bħala parti mill-"investimenti alternattivi" - klassijiet ta’ assi li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni tradizzjonali ta’ ishma u bonds elenkati. Filwaqt li investimenti alternattivi jinkludu l-proprjetà immobbli, il-kapital ta’ riskju, l-ekwità privata, il-fondi ħeġġ, il-kumpaniji mhux elenkati, it-titoli f'diffikultà u l-komoditajiet, l-ELTIFs ikunu jiffokaw biss fuq investimenti alternattivi li jaqgħu taħt kategorija definita ta’ klassijiet ta’ assi fuq terminu twil li l-iżvilupp b’suċċess tagħhom jeħtieġ impenn fit-tul mill-investituri.

Hemm ħtieġa ċara li nirriorjentaw l-approċċ tal-investituri lil hinn minn investiment biss b'perspettiva fuq medda qasira ta’ żmien jew f'assi li jeħtieġu impenji fuq medda qasira ta’ żmien. Mod wieħed kif dan jista’ jintlaħaq huwa billi jitnaqqsu l-ostakli biex isiru impenji aktar fit-tul fuq assi bħal proġetti infrastrutturali, billi jiġi pprovdut dak li huwa ħafna drabi msejjaħ “kapital paċenzjuż”. Dan it-tip ta’ investiment jista' ma jinfediex għal għadd ta' snin, iżda huwa investit b’tali mod li jkun kapaċi jipprovdi redditu stabbli u prevedibbli. Proġetti ta’ infrastruttura, jew konċessjonijiet operattivi joqogħdu taħt din id-deskrizzjoni. Il-kapital investit għal terminu twil b'dan il-mod "paċenzjuż" huwa ta' benefiċċju għall-ekonomija reali billi jipprovdi flussi prevedibbli u sostnuti ta' finanzi lill-impriżi u joħloq l-impjiegi.

Sabiex tiġi żgurata t-tneħħija effettiva ta’ ostakoli għal suq pan-Ewropew għall-ELTIFs u l-fiduċja tal-investituri f’dawn il-fondi, huwa meħtieġ li jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ konverġenza superviżorja u sorveljanza proporzjonata. Ir-rwol tal-ESMA għalhekk se jkun ta’ importanza kbira, kemm f’termini tal-iżvilupp ta’ rekwiżiti regolatorji dettaljati sabiex jinkisbu l-konverġenza u l-uniformità fis-suq, kif ukoll fl-appoġġ għal sorveljanza superviżorja kontinwa.

L-ispejjeż relatati mal-kompiti li għandhom jitwettqu mill-ESMA ġew stmati għan-nefqa fuq il-persunal (Titolu 1), b’konformità mal-klassifikazzjoni tal-ispejjeż fl-abbozz tal-baġit tal-ESMA. Il-proposta tal-Kummissjoni tinkludi dispożizzjonijiet għall-ESMA sabiex tiżviluppa erba' standards tekniċi regolatorji. Barra minn hekk, l-ESMA se jkollha żżomm reġistru ċentrali dwar l-ELTIFs awtorizzati kollha. L-ESMA se jkollha wkoll l-opportunità li tiżviluppa linji gwida dwar l-oqsma koperti minn dan ir-Regolament. L-ESMA se jkollha wkoll rwol fir-rigward li tiżgura kooperazzjoni u koordinazzjoni mingħajr intoppi tas-superviżjoni tal-ELTIFs mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

Ġie preżunt li r-Regolament se jidħol fis-seħħ kmieni fl-2015, u għaldaqstant, ir-riżorsi addizzjonali tal-ESMA huma meħtieġa mill-2015. Ġie stmat persunal addizzjonali għall-istandards tekniċi, pariri u r-reġistru li għandhom jiġu prodotti mil-ESMA; kif ukoll għal kompiti permanenti oħra li jakkumpanjaw il-funzjoni tal-ESMA fit-tisħiħ tal-koperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti u l-konverġenza fil-prattiki superviżorji. F’dak li jirrigwarda n-natura tal-pożizzjonijiet, il-tlestija b’suċċess u f’waqtha tal-istandards tekniċi se teħtieġ, b’mod partikolari, uffiċjali addizzjonali tal-politika, legali u tal-valutazzjoni tal-impatt.

Is-suppożizzjonijiet li ġejjin ġew applikati sabiex jiġi vvalutat l-impatt fuq l-għadd ta’ FTEs (Full-time Equivalents) meħtieġa sabiex jiġu żviluppati standards tekniċi, linji gwida u rapporti:

· Uffiċjal ta' politika wieħed jista’ jabbozza medja ta’ 1,5 standards tekniċi fis-sena. Dan ix-xogħol kollu jeħtieġ xogħol ta’ tħejjija bħal:

· Laqgħat bilaterali u multilaterali mal-partijiet interessati

· Analiżi u valutazzjoni tal-għażliet u abbozzar ta’ dokumenti ta’ konsultazzjoni

· Konsultazzjoni pubblika tal-partijiet interessati

· It-twaqqif u l-immaniġġjar ta’ gruppi permanenti ta’ esperti magħmula minn superviżuri mill-Istati Membri

· It-twaqqif u l-immaniġġjar ta’ gruppi ta’ esperti ad hoc komposti minn parteċipanti fis-suq u rappreżentanti tal-investituri

· L-analiżi tar-risposti għall-konsultazzjonijiet

· L-abbozzar ta’ analiżi ta’ kosti/benefiċċji

· L-abbozzar tat-test legali

Jeħtieġ li jiġi żviluppat reġistru ċentrali (proġett tal-IT speċifikat, offerti vvalutati, proġett immaniġġjat). Dan ir-reġistru se jkun imbagħad suġġett għal manutenzjoni kontinwa, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-eżattezza u l-kompletezza tiegħu.

Barra minn hekk, xogħol ieħor se jkun meħtieġ fuq bażi kontinwa, inkluża l-koordinazzjoni tal-azzjoni tas-superviżuri tal-Istati Membri, ħidma biex jiġu identifikati l-prattiki superviżorji u tiġi xprunata l-konverġenza fihom, is-soluzzjoni tat-tilwim u proċessi ta’ medjazzjoni, il-ħidma fuq il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-suq biex jiġu identifikati x-xejriet fis-suq Ewropew tal-investimenti fit-tul u jiġu ċċarati kwalunkwe riskji emerġenti għall-investituri jew ostakli għall-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku għal fondi bħal dawn.

Dan ifisser li 2 FTEs addizzjonali huma meħtieġa mill-2015. Ġie preżunt li din iż-żieda fl-FTEs se tinżamm fl-2016 sal-2020 peress li aktarx li l-istandards se jiġu finalizzati biss fl-2016-2017 u l-implimentazzjoni se tkun meħtieġa sal-2020 filwaqt li kompiti kontinwi kif deskritt hawn fuq jiżdiedu għall-ESMA wara x-xogħol ta' implimentazzjoni.

Suppożizzjonijiet oħrajn:

· Fuq il-bażi tad-distribuzzjoni tal-FTEs sa mill-2015, iż-żewġ FTEs addizzjonali huma preżunti li jikkonsistu f'żewġ aġenti temporanji

· L-ispejjeż annwali medji għas-salarji għall-kategoriji differenti ta’ persunal huma bbażati fuq il-gwida tad-DĠ BUDG;

· Il-koeffiċjent tal-ippeżar tas-salarji għal Pariġi ta’ 1,16;

· Spejjeż għall-missjonijiet preżunti li jkunu EUR 10 000 fis-sena

· Spejjeż relatati mar-reklutaġġ (vjaġġi, lukanda, eżamijiet mediċi, istallazzjoni u allowances oħrajn, spejjeż tal-ġarr, eċċ) stmati li huma ta’ EUR 12 700,

· Il-metodu ta’ kalkolu taż-żieda fil-baġit meħtieġ għas-6 snin li ġejjin huwa ppreżentat f’aktar dettall fit-tabella ta’ hawn taħt. Il-kalkolu jirrifletti l-fatt li l-baġit tal-Komunità jiffinanzja 40 % tal-ispejjeż.

Tip ta’ spiża || Kalkoli || Ammont (f’eluf)

2015 || 2016 || … || 2020

Titolu 1: Nefqa fuq il-persunal: 11 Salarji u allowances - li minnhom aġenti temporanji - li minnhom SNEs - li minnhom aġenti kuntrattwali 12 Spiża relatata mar-reklutaġġ 13 Spejjeż tal-missjonijiet Total titolu 1: Nefqa fuq il-persunal Li minnhom kontribuzzjoni mill-Komunità (40 %) Li minnhom kontribuzzjoni mill-Istati Membri (60 %) || =2*131*1,16 =2*12.7 =2*10 || 304 25 20 349 140 210 || 304 20 324 130 194 || 304 20 324 130 194 || 304 20 324 130 194

It-tabella li ġejja tippreżenta l-pjan ta’ stabbiliment propost għaż-żewġ pożizzjonijiet ta’ aġent temporanju:

Grupp ta’ funzjoni u grad || Postijiet

AD16 ||

AD15 ||

AD14 ||

AD13 ||

AD12 ||

AD11 ||

AD10 ||

AD9 ||

AD8 ||

AD7 || 1

AD6 || 1

AD5 ||

||

Total AD || 2

[1]               Ara hhttp://ec.euopea.eu/internal_market/smact/docs/single-market-act2_en.pdf

[2]               Ara hhttp://ec.euopea.eu/internal_market/finances/financing-growth/long-term/index_en.htm

[3]               Skeda informattiva tal-EFAMA dwar l-Industrija tal-Fondi tal-Investiment, ta’ Marzu 2013

[4]               Id-Direttiva 2011/61/UE

[5]               Id-Direttiva 2004/39/KE

[6]               Ara http://ec.europa.eu/internal_market/consultations/docs/2012/ucits/ucits_consultation_en.pdf

[7]               ĠU C , , p. .

[8]               ĠU L 174, 1,7.2011, p. 1.

[9]               ĠU L 201. 27.7.2012. p.1

[10]             ĠU L 145, 30.4.2004, p.1.

[11]             ĠU L 345, 31.12.2003, p.64.

[12]             ĠU L 149, 30.4.2004, p.1.

[13]             ĠU L 331, 15.12.2010, p.84.

[14]             ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31–50

[15]             ĠU L 8, 12,1.2001, p. 1*22

[16]             ĠU L 177, 30.6.2006, p.1.

[17]             ĠU L 335, 17,12.2009, p.1.

[18]             ĠU L 302, 17,11.2009, p. 32.

[19]             ĠU L 193,18.7.1983,p. 1.

[20]             Ir-referenza tal-ĠU.

[21]             ĠU L 345, 31.12.2003, p.64.

[22]             ĠU L 149, 30.4.2004, p. 1.

[23]             ABM: immaniġġjar ibbażat fuq l-attività – ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.

[24]             Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[25]             Id-dettalji tal-metodi ta' mmaniġġjar u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[26]             Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[27]             Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

[28]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[29]             Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[30]             Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’sostenn tal-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[31]             Ir-riżultati huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu fornuti (pereżempju: in-numru ta' skambji ta' studenti ffinanzjati, in-numru ta' km ta' toroq mibnija, eċċ.).

[32]             Kif ġie deskritt fit-Taqsima 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/ċi...”

[33]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[34]             Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’sostenn tal-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[35]             CA= Persunal Kuntrattwali; LA = Persunal Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Ssekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JED= Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet).

[36]             Sublimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operattivi (l-eks linji "BA").

[37]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali (għall-perjodu 2007-2013).

[38]             Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji tad-dwana, imposti taz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri l-ammonti grossi wara t-tnaqqis ta' 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.

Top