This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012IP0505
European Parliament resolution of 13 December 2012 containing the European Parliament’s recommendations to the Council, the Commission and the European External Action Service on the negotiations of the new EU-Russia Agreement (2011/2050(INI))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2012 li fih ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar il-ftehim ġdid UE-Russja (2011/2050(INI))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2012 li fih ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar il-ftehim ġdid UE-Russja (2011/2050(INI))
ĠU C 434, 23.12.2015, p. 123–130
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/123 |
P7_TA(2012)0505
Il-ftehim ġdid UE-Russja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2012 li fih ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar il-ftehim ġdid UE-Russja (2011/2050(INI))
(2015/C 434/11)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' sħubija u koperazzjoni li jistabbilixxi ftehim ta' sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa min-naħa l-oħra, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 1997, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali UE-Russja wara l-adeżjoni tar-Russja mad-WTO (1), |
— |
wara li kkunsidra n-negozjati li bdew fl-2008 dwar ftehim ġdid UE-Russja, kif ukoll is-'Sħubija għall-Modernizzazzjoni' li bdiet fl-2010, |
— |
wara li kkunsidra l-objettiv kondiviż mill-UE u r-Russja, stabbilit fid-dikjarazzjoni konġunta maħruġa fil-31 ta' Mejju 2003 wara l-11-il Samit bejn l-UE u r-Russja f'San Pietruburgu, dwar il-ħolqien ta' spazju ekonomiku komuni, spazju komuni ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, spazju komuni ta’ kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà esterna u spazju komuni ta’ riċerka u edukazzjoni, inklużi l-aspetti kulturali ('l-erba' spazji komuni'), |
— |
wara li kkunsidra l-konsultazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja dwar id-drittijiet tal-bniedem, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2012 lill-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ restrizzjonijiet komuni rigward il-viża għal uffiċjali Russi involuti fil-każ ta’ Sergei Magnitsky (2); |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fis-sura ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-introduzzjoni jew iż-żieda mill-Federazzjoni Russa ta' dazji tal-esportazzjoni fuq il-materja prima (3), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 90(4) u 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0338/2012), |
A. |
billi l-politika barranija u ta' sigurtà komuni tal-UE li qed tevolvi għandha, bi qbil mal-prinċipju ta' kundizzjonalità, tinkludi r-Russja bħala sieħeb strateġiku sakemm il-valuri fundamentali li fuqhom hi bbażata l-Unjoni, inklużi d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett tad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà, u r-rispett tal-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dritt internazzjonali, ikunu kondiviżi u kkonfermati; billi r-Russja, bħala pajjiż, għandha l-għeruq kulturali tagħha fl-Ewropa u hi attur globali u reġjonali importanti, bħala membru fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-G8, tal-G20, tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-OSKE, u għalhekk marbuta li tissodisfa l-obbligi tagħha bħala membru ta' dawn l-organizzazzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tar-rapport ta' monitoraġġ ta' Ottubru 2012 tal-Kunsill tal-Ewropa; |
B. |
billi r-Russja, bħala membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, għandha responsabbiltà konġunta mal-membri l-oħra biex tinżamm l-istabbiltà globali; billi ħafna sfidi fil-livell internazzjonali jistgħu jiġu indirizzati biss permezz ta’ approċċ koordinat li jinkludi lir-Russja; |
C. |
billi l-interdipendenza ekonomika tal-UE u r-Russja qed tikber b’mod kostanti, u billi kooperazzjoni msaħħa u relazzjonijiet ta' ġirien tajba bejn l-UE u r-Russja għandhom jitqiesu bħala ta' importanza kbira għall-istabbiltà, is-sigurtà u l-prosperità taż-żewġ partijiet; |
D. |
billi r-Russja taħt il-presidenza ta’ Vladimir Putin qed turi biss interess selettiv fl-iżvilupp ta’ politiki komuni u m’għandha l-ebda intenzjoni reali li tiżviluppa sħubija strateġika estensiva u ġenwina għall-implimentazzjoni tal-liġi internazzjonali u l-prevenzjoni tal-kunflitt; |
E. |
billi l-UE u r-Russja għaddew minn bidliet politiċi, istituzzjonali, soċjali u ekonomiċi kbar sa mill-1994, meta kien iffirmat il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (PCA) attwali; |
F. |
billi l-adeżjoni tar-Russja mad-WTO fit-22 ta’ Awwissu 2012 huwa pass ewlieni li jista’ jgħin biex titħaffef il-modernizzazzjoni tal-ekonomija Russa u fl-istess ħin isservi ta’ inċentiv tajjeb għar-Russja biex tissodisfa r-regoli u l-istandards tal-kummerċ internazzjonali li impenjat ruħha li tirrispetta; |
G. |
billi dawn il-bidliet, flimkien mal-isfidi u l-opportunitajiet ġodda li għandha r-relazzjoni UE -Russja, iridu jkunu indirizzati fuq livell bilaterali u multilaterali; billi, minkejja n-nuqqas attwali ta’ entużjażmu min-naħa tar-Russja, Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni ġdid ambizzjuż u komprensiv li jkopri l-aktar oqsma importanti ta' kooperazzjoni u msejjes fuq valuri komuni ta’ demokrazija, rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, jista' jipprovdi l-bażi għal sħubija strateġika ġenwina; billi, b'mod partikolari, għandha tkun enfasizzata l-ħtieġa biex tinbena sħubija ġenwina bejn is-soċjetajiet tal-UE u tar-Russja; |
H. |
billi l-UE tkompli tkun impenjata biex tapprofondixxi u tiżviluppa aktar ir-relazzjoni tagħha mar-Russja u l-prinċipji stabbiliti fis-Sħubija għall-Modernizzazzjoni, ibbażati fuq interessi komuni u fuq impenn favur il-valuri universali u l-prinċipji demokratiċi, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; |
I. |
billi l-kundanna ta' sentejn ħabs tal-membri tal-grupp punk Pussy Riot għal manifestazzjoni ta' protesta kontra l-President Vladimir Putin fil-Katedral Ortodoss ta' Moska hija sproporzjonata u tqajjem tħassib serju dwar il-mod kif is-sistema ġudizzjarja Russa tittratta liċ-ċittadini u taġixxi b'mod li tintimida lis-soċjetà ċivili Russa; |
J. |
billi fil-kuntest tan-negozjati kontinwi l-istatus quo tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja jeħtieġ ikun evalwat b’mod adegwat, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kwistjonijiet bilaterali eżistenti bejn ir-Russja u l-Istati Membri tal-UE; |
K. |
billi r-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja għadhom ibatu minħabba l-falliment tar-Russja li tħaddan bis-sħiħ il-valuri demokratiċi u t-tisħiħ tal-istat tad-dritt; |
L. |
billi l-intimidazzjoni, il-fastidju u l-arresti li għaddejjin tar-rappreżentanti tal-forzi tal-oppożizzjoni u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, l-adozzjoni reċenti ta’ liġijiet dwar il-finanzjament tal-NGOs u dwar id-dritt tal-assemblea, il-liġi dwar il-malafama u l-liġi li timponi restrizzjonijiet fuq l-internet kif ukoll il-pressjoni li dejjem qed tiżdied fuq il-midja ħielsa u indipendenti u fuq il-minoranzi ta’ orjentazzjoni sesswali u ta' twemmin reliġjuż jirriżultaw f’aktar degradazzjoni tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji demokratiċi fir-Russja; |
M. |
billi l-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem reċentement ikkundanna, bħala ksur tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-liġijiet fis-seħħ f’xi reġjuni tal-Federazzjoni Russa li jipprojbixxu l-“propaganda omosesswali”; |
N. |
billi l-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni attwali jeħtieġ ikun validu u effettiv sakemm dak ġdid jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ; |
O. |
billi fl-14 ta’ Ottubru 2012 fir-Russja saru l-elezzjonijiet lokali u reġjonali; |
P. |
billi l-liġijiet ġodda jew emendati msemmija hawn fuq ġew adottati mid-Duma tal-Istat, li l-elezzjonijiet għalihom la kienu liberi u lanqas ġusti, kemm skont il-missjoni ta' osservazzjoni tal-OSKE u kemm skont il-konklużjonijiet tal-PE; |
Q. |
billi ċerta proċeduri maħsuba biex jaffettwaw l-oppożizzjoni, bħal dawk biex iċaħħdu lil Gennady Gudkov, membru preċedenti tad-Duma mill-partit tal-oppożizzjoni Just Russia, mill-mandat parlamentari tiegħu, jistgħu jiġu interpretati bħala każijiet ta' applikazzjoni selettiva tal-ġustizzja u interferenza fl-attività politika leġittima; |
1. |
Jindirizza, fil-kuntest tan-negozjati li għaddejjin dwar il-ftehim il-ġdid, ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna: Dwar il-proċess tan-negozjati
Id-djalogu u l-kooperazzjoni politika
Il-kooperazzjoni ekonomika
|
2. |
Jibqgħu viġilanti dwar ir-rekwiżiti li l-UE beħsiebha tistabbilixxi fir-rigward tar-rispett tal-prinċipji demokratiċi, u jqisu dan ir-rispett bħala prerekwiżit assolut għall-iffirmar ta’ Ftehim UE-Russja; |
o
o o
3. |
Jagħtu istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni li fiha r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa u lid-Duma tal-Istat Russu. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2012)0409.
(2) Test adottati, P7_TA(2012)0369.
(3) Testi adottati, P7_TA(2012)0286. .