Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012DC0594

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL dwar l-analiżi kull ħames snin tal-linji gwida finanzjarji multiannwali għall-amministrazzjoni tal-assi tal-KEFA f'likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar Lulju 2012

/* COM/2012/0594 final */

52012DC0594

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL dwar l-analiżi kull ħames snin tal-linji gwida finanzjarji multiannwali għall-amministrazzjoni tal-assi tal-KEFA f'likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar Lulju 2012 /* COM/2012/0594 final */


Introduzzjoni

Id-Deċiżjoni 2003/77/KE tal-1 ta’ Frar 2003 tistabbilixxi linji gwida finanzjarji multiannwali għall-amministrazzjoni tal-assi tal-KEFA f’likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (linji gwida finanzjarji)[1].

L-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni tal-Kunsill jiddikjara li l-Kummissjoni għandha tagħmel stima (valutazzjoni) mill-ġdid tal-operat u l-effettività tal-linji gwida finanzjarji kull ħames snin u għandha tipproponi emendi jekk ikun xieraq.

Wara l-ewwel analiżi li saret fl-2007, id-Deċiżjoni tal-Kunsill ġiet emendata fil-15 ta’ Settembru 2008 (ara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/750/KE[2]). L-emendi prinċipalment ta’ natura teknika u b’mod aktar speċifiku, kienu jikkonċernaw kjarifiki ta’ ċerti definizzjonijiet, jiġifieri l-kunċett ta’ maturità ta’ bond, li ġie rfinat biex ikopri d-definizzjoni li tintuża fil-każ ta’ titoli abbażi tal-assi (ABS), id-definizzjoni ta’ titoli maħruġa mill-gvern jew garantiti mill-gvern u d-definizzjoni ta’ “strumenti ta’ dejn” maħruġa mill-banek. Ir-regoli dwar l-operazzjonijiet tal-bejgħ u r-riakkwist inġiebu f’konformità mal-istandards tas-suq. Minbarra dan, ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-klassifikazzjoni ġew iċċarati u l-maturità massima permessa ġiet estiża b’sitt xhur biex titqies l-evoluzzjoni tal-istruttura tal-ħruġ fl-Istati Membri tal-UE. Fl-aħħar nett, ċerti dispożizzjonijiet tal-kontabilità ġew aġġornati biex jirriflettu l-adozzjoni min-naħa tal-Kummissjoni kollha kemm hi tal-prinċipji tal-kontabilità li huma aċċettati fil-livell internazzjonali.

Dan ir-rapport jippreżenta valutazzjoni tal-operat u l-effettività tal-linji gwida finanzjarji għall-perjodu ta’ ħames snin mill-2008 sal-2012.

L-operat u l-effettività tal-linji gwida finanzjarji fil-perjodu ta’ ħames snin mill-2008 sal-2012

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/77/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/750/KE, il-Kummissjoni għandha tamministra l-assi tal-KEFA f’likwidazzjoni b’tali mod “li jkun hemm fondi disponibbli meta u kif meħtieġ, waqt li xorta jiġġeneraw l-ogħla dħul possibbli, konsistenti maż-żamma ta’ grad għoli ta’ sigurtà u stabbilità fuq medda ta’ żmien twil.” (Il-punt 3 tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/77/KE)

Fid-dawl ta’ dawn l-għanijiet, il-linji gwida finanzjarji ħadmu tajjeb matul il-5 snin tal-perjodu 2008 – 2012, minkejja ambjent tas-suq diffiċli minħabba l-kriżi finanzjarja u l-kriżi tad-dejn fil-livell globali.

Minkejja d-deġenerazzjoni sinifikanti tas-swieq finanzjarji, ma ġiet esperjenzata l-ebda inadempjenza fl-assi amministrati (minn Ġunju 2012) u, barra minn hekk, ir-redditu tal-portafoll kien sodisfaċenti. B’mod partikolari, matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-30 ta’ Ġunju 2012, il-portafoll ipprovda redditu kumulattiv ta’ 19,5 % jew medja annwali ta’ 4 % minn portafoll ta’ kwalità għolja/b’riskji baxxi. Id-dettalji dwar il-kompożizzjoni tal-assi tal-portafoll huma mogħtija fl-Anness.

Għalhekk, il-kapital tal-portafoll mhux biss ġie ppreżervat iżda żdied. Il-valur tas-suq tal-portafoll fit-30 ta’ Ġunju 2012 kien ta’ EUR 1,74 biljun filwaqt li fil-31 ta’ Diċembru 2007 kien ta’ EUR 1,46 biljun.

Fil-perjodu taħt analiżi, il-portafoll irċieva kontributi minn Stati Membri ġodda li kienu jammontaw għal EUR 152,28 miljun filwaqt li pprovda total ta’ EUR 229 miljun biex dawn jintużaw għall-kontinwazzjoni ta’ riċerka fis-setturi relatati mal-industrija tal-faħam u l-azzar, kif previst bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/77/KE.

Matul il-perjodu ta’ valutazzjoni, il-linji gwida finanzjarji eżistenti pprovdew bażi effettiva għal qafas tal-ġestjoni prudenti tar-riskju u tal-assi, qafas li qed jiġi analizzat u aġġustat kontinwament skont l-iżviluppi tas-suq u l-istandards tal-industrija.

Il-konformità mal-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-Kummissjoni hija mmonitorjata kontinwament minn servizz tal-ġestjoni tar-riskju ddedikat għal dan l-għan u li hija indipendenti mill-maniġers tal-assi u taqa’ taħt ir-responsabbiltà diretta tal-maniġment superjuri.

Minbarra l-qafas eżistenti għall-monitoraġġ u l-kontroll tar-riskju, is-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju u tal-assi huma suġġetti regolarment għal awdits interni u esterni. L-ebda kwistjoni ma tqajmet mill-awdituri esterni privati b’rabta mal-ġestjoni tal-fond u mal-approċċ dwar il-ġestjoni tal-impatt tal-kriżi. Bl-istess mod, minbarra l-awdituri esterni privati, l-amministrazzjoni tal-assi tal-KEFA f’likwidazzjoni tiġi awditjata regolarment mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Dawn ir-rapporti ma fihom l-ebda rakkomandazzjoni dwar il-Linji Gwida Finanzjarji tal-KEFA f’likwidazzjoni.

Konklużjoni

Fuq il-bażi ta’ dan kollu, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li ma hemm l-ebda ħtieġa li l-linji gwida finanzjarji attwali jinbidlu. Flimkien mal-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-Kummissjoni li qed jiġi rivedut u aġġustat kontinwament skont kif ikun meħtieġ, il-linji gwida finanzjarji attwali ħadmu b’mod sodisfaċenti matul il-perjodu taħt analiżi. Il-portafoll kiseb redditu globali pożittiv li jitqabbel tajjeb mal-valur indikattiv tiegħu fis-suq u wera sigurtà u stabbilità fuq perjodu ta’ żmien twil.

ANNESS

Anness 1.a - Struttura tal-Portafoll fit-30.06.12 || ||

|| || ||

|| Kodiċi tal-Kumpanija: KEFA ||

|| || ||

|| || ||

a) STRUTTURA TAL-PORTAFOLL FIT-30/06/12 ||

|| || ||

Portafoll || Valur tas-suq mingħajr imgħaxijiet dovuti || Valur tas-suq b’imgħaxijiet dovuti || 30/06/2012

Bonds || 1,454,273,591 || 1,476,771,277 || 85%

Subtotal tal-Bonds || 1,454,273,591 || 1,476,771,277 || 85%

Likwidità (ara t-tabella c) || 262,339,281 || 262,339,281 || 15%

TOTAL || 1,716,612,872 || 1,739,110,558 || 100%

|| || ||

b) TUL TA’ ŻMIEN TAL-PORTAFOLL || ||

|| Kurrenti 30/06/12 || ||

Tul ta’ żmien Modifikat || (2.62*) || ||

2.24 || ||

(*) il-parti tal-bond biss || || ||

|| || ||

c) STRUTTURA TAL-LIKWIDITÀ || ||

|| Kurrenti 30/06/12 || ||

Depożiti tas-suq monetarju || 261,800,000 || ||

Imgħaxijiet Dovuti || 209,468 || ||

Kontijiet nostro* || 329,813 || ||

TOTAL || 262,339,281 || ||

|| || ||

Anness 1.b – Struttura tal-Portafoll fil-31.12.08 || ||

|| || ||

a) STRUTTURA TAL-PORTAFOLL FIL-31/12/08 ||

|| || ||

Portafoll || Valur tas-suq mingħajr imgħaxijiet dovuti || Valur tas-suq b’imgħaxijiet dovuti || 31/12/2008

Bonds || 1,431,863,320 || 1,463,674,511 || 93%

Subtotal tal-Bonds || 1,431,863,320 || 1,463,674,511 || 93%

Likwidità (ara t-tabella c) || 106,935,595 || 106,935,595 || 7%

TOTAL || 1,538,798,915 || 1,570,610,106 || 100%

|| || ||

b) TUL TA’ ŻMIEN TAL-PORTAFOLL || ||

|| Kurrenti 31/12/08 || ||

Tul ta’ żmien Modifikat || (3.99*) || ||

3.72 || ||

(*) il-parti tal-bond biss || || ||

|| || ||

c) STRUTTURA TAL-LIKWIDITÀ || ||

|| Kurrenti 31/12/08 || ||

Depożiti tas-suq monetarju || 100,600,000 || ||

Imgħaxijiet Dovuti || 243,897 || ||

Kontijiet Nostro* || 6,091,697 || ||

TOTAL || 106,935,595 || ||

Anness 2.a - Struttura tal-Portafoll tal-Bonds fit-30.06.2012

Annex 2.b - Struttura tal-Portafoll tal-Bonds fil-31.12.2008

[1]               ĠU L 29, 5.2.2003, p. 25.

[2]               Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/750/KE tal-15 ta’ Settembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2003/77/KE li tistabbilixxi linji gwida finanzjarji multiannwali għall-amministrazzjoni tal-assi tal-KEFA f’likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (ĠU L 255, 23.9.2008, p. 28).

Top