This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013DC0121
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT AND THE COUNCIL on the use of financial resources earmarked for the decommissioning of nuclear installations, spent fuel and radioactive waste
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-użu tar-riżorsi finanzjarji allokati għad-dekommissjonar ta' stallazzjonijiet nukleari, fjuwil użat u skart radjuattiv
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-użu tar-riżorsi finanzjarji allokati għad-dekommissjonar ta' stallazzjonijiet nukleari, fjuwil użat u skart radjuattiv
/* COM/2013/0121 final */
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-użu tar-riżorsi finanzjarji allokati għad-dekommissjonar ta' stallazzjonijiet nukleari, fjuwil użat u skart radjuattiv /* COM/2013/0121 final */
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-użu tar-riżorsi finanzjarji
allokati għad-dekommissjonar ta' stallazzjonijiet nukleari, fjuwil
użat u skart radjuattiv WERREJ 1........... INTRODUZZJONI....................................................................................................... 4 1.1........ SFOND......................................................................................................................... 4 1.2........ METODOLOĠIJA........................................................................................................ 4 2........... PRATTIKA TA' FINANZJAMENT ATTWALI
FID-DAWL TAR-RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI........................................................................................................... 6 2.1........ DEKOMMISSJONAR TAL-ISTALLAZZJONIJIET
NUKLEARI............................... 6 2.1.1..... Id-Dekommissjonar u l-Ġestjoni
tal-Iskart....................................................................... 6 2.1.2..... Il-prinċipju ta' min
iniġġes iħallas...................................................................................... 6 2.1.3..... Il-Kompletezza tar-Riżorsi
Finanzjarji (inkluża l-Ġestjoni tal-Iskart)................................. 7 2.2........ ASPETTI ISTITUZZJONALI U
PROĊEDURALI........................................................ 7 2.2.1..... L-Artikolu 41 tat-Trattat
tal-KEEA: Il-proposta ta' Sistema ta' Finanzjament tad-Dekommissjonar 7 2.2.2..... Il-Korp Nazzjonali.......................................................................................................... 7 2.3........ FONDI TAD-DEKOMMISSJONAR........................................................................... 8 2.3.1..... L-Adegwatezza u l-Oriġini
tal-Fondi............................................................................... 8 2.3.2..... It-Tip ta’ fond, il-Kontroll fuq
l-Użu u r-Reviżjoni............................................................ 9 2.3.3..... L-Istallazzjonijiet Nukleari
Ġodda................................................................................... 9 2.4........ L-ISTIMA TAL-ISPEJJEŻ
TAD-DEKOMMISSJONAR........................................... 10 2.4.1..... Il-Kalkoli Separati tal-Ispejjeż
Marbuta mal-Operazzjonijiet Tekniċi tad-Dekommissjonar u l-Ġestjoni
tal-Iskart.................................................................................................................................... 10 2.4.2..... Il-Kalkoli tal-Ispejjeż u
l-Adegwatezza.......................................................................... 10 2.4.3..... L-Istimi tal-Ispejjeż
Speċifiċi għas-Sit............................................................................ 10 2.5........ L-UŻU TA' FONDI
TAD-DEKOMMISSJONAR...................................................... 10 2.5.1..... L-Użu għal Finijiet
previsti u Trasparenza...................................................................... 10 2.5.2..... Il-Profil tar-Riskju Sikur................................................................................................ 11 2.5.3..... In-Nuqqas ta' Prestazzjoni
tal-Ġestjoni tal-Fondi........................................................... 11 2.5.4..... L-Istallazzjonijiet Nukleari Mhux
Kummerċjali............................................................... 11 3........... KONKLUŻJONIJIET U PROSPETTIVI.................................................................... 13 1. INTRODUZZJONI 1.1. SFOND F'Ottubru 2004, il-Kummissjoni ressqet l-ewwel
rapport tagħha lill-Parlament Ewropew dwar l-użu tar-riżorsi
finanzjarji allokati għad-dekommissjonar ta' impjanti tal-enerġija
nukleari[1].
Ir-rapport tal-2004 li ġeneralment intlaqa' b'mod favorevoli,
irriżulta f'rapport mill-Parlament Ewropew b'inizjattiva tiegħu stess[2]. F'dan ir-rapport ġie
rikonoxxut li d-dekommissjonar kienet kwistjoni kumplessa u li kienet
meħtieġa riflessjoni aktar dettaljata biex wieħed jifhem
il-mekkaniżmi ta' finanzjament tal-Istati Membri individwali. Fl-2006, il-Kummissjoni adottat
Rakkomandazzjoni[3]
dwar fondi għad-dekommissjonar wara djalogu estensiv mal-esperti
tal-Istati Membri, filwaqt li ħadet vantaġġ mill-għarfien
espert tagħha fil-qasam. F'Diċembru 2007, hija ppreżentat
it-tieni rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill[4], fejn qabblet il-prattika ta'
finanzjament użata mill-operaturi nukleari tal-UE u mill-Istati Membri
mal-kriterji spjegati fid-dettall fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni. Waħda mill-konklużjonijiet tat-tieni
rapport kienet li jeħtieġ tinkiseb informazzjoni aktar dettaljata u
strutturata aħjar mingħand l-Istati Membri. L-eżitu
tal-proċess kien il-Linji Gwida u l-Kwestjonarju li jifformaw il-bażi
tar-rapport attwali, kif deskritt hawn taħt fil-kapitolu li jmiss. Ir-rapport attwali għadu ma janalizzax
il-konsegwenzi tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom
tad-19 ta' Lulju 2011, li tistabbilixxi qafas Komunitarju
għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart
radjuattiv[5]
iżda huwa, bħal fil-passat, imsejjes fuq il-ħidma kontinwa
mwettqa mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni
tar-Rakkomandazzjoni, b'mod partikolari fi ħdan il-Grupp ta' Finanzjament
tad-Dekommissjonar. Dan jimmira li jippreżenta stampa ġenerali
komprensiva tas-sitwazzjoni fl-Istati Membri. B’mod partikolari, dan janalizza
l-avvanzi fl-allinjament tas-sistemi ta' finanzjament nazzjonali
tad-dekommissjonar u tal-ġestjoni tal-iskart mar-Rakkomandazzjoni
tal-Kummissjoni. 1.2. METODOLOĠIJA Fl-2004 l-Kummissjoni ħolqot grupp ta’
esperti ad hoc, il-Grupp ta’ Finanzjament tad-Dekommissjonar (DFG).
Id-DFG ġie formalment introdott mir-Rakkomandazzjoni tal-2006, bil-kompitu
li jassisti lill-Kummissjoni Ewropea f'dan li ġej: · Il-promozzjoni ta' fehim ċar tal-politiki u l-istrateġiji
tad-dekommissjonar u l-ħidmiet u l-attivitajiet marbuta magħhom; · Il-provvista ta' għarfien aġġornat dwar stimi
tal-ispejjeż tad-dekommissjonar u l-ġestjoni
tal-proviżjonijiet/fondi; · L-eżami tal-modi possibbli kif jistgħu jimxu 'l quddiem
il-kooperazzjoni u l-armonizzazzjoni fil-livell Ewropew. Id-DFG huwa l-uniku korp fl-UE li
jgħaqqad flimkien l-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex iwettqu
riflessjoni u diskussjoni komuni dwar il-kwistjonijiet ta' finanzjament
tad-dekommissjonar. Għalhekk, la l-ENSREG (il-Grupp ta' Regolaturi Ewropew
dwar is-Sikurezza Nukleari) u lanqas l-ENEF, il-Forum Ewropew dwar
l-Enerġija Nukleari, ma fformaw sottogruppi li jittrattaw esklussivament
il-kwistjonijiet ta' finanzjament tad-dekommissjonar. Il-konklużjonijiet tat-tieni rapport
enfasizzaw il-benefiċċji li jiġu eżaminati
metodoloġiji ta' finanzjament tad-dekommissjonar armonizzati fl-UE,
filwaqt li jitqiesu d-differenzi fl-istrateġiji tal-Istati Membri. L-esperti nazzjonali fid-DFG żviluppaw,
flimkien mal-Kummissjoni, Linji Gwida li jeżaminaw fid-dettall l-aspetti
differenti tal-finanzjament tad-dekommissjonar, sabiex jinħoloq fehim
komuni dwar ir-Rakkomandazzjoni3 ppubblikata fl-2006
mill-Kummissjoni dwar il-finanzjament tad-dekommissjonar. Fuq il-bażi ta'
dawn il-Linji Gwida, id-DFG u l-Kummissjoni elaboraw kwestjonarju
għall-Istati Membri. Il-kwestjonarji ntbagħtu lill-Istati
Membri kollha f'Settembru 2010, u l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri
bagħtu d-dokumenti kompluti tagħhom matul l-ewwel xhur tal-2011.
L-ewwel diskussjoni tas-sejbiet saret waqt il-laqgħa tal-2011 tad-DFG
fis-16 ta' Marzu 2011. Il-ġbir tat-tweġibiet issokta
matul l-2011. Xi Stati Membri ntalbu wkoll individwalment biex
jiċċaraw jew jikkompletaw ċerta dejta li tqieset nieqsa jew mhux
ċara. Waqt il-laqgħa tad-DFG
tat-12 ta’ Marzu 2012, ġie diskuss fid-dettall l-ewwel
abbozz tad-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni.
Il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi li assistew fil-laqgħa
pprovdew aġġornamenti, korrezzjonijiet u żidiet fl-abbozz
tad-dokument, b'mod partikolari dwar il-kapitolu li jiddeskrivi s-sistemi ta'
finanzjament tad-dekommissjonar rispettivi tagħhom. Fit-taqsima li ġejja, estratti
mir-Rakkomandazzjoni tal-2006 u l-Linji Gwida jitqabblu mal-istatus ta'
finanzjament tad-dekommissjonar fl-Istati Membri, kif rifless
fit-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-informazzjoni miksuba wara.
Il-paragrafi nnumerati jsegwu l-loġika tar-Rakkomandazzjoni tal-2006,
sabiex jiġbru fil-qosor l-informazzjoni miksuba mill-Istati Membri, matul
l-eżerċizzju, dwar id-dispożizzjonijiet ewlenin
tar-Rakkomandazzjoni. 2. PRATTIKA TA' FINANZJAMENT ATTWALI
FID-DAWL TAR-RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2.1. DEKOMMISSJONAR
TAL-ISTALLAZZJONIJIET NUKLEARI 2.1.1. Id-Dekommissjonar
u l-Ġestjoni tal-Iskart L-Istati Membri kollha jaqblu
mal-prinċipju li wara l-għeluq permanenti, l-istallazzjonijiet
nukleari għandhom jiġu dekommissjonati u l-ġestjoni tal-iskart
għandha tiġi indirizzata kif xieraq. Madankollu, dawn għażlu
mezzi pjuttost differenti sabiex jilħqu dawn il-miri: Xi Stati Membri
jagħżlu d-dekommissjonar immedjat, filwaqt li oħrajn jippreferu
d-dekommissjonar differit wara perjodu inizjali ta’ konfinament sikur. Rigward
l-istat aħħari tas-sit, xi wħud jimmiraw li joħolqu sit
naturali filwaqt li oħrajn jippreferu art abbandunata. Billi
l-ħolqien ta' sit naturali jiswa aktar flus, dan jeħtieġ
riżorsi akbar li jridu jinġabru matul il-ħajja tal-impjant. Skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni
tal-2006, kull istallazzjoni nukleari għandha tkun koperta bi Strateġija
tad-Dekommissjonar allinjata ma' Politika tad-Dekommissjonar.
Iż-żewġ pjanijiet jeżistu fil-biċċa l-kbira
tal-Istati Membri. F’xi Stati Membri, l-istrateġija u l-pjan huma
stabbiliti fil-prinċipju, filwaqt li d-dettalji eżatti għad
iridu jiġu definiti. Il-ġbir ta' fondi xierqa jista' jiġi
żgurat biss permezz ta' ppjanar dettaljat. 2.1.2. Il-prinċipju
ta' min iniġġes iħallas L-Istati Membri kollha jaqblu
mal-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas". F'dawk
l-Istati Membri li għandhom operazzjonijiet nukleari kummerċjali,
twaqqfu sistemi komprensivi li jobbligaw lid-detentur tal-liċenzja biex
jakkumula mezzi finanzjarji adegwati qabel l-għeluq tal-istallazzjonijiet
sabiex jiġi żgurat li dawn ikunu disponibbli meta meħtieġa
għad-dekommissjonar tal-faċilitajiet tagħhom. Għal kull faċilità nukleari
l-obbligi individwali għandhom jiġu identifikati b'mod ċar.
Fl-Istati Membri kollha huwa ċar li d-detentur tal-liċenzja huwa
responsabbli u jrid ikun ċar ukoll min huwa d-detentur tal-liċenzja. Mill-aħħar rapport dwar
il-finanzjament tad-dekommissjonar, kien hemm progress inkoraġġanti
dwar l-implimentazzjoni ta’ din ir-rakkomandazzjoni. Illum hemm qbil komuni
dwar l-objettivi li permezz tagħhom il-Kummissjoni se tkun tista'
tikkonċentra aktar fuq id-dettalji tas-sistemi ta' finanzjament
fil-ġejjieni. Eżempji riċenti ta’ prattika tajba: · Fil-Pajjiżi l-Baxxi, l-aħħar reviżjoni tal-Att dwar
l-Enerġija Nukleari, li ilu fis-seħħ minn April 2011,
introduċiet obbligu legali ċar li jitwaqqaf fond ta’ dekommissjonar
sabiex ikopri bis-sħiħ l-ispejjeż tad-dekommissjonar. Filwaqt li
fl-imgħoddi l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' min iniġġes
iħallas kienet ġeneralment aċċettata u ġew previsti
fondi fuq bażi volontarja, issa din hija obbligu legali ċar. · Fi Franza, fejn tali leġiżlazzjoni ġiet adottata
fl-2006, issa hemm pjanijiet konkreti biex jiġi stabbilit ukoll fond
għad-dekommissjonar tal-istallazzjonijiet ta' riċerka ffinanzjati
mill-Istat. · Fi Spanja, it-tibdil riċenti fil-liġi kompla jorjenta
l-finanzjament tad-dekommissjonar minn tariffa ġenerali lejn
il-kontribuzzjonijiet tad-detentur tal-liċenzja. 2.1.3. Il-Kompletezza
tar-Riżorsi Finanzjarji (inkluża l-Ġestjoni tal-Iskart) L-ispejjeż tal-ġestjoni tal-iskart
iridu jitqiesu wkoll bħala parti mill-attivitajiet ta' dekommissjonar. Wieħed jista' jgħid li din
il-kwistjoni hija indirizzata mill-Istati Membri kollha u li jeżistu
kalkoli separati fl-UE kollha. B'mod partikolari għall-Istati Membri bi
programmi nukleari kummerċjali sostanzjali, hemm fis-seħħ
metodoloġiji għall-ispejjeż robusti u kredibbli li jkopru
l-aspetti kollha tal-attivitajiet ta’ dekommissjonar. L-istess jista’
jingħad fil-prinċipju għall-ispejjeż tal-ġestjoni
tal-iskart nukleari, għalkemm b’livell ogħla ta’ inċertezza
billi l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi jinsabu fi stadju bikri ta'
tħejjija fir-rigward tar-rimi finali. Xi wħud mill-Istati Membri waqqfu sistemi
ta' finanzjament separati għad-dekommissjonar u għall-ġestjoni
tal-iskart. 2.2. ASPETTI
ISTITUZZJONALI U PROĊEDURALI 2.2.1. L-Artikolu 41
tat-Trattat tal-KEEA: Il-proposta ta' Sistema ta' Finanzjament
tad-Dekommissjonar Il-prinċipju ta’ notifikazzjoni
tas-sistema ta' finanzjament tad-dekommissjonar fil-qafas tal-proċedura
tan-notifika stabbilita fl-Artikolu 41 tat-Trattat tal-KEEA kien
ġeneralment rispettat fl-aktar notifiki riċenti pprovduti
lill-Kummissjoni. Madankollu, in-notifika mhux dejjem kienet tinkludi sistema
ta' finanzjament tad-dekommissjonar kompletament żviluppata inkorporata
fil-leġiżlazzjoni. Dan ikun jeħtieġ deskrizzjoni
tal-proġetti ta’ investiment u tas-sistema ta’ finanzjament
tad-dekommissjonar prevista (l-ammont, il-pjan ta' kostituzzjoni tal-assi
fil-fond, il-modalitajiet ta’ ġestjoni tal-fond...). Għan-notifiki kollha li se jsiru
fil-ġejjieni skont l-Artikolu 41, tali deskrizzjoni dettaljata hija
mistennija, mill-anqas fil-forma ta' abbozz ta' liġi. Dan jagħmilha
possibbli li wieħed jikkonsulta lid-DFG dwar il-proposta. Din ir-Rakkomandazzjoni tirreferi
biċ-ċar għad-DFG u tagħtih rwol. Din tipprovdi l-bażi
għall-ħidma tal-grupp: It-Termini ta' Referenza u l-kriterji li
dwarhom id-DFG għandu jagħti l-opinjoni tiegħu għandhom
jitfasslu fi ħdan id-DFG abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni. 2.2.2. Il-Korp
Nazzjonali Il-korp nazzjonali għandu jkollu kemm
kompetenza teknika kif ukoll finanzjarja biex iwettaq il-funzjonijiet
tiegħu. Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri
jeżistu korpi nazzjonali b'għarfien espert. Fil-każijiet l-aktar
elaborati, twaqqfet organizzazzjoni apposta li ngħatat il-kompitu li
tikkontrolla b'mod indipendenti l-fond. Fi Stati Membri oħra,
il-funzjonijiet tal-korp nazzjonali jitwettqu mill-Ministeru kompetenti jew
minn awdituri indipendenti speċjalizzati ħafna. F’xi każijiet, hemm lok għal titjib
fejn għandha x'taqsam iċ-ċarezza dwar il-livell ta’ indipendenza
mill-operatur u dwar il-kwistjoni ta' min fil-fatt iwettaq il-funzjonijiet ta’
kontroll indipendentement mill-fond. B'mod ġenerali, il-kwistjoni
tal-indipendenza tal-korp nazzjonali għandha tiġi elaborata aktar
fil-ħidma futura tad-DFG u fir-rapporti futuri. Il-korpi nazzjonali kollha għandhom
l-awtorità li jinfurzaw il-miżuri korrettivi, b'mod partikolari
fil-każ ta' nuqqas ta' riżorsi. Id-detenturi tal-liċenzja
ġeneralment għandhom l-obbligu li jimlew kull lakuna fir-riżorsi
misjuba mill-korp nazzjonali. Il-korpi nazzjonali kollha
jeżerċitaw kontrolli perjodiċi tal-istimi tal-ispejjeż
tad-dekommissjonar. Il-frekwenza tal-kontrolli hija mill-inqas kull ħames
snin, filwaqt li ta' sikwit ikun hemm kontrolli aktar frekwenti. Il-korp nazzjonali għandu rwol importanti
fir-reviżjoni tal-adegwatezza tal-fond u l-livell tal-obbligazzjonijiet
tad-dekommissjonar. Jekk l-ispejjeż tad-dekommissjonar jiżdiedu matul
il-ħajja operattiva tal-faċilità, l-operatur jinżamm
responsabbli għal din iż-żieda fl-ispejjeż u għandu
jżid il-fond skont dan. L-Istati Membri diġà qed iqisu dan il-punt
b’serjetà kbira. Għal fiduċja akbar, huwa rrakkomandat li l-korpi
nazzjonali jkollhom rwol saħansitra aktar importanti f'dan il-qasam
(eż. frekwenza ogħla tar-reviżjoni jew implimentazzjoni aktar
rapida tal-miżuri korrettivi). 2.3. FONDI
TAD-DEKOMMISSJONAR 2.3.1. L-Adegwatezza
u l-Oriġini tal-Fondi Is-sistemi fl-Istati Membri kollha
b'operazzjonijiet nukleari kummerċjali huma msejsa fuq il-mudell ta'
allokazzjoni ta' fondi ta’ dekommissjonar xierqa fuq il-bażi tad-dħul
miksub mill-attivitajiet tagħhom tul ħajjithom. B’mod ġenerali, ir-rata ta’
akkumulazzjoni sal-lum tidher adegwata. Il-biċċa l-kbira tal-Istati
Membri bi programmi nukleari kummerċjali ġabru riżorsi
sostanzjali, u xi wħud qegħdin anki joqorbu lejn l-ammont
meħtieġ previst. Meta s-somom miġbura, bħala proporzjon
tat-total meħtieġ, ikunu inqas mill-ammont previst f'dan l-istadju
tal-ħajja tal-istallazzjonijiet, dan jista' jkun minħabba n-negozjati
li għaddejjin dwar l-estensjonijiet ta’ ħajjet l-impjanti.
Madankollu, l-istennija ta’ estensjoni tat-tul tal-ħajja ma għandhiex
twassal għal tnaqqis fl-isforzi tal-ġbir. Il-limitu taż-żmien
għall-akkumulu ta’ fondi tipikament jinfirex fuq il-perjodu kollu ta'
esplojtazzjoni mistenni. Perjodi iqsar mhumiex esklużi u
jirrappreżentaw mezz ta' salvagwardja kontra każijiet mhux previsti
bħall-għeluq bikri. Għal każijiet ta' għeluq bikri
minħabba deċiżjonijiet politiċi, ġeneralment huwa
f’idejn il-gvern responsabbli biex ikopri t-tnaqqis li jirriżulta fil-fond.
F'każ ta' inċidenti, japplika r-reġim tar-responsabbiltà
internazzjonali msejjes fuq il-Konvenzjonijiet internazzjonali rispettivi. F’xi Stati Membri, għal raġunijiet
storiċi, hemm eċċezzjonijiet għar-regola li l-fondi jridu
jinġabru mid-dħul miksub mill-attivitajiet nukleari: Dan jista' jkun
dovut għal għeluq bikri (ir-referendum wara l-inċident ta'
Ċernobil), in-nuqqas ta' fondi qabel l-adeżjoni mal-UE jew
il-falliment tal-operatur. Fejn l-Unjoni Ewropea stabbiliet sistema ta' fondi
li permezz tagħha jiġi appoġġjat id-dekommissjonar
tal-istallazzjonijiet ikkonċernati, ir-responsabbiltà aħħarija
madankollu tibqa' tad-detentur tal-liċenzja u tal-Istat rispettiv li
jiġbru l-fondi għad-dekommissjonar u l-ġestjoni tal-iskart.
F'dan ir-rigward jinħtieġu sforzi addizzjonali fejn il-fondi ma
jkunux biżżejjed biex ikopru t-total tal-ispejjeż
tad-dekommissjonar. Minbarra l-każijiet storiċi
msemmija, għall-istallazzjonijiet nukleari l-oħra kollha, is-sistema
ta' finanzjament għandha tikkonforma kompletament mar-Rakkomandazzjoni u
mad-Direttiva 2011/70/Euratom għall-ġestjoni tal-iskart. Il-programm tad-dekommissjonar
tal-istallazzjonijiet nukleari li huma proprjetà tal-Kummissjoni Ewropea skont
it-Trattat tal-Euratom (l-istallazzjonijiet nukleari taċ-Ċentru Konġunt
tar-Riċerka) huwa s-suġġett tal-komunikazzjonijiet
speċifiċi regolari mal-Parlament u mal-Kunsill. Il-fondi
tad-dekommissjonar huma ġestiti miċ-Ċentru Konġunt
tar-Riċerka fuq il-bażi ta' skeda pluriennali approvata mill-Awtorità
baġitarja. Eżempji ta' prattiki tajba: · Il-Finlandja u l-Isvezja jistgħu jissemmew hawnhekk bħala
eżempji għall-adegwatezza tas-somom miġbura s'issa f'fond
segregat. 2.3.2. It-Tip
ta’ fond, il-Kontroll fuq l-Użu u r-Reviżjoni L-Istati Membri adottaw il-mudelli
tagħhom fuq it-tipi bażiċi li ġejjin: · Il-fond intern segregat, miżmum mill-operatur tal-istallazzjoni
iżda bħala baġit separat li jista' jintmess biss għal
finijiet ta’ dekommissjonar u ġestjoni tal-iskart u taħt il-kontroll
tal-korp nazzjonali. Il-fondi ta' dan it-tip jeżistu pereżempju fi
Franza, il-Belġju, u r-Repubblika Ċeka. · Il-fond estern segregat, jiġifieri li hu estern
għall-operatur tal-istallazzjoni, jeżisti fil-Finlandja u fl-Isvezja,
fejn huwa wkoll estern mill-baġit tal-Istat, u fl-Ungerija, ir-Rumanija,
is-Slovakkja u l-Bulgarija. Madankollu, f'dawk l-Istati Membri, il-fondi b'xi
mod jagħmlu parti mill-baġit tal-Istat. · Il-fondi interni mhux segregati jeżistu fil-Ġermanja, fejn
il-liġi kummerċjali teżiġi li l-kumpaniji li joperaw
l-impjanti tal-enerġija nukleari (NPPs) jibnu riżervi sostanzjali
fil-karti tal-bilanċ tagħhom għall-ispejjeż futuri
tad-dekommissjonar u tal-ġestjoni tal-iskart. Filwaqt li fond segregat huwa l-alternattiva
rakkomandata, tista' tiġi żviluppata sistema sikura b'fondi mhux
segregati kkontrollati sew. Fejn il-mezzi finanzjarji miġbura mill-fondi
segregati jiġu mislufa lura lid-detenturi tal-liċenzja,
jinħtieġ livell ogħla ta' kontroll minn korp indipendenti. Għar-reviżjoni tiegħu, il-korp
nazzjonali għandu jkun kompletament indipendenti mill-operatur u jkollu
l-awtorità meħtieġa biex jiżgura li tiġi implimentata
kwalunkwe azzjoni korrettiva proposta. Din l-awtorità tista' tiġi
kkontestata jekk ir-rappreżentanti tad-detentur tal-liċenzja jkollhom
id-dritt li jaħtru rappreżentanti għall-bord tal-korp
nazzjonali, kif inhu l-każ f’xi Stati Membri. 2.3.3. L-Istallazzjonijiet
Nukleari Ġodda L-Istati Membri mingħajr sistema ta'
finanzjament eżistenti u li tiffunzjona kompletament, li jippjanaw li
jibnu stallazzjonijiet nukleari ġodda, u b'mod partikolari impjanti
tal-enerġija nukleari ġodda, għandhom jadottaw il-liġijiet
li jistabbilixxu sistema soda ta' finanzjament tad-dekommissjonar qabel ma
tittieħed id-deċiżjoni ta' investiment. L-aktar eżempji riċenti għal
sistemi ġodda ta' finanzjament: · Fir-Renju Unit, se jinħoloq fond estern u segregat għall-bini
ta' ċentri ġodda. · Il-Litwanja, li ddeċidiet li tibni NPP ġdid qrib is-sit
tal-NPP antik, bħalissa qed tiżviluppa sistema ta' finanzjament. · Il-Polonja dan l-aħħar adottat il-leġiżlazzjoni
tagħha għas-sistema ta' finanzjament tad-dekommissjonar, ferm qabel
id-deċiżjoni pendenti dwar il-bini tal-NPP(s) ippjanat(i). 2.4. L-ISTIMA
TAL-ISPEJJEŻ TAD-DEKOMMISSJONAR 2.4.1. Il-Kalkoli
Separati tal-Ispejjeż Marbuta mal-Operazzjonijiet Tekniċi
tad-Dekommissjonar u l-Ġestjoni tal-Iskart Il-prinċipju tal-kalkoli separati
tal-ispejjeż għad-dekommissjonar tal-istallazzjoni u l-ġestjoni
tal-iskart huwa aċċettat fl-Istati Membri kollha, li wħud
minnhom waqqfu fondi ġenerali, segregati iżda separati
għad-dekommissjonar u l-ġestjoni tal-iskart. Hemm tendenza li l-kalkoli tal-ispejjeż
ta' ġestjoni tal-iskart ikollhom livell ogħla ta’ inċertezza
minn dawk għad-dekommissjonar, minħabba l-istadju bikri tal-ippjanar
tar-repożitorji finali. It-traspożizzjoni tad-Direttiva
tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta' Lulju 2011, li stabbiliet
qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil
użat u skart radjuattiv[6],
għandha twassal għal progress sostanzjali fl-ippjanar finanzjarju
tal-ispejjeż tal-ġestjoni tal-iskart. 2.4.2. Il-Kalkoli
tal-Ispejjeż u l-Adegwatezza Kif imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni flimkien
mal-Aġenzija għall-Enerġija Nukleari NEA, żviluppat u
pproponiet il-metodoloġija tal-"Ktieb isfar"
għall-ispejjeż tad-dekommissjonar sabiex tassisti fil-metodoloġija
għall-istimi tal-ispejjeż. Għalkemm rakkomandat bil-qawwa
għall-kalkolu jew għall-valutazzjoni komparattiva, din
il-proċedura mhijiex obbligatorja iżda tista’ tgħin biex
tinforma u ssaħħaħ il-metodoloġiji f'xi pajjiżi.
Reċentement, il-"Ktieb isfar" ġie aġġornat u
sostitwit mill-"International Structure for Decommissioning Costing"
(ISDC – Struttura Internazzjonali għall-Ispejjeż tad-Dekommissjonar),
ippubblikat mill-OECD/NEA fl-2012 (NEA Nru 7088). Għad ma hemm l-ebda
ekwivalenti għall-valutazzjoni tal-ispejjeż tal-iskart nukleari. Għadu mhuwiex evidenti jekk, fl-Istati
Membri kollha, il-korp nazzjonali jirrevedix l-istimi kollha tal-ispejjeż,
kif inhu obbligat li jagħmel. Il-Kummissjoni se tkompli tosserva
s-sitwazzjoni. 2.4.3. L-Istimi
tal-Ispejjeż Speċifiċi għas-Sit Fir-rigward tat-terminu "speċifiku
għas-sit", u fil-kuntest tal-preċiżjoni u t-trasparenza,
l-ispejjeż marbuta mas-siti magħmula minn diversi unitajiet nukleari,
għandhom jinqasmu skont il-livell tal-unità. Fejn xieraq, wieħed
jista' jirrikorri għal "approċċ ta’ flotta"
fir-rigward tal-ispejjeż. L-Istati Membri ġeneralment għandhom
tendenza li jiċċaqalqu minn stimi tal-ispejjeż
ġeneriċi għal dawk speċifiċi għas-sit.
Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri diġà laħqu konformità
sħiħa ma’ dan il-kriterju, li huwa żvilupp pożittiv ferm. 2.5. L-UŻU
TA' FONDI TAD-DEKOMMISSJONAR 2.5.1. L-Użu
għal Finijiet previsti u Trasparenza Il-fondi għad-dekommissjonar
għandhom jintużaw biss għall-iskop dettaljat li għalih
ġew stabbiliti kif definit fil-pjan tad-dekommissjonar finali u mhux
għal xi skop ieħor. Il-korp nazzjonali jżomm funzjoni importanti
matul il-fażi tad-dekommissjonar, fir-rigward tal-monitoraġġ u
r-reviżjoni tal-użu korrett tal-fondi. Dwar dan il-punt, it-tweġibiet kemm
għall-kwestjonarju kif ukoll għat-talbiet għall-informazzjoni
sussegwenti għadhom mhumiex dettaljati biżżejjed. Dan jista’
jkun dovut għall-fatt li l-biċċa l-kbira tal-fondi għadhom
ma laħqux il-fażi ta' żborż tagħhom. Jeħtieġ
li l-kwistjoni tiġi segwita mill-qrib fil-ġejjieni. Eżempji ta' prattika tajba f'dan
ir-rigward: · Fl-Isvezja, fejn il-fond nazzjonali jippubblika kull sena rapport
dettaljat ferm li jinkludi l-informazzjoni relevanti kollha fuq il-websajt
tiegħu bl-Isvediż u bil-lingwa Ingliża:
http://www.karnavfallsfonden.se/. · Fir-Renju Unit, il-websajt tan-Nuclear Decommissioning Authority (NDA),
http://www.nda.gov.uk/,
tinkludi wkoll informazzjoni simili. 2.5.2. Il-Profil
tar-Riskju Sikur Sabiex jiġi żgurat profil tar-riskju
sikur, l-assi b'riskju baxx għandhom ikunu ppreferuti filwaqt li ma
jiġux esklużi l-assi b'riskju għoli iżda b'limitazzjonijiet
fuq l-esponiment għar-riskju. L-istrateġija ta' ġestjoni
għandha timmira li tallinja ruħha mal-ispiża sħiħa
tad-dekommissjonar u li tiżgura d-disponibbiltà tagħha
fiż-żmien meta tkun meħtieġa, taħt il-kontroll
tal-korp nazzjonali. Għandu jinkiseb ritorn sodisfaċenti
fuq il-kapital mingħajr riskju eċċessiv: F’xi Stati Membri dan
il-fond jista' jsellef massimu ta’ 75 % tal-kapital lura lill-operatur li
jrid iħallas imgħax iffissat mill-gvern. F'oħrajn, il-fond
għandu dejjem ikopri d-dispożizzjonijiet skontati u l-assi
eliġibbli huma definiti b’digriet, iżda l-operaturi jiddeċiedu
liberament fuq dik il-bażi. F'każ wieħed, il-fond għandu wkoll
restrizzjonijiet li jikkonċernaw l-eliġibbiltà ta’ xi assi u
għandu jimmira għall-ogħla ritorn possibbli taħt dawn
il-kundizzjonijiet. F'għadd ta' Stati Membri, il-fond huwa miżmum jew
stabbilit mit-Teżor tal-Istat. F'dawn il-każijiet mhuwiex ċar
għal kollox mit-tweġibiet għall-kwestjonarju kif inhu investit
il-kapital. Bosta Stati Membri jeżiġu li l-fondi
jinvestu b'mod sostanzjali fil-bonds tal-gvern. Billi l-avvenimenti
reċenti fis-swieq finanzjarji joħolqu dubji serji dwar is-sikurezza
assoluta tal-bonds tal-gvern, jista’ jkun rakkomandabbli li jiġu riveduti
s-suppożizzjonijiet impliċiti li fuqhom hija msejsa
l-leġiżlazzjoni eżistenti f’dan ir-rigward. Bħala eżempju possibbli ta’ prattika
tajba f’investiment tal-fondi wieħed jista' jsemmi lil Franza, fejn
jeżistu regoli dettaljati ħafna għall-klassijiet tal-assi
eliġibbli u fejn tinsab għaddejja reviżjoni. 2.5.3. In-Nuqqas
ta' Prestazzjoni tal-Ġestjoni tal-Fondi L-identifikazzjoni ta' nuqqas bejn il-valur
tal-fond u l-obbligazzjonijiet tad-dekommissjonar għandha twassal
għal definizzjoni immedjata tal-miżuri korrettivi li jridu jiġu
implimentati fi żmien qasir. F'dan ir-rigward, ir-reviżjoni annwali
tal-fondi akkumulati, kif ukoll ir-reviżjoni tal-istimi tal-ispejjeż
mill-korp nazzjonali, hija ta' importanza kbira. Dan il-prinċipju huwa implimentat sewwa
fl-Istati Membri kollha li għażlu li jistabbilixxu sistemi ta' fondi
interni. Fil-każijiet kollha, jitwettaq kontroll perjodiku mill-korp
nazzjonali għal dan ir-rekwiżit essenzjali. 2.5.4. L-Istallazzjonijiet
Nukleari Mhux Kummerċjali Il-faċilitajiet indirizzati hawnhekk huma
tipikament faċilitajiet ta’ servizz li jappartjenu lill-Istat bħalma
huma ċ-ċentri mediċi, iċ-ċentri ta' riċerka,
il-faċilitajiet tal-produzzjoni tal-isotopi u l-aċċelleraturi tal-partiċelli.
Billi dawn huma tipikament taħt ir-responsabbiltà tal-Istat,
id-dekommissjonar tagħhom jitħallas mill-baġit nazzjonali.
Madankollu, għandu jitfassal pjan finali tad-dekommissjonar li jagħti
d-dettalji dwar l-iskala tal-obbligazzjonijiet u l-ispejjeż
assoċjati. L-Istati Membri kollha li għandhom tali stallazzjonijiet,
jew implimentaw pjanijiet ta' dekommissjonar jew jinsabu fil-proċess li
jagħmlu dan. 3. KONKLUŻJONIJIET U
PROSPETTIVI Minn mindu ġie ppreżentat it-tieni
rapport ta' dekommissjonar fl-2007, l-ambjent legali fil-qasam
tad-dekommissjonar u l-ġestjoni tal-iskart inbidel b’mod sinifikanti
bl-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom
tad-19 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju
għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart
radjuattiv[7].
Din id-Direttiva, li trid tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali
tal-Istati Membri sat-23 ta’ Awwissu 2013, tipprevedi
fl-Artikolu 9 tagħha li "L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li l-qafas nazzjonali jirrikjedi li jkunu disponibbli
riżorsi finanzjarji adatti meta jkunu meħtieġa
għall-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali msemmija
fl-Artikolu 11, speċjalment għall-ġestjoni ta’ fjuwil
użat u skart radjuattiv, b’konsiderazzjoni debita tar-responsabbiltà
għal dawk li jiġġeneraw il-fjuwil użat u l-iskart
radjuattiv". Dan il-prinċipju, li jinsab
fir-Rakkomandazzjoni, issa huwa liġi vinkolanti li trid tiġi
trasposta mill-Istati Membri kollha. Il-programmi nazzjonali tal-fjuwil
użat u l-iskart radjuattiv se jkollhom ikopru t-tipi kollha tal-iskart u
l-istadji kollha ta' ġestjoni mill-ġenerazzjoni għar-rimi kif
ukoll bażi dettaljata biżżejjed għall-istima
tal-ispiża fit-tul bħala input biex jiġu akkumulati fondi
adegwati għall-ġestjoni tal-iskart. L-obbligu li jiġu koperti
l-istadji kollha tal-ġestjoni mill-ġenerazzjoni tal-iskart 'il
quddiem ifisser li parti kbira tal-attivitajiet tad-dekommissjonar se tkun
koperta wkoll. Il-programmi nazzjonali għandhom
jipprovdu stima dettaljata tal-ispejjeż tal-istadji kollha
tal-ġestjoni tal-iskart sar-rimi, inklużi l-attivitajiet
assoċjati, bħar-riċerka u l-iżvilupp. Għandhom
jipprovdu wkoll informazzjoni dwar il-finanzjament. Jekk programm nazzjonali jqis biss
il-ħżin interim fit-tul, iżda l-ebda soluzzjoni
għar-rimi, jista' jkun li l-ammont ta’ flus iffrankati jippermetti
lill-operatur li jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu fis-suq
meta mqabbel ma' kompetituri fi Stati Membri fejn il-finanzjament ta'
faċilità tar-rimi huwa element obbligatorju. Sitwazzjoni bħal
din tista’ titqies bħala tgħawwiġ ċar tal-kompetizzjoni. Ċerti
stimi juru tnaqqis tal-ispiża potenzjali ta' madwar 3,5-4,0 fil-mija
tat-total preżunt ta' spejjeż tal-produzzjoni[8]. Id-Direttiva tinkludi wkoll regoli vinkolanti
dwar l-iskemi ta’ finanzjament u t-trasparenza, li jirriflettu wkoll ċerti
prinċipji bażiċi tar-Rakkomandazzjoni. L-Artikolu 10 dwar
it-trasparenza jiżgura l-informazzjoni għall-pubbliku u d-dritt
għal parteċipazzjoni effettiva fil-proċess tat-teħid
tad-deċiżjonijiet. L-Artikolu 12 dwar il-programmi nazzjonali
jipprevedi l-obbligu li tiġi inkluża valutazzjoni tal-ispejjeż u
li jiddaħħlu fis-seħħ skemi nazzjonali, kif ukoll politika
jew proċess ta' trasparenza. Permezz tal-obbligu fuq l-Istati Membri li
jżommu l-programmi nazzjonali tagħhom aġġornati u
suġġetti għal evalwazzjoni bejn il-pari, id-Direttiva
żżid it-trasparenza u l-kwalità tal-mekkaniżmi ta' finanzjament
tal-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv u
d-dekommissjonar. Id-Direttiva 2009/71/Euratom[9] dwar is-sigurtà nukleari hija
rilevanti għad-dekommissjonar billi tinkludi fil-kamp ta’ applikazzjoni
tagħha l-istallazzjonijiet nukleari ċivili kollha li joperaw
b'liċenzja għad-dekommissjonar ta' stallazzjoni nukleari. Dan huwa
pass deċiżiv ulterjuri lejn regoli vinkolanti għall-akkumulazzjoni
ta’ riżorsi finanzjarji xierqa għad-dekommissjonar u l-ġestjoni
tal-iskart tal-istallazzjonijiet nukleari. Dawn jifformaw bażi soda
għal qafas legali komuni kif ukoll kultura b'saħħitha ta'
sikurezza fl-UE. Flimkien mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-2006, dawn se
jistabbilixxu l-qafas għall-issoktar tal-ħidma biex tkompli titjieb
is-sitwazzjoni fl-Istati Membri kollha fir-rigward tal-adegwatezza,
id-disponibbiltà u s-sikurezza tar-riżorsi finanzjarji allokati
għad-dekommissjonar u l-ġestjoni tal-iskart. Anki wara t-traspożizzjoni
sħiħa tad-Direttiva dwar "L-iskart nukleari", id-DFG se
jkollu jissokta l-ħidma tiegħu mal-Kummissjoni biex jippromwovi fehim
ċar tal-politiki u tal-istrateġiji tad-dekommissjonar billi jipprovdi
għarfien aġġornat dwar l-istimi tal-ispejjeż
tad-dekommissjonar u l-ġestjoni tal-fondi u billi jeżamina
l-possibbiltajiet kif isaħħaħ il-kooperazzjoni jew anki
l-armonizzazzjoni fil-ġejjieni. Matul il-laqgħa tad-DFG li saret
f'Marzu 2012, ġew diskussi xi aspetti oħra ta' progress
possibbli: Ir-rapporti skont ir-Rakkomandazzjoni u skont id-Direttiva
dwar "L-iskart nukleari" għandhom jiġu allinjati: Wara
l-ewwel rappurtar skont id-Direttiva dwar "L-iskart nukleari", se
tkun meħtieġa riflessjoni dwar ir-rappurtar skont
ir-Rakkomandazzjoni. Punt importanti ieħor f'dan il-kuntest se jkun
ir-riflessjoni dwar ir-relazzjoni tad-DFG mad-Direttiva dwar "l-Iskart
Nukleari", b'rabta wkoll mal-proċess ta’ traspożizzjoni u
r-rabtiet mal-ENSREG u mal-ENEF. Għandu jiġi elaborat mandat rivedut
tad-DFG b'kooperazzjoni bejn id-DFG u l-Kummissjoni. Punt importanti tar-riflessjoni komuni jista’
jkun it-tagħlimiet li għandna nisiltu mill-kriżi riċenti
tas-settur bankarju u tad-dejn sovran. Jinħtieġ li l-Istati Membri
kollha jirreaġixxu għat-taqlib li kkaratterizza s-swieq finanzjarji
matul l-aħħar sentejn, u l-kollaborazzjoni fi ħdan id-DFG tista'
tgħin biex tissaħħaħ ir-robustezza tal-finanzi
tad-dekommissjonar fil-ġejjieni. [1] Rapport dwar l-użu ta’ riżorsi finanzjarji
allokati għad-dekommissjonar ta’ impjanti nukleari tal-enerġija,
COM(2004)719, finali, 26.10.2004 [2] Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-użu
tar-riżorsi finanzjarji allokati għad-dekommissjonar ta' impjanti
nukleari tal-enerġija (2005/2027(INI)), P6_TA-PROV(2005)0432 [3] ĠU L 330 (28.11.2006) [4] COM(2007) 794 finali tat-12.12.2007, http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2007:0794:FIN:MT:PDF [5] ĠU L 199, 2.8.2011, p. 48, fl-hekk
imsejħa "Direttiva dwar l-Iskart Nukleari" [6] ĠU L 199, 2.8.2011, p. 48 [7] ĠU L 199, 2.8.2011, p. 48 [8] DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI,
Dokument li jakkumpanja l-proposta riveduta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL
(Euratom) dwar il-ġestjoni ta’ fjuwil użat u ta' skart radjuattiv
VALUTAZZJONI TAL-IMPATT COM(2010) 618, Kapitolu 2.3.3. [9] ĠU L 172, 2.7.2009,
p. 218