This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013DC0681
REPORT FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT AND TO THE COUNCIL On the overall operation of official controls in the Member States on food safety, animal health and animal welfare, and plant health
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL Dwar l-operat kumplessiv tal-kontrolli uffiċjali fl-Istati Membri tas-sikurezza tal-ikel, is-saħħa tal-annimali u l-benesseri tal-annimali, u s-saħħa tal-pjanti
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL Dwar l-operat kumplessiv tal-kontrolli uffiċjali fl-Istati Membri tas-sikurezza tal-ikel, is-saħħa tal-annimali u l-benesseri tal-annimali, u s-saħħa tal-pjanti
/* COM/2013/0681 final */
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL Dwar l-operat kumplessiv tal-kontrolli uffiċjali fl-Istati Membri tas-sikurezza tal-ikel, is-saħħa tal-annimali u l-benesseri tal-annimali, u s-saħħa tal-pjanti /* COM/2013/0681 final */
WERREJ 1........... Introduzzjoni 3 2........... Reviżjoni tar-rapporti annwali tal-Istati Membri 3 3........... L-attivitajiet ta' kontroll mill-Kummissjoni fl-Istati
Membri 8 4........... Għejun oħrajn ta’ informazzjoni dwar il-kontrolli
fl-Istati Membri 16 5........... Ir-riżultati tal-monitoraġġ ufiċjali 17 6........... Segwitu u infurzar mill-Kummissjoni 18 7........... Il-Kummerċ internazzjonali 19 8........... Konklużjonijiet 19 1. Introduzzjoni L-Artikolu 44 (4) u (6)
tar-Regolament (KE) Nru 882/2004[1]
jirrikjedi li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tissottometti
lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dwar l-operazzjoni
ġenerali tal-kontrolli fl-Istati Membri fid-dawl: (a)
tar-rapporti annwali ppreżentati mill-awtoritajiet nazzjonali dwar
l-attivitajiet ta' kontroll tagħhom; (b)
tal-kontrolli tal-Kummissjoni mwettqa fl-Istati Membri; (c)
ta' kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra. Dan huwa
t-tielet rapport ta’ dan it-tip imressaq mill-Kummissjoni. Is-sorsi ewlenin
tiegħu huma: (a) ir-rapporti annwali mill-Istati Membri għall-2010; (b) ir-riżultati
tal-attivitajiet ta' kontroll mill-Kummissjoni stess; u (ċ) informazzjoni oħra
rilevanti dwar il-kontrolli, inkluż: ·
rapporti mill-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar kontrolli
f’setturi speċifiċi; ·
ir-riżultati ta’ sistemi ta’ twissija rapida tal-UE; ·
azzjonijiet ta’ infurzar tal-Kummissjoni (inklużi l-każijiet
ta’ ksur) relatati ma’ nuqqasijiet ta’ konformità osservati fl-Istati Membri; ·
rapporti minn entitajiet li jiffissaw l-istandards
internazzjonali. B’mod
partikolari fir-rigward tar-riżultati ta’ kontrolli mill-Kummissjoni stess u
ta' informazzjoni rilevanti oħra, ir-rapport isemmi informazzjoni dwar
il-kontroll minn meta din issir disponibbli, biex b'hekk isir sforz ħalli
t-twassil tal-kontrolli uffiċjali fl-Unjoni ikun aġġornat kemm jista' jkun. 2. Reviżjoni tar-rapporti annwali
tal-Istati Membri. Il-priċipji
bażiċi tal-UE dwar l-għalf u l-ikel huma stipulati fir-Regolament (KE)
Nru 178/2002[2].
Skont dan ir-Regolament, huma n-negozji tal-ikel/l-għalf tul il-katina
alimentari kollha li għandhom ir-responsabbiltà primarja biex jiżguraw li
l-ikel/l-għalf ikun ħieles mill-periklu, mill-bidu tal-produzzjoni sal-punt
finali meta jinbiegħ lill-konsumatur. Ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 fih
rekwiżiti għall-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi[3].
Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 fih rekwiżiti għal skemi ta’ kwalità għal
prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel[4]. L-Istati Membri
għandhom l-obbligu li jivverifikaw li l-operaturi tan-negozji jissodisfaw
ir-rekwiżiti tal-liġi tal-UE dwar is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf (inklużi
s-saħħa tal-annimali, il-benessri tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti), dwar
prodotti organiċi u dwar skemi ta' kwalità. Għal dan il-għan huwa meħtieġ li
joperaw sistemi ta' kontrolli uffiċjali. Ir-Regolament
(KE) Nru 882/2004 jistipula l-mod ta’ kif dawn il-kontrolli għandhom ikunu
organizzati u mħaddma. Sostanzjalment, jistipula r-regoli ġenerali għat-twettiq
ta' kontrolli uffiċjali biex ikun ivverifikat li jkun hemm konformità
mar-regoli tal-UE dwar l-ikel u l-għalf. B’mod partikolari, dan jirrikjedi li
l-Istati Membri jivverifikaw il-konformità mill-operaturi mar-rekwiżiti legali
speċifiċi, u li l-prodotti fis-suq tal-UE (kemm dawk prodotti fl-UE kif ukoll
l-importazzjonijiet) ikunu konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti. Ir-Regolament
(KE) Nru 882/2004 jistipula wkoll regoli dwar il-kontrolli li jagħmlu
s-servizzi tal-Kummissjoni fl-Istati Membri, biex jiġi vverifikat li jkunu
konformi mal-obbligi stipulati fil-leġiżlazzjoni dwar l-ikel u l-għalf.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw il-pjanijiet multiannwali
nazzjonali ta’ kontroll (MANCP) li jagħtu effett lir-rekwiżiti tar-Regolament,
u jintalbu jissottomettu lill-Kummissjoni rapport annwali dwar
l-implimentazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet. L-ewwel rapport
annwali tal-Kummissjoni (COM (2010) 441) indika li hemm varjabbiltà kbira bejn
ir-rapporti tal-Istati Membri kemm fl-istruttura kif ukoll fil-kontenut u dan
jagħmel il-paragun diffiċli. Ir-rapport tas-sena l-oħra (COM (2012) 122) indika
li l-paragun tad-dejta tjieb bis-saħħa tad-djalogu bejn il-Kummissjoni u
l-Istati Membri, u mill-esperjenza miksuba minn dawn tal-aħħar. Biex jitħaffef
il-paragun tar-rapport annwali tal-Istati Membri, ġie żviluppat mudell għal
“sommarju eżekuttiv” flimkien mal-Istati Membri, ibbażat fuq il-linji gwida
eżistenti għar-rapport annwali (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/654/KE). Dawn
is-sommarji bħalissa qed jintużaw mill-maġġoranza tal-Istati Membri. Qed jiġi
pprovdut rispons globali lill-Istati Membri fuq bażi kontinwa. Dan qed jiġi
supplimentat b’rispons individwali bil-miktub. Fil-kuntest
tar-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, ingħatat kunsiderazzjoni
lid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 44 għar-rapporti tal-Istati Membri u
r-rapporti annwali tal-Kummissjoni. Il-proposta leġiżlattiva tinkludi
dispożizzjonijiet biex il-Kummissjoni tadotta formoli uniformi għal
informazzjoni u dejta li għandhom jiġu pprovduti mill-Istati Membri f’dak li
għandu x’jaqsam: mal-emendi għal pjanijiet ta’ kontroll tagħhom; mar-riżultati
tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fis-sena ta’ qabel; mat-tip u l-għadd ta’
każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità identifikati permezz tal-kontrolli;
mal-miżuri meħudin biex jiżguraw l-operat effettiv tal-pjanijiet nazzjonali
pluriennali ta’ kontroll, inklużi l-azzjoni ta’ infurzar u r-riżultati ta’ tali
miżuri. Il-punti
prinċipali tal-analiżi tal-Kummissjoni tar-rapporti annwali tal-2010
mill-Istati Membri huma deskritti hawn taħt sa fejn ir-rapporti ppermettew
sinteżi tal-informazzjoni pprovduta. L-effettività tal-kontrolli
ġenerali Ir-rapporti
annwali juru li l-parti l-kbira tal-Istati Membri għandhom fis-seħħ indikaturi
strateġiċi, operattivi jew tal-konformità biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni,
għalkemm hemm varjazzjoni konsiderevoli fis-setturi koperti, u l-ambitu
tad-dikjarazzjoni dwar l-effettività ġenerali. Ħafna drabi tiġi pprovduta dejta
fir-rigward tal-proċess ta’ spezzjoni, bħan-numru ta’ spezzjonijiet ippjanati
imwettqa, aktar milli fir-rigward tar-riżultat tal-kontrolli uffiċjali. F’xi pajjiżi
b’aktar minn awtorità kompetenti ċentrali waħda, il-koerenza tar-rapporti
tagħhom tista’ tittejjeb billi jiġu analizzati l-inputs minn servizzi
differenti fil-kuntest tal- objettivi strateġiċi u operattivital-pjan ta’
kontroll multiannwali nazzjonali. Ix-xejriet
tal-kontrolli Hemm xejra
kontinwa lejn aktar sistemi ta’ kontroll ibbażati fuq ir-riskju. Xi Stati
Membri enfasizzaw livell aħjar tal-effikaċja kumplessiva marbuta ma’ aktar
kontrolli bbażati fuq ir-riskju, u estensjoni ta’ kontrolli bbażati fuq
ir-riskju f’setturi ġodda. Madankollu, rapporti oħra jissuġġerixxu li l-Istati
Membri ma jużawx mudell tal-valutazzjoni tar-riskju f’kull settur, kif
ikkonfermat minn awditi tal-Kummissjoni, u ġiet ipprovduta informazzjoni
limitata dwar it-tendenzi fil-kontrolli, il-prijoritajiet u r-riżultati. Wieħed
mir-riżultati ta’ aktar kontrolli bbażati fuq ir-riskju kien li l-livelli ta’
nuqqas ta’ konformità ma jistgħux jitqabblu direttament minn sena għal oħra.
Pereżempju, l-analiżi ta’ xejriet Ċeki indikaw li bejn l-2009 u l-2010, fil-każ
tas-saħħa u l-benessri tal-annimali, kien hemm żieda fil-proporzjon bejn
in-numru ta’ nuqqasijiet ta’ konformità identifikati u n-numru totali ta’
kontrolli. Dan jista’ jkun indikazzjoni ta’ rata ogħla ta’ nuqqas ta’
konformità u b’hekk ta' ħolqien ta’ problemi. Madankollu, din iż-żieda hija
minflok attribwita għall-fatt li l-kontrolli reċentement saru aktar bbażati fuq
ir-riskju, u b’hekk ikkontribwixxew lejn l-effettività kumplessiva tagħhom.
Ir-rapport Daniż identifika korrelazzjoni simili fil-każ tal-kontrolli dwar
il-benesseri tal-annimali. Ir-rapport annwali Ġermaniż jenfasizza l-fatt li
minħabba li l-kontrolli jkunu aktar ibbażati fuq ir-riskji, u għalhekk huma
aktar intensivi fuq entitajiet bi storja preċedenti ta’ nuqqas ta’ konformità,
mhux possibbli li mir-rapport annwali wieħed jasal għal konklużjonijiet dwar
is-sitwazzjoni ġenerali fis-suq. Ir-riżorsi illiberati permezz ta' kontrolli
aktar ibbażati fuq ir-riskju jintużaw biex jiġu spezzjonati stabbilimenti inqas
kapaċi li jikkonformaw mar-regoli jew inqas lesti li jagħmlu dan. L-evidenza
li dawn qegħdin jintużaw biex jimmiraw lejn stabbilimenti b'rekords ta’
konformità fqira jew suspettuża hija rassikuranti kontra s-suġġerimenti li
“il-kontrolli bbażati fuq ir-riskju” jistgħu jkunu mezz ta' skuża biex
jitnaqqsu r-riżorsi. Analiżi ta’ nuqqas ta’
konformità L-oqsma ewlenin
ta' nuqqas ta' konformità identifikati tul is-setturi jinkludu: rekwiżiti ta’
iġjene operattiva; HACCP; rekwiżiti ta’ iġjene strutturali jew imsejsa fuq
it-tagħmir; l-ittikkettjar ta’ ikel u għalf; l-addittivi fl-għalf; iż-żamma ta’
rekords; u l-kontaminazzjoni mikrobijoloġika. L-identifikazzjoni
ta’ kawżi sottostanti ta’ nuqqas ta’ konformità hija ġeneralment limitata. Kif
ġara s-sena li għaddiet, in-nuqqasijiet fil-HACCP/fl-iġjene ta’ spiss kienu
attribwiti ma' tibdil frekwenti fl-istaff, ma' nuqqas ta’ taħriġ tal-operaturi
tan-negozji tal-ikel (FBOs) u ma' nuqqas ta' konsegwenzi jew inkella ma'
konsegwenzi minimi għal nuqqasijiet ta’ konformità. Xejriet ta’ infurzar:
L-azzjoni meħuda f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità L-Istati Membri
huma mitluba jindikaw fir-rapporti annwali tagħhom x’tip ta’ azzjonijiet ta’
infurzar ittieħdu. Filwaqt li
d-dejta dwar l-infurzar ġiet ipprovduta fir-rapporti annwali ta’ ħafna mill-Istati
Membri, din id-dejta ma tkoprix is-setturi kollha, u b’mod ġenerali, kien hemm
nuqqas ta’ analiżi tax-xejriet u l-konklużjonijiet kumplessivi. Xi Stati Membri
rreġistraw esperjenza tajba fl-użu ta’ sanzjonijiet amministrattivi applikati
direttament mill-awtoritajiet kompetenti. Barra minn hekk,
xi Stati Membri identifikaw il-ħtieġa ta’ taħriġ tal-persunal tal-infurzar.
Fir-Renju Unit, it-taħriġ enfasizza l-proċess ġudizzjarju u r-rwol tal-persunal
tat-taħriġ bħala xhieda esperti, bir-riżultat ta' żieda fin-numru ta’
azzjonijiet ta’ infurzar formali mill-2008-2009 'l hawn. Fil-Finlandja,
it-taħriġ u l-linji gwida ġodda dwar l-infurzar wasslu wkoll għal żieda fl-użu
ta’ azzjonijiet ta’ infurzar. L-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi attribwew
livell ogħla ta’ attività ta’ infurzar għal kontrolli bbażati aktar fuq
ir-riskju li b’hekk kienu aktar probabbli li jikxfu n-nuqqasijiet ta’
konformità. Is-sistema nazzjonali ta’
awditi L-Istati Membri
kollha jwettqu awditi kif meħtieġ mir-Regolament 882/2004. Dan huwa strument
importanti fl-"armerija" ta' kontrolli peress li jipprovdi
lill-maniġment b’informazzjoni ewlenija dwar l-effettività tas-sistemi ta’
kontroll tagħhom. Madankollu, mhux dejjem tkun ipprovduta ħarsa ġenerali lejn
ir-riżultat tal-awditi tagħhom, b’mod partikolari fejn din tkun imwettqa
f'reġjuni devoluti, jew meta jkun hemm tagħrif dwar is-segwitu għar-rapporti
tal-awditu. Barra minn hekk, xi Stati Membri rrappurtaw li l-limitazzjonijiet
fir-riżorsi tal-unitajiet tal-awditu tagħhom rażżnu l-implimentazzjoni
tal-awditi. Xi awditi ffukaw
fuq sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità introdotti mill-awtoritajiet kompetenti.
Fl-Awstrija, dan il-proċess wassal għall-armonizzazzjoni tal-proċeduri u
t-tibdil kontinwu fir-responsabbiltajiet. Il-Kummissjoni
qed torganizza laqgħat regolari, li inter alia jipprovdu forum għal
skambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri dwar kif ir-rekwiżit
għall-awditi jkun qed jiġi indirizzat. Riżorsi Għadd ta'
rapporti semmew il-bidliet f'dan il-qasam, bħall-bidla organizzattiva
sinifikanti fi Franza, il-Pajjiżi l-Baxxi, is-Slovenja u r-Renju Unit, u
l-istandardizzazzjoni tas-servizzi tal-laborotarju (fil-Bulgarija; fi Spanja,
fil-każ tas-sikurezza tal-ikel; u fil-Polonja, fil-każ tal-pestiċidi). Analiżi
tar-riżorsi allokati għal-laboratorji ġiet preperata wkoll fl-Estonja u
l-Portugall. Xi Stati Membri qed jallokaw mill-ġdid riżorsi ta' persunal minn
kontrolli ta' rutina għal "kampanji ta' kontroll" aktar ibbażati fuq
ir-riskju, u hemm għarfien ġenerali li r-riżorsi għandhom jiġu mobilizzati
b'mod aktar effiċjenti, speċjalment fil-klima ekonomika attwali meta l-ispiża
pubblika tkun taħt pressjoni. Azzjonijiet
meħuda biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-awtoritajiet ta' kontroll L-azzjonijiet ewlenin jinvolvu
l-aġġornament tal-leġiżlazzjoni, it-tħejjija u/jew it-titjib tal-linji gwida u
l-proċeduri, it-taħriġ u s-seminars (marbuta, b'mod partikolari,
mal-implimentazzjoni ta' proċeduri ġodda), u l-emendi tal-MANCP. Barra minn hekk, is-sistemi
tal-informazzjoni u l-proċessi tan-negozju għall-kontrolli ttejbu aktar f'xi
Stati Membri, bil-ħsieb li tittejjeb is-sorveljanza mill-awtoritajiet kompenti
ċentrali L-evalwazzjoni u l-analiżi kritika tad-dejta dwar il-kontroll ittejbet
f'xi Stati Membri, filwaqt li f'xi oħrajn, hemm pjanijiet ta' titjib
tal-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti ċentrali biex tiġi vverifikata
l-effettività tal-kontrolli. It-tħejjija ta' indikaturi tal-prestazzjoni
speċifiċi għadha għaddejja f'xi Stati Membri. Ingħataw ukoll eżempji dwar
titjib li jinsab għaddej fil-koorindanment bejn l-entitajiet ta' kontroll, u
dwar oqfsa ta' koordinazzjoni mtejba fi Stati Membri b'kompetenzi mtejba. Xi
Stati Membri ddeskrivew l-azzjonijiet meħuda bil-ħsieb li jiżdied il-bejgħ
bl-internet fis-settur tal-ikel. F'xi Stati Membri, l-introduzzjoni ta' skemi
ta' rati tal-prestazzjoni għall-operaturi tan-negozji tal-ikel għenet
fil-prijoritizzazzjoni tal-kontrolli. L-azzjonijiet meħuda biex
tittejjeb il-prestazzjoni tal-Operaturi tan-Negozji tal-Ikel (FBOs) L-azzjonijiet meħuda identifikati
fir-rapporti tal-Istati Membri jinvolvu linji gwida, taħriġ, kampanji ta'
informazzjoni u avvenimenti oħra, u fuljetti. Azzjonijiet oħra rrapportati
jinkludu: il-ħolqien ta' ċentru għall-benessri tal-annimali fid-Danimarka; u
mekkaniżmi li jinċentivizzaw il-konformità mill-istabbilimenti, u li jinksbu
rispons minn operaturi bil-ħsieb li jissimplifikaw l-operazzjoni tal-kontrolli.
Konklużjonijiet Ir-Rapporti Anwwali tal-Istati
Membri juru li l-Istati Membri qegħdin ifittxu b'mod attiv li jtejbu
l-effieċjenza tas-sistemi eżistenti. Għad hem xejra fost l-Istati Membri lejn
aktar kontrolli bbażati fuq ir-riskju. L-Istati Membri qegħdin jintroduċu
wkoll strumenti li jtejbu s-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti ċentrali,
u l-prestazzjoni tal-awtoritajiet tal-kontroll. Hemm għadd ta' oqsma għal titjib
attwali. Inkonnessjoni mal- konsistenza u l-paragunabbiltà tad-dejta dwar
il-kontroll fl-Istati Membri, il-konnessjonijiet imtejba bejn
il-preżentazzjonijiet tad-dejta jistgħu juru aħjar il-punt safejn il-kontrolli
iwasslu għall-identifikazzjoni ta' nuqqas ta' konformità, u, wara dan, għal
infurzar effettiv. Aktar enfasi fir-rapporti fuq l-awtoevalwazzjoni,
bħar-riżultati tas-sejbiet tal-awditi nazzjonali, u l-impatt tal-proċess
tal-analiżi tar-Rapport Annwali dwar l-ippjanar futur, itejbu l-proċess ta'
titjib kontinwu. 3. L-attivitajiet ta' kontroll
mill-Kummissjoni fl-Istati Membri Ir-Regolament
(KE) Nru 882/2004 jirrikjedi li l-Kummissjoni twettaq kontrolli fl-Istati
Membri li jivverfikaw li, b'mod kumplessiv, il-kontrolli uffiċjali jitwettqu
skont il-pjanijiet ta' kontroll nazzjonali multiannwali rispettivi u skont
il-liġi tal-UE. Biex tissodisfa
l-obbligi tagħha, il-Kummissjoni timpenja ruħha bi programm annwali ta' awditi
u spezzjonijiet biex tivverifika l-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel,
il-leġiżlazzjoni dwar il-benessri u s-saħħa tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti,
u tivverifika li l-kontrolli uffiċjali f'dawn l-oqsma sseħħ b'mod konformi
mal-liġi tal-UE. Dan il-programm hu ppubblikat fil-websajt tal-Kummissjoni. Is-sejbiet ta'
kull awditu jinħarġu f'rapport indirizzat lill-awtorità nazzjonali rilevanti,
flimkien mal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet biex jiġu indirizzati
n-nuqqasijiet identifikati. Permezz tal-pubblikazzjoni tar-rapporti tal-awditu
u tal-pjanijiet ta' azzjoni tal-Istati Membri, kif ukoll il-profili tal-pajjiżi
li jiġu aġġornati b'mod regolari, il-Kummissjoni tipprovdi lill-partijiet
interessati u liċ-ċittadini kont fattwali ta' kif l-awtoritajiet ta' kontroll
f'kull Stat Membru jaqdu d-dover tagħhom li jiżguraw l-implimentazzjoni
korretta tal-liġi tal-UE. Fis-snin
riċenti, il-Kummissjoni wettqet madwar 250 awditu fis-sena, li koprew il-katina
tal-ikel kollha kif ukoll is-saħħa u l-benessri tal-annimali u s-saħħa
tal-pjanti, u li fosthom madwar 70% kienu relatati mas-sikurezza tal-ikel.
Madwar 60% tal-awditi kollha tipikament jitwettqu fl-Istati Membri
bil-kumplament f'pajjiżi terzi. Fil-Kroazja twettqu awditi preadeżjonali,
peress li dan il-pajjiż kien mistenni jissieħeb fl-UE fl-1 ta' Lulju 2013. Barra minn hekk,
dan l-aħħar ġew prodotti rapporti ġenerali[5] għal għadd ta'
setturi. Dawn ir-rapporti jipprovdu opportunità li wieħed jikseb ħarsa ġenerali
komprensiva tal-kontrolli mwettqa mill-Istati Membri, abbażi tal-eżitu
tal-awditi individwali mwettqa. Dawn jidentifikaw in-nuqqasijiet prinċipali li
aktarx ikunu rilevanti għall-Istati Membri kollha,
inklużi dawk li ma jkunux suġġetti għal awditu individwali. Jipprovdu wkoll
input prezzjuż lis-Servizzi tal-Kummissjoni u lill-Istati Membri għall-analiżi
tal-leġiżlazzjoni. Ir-rapporti tal-awditi tal-Kummissjoni , kif ukoll ir-rispons
tal-awtoritajiet kompetenti għar- rapporti ta' rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni
u l-profili tal-pajjiżi, jinsabu fi: http://ec.europa.eu/food/fvo/index_en.cfm It-taqsima li
jmiss turi firxa ta' kwistjonijiet ta' interess partikolari koperti
mill-programm fl-Istati Membri dwar is-sikurezza tal-ikel, is-saħħa tal-annimali,
il-benessri tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti. Din tipprovdi wkoll sommarju
qasir dwar is-sejbiet ewlenin u l-konklużjonijiet li jfeġġu minn sensiliet
differenti ta' awditi. Is-sikurezza
tal-ikel Kontrolli
uffiċjali fuq il-produzzjoni tal-ħalib u l-laħam Il-Kummissjoni wettqet
sensiela ta' awditi dwar il-kontrolli iġjeniċi marbuta mal-produzzjoni
tal-ħalib u l-laħam aħmar fl-Istati Membri kollha bejn l-2008 u l-2011. Dawn
ikkonfermaw li l-Istati Membri introduċew sistemi ta' kontroll li huma fil-biċċa
l-kbira tagħhom konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 882/2004
u li jwettqu kontrolli robusti b'konnessjoni mal-laħam aħmar u l-ħalib u
l-prodotti tagħhom. Madankollu, xejra li diġà kienet ġiet osservata qabel ġiet
ikkonfermata inkonnessjoni mal-infurzar: filwaqt li l-awtoritajiet ta'
kontroll fil-biċċa l-kbira jindentifikaw in-nuqqasijiet b'mod korrett, mhux
dejjem tittieħed azzjoni ta' infurzar sostnuta b'waqtha, u minħabba f'hekk
in-nuqqas ta' konformità jaf jibqa' għaddej. It-traċċabbiltà
taċ-ċanga u l-prodotti taċ-ċanga Sensiela ta' awditi fuq
it-traċċabbiltà taċ-ċanga u l-prodotti taċ-ċanga tlestiet fl-2011, u r-rapport
ġenerali jinsab disponibbli. L-aħħar analiżi tindika li l-kontrolli
tat-traċċabbiltà taċ-ċanga u l-prodotti taċ-ċanga u t-tikkettjar obbligatorju
ttejbu b'mod sinifikanti fl-Istati Membri li fihom saru ż-żjarat. B'relazzjoni
mat-traċċabbiltà ta' annimali ħajjin, dehru nuqqasijiet fl-implimentazzjoni
tal-leġiżlazzjoni attwali u fit-twettiq tal-kontrolli uffiċjali f'postijiet
fejn l-annimali jinġabru, bħall-bini tad-dilers, is-swieq u ċ-ċentri
tal-assemblaġġ. Xi nuqqasijiet intlemħu wkoll inkonnessjoni mal-ġestjoni
tal-bażijiet tad-dejta użati għar-reġistrazzjoni tal-annimali. Kaċċa
- fis-selvaġġ jew imrobbija Sensiela ta'
missjonijiet għas-sejbien tal-fatti f'erba' Stati Membri twettqet biex tinġabar
informazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali
inkonnessjoni mal-produzzjoni ta' laħam mill-kaċċa fis-selvaġġ jew imrobbija.
Ir-rapport ġenerali jinsab disponibbli, u jipprovdi dettalji tal-eżitu ta' dawn
il-missjonijiet. Għadd ta'
kwistjonijiet ta' interess feġġew minn din is-sensiela ta' missjonijiet u
bħalissa għaddejja diskussjoni dwar dispożizzjonijiet leġiżlattivi f'dan
ir-rigward inkonnessjoni: mal-ittestjar mhux komplet għat-Trichinella
spiralis fi kwantitajiet żgħar ta' speċi ta' kaċċa suxxettibbli mwassla
direttament lill-konsumatur; mal-interpratazzjoni liberali ta' xi tfisser
"kwantitajiet żgħar" li jistgħu jiġu esklużi minn kontrolli uffiċjali
tal-iġjene; mal-użu regolari ta' ċentri tal-ġbir tal-kaċċa mis-selvaġġ, li
mhux dejjem ikunu rreġistrati u li għalhekk ma jiġux soġġetti għall-kontrolli
uffiċjali; mad-demarkazzjoni mhix ċara bejn kaċċa mis-selvaġġ u mill-imrobbi
b'riskji li l-konsumatur jiġi mfixkel fl-informazzjoni dwar l-oriġini vera
tal-laħam mill-kaċċa; u mal-kummerċ intra-Unjoni tal-iġsma ta' annimali
kkaċċjati mis-selvaġġ b'ġildhom fuqhom, kontra l-liġi tal-UE. Kontrolli
uffiċjali fuq il-prodotti tas-sajd u l-molluski bivalvi ħajjin Twettqu awditi
f'disa' Stati Membri biex jevalwaw il-konformità mar-rekwiżiti tal-UE dwar
il-ħut u l-molluski bivalvi ħajjin. Fil-każ
tal-prodotti tas-sajd, instab li kumplessivament, kien hemm fis-seħħ sistemi
ta' kontroll uffiċjali komprensivi fil-pajjiżi kollha suġġetti għal żjarat.
F'xi pajjiżi nstabu varjazzjonijiet sinifikanti fl-implimentazzjoni
tal-kontrolli uffiċjali bejn reġjuni differenti. B'mod ġenerali,
il-laboratorji li jwettqu l-analiżi uffiċjali lkoll kienu mgħammra u kapaċi
jwettqu l-analiżi neċessarji. Il-biċċa l-kbira tal-laboratorji kienu
akkreditati. Filwaqt li s-sistemi kumplessivi
kienu mfassla u ġestiti sew, xi nuqqasijiet importanti ġew identifikati b'rabta
mal-kontroll: ·
tas-siti ta' produzzjoni primarji, bħall-bastimenti tas-sajd u
l-farms tal-ħut; ·
tal-molluski bivalvi ħajjin, b'rabta mal-klassifikazzjoni
taż-żoni tal-produzzjoni; mal-frekwenza tal-ittestjar fil-monitoraġġ
għall-bijotossini; u mal-ittestjar tal-prodott aħħari. Sejbiet simili
ġew irrapportati fl-awditi mwettqa fl-2012. Qed jitħejja wkoll rapport
ġenerali. Kontrolli
uffiċjali fuq it-tjur tal-irziezet L-awditi
tas-sistemi ta' kontroll tal-Istati Membri fuq il-laħam u l-prodotti tat-tjur
tal-irziezet tkomplew fl-2012. Kif kien il-każ is-sena li għaddiet, il-livell
kumplessiv ta' konformità kien ġeneralment tajjeb u ħafna aħjar mis-sitwazzjoni
li kienet teżisti qabel ma ngħadda il-"Pakkett dwar l-Iġjene".
Il-katina sħiħa tal-produzzjoni tat-tjur tal-irziezet kienet koperta, għalkemm
f'xi każijiet l-għadd ta' kontrolli fil-livell tal-irziezet kien limitat, u xi
awditi riċenti identifikaw spezzjoni post-mortem inadegwata. L-oqsma ewlenin
identifikati għat-titjib baqgħu dawk marbuta mal-applikazzjoni ta' rekwiżiti
speċifiċi dwar l-iġjene, bħall-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni tal-karkassi u
l-implimentazzjoni ta' pjanijiet tal-HACCP fl-istabbilimenti; u man-nuqqas ta'
notifikazzjoni lill-Kummissjoni dwar leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti
l-flessibbiltà għal biċċeriji b'kapaċità ċkejkna. Kif kien il-każ tal-kontrolli
tal-istabbilimenti tal-prodotti tal-ħalib u l-laħam, ġiet identifikata xejra
b'rabta mal-infurzar, fejn minkejja li l-awtoritajiet fil-biċċa l-kbira
jidentifikaw in-nuqqasijiet b'mod korrett, l-azzjoni ta' infurzar mhux dejjem
seħħet f'waqtha. Pjanijiet
ta' kontroll tas-salmonella L-awditi
tal-pjanijiet nazzjonali għall-kontroll tas-Salmonella fis-settur tat-tjur
tal-irziezet tkomplew fl-2011. Fl-Istati Membri kollha suġġetti għal żjarat,
ġew introdotti pjanijiet ta' kontroll, imma f'xi każijiet l-implimentazzjoni
ddewmet għal ċerti kategoriji. Minkejja dan, dawn il-pjanijiet jikkonċidu ma
xejra sinifikanti 'l isfel li ġiet osservata fis-Salmonella fit-tjur
tal-irziezet. Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, il-pjanijiet
għall-monitoraġġ u t-teħid tal-kampjuni uffiċjali għas-Salmonella f'kategoriji
differenti ta' tjur tal-irziezet ma kinux kompatibbli bis-sħiħ mal-liġi tal-UE;
id-defiċjenzi l-aktar kienu b'rabta ma' nuqqasijiet fit-teħid tal-kampjuni,
azzjonijiet meħuda wara riżultati pożittivi tat-testijiet u l-laboratorji.
Fl-aktar awditu riċenti fl-2012, ġew identifikati wkoll nuqqasijiet
fis-sorverljanza mill-awtoritajiet kompetenti ċentrali tal-pjanijiet ta'
implimentazzjoni tal-awtorijiet reġjonali. Qed jitħejja rapport ġenerali. Kontrolli tal-importazzjoni
ta' ikel ta' oriġini mhux mill-annimali Rapport
ġenerali huwa disponibbli dwar sensiela ta' 12-il awditu li twettqu bejn l-2010
u l-2011 biex jevalwaw l-implimentazzjoni tas-sistemi ta' kontroll uffiċjali
għall-kontrolli tal-importazzjonijiet ta' ikel ta' oriġini mhux mill-annimali. Mindu daħal fis-seħħ
ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 dwar il-livell miżjud tal-kontrolli uffiċjali
għall-għalf u l-ikel ta' oriġini mhux mill-annimali, l-Istati Membri ħadu passi
sodisfaċenti biex jimplimentawh. Il-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni ċari bejn
l-awtoritajiet kompetenti hija fis-seħħ fl-Istati Membri, u hemm persunal
suffiċjenti disponibbli għall-kontrolli. Il-proċeduri dokumentati huma
żviluppati sew, għalkemm mhux dejjem aġġornati sistematikament. Madankollu, it-trasport aktar 'il
hinn, kif definit skont ir-Regolament (KE) Nru 669/2009, u t-trasferiment
tal-oġġetti, skont ir-Regolament (KE) Nru 1152/2009, (li jista' jippermetti li
kontrolli jsiru fil-punt finali tad-destinazzjoni tal-kunsinna, wara
trasportazzjoni aktar 'il hinn mill-punt tal-wasla fl-UE) mhux dejjem
iggarantew traċċabbiltà sħiħa, b'mod partikolari meta għadd ta' Stati Membri
kienu involuti, u r-rekwiżit ta' notifika minn qabel ma kienx dejjem segwit. F'nofs l-Istati Membri, ir-rilaxx doganali mhux
dejjem segwa sew il-proċeduri stabbiliti mir-regolamenti tal-UE. Dawn
in-nuqqasijiet jafu jwasslu għas-sitwazzjoni fejn l-oġġetti jiġu rilaxxati
mingħajr kontrolli finali. Filwaqt li s-sistemi kumplessivi tal-analiżi
fil-laborotorji ttejbu, spiss
instabu nuqqasijiet fl-implimentazzjoni ta' rekwiżiti analitiċi speċifiċi
tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Residwi
ta' pestiċidi Sensiela
ta' awditi dwar il-kontrolli tal-pestiċidi ġiet iffinalizzata fl-2011. Huwa
disponibbli rapport ġenerali ta' din is-sensiela. L-eżitu ta din is-sensiela ta' awditi kien
kumplessivament pożittiv. Sar progress konsiderevoli mindu twettqet l-aħħar
sensiela ta' awditi fl-ippjanar, il-prestazzjoni u r-rapportar tal-kontrolli uffiċjali
għar-residwi tal-pestiċidi. L-għadd ta' kampjuni mittieħda żdied. Il-proċeduri
tat-teħid tal-kampjuni segwa l-leġiżlazzjoni tal-UE u miżuri adegwari ta'
infurzar kienu fis-seħħ fil-maġġoranza kbira tal-Istati Membri, biex b'hekk ġie
żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur. Kienu fis-seħħ proċeduri
effettivi għall-kontrolli tal-importazzjoni tar-residwi tal-pestiċidi. Saru
rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri biex jorganizzaw kontrolli aktar
effiċjenti u b'mod aktar effettiv. Il-kontrolli għandhom ikunu mmirati lejn
ir-riskji identifikati, b'qies tal-istorja tal-konformità tal-FBOs kif ukoll
l-awtokontrolli mwettqa minnhom. L-għadd ta' laboratorji maħtura għandu
jitnaqqas biex l-analiżijiet isiru biss minn laboratorji b'tagħmir analitiku
adegwat. Fl-2012, inbdiet sensiela ġdida li tkopri disa' Stati Membri, li
tikkonċentra fuq il-kontrolli tal-kummerċjalizzazzjoni u l-użu tal-prodotti
għall-protezzjoni tal-pjanti. Organiżmi
Modifikati Ġenetikament (GMO) Fl-2011, inbdiet sensiela ġdida
ta' awditi, li tkopri l-kontrolli uffiċjali fuq l-Organiżmi Modifikati
Ġenetikament (GMO). Minbarra l-ikel u l-għalf Modifikat Ġenetikament, din
inkludiet, għall-ewwel darba, evalwazzjoni tal-kontrolli tar-rilaxx apposta
tal-GMO fl-ambjent għall-provi u l-kultivazzjoni. Ġew awditjati erba' Stati
Membri. Kien hemm fis-seħħ sistema għall-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-GMO
għall-finijiet ta' provi u l-kontrolli uffiċjali saru b'mod konformi
mar-rekwiżiti tal-UE. Kien hemm xi varjazzjonijiet bejn l-Istati Membri
b'rabta mal-kontrolli tal-kultivazzjoni tal-qamħirrum Modifikat Ġenetikament
MON 810. B'rabta mal-ikel u l-għalf Modifikat Ġenetikament, ma kien hemm
l-ebda bidliet sinifikanti mindu saret is-sensiela ta' awditi preċedenti.
It-tolleranza żero tal-preżenza tal-GMO f'żerriegħa mhix Ġenetikament
Modifikata ma kinetx irrispettata f'żewġ Stati Membri. Il-laboratorji tal-GMO
kellhom prestazzjoni adegwata fil-biċċa l-kbira tal-każijiet. Is-saħħa
tal-annimali Sistemi ta' Identifikazzjoni Elettronika għar-ruminanti żgħar Il-Kummissjoni lestiet sensiela
ta' missjonijiet ta' sejbien tal-fatti f'erba' Stati Membri b'popolazzjonijiet
sinifikanti ta' nagħaġ u mogħoż. L-għanijiet ta' din is-sensiela kienu li:
tevalwa l-progress bl-implimentazzoni ta' identifikazzjoni elettronika (EID)
fin-nagħaġ u l-mogħoż; tevalwa l-effettività tal-miżuri tal-EID biex tiżgura
traċċabbiltà xierqa tal-movimenti tan-nagħaġ u l-mogħoż; tidentifika fatturi li
l-partijiet interessati joġġezzjonaw għalihom; u tidentifika fatturi li
jippromwovu l-aċċettazzjoni tal-użu tal-EID. Rapport ġenerali tas-sensiela ġie
prodott u huwa disponibbli. Ir-rapport
ġenerali jsemmi d-differenzi sinifikanti fl-implimentazzjoni bejn l-Istati
Membri, b'mod partikolari, ir-relazzjoni mal-użu tal-identifikazzjoni
elettronika għall-kontroll tal-mard u l-finijiet maniġerjali, li huma
parzjalment ikkawżati mill-fatt li xi Stati Membri adottaw l-EID qabel oħrajn.
Fir-rigward tal-iżgurar tal-identifikazzjoni permanenti, l-użu tal-boluses
elettroniċi wera li huwa aktar affidabbli taħt kundizzjonijiet fl-għalqa
mill-użu ta' msielet tal-widnejn, iżda jirrikjedi kompetenza speċifika u appoġġ
tekniku, li ġie pprovdut f'xi wħud mill-Istati Membri kkonċernati. F'dawn
l-Istati Membri, l-appoġġ finanzjarju lill-bdiewa biex jiġu koperti l-kosti
addizzjonali assoċjati mal-EID ukoll wera li huwa fattur inkoraġġanti f'termini
ta' adozzjoni. Ir-rabbja Programm ewlieni għall-qerda
tar-rabbja fl-Istati Membri ċentrali u tal-lvant tal-Ewropa huwa kkofinanzjat
mill-UE. Il-Kummissjoni wettqet għadd ta' awditi tal-programmi f'dawn
il-pajjiżi. Dawn ikkonfermaw li qed isir progress sostanzjali mill-kampanji
ta' vaċċinazzjoni tal-annimali selvaġġi u li dan wassal għal tnaqqis
sostanzjali fil-każijiet fost il-bnedmin u l-annimali domestiċi. Madankollu,
f'xi Stati Membri, l-implimentazzjoni tal-programmi ta' vaċċinazzjoni wriet
nuqqasijiet, partikolarment b'rabta mat-tlestija f'waqtha tal-kampanji u
d-dispersjoni u l-intervalli taż-żmien fl-użu tal-vaċċini fil-lixka. Id-deni
klassiku tal-ħnieżer (CSF) L-UE issa waslet biex tikkonferma
l-qerda totali tas-CSF mit-territorju tagħha. Dan inkiseb permezz ta' żieda
fl-applikazzjoni ta' miżuri ta' biosikurezza u kampanji mtejba ta'
vaċċinazzjoini għall-ħnieżer selvaġġi fil-kuntest tal-programmi ta' qerda
ffinanzjati mill-UE. L-awditi tal-Kummissjoni kkonfermaw li dawn il-miżuri
ġew applikati b'mod effettiv fir-Rumanija u l-Bulgarija fejn tifqigħat
sporadiċi tas-CSF fil-ħnieżer domestiċi seħħew fis-snin riċenti. Dawn il-programmi
qed jitkomplew u kull ma jmur qed jiġu ffokati fuq il-verifikazzjoni
tal-ħelsien mill-marda, aktar milli fuq il-qerda. Ir-riskju kontinwu li l-marda
terġa' tiddaħħal mill-pajjiżi ġirien, partiokolarment minħabba l-movimenti
tal-ħnieżer selvaġġi, titlob iż-żamm ta' livelli qawwija ta' viġilanza u
kooperazzjoni mtejba ma' dawn il-pajjiżi. Kontrolli
uffiċjali tal-laboratorji tal-Marda tal-Ilsien u d-Dwiefer (FMD) Tlestiet sensiela ta'
spezzjonijiet tal-laboratorji tal-UE li jeżaminaw il-vajrus ħaj tal-marda
tal-ilsien u d-dwiefer. Filwaqt li l-istandards ta' bijosikurezza applikati
fil-biċċa l-kbira tal-laboratorji nstab li kienu ġeneralment sodisfaċenti,
instabu xi nuqqasijiet minuri fi kważi kull laboratorju, filwaqt nstabu wkoll
nuqqasijiet serji f'għadd ta' laboratorji. Ittieħdet azzjoni immedjata biex
jiġu mitigati r-riskji potenzjali għas-saħħa tal-annimali li jafu jirriżultaw
mill-ħarba tal-vajrus ħaj tal-FMD. Konklużjoni sinifikatni minn din
is-sensiela ta' spezzjonijiet fil-laboratorji tal-FMD għandha biss tkun
approvata f'dawk l-Istati Membri li huma f'pożizzjoni li jiggarantixxu
t-tkomplija tal-konformità mar-rekwiżiti speċifiċi tal-UE, u b'mod partikolari,
biex jiżguraw ir-riżorsi neċessarji għal dak il-għan. Il-Kummissjoni u l-Istati
Membri qed iqisu kif il-kontrolli tal-laboratorji tal-FMD għandhom jiġu
organizzati fil-futur. Il-benessri
tal-annimali Minbarra l-awditi dedikati
speċifikament għall-kontroll tal-benesseri tal-annimali, l-awditi
tal-Kummissjoni tal-kontrolli tal-iġjene fuq il-laħam aħmar u t-tjur
tal-irziezet issa b'mod ta' rutina jevalwaw ukoll il-kontrolli tal-Istati
Membri fuq il-benesseri tal-annimali fit-tbiċċir. Dan jipprovdi riżorsa addizzjonali importanti fil-promozzjoni
ta' rispett aħjar tal-kontrolli tal-benessri tal-annimali. Dawn l-awditi
jeżaminaw b'mod partikolari l-faċilitajiet tal-biċċeriji, bħall-istalel
tal-kenn ta' qabel il-qatla u l-faċilitajiet ta' stordament, u t-trasport
tal-annimali lejn il-biċċerija, b'rakkomandazzjonijiet xierqa għal titjib. Awditu
minnhom kien fih sejbiet li minkejja li għadd sinifikanti ta' biċċeriji
fl-Istati Membri kkonċernati wettqu t-tbiċċir mingħajr sturdament skont deroga
marbuta mal-qtil skont drawwa reliġjuża, parti biss mil-laħam kien qed jinbiegħ
bħala tali. L-awditi tal-Kummissjoni dedikati
speċifikament għall-kontrolli tal-benesseri tal-annimali, taw ħarsa lejn
il-benessri fl-irziezet u matul it-trasport. Dawn l-awditi ffurmaw parti
mill-monitoraġġ tal-Istati Membri mwettaq mis-servizzi tal-Kummissjoni tal-projbizzjoni
fuq l-użu ta' gaġeġ mhux arrikkiti għat-tiġieġ li jbidu, li kellu jsiru
effettiv mill-1 ta' Jannar 2012, u rriżultaw fi proċeduri ta' ksur li nfetħu
fis-27 ta' Jannar 2012 kontra 13-il Stat Membru. Bl-istess mod, l-awditi
tal-Kummissjoni fuq l-Istati Membri pprovdew aġġornament fuq il-livell ta'
preparazzjoni tagħhom għall-iskadenza tal-1 ta' Jannar 2013 għaż-żamma
obbligatorja tal-ħnieżer nisa li jkunu tqal u mgħammra fi gruppi. Awditu wieħed
twettaq speċifikament biex jikseb evidenza b'rabta mal-proċeduri ta' ksur
miftuħa kontra Stat Membru wieħed dwar il-benesseri tal-annimali fit-tbiċċir. Il-benesseri tat-tiġieġ tas-simna
wkoll ġie inkluż fl-awditi riċenti. L-ispeċijiet tal-annimali li mhumiex
suġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-UE, li iżda huma applikabbli għalihom
bis-sħiħ skont il-liġi tal-UE, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropea,
ukoll qed jiġu inklużi fl-awditi dwar il-benesseri tal-annimali. Fir-rigward tat-trasport,
il-fokus issa qiegħed fuq l-għajnuna lill-Istati Membri sabiex jitgħallmu
mill-aħjar prassi. L-awditi preċedenti kienu indikaw li l-proċess
tal-approvazzjoni tal-vetturi ma kienx qed jiġi indirizzat b'mod adegwat
f'għadd ta' Stati Membri, u l-awditi fl-2012 iffokaw fuq il-proċedura
tal-approvazzjoni, filwaqt li identifikaw oqsma tal-aqwa prassi. Dawn inqasmu
ma' Stati Membri oħra fil-laqgħat li jinsabu għaddejjin tal-punti ta' kuntatt
nazzjonali li jsiru darbtejn fis-sena fi ħdan il-Kummissjoni. Laqgħa
addizzjonali saret fil-port ta' Sète, fi Franza, mal-Istati Membri kollha
responsabbli mill-approvazzjoni tal-bastimenti tal-baħar, peress li għadd ta'
awtoritajiet kompetenti kienu indikaw diffikultajiet fl-implimentazzjoni
tar-rekwiżiti għat-trasport tal-annimali bil-baħar. L-esportazzjoni tal-annimali lejn
it-Turkija, kummerċ li kulma jmur qed jikber, ġiet indirizzata wkoll fl-awditi
tal-Kummissjoni. Twettaq awditu fil-punt tal-ħruġ tal-UE fil-Bulgarija u saru
rakkomandazzjonijiet biex jitħaffu l-proċeduri sabiex kwalunkwe dewmien bla
bżonn jiġi eliminat. Tul dan l-awditu, it-tim żar ukoll in-naħa Torka
tal-fruntiera biex janalizza l-kontrolli tagħha. Is-saħħa tal-pjanti L-awditi tas-saħħa tal-pjanti
fl-Istati Membri, li jevalwaw il-miżuri ta' kontroll fl-importazzjoni u
l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' emerġenza tal-UE fil-każ ta' tifqigħat ta'
organiżmi perikolużi, urew differenzi sostanzjali bejn l-Istati Membri
awditjati fl-organizzjoni tal-kontrolli tal-importazzjoni, u fl-effettività
tagħhom fid-detezzjoni ta' organiżmi perikolużi fil-kunsinni preżentati
għall-importazzjoni. Is-suċċess tal-isforzi ta' qerda varjaw bil-bosta bejn
l-organiżmi perikolożi differenti, b'xi wħud ikunu aktar faċli li jiġu
kkontrollati minn oħrajn. L-awditi wrew ukoll l-importanza tal-isforzi ta'
qerda determinati hekk kif l-organiżmu jkun għadu kif instab, peress li meta
jistabbilixxi ruħu jkunu ferm aktar diffiċli jew anki impossibbli li jinqered. Minkejja awditi regolari
tal-Portugal mill-1999 'il hawn b'rabta mal-qerda tan-nematodu tal-injam
tal-arżnu (PWN), is-sitwazzjoni baqgħet mhix sodisfaċenti, b'mod partikolari
b'rabta mal-ittestjar u t-tneħħija miż-żona ta' lqugħ tas-siġar mhux
b'saħħithom. L-għalf tal-annimali Fil-qasam tas-sikurezza
tal-għalf, l-istampa ewlenija turi li l-livell ta' konformità tal-operaturi tul
il-katina huwa varjabbli. Filwaqt li s-sitwazzjoni hija sodisfaċenti
fil-produzzjoni primarja, hemm lok ċar ta' titjib fil- produzzjoni mhux primarja b'rabta ma':
it-tfassil u l-implimentazzjoni ta' proċeduri msejsa fuq il-HACCP; il-miżuri
fis-seħħ biex tiġi minimizzata il-krosskontaminazzjoni minn lottijiet ta'
produzzjoni preċedenti; u l-monitoraġġ ta' sustanzi mhux mixtieqa.
Il-kontrolli uffiċjali fuq l-għalf normalment ikopru l-operaturi ewlenin
fil-katina tal-għalf, iżda ċerti tipi ta' stabbilimenti (notevolment
l-istabbilimenti tal-ikel li jissupplixxu biss parti mill-produzzjoni tagħhom
lill-katina tal-għalf) spiss għadhom 'il barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta'
dawn il-kontrolli. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni ta' spezzjonijiet u
attivitajiet tat-teħid tal-kampjuni tintlaqat minn xi difetti fil-miri tagħha. Fil-qasam
tal-kummerċjalizzazzjoni tal-għalf, l-awditi stabbillew livell sodisfaċenti ta'
konformità mar-rekwiżiti rilevanti. L-enċefalopatiji
sponġiformi trażmissibbli (TSE) u l-prodotti sekondarji mill-annimali (ABP) L-awditu dwar dawn is-suġġetti
issa saru ġeneralment ikunu kombinati peress li, apparti minn xi
eċċezzjonijiet, il-BSE ma għadhiex prijorità ta' riskju għoli. L-awditi
identifikaw li l-amministrazzjoni tal-ABP u prodotti derivati skont
il-kategorija tagħhom kienu fil-biċċa l-kbira konformi mar-regoli tal-UE.
Madankollu, fi ftit Stati Membri, l-ABP (inkluż materjal ta' riskju speċifikat)
iġġenerat matul it-tbiċċir fl-irziezet fi rziezet mad-dar għadu qed jintrema
fuq il-post; dan, flimkien man-nuqqasijiet fir-rimi ta' stokkijiet li jmutu li
joriġinaw f'dawn l-irziezet mad-djar jolqot ukoll l-effettività tal-monitoraġġ
tal-BSE f'dawn l-Istati Membri. Fl-impjanti tal-ipproċessar, il-livell ta'
konformità kien ġeneralment sodisfaċenti, minkejja li kien hemm xi każijiet ta'
nuqqasijiet fil-monitoraġġ tal-aderenza mar-rekwiżiti tal-ħin, it-temperatura u
l-pressjoni tal-ipproċessar. Kontrolli
tal-importazzjoni ta' ikel ta' oriġini mill-annimali u ta' annimali L-awditi f'dan il-qasam għadhom
strument qawwi fl-"armerija" ta' difiżi mmirati sabiex
l-importazzjoni tkun sikura. Il-kontrolli tal-importazzjoni qed jittejbu
bis-saħħa ta', fost oħrajn, kooperazzjoni aħjar mal-Awtoritajiet Doganali u
taħriġ sinifikanti. Il-Kummissjoni nnutat nuqqasijiet f'xi Stati Membri
fil-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali u dawk devoluti, li mminaw,
f'xi każijiet, l-effettività kumplessiva tal-kontrolli. Filwaqt li
l-prenotifikazzjoni tal-kunsinni trasbordati qed tittejjeb f'xi Stati Membri,
l-infurzar mill-awtoritajiet kompetenti għadu fjakk inkonnessjoni ma' dan
ir-rekwiżit f'xi portijiet ewlenin. Mir-rapport tas-sena l-oħra 'l
hawn, il-livell ta' implimentazzjoni ta' TRACES, is-sistema kompjuterizzata
komuni għall-importazzjoni, tjieb. Xi Stati Membri li qabel ma kinux jużawha
issa ssieħbu fis-sistema TRACES. Il-verżjonijiet il-ġodda ta' TRACES
jirrikjedu BIPs biex jadattaw u dan huwa proċess li jinsab għaddej. Ir-residwi ta' mediċini
veterinarji u kontaminanti L-Istati Membri komplew iħabbtu
wiċċhom ma' sfidi simili għal dawk identifikati fir-rapport annwali tas-sena
l-oħra fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali tagħhom ta' monitoraġġ
tar-residwi, inluż: varjazzjonijiet bejn l-Istati Membri fl-għadd ta' metodu
inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditazzjoni tal-laboratorji
għall-analiżi tar-residwi; u varjazzjonijiet fl-interpretazzjoni tar-rekwiżiti
marbuta mal-Informazzjoni dwar il-Katina tal-Ikel fit-tbiċċir. Fir-rigward tas-sessjoni li
tinsab għaddejja bħalissa ta' awditi dwar id-dijossini li qed jevalwaw ħilet
l-Istati Membri li jiżguraw li l-ħut maqbut fil-Baħar Baltiku u mqiegħed
fis-suq għall-konsum mill-bniedem u mill-annimali jikkonforma mal-limiti tal-UE
għad-dijossini, l-evidenza miksuba s'issa tindika li hemm nuqqas ta'
konsistenza fl-approċċ meħud mill-Istati Membri biex jiġi minimizzat
l-esponiment tal-konsumatur għal ħut mhux konformi. Segwitu
għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Ir-rakkomandazzjonijiet kollha li
joħorġu minn rapporti tal-Kummissjoni huma segwiti b’mod sistematiku, permezz
ta’ firxa ta’ attivitajiet. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati
Membri huma mitluba jippreżentaw “pjan ta’ azzjoni” li fih jiddeskrivu kif
indirizzaw jew kif għandhom il-ħsieb li jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet
tal-Kummissjoni. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni tevalwa l-pjan ta’ azzjoni u
sistematikament tissorvelja l-implimentazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet kollha
permezz ta’ għadd ta’ attivitajiet ta’ segwitu, li jinkludu: (a) awditi
ġenerali ta' segwitu; (b) awditi fuq il-post bħala segwitu għal kwistjonijiet
speċifiċi, jew talbiet għal rapporti bil-miktub dwar kwistjonijiet speċifiċi; u
(c) laqgħat bilaterali ta’ livell għoli f’każ ta’ problemi ġenerali jew
persistenti. Awditi ta’ segwitu ġenerali
(GFA) isegwu kwistjonijiet pendenti u jivverifikaw il-progress f’dak li
għandu x’jaqsam ma’ rakkomandazzjonijiet preċedenti li jibqgħu miftuħa minn
awditi settorjali FVO preċedenti lill-Istati Membri. Profili tal-pajjiżi li
juru r-riżultat ta’ dawn l-awditi jistgħu jinstabu fil-websajt li ġejja: http://ec.europa.eu/food/fvo/country_profiles_en.cfm B’rabta
mal-progress fil-monitoraġġ li għamlu l-Istati Membri fl-indirizzar
tar-rakkomandazzjonijiet tal-FVO, l-eżitu tal-proċess tal-GFA matul il-perjodu
2005-2010 jindika li ttieħdet azzjoni mill-Istati Membri għal 97 % ta’
rakkomandazzjonijiet biex ġew indirizzati r-rakkomandazzjonijiet, jew kienu
pprovduti impenji sodisfaċenti biex jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet fi
ħdan skeda ta’ żmien. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet li għalihom għadu ma
nkisibx impenn sodisfaċenti (3 %), huma segwiti b’mod attiv permezz ta’
numru ta’ mekkaniżmi, kif deskritt fit-taqsima 2.5. Filwaqt li żgħar fil-għadd
dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma l-aktar diffiċli biex jissolvew u normalment
jirriflettu fil-fond problemi sottostanti, inkluża l-interpretazzjoni
tal-leġiżlazzjoni. 4. Għejun oħrajn ta’ informazzjoni dwar
il-kontrolli fl-Istati Membri Rappurtar skont is-settur Id-dispożizzjonijiet
tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar aspetti differenti tas-sigurtà tal-ikel,
tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa tal-pjanti jeħtieġu lill-Istati Membri
jippreżentaw rapport regolari dwar ċerti rekwiżiti speċifiċi. Fuq il-bażi ta’
dawn ir-rapporti nazzjonali, il-Kummissjoni min-naħa tagħha tipproduċi għadd
ta’ rapporti settorjali, li jipprovdu rendikont tal-istat ta’ implimentazzjoni
ta’ ċerti aspetti tal-leġiżlazzjoni tal-UE applikabbli għall-katina alimentari,
inkluż f’ċerti każijiet dejta speċifika dwar kontrolli uffiċjali u dwar
ir-riżultati tagħhom fl-oqsma kkonċernati. Fost l-iktar rapporti rilevanti
ta’ dan it-tip, insibu r-rapporti dwar: il-monitoraġġ u l-ittestjar
tal-annimali li jixtarru għall-preżenza tal-Enċefalopatija Sponġiformi
Trasmissibbli (TSE); it-tendenzi u l-għejun ta’ żoonożi; aġenti żoonotiċi u
tixrid ta’mard li jinġarr fl-ikel fl-Unjoni Ewropea (mandat mogħti lill-EFSA);
mard li jista’ jiġi notifikat tal-annimali bovini u tal-majjali (fil-kuntest
tal-kummerċ intern tal-UE); rapport annwali ta’ monitoraġġ tar-residwi ta’
pestiċidi fl-UE kollha; u rapporti dwar il-laqgħat tat-task force
għall-eliminazzjoni tal-mard tal-annimali; L-informazzjoni f’dawn ir-rapporti
hija fattur importanti fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar fejn
jistgħu jiġu pprijoritizzati r-riżorsi tal-awditu. Fl-Anness ta’ dan ir-Rapport hemm
tabella li telenka r-rapporti prinċipali tal-Kummissjoni ppubblikati fis-sena
ta' qabel u l-websajts tagħhom. Sistemi ta’ twissija rapida u
għodod oħrajn għar-rappurtar Is-sistemi ta’ twissija rapida
eżistenti għas-sigurtà tal-ikel u tal-għalf (RASFF), għal tifqigħat ta’ mard
tal-annimali (ADNS) u tifqigħat ta’ mard tal-pjanti (Europhyt) jirrappreżentaw
għodod sinifikanti għall-ġestjoni ta’ reazzjoni rapida f’każ ta’ emerġenzi u
ta’ riskji emerġenti u huma għajn ta’ informazzjoni dwar it-tendenzi tal-pesti
u l-mard. Id-dejta li jipprovdu tista’ tkun ukoll indikatur importanti ta’
nuqqasijiet b’rabta mal-konformità ma’ standards ta’ sikurezza stabbiliti u din
id-dejta hija konsegwentement riveduta mill-qrib fl-evalwazzjoni
tal-kontrolli. Ir-riżultati dettaljati li ħarġu minn dawn is-sistemi ta’
twissija dwar is-sigurtà tal-ikel u l-mard tal-annimali jinsabu mqassra
fir-rapporti annwali dwar l-RASFF u l-ADNS li huma ppubblikati fil-websajt
tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/food/food/rapidalert/index_en.htm http://ec.europa.eu/food/animal/diseases/adns/index_en.htm . Fil-każ tal-Europhyt, l-istrument
ta' notifika għal interċessjonijiet ta' kunsinni għal raġunijiet ta' saħħa tal-pjanti,
il-Kummissjoni varat websajt b'rapporti ta' kull xahar dwar l-interċessjonijiet[6].
Huwa ppjanat li jiġi pubblikat rapport Annwali tal-Europhyt fl-2013. TRACES, is-sistema li tippermetti
l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar
kontrolli mwettqa fuq l-annimali u l-prodotti mill-annimali (fuq prodotti domestiċi
u dawk importati minn pajjiżi terzi) hija għajn importanti oħra ta’ dejta, mhux
biss dwar il-volum ta’ movimenti ta’ prodotti tal-konsum koperti, iżda wkoll
dwar il-kontrolli veterinarji uffiċjali mwettqa: http://ec.europa.eu/food/animal/diseases/traces/index_en.htm. 5. Ir-riżultati tal-monitoraġġ ufiċjali Is-Salmonella u l-Campylobacter
huma ż-żewġ kawżi prinċipali fl-UE tal-mard li jiġi trażmess mill-ikel.
L-analiżi tar-rapporti dwar iż-żoonożi ta’ kull Stat Membru mill-EFSA u l-ECDC[7]
tikkonferma li fl-Unjoni Ewropea qed tonqos it-tendenza li jkun hemm każijiet
ta’ salmonellosi fil-bniedem. B’kollox 99,020 każ ikkonfermat fil-bnedmin ġew
rrappurtati fl-2010 (dejta ppubblikata fl-2012), tnaqqis ta’ 8.8 %
b'paragun mal-2009, u parti minn tendenza li kompliet għas-sitt sena
konsekuttiva. Ir-rapport tal-EFSA jindika li l-applikazzjoni tal-programmi ta’
kontroll tas-Salmonella fil-popolazzjoni tat-tjur tal-irziezet fl-Istati
Membri hija r-raġuni għal dan it-tnaqqis. L-awditi tas-settur tal-laħam
tat-tjur tal-irziezet fl-Istati Membri jissostanzjaw din l-opinjoni. 6. Segwitu u infurzar mill-Kummissjoni L-attenzjoni sostnuta għal u l-koordinazzjoni kontinwi tal-azzjonijiet
ta’ infurzar tibqa' prijorità fl-oqsma kollha koperti minn dan ir-rapport. Jintużaw
sforzi sinifikanti biex jeliminaw, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri
kkonċernati, l-ostakoli għall-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tal-UE.
L-approċċ adottat f’kull każ iqis is-serjetà ta’ dan in-nuqqas, ir-riskji
involuti, l-azzjoni diġà meħuda mill-Istat Membru, u jekk Stati Membri oħra
humiex ukoll ikkonċernati. Il-kawżi sottostanti tan-nuqqasijiet imsemmija jiġu
eżaminati sabiex jinstabu s-soluzzjonijiet bil-għan li jiġu evitati
r-ripetizzjonijiet. Għalhekk,
pereżempju, il-Kummissjoni ġiet involuta fi djalogu intens ma’ xi Stati Membri
bil-għan li jiġu indirizzati nuqqasijiet persistenti u kwistjonijiet ta’
infurzar pendenti bilaterali regolari, inkluż permezz ta’ laqgħat ta’ livell
għoli. Stat Membru
minnhom huwa l-Greċja. L-awtoritajiet Griegi pprovdew pjan ta’ azzjoni
dettaljat, inklużi miri ċari, li bħalissa qed jużawh biex jissorveljaw
il-progress lejn titjib fil-konformità. Il-Kummissjoni
fasslet ukoll azzjonijiet ta' taħriġ iddisinjati b'mod speċifiku fi ħdan
il-programm Taħriġ Aħjar għal Ikel Aktar Sikur (BTSF) f’każijiet fejn it-taħriġ
jista' jgħin il-konformità. Fil-każ tal-Bulgarija u r-Rumanija, attivitajiet
speċifiċi ta’ taħriġ ġew organizzati biex jiggwidaw lill-awtoritajiet ħalli
jindirizzaw in-nuqqasijiet fl-immaniġġjar u r-rimi tal-prodotti sekondarji
mill-annimali. Meta jkun
meħtieġ u xieraq, jinbdew il-proċedimenti ta’ ksur. Għajn importanti oħra ta’
informazzjoni inkonnessjoni man-nuqqas ta’ konformità jew mal-problemi ta’
infurzar hija l-ilmenti minn membri tal-pubbliku jew minn NGOs, u l-Kummissjoni
tkun dejjem attenta biex tiżgura li dawn l-ilmenti jiġu segwiti mill-Istati
Membri konċernati, bil-għan li jinkiseb riżultat pożittiv. Jekk il-liġijiet ma
jiġux applikati b’mod xieraq, hemm riskju li l-objettivi tal-politika Ewropea
fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel mhux se jintlaħqu. L-applikazzjoni u
l-infurzar tal-liġi tal-UE jinvolvu kemm l-istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati
Membri, inklużi l-awtoritajiet u l-qrati lokali u reġjonali. L-Istati Membri
huma primarjament responsabbli mill-applikazzjoni korretta u fil-ħin
tat-Trattati u l-leġiżlazzjoni ta' l-UE. Il-Kummissjoni tvara proċeduri ta’
ksur bħala l-aħħar alternattiva biex tinkiseb il-konformità meta jkun evidenti
illi hemm xejra sistematika u persistenti ta’ applikazzjoni mhix adegwata
tal-liġi tal-UE. Il-Kummissjoni
tista' tiftaħ proċedimenti ta' ksur, fejn Stat Membru jintalab jirranġa
n-nuqqas ta' traspożizzjoni, jew it-traspożizzjoni ħażina jew l-applikazzjoni
inkorretta tal-liġi. Il-Kummissjoni tista’ tressaq il-kwistjoni quddiem
il-Qorti tal-Ġustizzja, u hemmhekk titlob dikjarazzjoni ta’ ksur tal-liġi
Komunitarja mill-Istat Membru. Sabiex jiġu applikati sanzjonijiet finanzjarji
hija tista' tibqa' tirrikorri għall-Qorti sakemm l-ewwel sentenza tal-Qorti
tiġi rrispettata. Il-proċess
ta’ ksur għandu rwol essenzjali sabiex jiggarantixxi l-applikazzjoni korretta
tal-leġiżlazzjoni tal-UE, filwaqt li jwassal benefiċċji liċ-ċittadini.
Il-Kummissjoni wriet li dan ir-rwol tieħdu bis-serjetà, permezz tal-pakkett ta’
ksur varat fl-2012 b’rabta mal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar
il-ħarsien tat-tiġieġ li jbid u s-sinjali ċari ta’ approċċ simili lejn
il-protezzjoni tal-ħnieżer. F’termini ta’
għodod oħra, il-Proġett Pilota tal-Kummissjoni tal-UE għandu l-għan li
jipprovdi tweġibiet kompluti u malajr għal mistoqsijiet li jirriżultaw
mill-applikazzjoni tal-liġijiet tal-UE. Dan jintuża biex tiżdied
il-komunikazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, u biex jikkontribwixxi
għar-riżoluzzjoni ta’ problemi fl-infurzar, mingħajr il-bżonn li jirrikorri
għal proċeduri ta’ ksur formali. Hemm iktar
tagħrif dwar il-ksur tar-regoli disponibbli fir-rapporti annwali dwar
il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE ppubblikati fuq il-websajt
tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/eu_law/infringements/infringements_annual_report_en.htm 7. Il-Kummerċ internazzjonali Il-Kummissjoni
tipparteċipa b’mod attiv f’entitajiet li jiffissaw l-istandards internazzjonali
li joperaw fl-oqsma tas-sikurezza tal-ikel, u s-saħħa tal-annimali u
tal-pjanti. Hemm ukoll ħafna kuntatti estensivi ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UE
fejn jintalbu u jingħataw garanziji f’dak li għandu x’jaqsam mas-sikurezza
tal-kummerċ fl-ikel. Dan imbagħad jinvolvi diskussjoni estensiva dwar
l-effikaċja tal-kontrolli fis-seħħ li jimmiraw li jiżguraw li l-kummerċ isir
fuq bażi sikura. It-tagħlimiet f’dan il-proċess jgħaddu għall-ġestjoni
tas-sistemi ta’ kontroll li jinsabu fis-seħħ f’dawn l-Istati Membri. 8. Konklużjonijiet Ġeneralment,
l-Istati Membri jiggarantixxu livell tajjeb ta’ implimentazzjoni tal-kontrolli
uffiċjali tul il-katina alimentari kollha, u juru rispett lejn il-kwistjonijiet
marbuta mas-sigurtà tal-ikel, mas-saħħa tal-pjanti u tal-annimali u
mal-benessri tal-annimali. Filwaqt li għad hemm lok għal titjib, sar progress
kbir fl-użu effiċjenti tal-istrumenti u tar-riżorsi tal-kontroll u fl-ippjanar,
l-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni tal-kontrolli fis-setturi kollha. Il-kontrolli
uffiċjali, flimkien mal-istrumenti leġiżlattivi li jgħinuhom biex jilħqu
l-aħjar livell ta' effikaċja, huma fatturi ewlenin fil-katina alimentari
tal-UE. Huma jippermettu li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu l-kontrolli skont
ir-riskju li jkun hemm u li jidentifikaw in-nuqqasijiet u jindirizzawhom
f’waqthom. Jipprovdu wkoll lill-awtoritajiet kompetenti b'ħarsa ġenerali
sinifikattiva lejn is-sitwazzjonijiet tas-sigurtà tal-ikel u tas-saħħa. Ir-rapporti tal-Istati Membri jipprovdu serħan il-moħħ li
l-awtoritajiet kompetenti jieħdu r-rwol tagħhom b'serjetà, bil-kontrolli kulma
jmur isiru aktar ibbażati fuq ir-riskji, kif ġie kkonfermat mir-rapport
dwar awditi mwettqa minn esperti tal-Kummissjoni. Qed jiġu introdotti strumenti
ġodda sabiex itejbu s-superviżjoni u l-prestazzjoni tal-awtoritajiet
tal-kontroll. L-awditi li
l-Kummissjoni tagħmel fuq il-post, kif ukoll is-segwitu li jkopri s-setturi
kollha li twettaq wara l-awditi u li jiffoka fuq il-kawżi sottostanti ta'
nuqqas ta' konformità, huma ta' importanza partikolari fl-identifikazzjoni
tal-punti dgħajfa li jkunu jeħtieġu jiġu indirizzati u biex jiġi żgurat li
jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi. Il-Kummissjoni topera sistema, riveduta fuq
bażi kontinwa b’miri u indikaturi, li kwantitattivament jirrevedu l-progress li
jkun sar mill-Istati Membri fit-teħid ta' azzjoni korrettiva. Dawn ir-rapporti
tal-Kummissjoni dwar l-awditi, minbarra li jikkumplimentaw l-attivitajiet ta'
kontroll u r-rapporti tal-Istati Membri, jipprovdu sistema b'saħħitha biex tiġi
vvalutata l-effikaċja tas-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri. Din is-sistema
tkun tippermetti lill-Kummissjoni, kulfejn meħtieġ, biex tieħu miżuri adegwati
biex tikseb titjib f’kontrolli uffiċjali u sistemi ta’ verifika fl-Istati
Membri. _______________________ ANNESS LISTA TA’ RAPPORTI SETTORJALI
TAL-KUMMISSJONI PPUBBLIKATI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-LEĠIŻLAZZJONI TAL-UE
DWAR IS-SIGURTÀ TAL-IKEL, IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI, IL-BENESSRI
TAL-ANNIMALI U S-SAĦĦA TAL-PJANTI Rapport || Bażi Legali || Pubblikazzjoni Rapport annwali dwar il-monitoraġġ u l-ittestjar tal-annimali li jixtarru għall-preżenza tal-Enċifalopatija Sponġiformi (TSE) fl-UE || L-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered || http://ec.europa.eu/food/food/biosafety/tse_bse/monitoring_annual_reports_en.htm Ir-Rapport ta’ Sinteżi tal-UE dwar it-tendenzi u l-għejun taż-żoonożi, l-aġenti żoonotiċi u t-tifqigħ ta’ mard li jinġarr fl-ikel fl-Unjoni Ewropea || L-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE (Mandat mogħti lill-EFSA, elaborat mill-EFSA b’kooperazzjoni mal- ECDC) || http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/2090.pdf Ir-rapport annwali dwar is-Sistemi ta’ Twissija Rapida għas-Sigurtà tal-Ikel u tal-Għalf (RASFF) || L-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel || http://ec.europa.eu/food/food/rapidalert/rasff_publications_en.htm Rapport || Bażi Legali || Pubblikazzjoni Rapport Annwali ta’ Monitoraġġ tar-Residwi ta’ Pestiċidi madwar l-UE kollha || L-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (Mandat mogħti lill-EFSA) || http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/2430.pdf Rapport annwali dwar l-irradjazzjoni tal-ikel || L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b’radjazzjoni li tijonizza || http://ec.europa.eu/food/food/biosafety/irradiation/index_en.htm Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar l-Implimentazzjoni ta’ Pjanijiet Nazzjonali għall-Istati Membri Monitoraġġ tar-Residwi fl-Istati Membri || L-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE || http://ec.europa.eu/food/food/chemicalsafety/residues/control_en.htm Rapporti tal-laqgħat tas-sottogruppi ta’ esperti (Bruċellożi bovina, bruċellożi fin-nagħaġ u l-mogħoż, tuberkulożi bovina u rabja) tat-Task Force TF) għall-monitoraġġ tal-eliminazzjoni (tal-mard fl-Istati Membri. || It-Task Force nħolqot fis-sena 2000 bħala azzjoni prevista fil-White Paper tal-Kummissjoni dwar is-Sigurtà tal-Ikel. || http://ec.europa.eu/food/animal/diseases/eradication/taskforce_en.htm Benessri tal-annimali: Regolament dwar it-trasport || Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni ta’ l-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li jemenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 || http://ec.europa.eu/food/animal/welfare/transpor t/inspections_reports_reg_1_2005_en.htm [1]
tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi
żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi dwar l-ikel u l-għalf,
is-saħħa tal-annimali u r-regoli tal-benesseri tal-annimali – ĠU L 191,
30.04.2004 [2]
Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u
l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar
is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà
tal-ikel. [3]
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007
tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar
ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 -ĠU L 189,
20.7.2007 [4]
Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti
agrikoli u oġġetti tal-ikel -ĠU L 343, 14.12.2012 [5]
http://ec.europa.eu/food/fvo/specialreports/index_en.htm [6]
http://ec.europa.eu/food/plant/europhyt/interceptions_en.htm [7]
Rapport Xjentifiku tal-EFSA u l-ECDC: Ir-Rapport ta’ Sinteżi
tal-Unjoni Ewropea dwar it-Tendenzi u l-Għejun taż-Żoonożi, l-Aġenti Żoonotiċi
u t-Tifqigħat ta’ Mard li Jinġarr fl-Ikel fl-2010
http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/2597.pdf